32002R1983



Official Journal L 306 , 08/11/2002 P. 0008 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2002

tas-7 ta’ Novembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2848/98 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tal-programm ta’ xiri lura fis-settur tat-tabakk mhux maħdum

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum [1], hekk kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 546/2002 [2], u b’mod partkolari l-Artikoli 14 u 14a tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar it-tfassil ta’ regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ premji, il-kwoti ta’ produzzjoni, u l-għajnuna speċifika li tingħata lil gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum [3], kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1501/2002 [4], li jiffissa l-ammonti li għalihom il-produtturi kienu ntitolati li l-kwoti tagħhom kienu mixtrija taħt il-programm ta’ xiri lura matul l-1999, 2000, 2001 u l-ħsad ta’ wara.

(2) Minħabba li l-miżura daħlet fis-seħħ għall-ħsad ta’ l-1999, kwantitajiet żgħar biss inxtraw lura f’kull grupp ta’ varjetajiet. Skond ir-regoli kurrenti għal dan l-arranġament ma kienx possibli illi jintlaħqu l-għanijiet ippjanti għar-razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni, minħabba li l-produtturi baqgħu jiffaċċjaw diffikulatjiet kbar fil-bejgħ tal-produzzjoni tagħhom ta’ ċerti gruppi ta’ varjetajiet ta’ tabakk, li għalihom jistgħu jġibu biss prezzijiet baxxi ħafna.

(3) Għalhekk, sabiex l-arranġamenti jsiru aktar attraenti, il-prezzijiet tax-xiri lura għandhom jiżdiedu b’mod konsiderevoli għall-gruppi III u V u inqas għall-gruppi l-oħra, sa mill-ħsad ta’ l-2002, u l-perijodu li matulu jitħallas il-prezz tax-xiri lura għadu jkun estiż.

(4) Flimkien ma’ dan, l-Istati Membri produtturi għandhom ikunu mitluba li jagħmlu l-kondizzjonijiet tax-xiri lura magħrufa għall-pubbliku b’mod estensiv, u għandu jiġi stabbilit limitu ta’ ħin għall-ħlas tal-prezz ta’ xiri lura lill-produtturi.

(5) Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jkabbru t-tabakk għandhom kwoti ta’ produzzjoni żgħar ħafna li l-vijabilita’ ekonomika tagħhom hija dubjuża, speċjalment fil-każ ta’ tipi ta’ tabakk li jinbiegħu bi prezzijiet baxxi ħafna. Il-programm għandu jsir aktar attraenti għall-produtturi ż-żgħar billi jiġu modulati l-prezzijiet tax-xiri lura skond id-daqs tal-kwota ta’ produzzjoni sabiex jiġu megħjuna ibiddlu l-produzzjoni.

(6) Sabiex il-produtturi interessati fil-bejgħ tal-kwoti tagħhom għall-ħsad tal-2002 jkollhom biżżejjed ħin sabiex iħallu dan is-settur, id-data finali għax-xandir tad-deċiżjoni finali tagħhom għandha tkun differita għall-ħsad tal-2002.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 2848/98 għaldaqstant għandhu jkun emendat.

(8) Il-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2848/98 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 36 jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 36

1. Il-produtturi li l-kwoti tagħhom ikunu nxtraw lura matul il-ħsad tal-1999 u l-2000 għandhom ikunu intitolati li jirċievu l-ammonti li jidhru fl-Anness VII(A) kull sena meta l-premji jkunu tħallsu għat-tliet ħsad ta’ wara dak fejn il-kwoti tagħhom ikunu inxtraw lura.

Il-produtturi li l-kwoti tagħhom kienu nxtraw lura fl-2001 huma intitolati, meta l-ħlasijiet isiru għat-tliet ħsad ta’ wara dak fejn ikunu nxtraw lura l-kwoti, li jirċevu għal kull sena ammont daqs il-persentaġġ tal-premju kif issir referenza għalih fl-Artikolu 3(1) tar- Regolament (KEE) Nru 2075/92, applikabbli għat-tabakk mhux maħdum prodott matul is-sena ta’ ħsad konċernata. Il-persentaġġi rilevanti jinsabu fit-tabella ta’ l-Anness VII(B).

Bla preġudizzju għal xi emendi futuri, l-produtturi li l-kwoti tagħhom jinxtraw lura matul il-ħsad tal-2002 u l-2003 huma intitolati li jirċevu ammont daqs il-persentaġġ tal-premju kif jidher fit-tabelli tal-Anness VII(C) għal kull waħda mill-ħames snin ta’ ħsad ta’ wara dik fejn il-kwota tagħhom tkun inxtrat lura. Dawn l-ammonti għandhom jitħallsu qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.

2. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1, il-produtturi li l-kwoti tagħhom jinxtraw lura matul il-ħasdiet tal-2001 u 2002 u li żammew dawn il-kwoti sa mill-ħasdiet tal-2001 u 2002 biss, rispettivament, għandhom ikunu ntitolati illi jirċievu l-istess ammonti bħal tal-ħasda tal-1999 għat-tliet ħasdiet sussegwenti.

3. L-Istati Membri għandhom jirreklamaw it-termini tal-kwota ta’ xiri lura."

2. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 55:

"3. Għall-ħsad ta’ l-2002, bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 35, id-data finali ta’ l-1 ta’ Novembru 2002 fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun estiża sa l-1 ta’ Diċembru 2002, u l-perjodu ta’ xahrejn fil-paragrafu 3 għandu jitnaqqas għal xahar."

3. L-Anness ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness VII.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

[2] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 4.

[3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17.

[4] ĠU L 227, tat-23.8.2002, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS VII

A. Ix-xiri lura skond il-kwota għall-ħsad ta’ l-1999 u ta’ l-2000

–Il-kwoti tal-grupp I | EUR 0,67741/kg |

–Il-kwoti tal-grupp II | EUR 0,54187/kg |

–Il-kwoti tal-grupp III | EUR 0,54187/kg |

–Il-kwoti tal-grupp IV | EUR 0,59591/kg |

–Il-kwoti tal-grupp V | EUR 0,54187/kg |

–Il-kwoti tal-grupp VI | EUR 0,93854/kg |

–Il-kwoti tal-grupp VII | EUR 0,79635/kg |

–Il-kwoti tal-grupp VIII | EUR 0,56904/kg |

B. Ix-xiri lura skond il-kwota għall-ħsad ta’ l-2001

Grupp ta’ varjetajiet | Sena |

L-ewwel | It-tieni | It-tielet |

Il-Kwoti tal-grupp I | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp II | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp III | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp IV | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp V | 75 % | 75 % | 50 % |

Il-Kwoti tal-grupp VI | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp VII | 25 % | 25 % | 25 % |

Il-Kwoti tal-grupp VIII | 25 % | 25 % | 25 % |

C. Ix-xiri lura skond il-kwota għall-ħsad ta’ l- 2002 u ta’ l-2003

Il-produtturi bi kwota ta’ produzzjoni ta’ inqas minn 10 tunnellati metriċi |

Grupp ta’ varjetajiet | Sena |

L-ewwel | It-tieni | It-tielet | Ir-raba’ | L-ħames |

Il-kwoti tal-grupp I | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp II | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp III

-ħsad ta’ l-2002 | 40 % | 40 % | 25 % | 25 % | 20 % |

-ħsad ta’ l-2003 | 75 % | 75 % | 50 % | 25 % | 25 % |

Il-kwoti tal-grupp IV | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp V | 100 % | 100 % | 75 % | 50 % | 50 % |

Il-kwoti tal-grupp VI | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VII | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VIII | 25 % | 25 % | 25 % | 15 % | 10 % |

Il-produtturi bi kwota ta' produzzjoni ta' 10 tunnellati metriċi jew aktar sa 40 tunnellati metriċi |

Grupp ta' varjetajiet | Sena |

L-ewwel | It-tieni | It-tielet | Ir-raba' | L-ħames |

Il-kwoti tal-grupp I | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp II | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp III

–ħsad ta' l-2002 | 35 % | 35 % | 20 % | 20 % | 20 % |

–ħsad ta' l-2003 | 75 % | 50 % | 40 % | 20 % | 20 % |

Il-kwoti tal-grupp IV | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp V | 90 % | 90 % | 50 % | 50 % | 50 % |

Il-kwoti tal-grupp VI | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VII | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VIII | 25 % | 25 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-produtturi bi kwota ta' produzzjoni ta' 40 tunnellati metriċi jew aktar |

Grupp ta' varjetajiet | Sena |

L-ewwel | It-tieni | It-tielet | Ir-raba' | L-ħames |

Il-kwoti tal-grupp I | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp II | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp III

–ħsad ta' l-2002 | 30 % | 30 % | 20 % | 15 % | 15 % |

–ħsad ta' l-2003 | 65 % | 65 % | 20 % | 20 % | 20 % |

Il-kwoti tal-grupp IV | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp V | 75 % | 75 % | 40 % | 40 % | 40 % |

Il-kwoti tal-grupp VI | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VII | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

Il-kwoti tal-grupp VIII | 20 % | 20 % | 20 % | 10 % | 10 % |

"

--------------------------------------------------