32002R1991



Official Journal L 308 , 09/11/2002 P. 0001 - 0002


Ir-regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Ottobru 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/96 [4] jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet bażiċi għal stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, iddisinjat sabiex jipprovdi tagħrif statistiku paragunabbli dwar il-livell u l-mudell tax-xogħol u tal-qgħad u x-xejriet tagħhom fl-Istati Membri.

(2) Implimentazzjoni bil-ħeffa mill-Istati Membri kollha ta’ l-istħarriġ kampjun issoktat tal-forza tax-xogħol meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 577/98 kien ikkunsidrat azzjoni ta’ prijorità fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ħtiġijiet Statistiċi ta’ l-EMU endorsjat mill-Kunsill fid-19 ta’ Jannar 2001.

(3) Issa għadda biżżejjed żmien minn mindu daħal fl-effett ir-Regolament (KE) Nru 577/98 sabiex jippermetti lill-Istati Membri kollha jagħmlu l-arranġamenti u l-impenji tagħhom meħtieġa fl-intier tagħhom sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament. Madankollu mhux l-Istati Membri kollha għamlu dawn l-arranġamenti u impenji. Għalhekk, id-deroga li tippermetti lill-Istati Membri li jillimitaw ruħhom għal stħarriġ ta’ kull sena għandha tkun bla ħsara għal limitu taż-żmien.

(4) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 577/92 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni [5].

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 577/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(6) Il-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-deċiżjoni tal-Kunsill 89/232/KEE, Euratom [6] ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 577/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-istħarriġ għandu jkun stħarriġ bla waqfien li jipprovdi riżultati kull kwart ta’ sena u kull sena; madankollu, matul perjodu transitorju taż-żmien li ma jaqbiżx is-sena 2002, l-Istati Membri li ma jkunux kapaċi jimplimentaw stħarriġ bla waqfien għandhom, minflok, iwettqu stħarriġ kull sena, li jsir fir-rebbiegħa.

Bħala deroga, il-perjodu transitorju taż-żmien jista’ jiġi mtawwal

(a) sas-sena 2003 għall-Italja,

(b) sas-sena 2004 għall-Ġermanja bil-kondizzjoni illi l-Ġermanja tipprovdi estimi sostituti kull kwart tas-sena għall-aggregazzjonijiet prinċipali ta’ l-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol kif ukoll l-estmi medji ta’ kull sena għal xi wħud mill-aggregazzonijiet ta’ l-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol."

2. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 8

Il-proċedura

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Pogramm Statistiku istituzzjonalizzat bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 89/382/KEE, Euratom [7]

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [8], filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 23.

[2] ĠU C 48, tal-21.2.2002, p. 67.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2001 (ĠU C 177 E, tal-25.7.2002, p. 30), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2002 (ĠU C 145 E, tat-18.6.2002, p. 122) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 77, ta’ l-14.3.1998, p. 3.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[7] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

--------------------------------------------------