32002R2380



Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0117 - 0118


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2002

tat-30 ta’ Diċembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tan-negozju fi prodotti fis-settur ta’ l-inbid ma’ pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 22(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1574/2002 [4], jistabbilixxi li ċ-ċertifikat u r-rapport ta’ l-analiżi pprovdut għalih fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament jista’ ma jkunx ippreżentat għall-inbid u meraq ta’ l-għeneb f’kontenituri ta’ mhux iktar minn ħames litri, li joriġinaw fi u ġejjin minn pajjiżi terzi fejn l-importazzjoni annwali tagħhom fil-Komunità m’hix inqas minn 1000 ettolitri. L-importazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar hija ppjannata mill-Indoneżja u t-Tajlandja. Dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom għalhekk ikunu miżjuda fil-lista mogħtija fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 883/2001.

(2) Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa sostitwit bl-Anness misjub hawn taħt.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

[3] ĠU L 128, ta’ l-10.5.2001, p. 1.

[4] ĠU L 235, tat-3.9.2002, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS VI

Lista tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 22

- L-Iran

- Il-Libanu

- Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

- It-Tajwan

- L-Indja

- Il-Bolivja

- Ir-Repubblika ta’ San Marino

- It-Tajlandja

- L-Indoneżja.”

"

--------------------------------------------------