32002R2289



Official Journal L 348 , 21/12/2002 P. 0054 - 0055


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2289/2002

tas-19 ta’ Diċembru 2002

jintemm ir-reviżjoni dwar "l-esportatur l-ġdid" tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999 fejn jimponi l-miżura definita kontra d-dumping fuq importazzjoni ta’ stainless steel wajer b’dajametru ta’ 1 mm jew aktar li ġej mill-Indja, u jerġa’ jimponi d-dazju fuq l-importazzjonijiet minn esportatur ta’ dan il-pajjiż u tintemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea(1) (Ir-Regolament Bażiku) u partikolament ta’ l-Artikolu 1 1(4)

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

billi:

A. IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

(1) Bir-Regolament [1](KE) 1600/1999 [2], il-Kunsill impona l-miżura definita tad-dazji kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ stainless steel wajer li għandu dajametru ta’ 1 mm jew aktar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-Prodott Konċernat) li jaqaw taħt il-Kodiċi CNex72230019 li ġejjin mill-Indja. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazji bejn iż-0 % u l-55.6 % fuq esportaturi individwali li għandhom dazju residwali tal-55.6 %.

B. IL-PROĊEDURA KURRENTI

1. Talba għar-reviżjoni għall-esportatur ġdid.

(2) Wara l-imposizzjoni ta’ miżuri definiti, il-Kummissjoni rċeviet t-talba għal bidu ta’ reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999 dwar "l-esportatur l-ġdid", skond l-Artikolu 1 1(4) tar-Regolament bażiku minn kumpanija Indjana, Garg Sales Co. PVT Ltd (li huwa l-applikant). L-applikant appella li l-pordott ikkonċernat mill-Indja ma kienx relatat ma’ l-esportaturi l-oħra. Barra minn hekk kompla jappella li ma rnexxilux jesporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu proprju ta’ l-investigazzjoni (mill-1 ta’ April 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998) imma esportah lill-Komunità wara dan il-perjodu. Fuq dan l-argument, huwa mitlub li jkollu rata stabilita ta’ dazji individwali, f’każ li jinsab id-dumping.

2. Il-Bidu tar-reviżjoni.

(3) Il-Kummissjoni eżaminat il-prova mogħtija mill-applikant u rat li hi prova bizzejjed biex tiġġustifika l-bidu tar-reviżjon skond id-disposizzjonijiet ta’ Aritkolu 1 1 (4) tar-Regolament Bażiku. Wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultativ u wara li l-Komunità ta’ l-Industrija ikkonċernata ingħatat l-opportunità biex tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, bir-Regolament (KE) Nru 1325/2002 [3], ir-reviżjoni ta’ "l-esportatur il-ġdid" tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999 rigward dak l-applikant li beda l-investigazzjoni tiegħu. Fl-istess ħin, din l-azzjoni tad-dazju kontra d-dumping kienet imħassra għall-applikant u l-importazzjonijiet tiegħu kellhom jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 11 (4) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament Bażiku.

3. In-Nuqqas ta’ Koperazzjoni mill-aġenti ta’ l-esportazzjoni.

(4) Biex tikseb l-informazzjoni li tidher neċċessarja għall-investigazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant.. Madanakollu, il-Kummissjoni ma rċevit l-ebda tweġiba mingħandu fiż-żmien perentorju li nħoloq proprju għal dan l-għan. Lanqas l-applikant ma talab estensjoni minn dak iż-żmien perentorju. Il-Kummissjoni infurmat lill-applikant li f’dawn iċ-ċirkustanzi dehrilha li għandha tkompli bil-proċess li ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tkompli teżamina t-talba biex tistabilixxi rata ta’ dazju individwali. L-applikant ingħata l-perjodu ta’ għaxart ijiem biex jikkummenta. L-ebda kummenti mill-applikant ma ġew irċevuti dwar l-intenzjoni ta’ l-istqarrija li ħarġet il-Kummissjoni li ttemm ir-reviżjoni ta’ l-investigazzjoni.

(5) B’hekk, wieħed jista’ jobsor li Garg Sales Co. PVT Ltd urew biċ-ċar in-nuqqas ta’ koperazzjoni hekk kif ma weġbux il-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni. Għalhekk ir-reviżjoni għandha tintemm u d-dazju kontra d-dumping jiġi rtirat skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1325/2002 li għandu jerġa’ jiġi impost b’ħarsa lura lejn l-24 ta’ Lulju 2002.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999 li rat il-bidu tagħha fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1325/2002 rigward l-importazzjonijiet ta’ stainless steel wajer b’dajamentru ta’ 1 mm jew aktar, li għandhom piż ta’ 2.5 % jew aktar f’nickel, li teskludi l-wajer b’piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % f’nickel u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ chromium li jaqaw taħt il-Kodiċi CNex72230019, li ġejjin mill-Indja, huma pproduċudi u mibjugħin għall-esportazzjoni tal-Komunità minn Garg Sales Co. PVT Ltd (li għandu wkoll kodiċi ieħor TARIC A404) huwa mitmum.

Artikolu 2

Id-dazji kontra d-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 1600/1999 u mħassar minn l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1325/2002 huwa hawnhekk impost għal darba oħra fir-rigward ta’ importazzjonijiet identifikati minn l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, b’effett mill-24 ta’ Lulju 2002.

Artikolu 3

L-Awtoritajiet tad-Dwana huma awtorizati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex itemmu r-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjoni identifikat fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] U L 189, 22.07.99, p. 19.

[3] U L 194, 23.07.02, p. 27.

--------------------------------------------------