32003D0012



Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0084 - 0085


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Jannar 2003

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi l-listi tat-timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijonijiet u t-timijiet tal-produzzjoni ta’ l-embrijoni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ l-embrijoni tal-bhejjem tal-fart lejn il-Komunità rigward l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Isvizzera

(innotifikata bid-dokument bin-numru C(2002) 5560)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/12/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-embrijonijiet tal-bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-fart (ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/113/KE (ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23.), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) Is-servizzi veterinarji kompetetnti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ta’ l-Isvizzera bagħtu talbiet għal emendi fil-listi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE (ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/637/KE (ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 29.), dwar it-timijiet approvati uffiċjalment fit-territorju tagħhom rigward l-esportazzjoni ta’ l-embrijonijiet tal-bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-fart lejn il-Komunità.

(2) Ġew ipprovvduti lill-Kummissjoni garanziji li jirrigwardaw il-konformità mal-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE mis-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiżi interessati, u dawn approvaw uffiċjalment it-timijiet tal-ġbir interessati għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità.

(3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(4) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE:

1. titħassar ir-ringiela tat-tim ta’ l-Istati Uniti Nru 961D083;

2. ir-ringiela tat-tim ta’ l-Istati Uniti Nru 01W1098 tiġi mibdula b’dan li ġej:

"L-ISTATI UNITI | | 01 W1098 | | Id-Dairyland Veterinary Practice 370 Flower Court Platterville, WI 53818 | Dr Leah Penza" |

3. tiżdied ir-ringiela li ġejja li tirrigwarda t-timijiet ta’ l-Istati Uniti:

"L-ISTATI UNITI | | 021D106 E 1107 | | Il-Western Genetics, Inc. 2875 E 3000 N Sugar City, ID 83448 | Dr Galen B. Lusk" |

4. tiżdied ir-ringiela li ġejja li tirrigwarda t-timijiet ta’ l-Isvizzera:

"CH | | CH-ET-1133 | | L-Embryotransfer Pokorny Murtenstrasse 22 CH-3177 Laupen | Dr Eli Schipper Dr Norbert Stäuber" |

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-31 ta’ Jannar 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------