Official Journal L 240 , 07/09/2002 P. 0001 - 0021
Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu tat-Trattat [3], Billi: (1) Protezzjoni ta' livell għoli u uniformi taċ-ċittadin Ewropew għandha tiġi assigurata f'kull ħin fl-avjazzjoni ċivili, permezz ta' l-adozzjoni ta' regoli komuni ta' sigurtà u ta' miżuri li jiżguraw illi l-prodotti, l-persuni u l-organizzazzjonijiet fil-Komunità jikkonformaw ma' dawn ir-regoli u dawk adottati sabiex jipproteġu l-ambjent. Dan kollu jikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti, persuni u organizzazzjonijiet fis-suq intern. (2) Bħala konsegwenza, prodotti aeronawtiċi għandhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni sabiex jiġi vverifikat li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali biex ikunu tajbin għall-ajru u l-protezzjoni ambjentali li jirrelataw għall-avjazzjoni ċivili. Għandhom jiġu żviluppati ħtiġiet essenzjali approprjati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu koperti operazzjonjiet ta' inġenji ta' l-ajru u liċensjar ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru u l-applikazzjoni tar-Regolmaent għal inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi kif ukoll, wara, oqsma oħra gfil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili. (3) Sabiex dejjem ikun hemm tweġiba għall-interessi dejjem jiżdiedu tas-saħħa u l-benessri ta' passiġġieri matul it-titjiriet, huwa neċessarju illi jiġu żviluppati disinni ta' inġenji ta' l-ajru li jipproteġu aħjar is-sigurtà u s-saħħa tal-passiġġieri. (4) Għandu jkun hemm azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza fuq riżultati ta' investigazzjonijiet ta' inċidenti ta' l-ajru, b'mod partikolari, meta jirrelataw għal disinni difettużi ta' inġenji ta' l-ajru difettużi u/jew materji operazzjonali, sabiex tiġi assigurata kunfidenza tal-konsumatur fit-trasport bl-ajru. (5) Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f' Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 ("Konvenzjoni ta' Chicago"), li għaliha l-Istati Membri kollha huma partijiet, diġà tipprovdi għal standards minimi illi jassiguraw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali li tirrelata għalihom. Ħtiġiet essenzjali Komunitarji u regoli adottati għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jassiguraw illi l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi maħluqa mill-Konvenzjoi ta' Chicago, inklużi dawk vis-a-vis pajjiżi terzi. (6) Prodotti aeronawtiċi, partijiet u apparat għandhom jiġu ċċertifikati ladarba jinsabu in konformità mal-ħtiġiet essenzjali biex ikunu tajbin għall-ajru u ta' protezzjoni ambjentali stabbiliti mill-Komunità skond l-istandards stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' Chicago. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiżviluppa r-regoli neċessarji ta' implimentazzjoni. (7) Sabiex jintlaħħqu l-għanijiet Komunitarji fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti, persuni u servizzi, kif ukoll dawk tal-politika komuni ta' transport, Stati Membri għandhom, mingħajr ħtiġiet jew evalwazzjoni ulterjuri, jaċċettaw prodotti, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet jew persuni ċertifikati skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. (8) Għandha tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi speċjali bħala miżuri urġenti ta' sigurtà, bżonnijiet u disposizzjonijiet operazzjonali mhux previsti jew limitati għandhom ukoll isiru biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà permezz ta' mezzi oħra. Stati Membri għandhom ikunu intitolati għal eżenzjonijiet mill-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu sakemm huma strettament limitati fil-qasam ta' applikazzjoni u soġġetti għal kontroll Komunitarju approprjat. (9) L-Objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu b'mod effiċjenti permezz ta kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. F'dan il-każ, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regoalment u r-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adatatti permezz ta' ftehim konkluż bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi. Fin-nuqqas ta' dan il-ftehim, Stati Membri għandhom madanakollu jitħallew, soġġett għall-kontroll approprjat tal-Komunità, illi jirikonoxxu l-approvazzjonijiet mogħtija lil prodotti barranin, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet u personal minn pajjiż terz. (10) Huwa neċessarju illi jiġu stabbiliti miżuri approprjati biex jassiguraw kemm il-protezzjoni neċessarja ta' data sensittiva ta' sigurtà u li jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni adegwata li tappartjeni g]all-livell ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali li għandha x'taqsam, b' kont meħud tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni [4] u l-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti. (11) Hemm bżonn ta' arranġamenti aħjar fl-oqsma kollha koperti b' dan ir-Regolament, sabiex ċerti kompiti li bħalissa jsiru fuq livell Komunitarju jew nazzjonali jibdew isiru minn korp espert wieħed ta' speċjalizzazzjoni. Għaldaqstant, hemm il-bżonn fl-istruttura istituzzjonali u l-bilanċ tal-poteri li jeżistu fil-Komunità li tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, li hija indipendenti fir-rigward ta' materji tekniċi u għandha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak l-iskop, huwa neċessarju u approprjat li għandu jkun korp Komunitarju li għandu personalità ġuridika u li jeżerċità l-poteri ta' implimentazzjoni li jingħataw lilu skond dan ir-Regolament. (12) Sabiex tassisti kif xieraq lill-Komunità l-Aġenzija għandha tkun permessa illi tiżviluppa l-esperjenza tagħha fl-aspetti kollha tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, koperti b' dan ir-Regolament. Għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-preprazzjoni tal-leġislazzjoni neċessarja u tassisti lill-Istati Membri u l-industrija fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun kapaċi illi toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal ta' gwida u li tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati kif meħtieġ u għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u għandha tingħata l-awtorità neċessarja sabiex jiġu sodisfatti l-kompiti tagħha. (13) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Amministrattiv sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet ta' l-Aġenzija. Dan il-Bord għandu jkun fdat bil-poteri neċessarji sabiex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-ezekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji appropjati, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. Huwa wkoll appropjat illi l-Aġenzija jkollha l-permess tagħmel riċerka u torganizza koordinazzjoni approprjata mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Huwa mixtieq illi l-Aġenzija tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-kamp tar-relazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-armonizzazzjoni tar-regoli, ir-rikonoxximent ta' approvazzjonijiet u kooperazzjoni teknika, u għandha tkun intitolata illi tistabbilixxi r-relazzjonijiet appropjati ma' l-awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-materji koperti minn dan ir-Regolament. (14) L-interess pubbliku jitlob illi l-Aġenzija tibbaża l-azzjoni tagħha relatata ma' sigurtà fuq esperti indipendenti, li japplikaw strettament dan ir-Regolament u r-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħha. Għal dan l-iskop, id-deċiżjonijiet kollha ta' l-Aġenzija relatati mas-sigurtà għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jitħalla bi grad għoli ta' flessibilità sabiex jiġu ottenuti konsultazzjonijiet u sabiex jiġi organizzat il-funzjonament intern ta' l-Aġenzija. Meta, madanakollu, l-Aġenzija jkollha tiżviluppa regoli ta' natura ġenerali li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu involuti fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet. (15) Huwa neċessarju illi jiġi żgurat illi il-partijiet li jeffetwaw id-deċiżjonijietli jsiru mill-Aġenzija jgwadu r-rimedji neċessarji f'manjiera li hija addattata għall-karattru speċjali għall-qasam ta' l-avjazzjoni. Mekkaniżmu ta' appell approprjat għandu jiġi stabbilit sabiex id-Deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv jistgħu jkunu suġġetti għal appell lil Bord ta' Appell speċjalizzat, u li min-naħa l-oħra d-deċiżjonijiet tiegħu huma soġġetti għal azzjoni miftuħa quddiem Il-Qorti tal-Ġustizzja. (16) Sabiex tkun garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija, għandha tingħata budget awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni tal-Komunità u mit-tariffi li jitħallsu minn utenti tas-sistema. Il-proċedura Komunitarja tal-budget għandha tkun applikabbli sakemm il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri. (17) IL-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5]. (18) Ladarba l-objettivi ta' l-azzjoni proposta, l-aktar l-istabbiliment u l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni fil-kamp tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u għandhom għaldaqstant, permezz tal-qasam ta' applikazzjoni Ewropew ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. (19) Qabel ma xi uffiċċji lokali ta' l-Aġenzija jiġu stabbiliti, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali sabiex jikkjarifikaw liema ħtiġiet għandhom jintlaħqu u liema kontribuzzjoni għandu jipprovdi l-Istat Membru kkonċernat. (20) Ġie rikonoxxut illi l-involviment tal-pajjiżi Ewropej li mhumiex Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi segwit, sabiex tiġi assigurata dimensjoni Ewropea sħiħa sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa kollha. Pajjiżi Ewropej li kkonkludew ftehim mal-Komunità sabiex jadottaw u japplikaw l-acquis Komunitarju fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament għandhom jiġu assoċjati max-xogħol tagħha skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu miftiehma fil-qafas ta' dan il-ftehim. (21) Hija mira ġenerali illi t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-kompiti mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw mill-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' l-Awtoritajiet konġunti ta' l-Avjazzjoni, lill-Aġenzija għandhom jsiru b'mod effiċjenti, mingħajr tnaqqis fil-livelli għolja kurrenti ta' sigurtà u mingħajr ebda impatt negattiv fuq skedi ta' ċertifikazzjoni. Miżuri approprjati għandhom jiġu adottati sabiex jipprovdu għat-transizzjoni neċessarja. (22) Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas approprjat u komprensiv għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-prodotti aeronawtiċi kif ukoll għad-definizzzjoni u l-implimentazzjoni ta' kulhadd hekk a' ħtiġiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/51/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' storbju minn inġenji ta' l-ajru subsoniċi [6] u l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili [7] għandhom jitħassru fiż-żmien opportun, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti, persuni u organizzazzjonijiet li diġà saru skond dawn l-atti leġislattivi. (23) Dan ir-Regolament japplika għal kull qasam ieħor relatat mas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili a bażi ta' proposta futura skond it-Trattat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I IL-PRINĊIPJI Artikolu 1 Il-kamp ta' l-applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal: (a) disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir aeronawtiku, kif ukoll għal personal u organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni, u l-manutenzjoni ta' dawn il-prodotti, partijiet u tagħmir; (b) personal u organizzazzjonijiet involuti fl-operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru. 2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika meta prodotti, partijiet, tagħmir, personal u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ingaġġati f'servizzi militari, doganali, tal-pulizija jew servizzi simili. L-Istati Membri għandom jimpenjaw ruhom li jassiguraw illi dawn is-servizzi jikkunsidraw kemm jista' jkun pratikabbli l-miri ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-Miri 1. Il-Mira prinċipali ta' dan ir-Regolament huwa illi jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa. 2. Miri addizzjonali huma, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, kif ġej: (a) li jiġi assigurat jiżgura livell għoli unformi ta' protezzjoni ambjentali; (b) li jiġi ffaċilitat moviment liberu ta' prodotti, persuni u servizzi; (ċ) li jkun hemm promozzjoni ta' cost efficiency fil-proċessi regolatorji u ta' ċertifikazzjoni sabiex tiġi evitat duplikazzjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew; (d) li l-Istati Membri jiġu assistiti fit-twettieq ta' l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi pprovduta bażi għal interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni komuni tad-disposizzjonijiet tagħha, u billi jiġi assigurat li d-disposizzjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati kif dovut f'dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-impliemntazzjoni tiegħu; (e) li jiġu promossi opinjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw l-istandards u r-regoli tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili mad-dinja billi tiġi stabbilita kooperazzjoni approprjata ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali 3. Il-mezzi biex jiġu sodisfatti l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jkunu: (a) il-preparazzjoni, l-adozzjoni u l-applikazzjoni uniformi ta' l-atti kollha neċessarji; (b) ir-rikonoxximent, mingħajr ħtiġiet addizzjonali, ta' ċertifikati, liċenzji, approvazzjonijiet u dokumenti oħra mogħtija lil prodotti, impjegati u organizzazzjonijiet skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implientazzjoni tiegħu; (ċ) l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni; (d) l-implimentazzjoni uniformi ta' l-atti kollha neċessarji mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni u l-Aġenzija fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' responsabbiltà. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' dan ir-Regolament: (a) "oversight kontinwa" jfisser li l-kompiti li għandhom isiru sabiex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet li taħthom inħareġ ċertifikat jibqgħu jiġu sodisfatti fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' validità tiegħu, kif ukoll it-teħid ta' kwalunkwe miżura ta' sigurtà; (b) "il-Konvenzjoni ta"Chicago' tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f'Chicago fis- 7 ta' Diċembru 1944; (ċ) "prodott" għandu jfisser inġenju ta' l-ajru, inġenju jew skrun; (d) "partijiet u tagħmir" għandha tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, parti, apparat, dritt jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta' komunikazzjoni, li huwa użat jew intiż biex jiġi użat fit-tħaddim jew il-kontroll ta' inġenju ta' l-ajru waqt titjira u huwa installat ġewwa jew mehmuż ma' l-inġenju ta' l-ajru. Jinkludi partijiet ta' l-qafas ta' l-inġenju ta' l-ajru, ta' l-inġenju jew ta' l-iskrun; (e) "certifikazzjoni" tfisser kull forma ta' rikonoxximent illi l-prodott, parti jew tagħmir, organizzazzjoni jew persuni jikkonformaw mal-ħtiġiet applikabbli inklużi d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-ħruġ ta' ċertifikat rilevanti li jattesta din il-konformità; (f) "entità kkwalifikata" tfisser korp li jista' jikkonduċi kompiti ta' ċertifikazzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbilità ta' l-Aġenzija; (g) "ċertifkat" jfisser kull approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġ bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni. KAPITOLU II ĦTIĠIET SOSTANTIVI Artikolu 4 Prinċipji bażiċi u applikabilità 1. Inġenji ta' l-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li huma: (a) ddisinjati jew iffabbrikati minn organizzazzjoni li għaliha Aġenzija jew Stat Membru jassigura oversight ta' sigurtà ; jew (b) reġistrati fi Stat Membru; jew (ċ) reġistrati f'pajjiż terz u wżati minn operator li għalih kwalunkwe Stat Membru jiżgura oversight ta' operazzjonijiet; Għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament sakemm l-oversight regolatorju ta' sigurtà ma jkunx ġie delegat lil pajjiż terz u sakemm ma jintużawx minn operatur Komunitarju. 2. Il-Paragrafu 1 m'għandhux japplika għal inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Anness II. 3. Dan ir-Regolament m'għandux jeffettwa d-drittijiet ta' pajjiżi terzi hekk kif speċifikat fil-konvenzjonijiet Internazzjonali, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago. Artikolu 5 L-Airworthiness 1. L-Inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali għall-Airworthiness stabbiliti fl-Anness I. 2. Il-Konformità ta' inġenji ta' l-ajru reġistrati fi Stat Membru, u tal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir armat fuqhom għandhom jiġu stabbiliti skond dan li ġej: (a) Il-Prodotti għandu jkollhom ċertifikat tat-tip. Iċ-ċertifkat tat-tip, u ċ-ċertifikazzjoni tal-bidliet għal dak iċ-ċertifikat tat-tip, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentali, għandhom jinħarġu meta l-applikant ikun wera li l-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip kif speċifikat fl-Artikolu 15, stabbilit sabiex tiġi assigurata konformità mal-ħtiġijiet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1, u meta ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh mhux sigur għall-operazzjoni. Iċ-ċertifikat tat-tip għandu jkopri l-prodott, inklużi l-partijiet u t-tagħmir kollu armat fuqu. (b) Partijiet u tagħmir jistgħu jinħarġu b'ċertifikati speċifiċi meta jidhru li jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness stabbiliti sabiex jassiguraw konformità mal-ħtiġiet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1. (ċ) Kull inġenju ta' l-ajru għandu jkollu ċertifikat individwali ta' Airworthiness meta jidher li jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat fiċ-ċertifkat tat-tip tiegħu u li d-dokumentazzjoni, l-ispezzjonijiet u t-testijiet rilevanti juru illi l-inġenju ta' l-ajru huwa f'kondizzjoni għal operazzjoni sigura. Dan iċ-ċertifikat ta' Airworthiness għandu jibqa' validu sakemm ma jiġix sospiż, revokat jew terminat u sakemm l-inġenju ta' l-ajru jinżamm skond il-ħtiġiet essenzjali relatati mal-Airworthiness kontinwa stabbilita fil-punt I.d ta' l-Anness I u r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. (d) Organizzazzjonijiet responsabbli mid-disinn, mill-fabbrikazzjoni u mill-manutenzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandhom juru il-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jiġu skarikati r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Sakemm mhux aċċettat xort' oħra dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonuxxuti permezz tal-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni. Il-privileġġi mogħtija lill-organizzazzjoni approvata u l-iskop ta' l-approvazzjoni għandhom jiġu speċifikati fit-termini ta' l-approvazzjoni. Barra minn hekk: (e) impjegati responsabbli mill-ħruġ ta' prodotti, parti jew tagħmir wara l-manutenzjoni jistgħu jkunu meħtieġa jżommu ċ-ċertifikat approprjat ("ċertifikat ta' l-impjegati"); (f) il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet għat-taħriġ ta' manutenzjoni li jwettqu r-responsabbilitajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom f' relazzjoni mal-ħruġ ta'ċertifikati msemmija fil-punt (e) tista' tiġi rikonoxxuta bil-ħruġ ta' approvazzjoni 3. B' deroga mill-paragrafi 1 u 2: (a) permess għat-titjir jista' jinħareġ meta jintwera illi l-inġenju ta' l-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b'sigurtà. Għandu jinħareġ bil-limitazzjonijiet approprjati, b'mod partikulari sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-partijiet terzi; (b) ċertifikat ristrett ta' Airworthiness jista' jinħareġ għal inġenju ta' l-ajru li għalih ma nħariġx ċertifikat tat-tip skond il- paragrafu 2(a). F'dan il-każ, l-inġenju ta' l-ajru għandu jidher li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' Airworthiness u mad-devjazzjonijiet mill-ħtieġiet essenzjali msemmija fil-pargrafu I għandhom madanakollu jiżguraw sigurtà adegwata fir-rigward ta' l-iskop. Inġenji ta' l-ajru eleġibbli għal dawn iċ-ċertifkati ristretti, u l-limitazzjonijiet ta' użu għal dawn l-inġenji ta' l-ajru għandhom jiġu definiti skond ir-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4; (ċ) meta n-numru ta' inġenji ta' l-ajru ta' l-istess tip eleġibbli għal ċertifkat ristrett ta' Airworthiness jiġġustifika hekk, ċertifkat ristrett tat-tip jista' jinħareġ u bażi approprjata ta' ċertifikazzjoni tat-tip għandha tiġi stabbilita. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l- Artikolu, li jispeċifikaw b'mod partikolari: (a) kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lil applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott; (b) kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lil applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness applikabbli għall-partijiet u t-tagħmir; (ċ) kondizzjonijiet sabiex jistabbilixxu u jinnotifikaw lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' Airworthiness applikabbli għal inġenji ta' l-ajru eliġibbli għal ċertifikat ristrett ta' Airworthiness; (d) kondizzjonijiet sabiex tinħareġ u tiġi mxerrda informazzjoni mandatorja sabiex tiġi assigurata l-Airworthiness kontinwa ta' prodotti; (e) kondizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, jiġu sospiżi jew irrevokati ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, l-approvazzjonijiet għal bidliet għal ċertifikati tat-tip, ċertifikati ristretti ta' Airworthiness, permessi għal titjir u ċertifikati għal prodotti, partijiet jew apparat, inklużi: (i) kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawn iċ-ċertifikati, u kondizzjonijiet sabiex jiġġeddu ċertifikati meta tiġi ffissata durata limitata; (ii) restrizzjonijiet applikabbli għall-ħruġ ta' permessi għal titjir. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jikkonċernaw b'mod partikolari dan li ġej: - l-iskop tat-tijira, - l-ispazju ta' l-arju wżat għat-titjira - kwalifika ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, - it-trasport ta' persuni barra mill-ekwipaġġ tat-titjira; (iii) inġenji ta' l-ajru eleġibbli għal ċertifikati ristretti ta' Airworthiness, u restrizzjonijiet assoċjati; (f) kondizzjonijiet biex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni meħtieġa skond il-pargrafu 2(d) u (f) u l-kondizzjoniiet li taħthom dawn l-approvazzjonijiet m'hemmx għalfejn jintalbu; (g) kondizzjonijiet biex jinħargu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati ċertifikati tal-personal meħtieġa skond il-paragrafu 2(e); (h) responsabbiltajiet ta' titolari taċ-ċertifikati; (i) kif inġenji ta' l-ajru msemmija fil-pargrafu 1 li mhumiex koperti bil-paragrafu 2 jew 3 għandhom juru konformità mal-ħtiġiet essenzjali. 5. Meta jiġu stabbiliti r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tieħu attenzjoni speċifika li: (a) jirriflettu l-istat ta' l-arti u l-aħjar prattiki fil-kamp tal-Airworthiness; (b) jieħdu kont ta' l-esperjenza dinjija ta' l-inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u tal-progress xjentifiku u tekniku; (ċ) jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' inċidenti u inċidenti serji. Artikolu 6 Ħtiġiet essenzjali għall-protezzjoni ambjentali 1. Prodotti, partijiet u tagħmir għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' protezzjoni ambjentali li jinsabu fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago kif maħruġa f'Novembru 1999, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi tagħha. 2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi addattat, sabiex jinġjieb in linja ma' emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u l-Annessi tagħha, li jidħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u li jsiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, sakemm dawn l-addattamenti ma jwessgħux il-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 3. Il-Kummissjoni għandha tippreskrivi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, bl-użu kif neċessarju tal-kontenut ta' l-Appendiċi msemmija fil-paragrafu 1, skond il-proċedura stabbilita fl- Artikolu 54(3). Artikolu 7 Operazzjonijiet ta' l-ajru u l-liċenzji lill-ekwipaġġ ta' l-ajru Fir-rigward tal-prinċipji bażiċi, l-applikabilità u l-ħtiġiet essenzjali għall-oqsma koperti bl-Artikolu 1(1)(b), il-Kummissjoni għandha, malajr kemm jista' jkun, tissottometti proposti dwar dawn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 8 Ir-Rikonoxximent ta' ċertifikati 1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħtieġiet jew valutazzjonijiet tekniċi ulterjuri, jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa skond dan ir-Regolament. Meta r-rikonoxximent oriġinali huwa għal skop, jew skopijiet partikolari, kwalunkwe rikonoxximent sussegwenti għandu jkopri biss l-istess skop(ijiet). 2. Fl-istennija ta' l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(2), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu abbażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli. L-Artikolu 9 L-Aċċettazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' pajjiż terz 1. B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni fl-Istat Membru jistgħu joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġa minn awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiż terzi, kif previst fi ftehim ta' rikonoxximent bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz. 2. (a) Fl-assenza ta' ftehim konkluż mill-Komunità, Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta' ċertifikazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz fl-applikazzjoni ta' ftehim konkluż minn dak l-Istat Membru mal-pajjjiż terz in kwistjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet relatati ta' dan ir-regolament u notifikat lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-Aġenzija tista' wkoll toħroġ dawn iċ-ċertifkati għan-nom ta' l-Istat Membru fl-applikazzjoni ta' ftehim konklż bejn wieħed mill-Istati Membri mal-pajjiż terz in kwistjoni (b) Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra illi: - d-disposizzjonijiet ta' ftehim bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jipprovdix għal livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak speċifikat b'dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u/jew, - dan il-ftehim jagħmel diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri mingħajr ma jkunu obbligati raġunijiet ta' sigurtà jew huwa kuntraju għall-politika barranija tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiż terz, tista', skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(2) teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat li jimmodifika l-ftehim jew jissospendi l-applikazzjoni tiegħu jew jirrinunzja għalih, in konformità ma' l-Artikolu 307 tat-Trattat. (ċ) Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirrinunzjaw ftehim malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' fethim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz in kwistjoni, dwar dawk id-dominji koperti b'dak il-ftehim aħħari. Artikolu 10 Disposizzjonijiet ta' flessibiltà 1. Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u ta' regoli adottati għall-implimentazzjoni tiegħu m'għandhomx jipprevjenu Stat Membru milli jirreaġixxi immedjatament għal problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni soġġetti għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk il-problema ta' sigurtà hija riżulatat ta': (a) livell inadewgat ta' sigurtà li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew (b) żvantaġġ f'dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu; l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda u r-raġunijiet għalihom. 2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), jekk livell inadegwat ta' sigurtà jew żvantaġġ f'dan ir-Regoalment jew fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jiġġustifikawx l-applikazzjoni kontinwa tal-miżuri adottati skond il-paragrafu 1. F'dak il-każ, għandha wkoll tieħu l-passi neċessarji sabiex temenda r-regola rrelatata. Jekk il-miżuri ta' l-Istati Membri jinsab li ma jkunux ġustifikati, l-Istat Membru għandu jirrevoka jew jemenda l-miżuri in kwistjoni 3. Stati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġiet sostantivi stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu fil-każ ta' ċirkostanzi operazzjonali urġenti mhux mistennija jew ħtiġiet operazzjonali ta' durata limitata, sakemm il-livell ta' sigurtà ma jkunx effetwat b'mod ħażin bihom. L-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe eżenzjoni ta' dan it-tip malli jsiru repetittivi jew meta jingħataw għal perjodi ta' aktar minn xahrejn. 4. Meta l-miżuri deċiżi minn Stat Membru huma inqas restrittivi mid-disposizzjonijiet Komunitarji applikabbli, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx mal-mira ġenerali ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew xi regola oħra tal-Komunità. Jekk l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx mal-miri ġenerali ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4). F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jirrevoka l-eżenzjoni. 5. Meta livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal dak milħuq bl-applikazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-Artikoli 5 u 6 jista' jintlaħaq permezz ta' mezzi oħra, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni illi għandu l-intenzjoni jagħti din l-approvazzjoni u għandu jagħti raġunijiet li juru l-bżonn ta' deroga mir-regola kkonċernata, kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġi assigurat assigurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' protezzzjoni. 6. Fi żmien tliet xhur minn meta tiġi nnotifikata minn Stat Membru skond il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), sabiex tiddeċiedi jekk approvazzjoni proposta skond il-paragrafu 5 tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu u tistax tingħata. F'dak il-każ, għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandhom ukoll ikunu intitolati japplikaw dik il-miżura. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għall-miżura in kwistjoni. Ir-regoli rilevanti ta' implimentazzjoni jistgħu ukoll jiġu emendati sabiex jirriflettu dik il-miżura, bl-użu ta' proċeduri trasparenti, skond l-Artikolu 43. Artikolu 11 Network ta' informazzjoni 1. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni għandhom jiskambjaw kull informazzjoni disponibbli lilhom fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regoalment u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Entitajiet fdati bl-investigazzjoni ta' inċidenti ċivili u inċidenti, jew bl-analiżi ta' dak li jseħħ, huma intitolati għall-aċċess għal dik l-informazzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), miżuri għat-tixrid lill-partijiet interessati fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri, li jistgħu jkunu ġeneriċi jew individwali, għandhom ikunu bbażati fuq il-bżonn: (a) li jipprovdu persuni u organizzazzjonijiet bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex titjieb is-sigurtà ta' l-avjazzjoni; (b) li jillimitaw id-disseminazzjoni ta' informazzjoni għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop ta' l-utenti tagħha, sabiex tiġi assigurata kunfidenzjalità approprjata ta' dik l-informazzjoni. 3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw kunfidenzjalità approprjata ta' l-informazzjoni riċevuta minnhom bl-applikazzjoni tal-paragrafu 1. 4. Sabiex il-pubbliku jiġi nfurmat bil-livell ġenerali ta' sigurtà, għandha tiġi ppubblikata annwalment mill-Aġenzija reviżjoni ta' sigurtà. KAPITOLU III L-AĠENZIJA EWROPEA TAS-SIGURTÀ TA' L-AVJAZZJONI SEZZJONI I IL-KOMPITI Artikolu 12 L-Istabbiliment u l-funzjonijiet ta' l-Aġenzija 1. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, hawnhekk iżjed il quddiem magħrufa bħala "l-Aġenzija", għandha tiġi stabbilita. 2. Għall-iskopijiet li jiġi assigurat il-funzjonament u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha: (a) tieħu kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-materji kollha koperti bl-Artikolu 1(1); (b) tassisti lill-Kummissjoni billi tipprepara miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta dawn jinkludu regoli tekniċi u b'mod partikolari regoli li jirrelataw għall-kostruzzjoni u d-disinn u aspetti operazzjonali, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr koordinazzjoni minn qabel ma' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni bis-sostenn neċessarju tekniku, xjentifiku, u amministrattiv sabiex twettaq il-kompiti tagħha; (ċ) tieħu l-miżuri neċessarji fil-poteri konferiti lilha b'dan ir-Regolament jew leġislazzjoni Komunitarja oħra; (d) tmexxi spezzjonijiet u investigazzjonijiet neċessarji sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha; (e) fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, tmexxi, f'isem Stati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn Konvenzjoniiet Internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago. Artikolu 13 Miżuri ta' l-Aġenzija L-Aġenzija għandha, meta approprjat: (a) tagħti opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni; (b) toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, li jinkludu kodiċijiet ta' l-Airworthiness u mezzi aċċettabbli ta' konformità, kif ukoll kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu; (ċ) tieħu d-deċiżjonijiet approprjati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 15, 45 u 46. Artikolu 14 Opinjonijiet, ċertifikazzjonijiet, speċifikazzjonijiet u materjal ta' gwida 1. Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta' proposti għall-prinċipji bażiċi, l-applikabilità u ħtiġiet essenzjali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tipprepara abbozzi tagħhom. Dawn l-abbozzi għandhom jiġu sottomessi mill-Aġenzija bħala opinjonijiet lill-Kummissjoni. 2. L-Aġenzija għandha, skond l-Artikolu 43 u r-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni, tiżviluppa: (a) speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, li jinkludu kodiċijiet ta' Airworthiness u mezzi aċċettabbli ta' konformità; u (b) materjal ta'gwida; li għandhom jintużaw fil-proċess ta' ċertifikazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom jirriflettu l-istat ta' l-affarijiet u l-aħjar prattiki fl-oqsma kkonċernati u għandhom jiġu aġġornati b' kont meħud ta' esperjenza dinjija ta' inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u progress xjentifiku u tekniku. Artikolu 15 Ċertifkazzjoni tal-Airworthiness u ambjentali 1. Fir-rigward ta' prodotti, partijiet u tagħmir imsemmi fl- Artikolu 4(1), l-Aġenzija għandha, meta applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago u l-Annessi tagħha, twettaq f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Istat tad-disinn, il-fabbrikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meta rrelatati ma' l-approvazzjoni tad-disinn. Għal dak l-iskop, għandha b'mod partikolari: (a) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifikat tat-tip jew bidla għal ċertifikat tat-tip, tistabbilixxi u tinnotifika l-bażi taċ-ċertifikat tat-tip. Din il-bażi ta' ċertifikazzjoni tikkonsisti fil-kodiċi tal-Airworthiness applikabbli, id-disposizzjonijiet li għalihom ġie aċċettat livell ekwivalenti ta' sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji meta l-fatturi tad-disinn ta' prodott partikolari jew l-esperjenza in operazzjoni jrendu kwalunkwe disposizzjoni tal-kodiċi ta' Airworthiness inadegwata jew inapproprjata sabiex tiġi assigurata konformità ma' ħtiġiet essenzjali; (b) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifkat ristrett ta' Airworthiness, tistabbilixxi u tinnotifika l-ispeċifkazzjonijiet speċifiċi ta' l-Airworthiness; (ċ) għal kull parti jew tagħmir li għalih hu mitlub ċertifikat, tistabbilixxi u tinnotifika l-ispeċifkazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness; (d) għal kull prodott li għalih hi meħtieġa ċertifikazzjoni ambjentali skond l-Artikolu 6, tistabbilixxi u tinnotifika l-ħtiġiet ambjentali approprjati; (e) tikkonduċi, hija stess jew permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati, ispezzjonijiet tekniċi assoċjati maċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir; (f) toħroġ iċ-ċertifkati tat-tip approprjati jew bidliet assoċjati; (g) toħroġ ċertifkati għal partijiet u apparat; (h) toħroġ iċ-ċertifikati ambjentiali approprjati; (i) temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti jew jekk il-persuna ġuridika jew fiżika titolari taċ-ċertifikat ma tissodisfax l-obbligi mposti fuqha b'dan ir-Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu; (j) tassigura l-funzjonijiet kontinwi ta' Airworthiness assoċjati mal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir li hija ċċertifikat, inkluża r-reazzjoni mingħajr dewmien mhux dovut għal problema ta' sigurtà u toħroġ u tiddissemina l-informazzjoni mandatorja applikabbli. 2. Fir-rigward ta' organizzazzjonijiet, l-Aġenzija għandha: (a) tikkonduċi, hija nnifsha jew permezz ta' l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, ispezzjonijiet u verifiki ta' l-organizzazzjonijiet li hija tiċċertifika; (b) toħroġ u ġġedded ċertifikati ta' (i) organizzazzjonijiet ta' disinn; jew (ii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew (iii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni u manutenzjoni allokati barra t-territorju ta' l-Istati Membri; (ċ) temenda, tissospendi u tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti ta' l-organizzazzjoni meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos ti tissodisfa l-obbligi mposti fuqha b'dan ir-Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu; Artikolu 16 Monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tar-regoli 1. L-Aġenzija għandha tmexxi spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni f'oqsma koperti bl-Artikolu 1(1), sabiex tagħmel monitoraġġ ta' l-applikazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Kummissjoni. 2. L-Aġenzija għandha tikkonduċi investigazzjonijiet tekniċi sabiex tagħmel monitoraġġ ta' l-effettività ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, b'qies għall-miri stabbiliti fl-Artikolu 2. 3. L-Aġenzija għandha tiġi kkonsultata u tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10. 4. Il-metodi ta' xogħol ta' l-Aġenzija sabiex tikkonduċi l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġiet li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2), u b'kont meħud għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44. Artikolu 17 Ir-Riċerka 1. L-Aġenzija tista' tiżviluppa u tiffinanzja riċerka sa fejn tirrelata strettament għat-titjib ta' attivitajiet fil-qasam ta' kompetenza tagħha, mingħajr preġudizzju għal-Liġi Komunitarja. 2. L-Aġenzija għandha tikkoordina r-riċerka tagħha u l-attivitajiet ta' żvilupp ma' dawk tal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tassigura li l-politiki u l-azzjonijiet huma konsistenti b'mod reċiproku. 3. Ir-riżultati tar-riċerka mill-fondi ta' l-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati, sakemm ma tikklassifikhomx bħala kunfidenzjali. Artikolu 18 Relazzjonijiet Internazzjonali 1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi skond il-liġi Komunitarja rilevanti. Għandha, b'mod partikolari, tassisti fl-armonizzazzjoni tar-regoli u tar-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' approvazzjonijiet li jikkonfermaw l-applikazzjoni soddisfaċenti tar-regoli. 2. L-Aġenzija tista' tikkoopera ma' l-awtortiajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi tersi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament fil-kwadri ta' arranġamenti ta' xogħol konklużi ma' dawk il-korpi, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. 3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obligi internazzjonali tagħhom, b'mod partikolari dawk taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago. SEZZJONI II L-ISTRUTTURA INTERNA Artikolu 19 L-Istatus Legali, il-post, l-uffiċċji lokali 1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Komunità. Għandu jkollha personalità ġuridika. 2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista' b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti għal proċeduri legali. 3. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-uffiċċji lokali tagħha fl-Istati Membri soġġetti għall-kunsens tagħhom. 4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Artikolu 20 Impjegati 1. Ir-Regolamenti ta' l-impjegati ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u l-Kondizzjonijiet ta' impieg għandhom japplikaw għall-impjegati ta' l-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-Bord ta' l-Appell. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, il-poteri konferiti lill-awtorità ta' applikazzjoni mir-Regolamenti ta' l-Impjegati, u mill-Kondizzjonijiet ta' impieg ta' ħaddiema oħra, għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward ta' l-impjegati tagħha stess. 3. L-impjegati ta' l-Aġenzija għandhom jikkonsistu f'numru strettament limitat ta' uffiċjali mogħtija jew assekondati mill-Kummissjoni jew Stati Membri sabiex iwettqu kompiti ta' Tmexxija. Il-bqija ta' l-impjegati għandhom jikkonsistu f' impjegati oħra miġbura mill-Aġenzija kif neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tagħha. Artikolu 21 Privileġġi u Immunitajiet Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija. Artikolu 22 Ir-Responsabbiltà 1. Ir-responsabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-Liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni. 2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni biex li tagħti sentenza skond kwalunkwe kważola ta' arbitraġġ li tinsab f' kuntratt konkluż mill-Aġenzija. 3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-Liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkważata mid-dipartimenti jew mill-ħaddiema tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom. 4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw għal kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3. 5. Ir-responsabbiltà personali tal-ħaddiema tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regoalmenti jew il-Kondizzjonijiet ta' impjieg applikabbli għalihom. Artikolu 23 Pubblikazzjoni ta' dokumenti 1. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet meħuda abbażi ta' l- Artikolu 290 tat-Trattat, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità: (a) reviżjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 11(4); (b) opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1); (ċ) ir-rapport ġenerali annwali u l-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 24(2)(b) u (ċ) rispettivament. 2. Is-servizzji ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għal korpi ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 24 Poteri tal-Bord ta' Tmexxija 1. L-Aġenzija għandu jkollha Bord ta' Tmexxija. 2. IL-Bord ta' Tmexxija għandu: (a) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u d-Diretturi fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv skond l- Artikolu 30; (b) qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena, jadotta rapport ġenerali ta' l-Aġenzija għas-sena preċedenti u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; (ċ) qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta l-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija għas-sena ta' ħidma ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; dan il-programm ta' xogħol għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget u l-programm leġislattiv Komunitarju fiż-żoni rilevanti tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni; (d) jadotta linji gwida għall-allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati bi ftehim mal-Kummissjoni; (e) jistabbilixxi proċeduri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikoli 43 u 44; (f) Iwettaq il-funzjonijiet tiegħu rrelatati mal-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 48, 49 u 52; (g) Jaħtar membri tal-Bord ta' l-Appell skond l-Artikolu 3 2; (h) jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv u d-Diretturi, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv; (i) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regolament fuq il-ħlasijiet u l-piżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 53(1). (j) jistabbilixxi ir-Regoli tiegħu ta' Proċedura; (k) jiddeċiedi dwar arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija; (l) jikkumplimenta, meta approprjat, il-lista ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 23(1); (m) jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali ta' l-Aġenzija u jadotta l-poltika ta' impjieg ta' l-Aġenzija. 3. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata ma' l-iżvilupp strateġiku ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni, inkluża riċerka kif definit fl-Artikolu 17. 4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi korp konsultattiv ta' partijiet interessati, li għandu jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2(ċ), (e), (f) u (i). Il-Bord ta' Tmexxija jista' wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta' Tmexxija m'għandux ikun marbut bl-opinjoni tal-korp konsultattiv. Artikolu 25 Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop, kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll supplent biex jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. It-terminu tal-mandat għandu jkun ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-mandat għandu jiġġedded. 2. Meta approprjat, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi Ewropej u l-kondizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 55. Artikolu 26 Il-Presidenza tal-Bord ta' Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Deputat President minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President fil-każ illi huwa/hija jiġu pprevenuti milli jwettqu l-kompiti tagħhom. 2. It-terminu tal-mandat tal-President u tad-Deputat President għandu jiskadi meta s-sħubija rispettiva tal-Bord ta' Tmexxija tieqaf. Soġġett għal din id-disposizzjoni, it-terminu tal-mandat tal-President jew tad-Deputat President għandu jkun ta' tliet snin. Dawn it-termini tal-mandat għandhom jiġġeddu. Artikolu 27 Il-Laqgħat 1. Il-Laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu mill-President. 2. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet. 3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. B'żieda, għandu jiltaqa' fuq talba tal-President jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu. 4. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil kwalunke persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. 5. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu, soġġetti għad-disposizzjonijiet tar-Regoli tiegħu ta' Proċedura, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti. 6. Is-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija. Artikolu 28 Il-Votazzjoni 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(1), il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu. Fuq it-talba ta' membru tal-Bord ta' Tmexxija, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(2)(k) għandha tittieħed b'unanimità. 2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija m'għandux jivvota. Fl-assenza ta' membru, is-supplent tiegħu/ tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu/tagħha tal-vot. 3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti iktar dettaljati ta' votazzjoni, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru sabiex jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġiet tal-kworum, meta approprjat. Artikolu 29 Il-Funzjonijiet u l-poteri tad-Direttur Eżekuttiv 1. L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettieq tal-kompiti tiegħu/tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew korp ieħor. 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija biex jirrapporta dwar it-twettieq tal-kompiti tiegħu/ tagħha. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u l-poteri li ġejjin: (a) li japprova l-miżuri ta' l-Aġenzija kif definiti fl-Artikoli 13 u 15 fil-limiti speċifikati b' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli; (b) li jiddeċiedi dwar ispezzjonijiet u investigazzjonijiet kif previst fl-Artikoli 45 u 46; (ċ) li jalloka kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati skond il-linji gwida mfassla mill-Bord ta' Tmexxija; (d) li jidħol għal kwalunkwe funzjonijiet internazzjonali u kooperazzjoni teknika ma' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 18; (e) jieħu l-passi kollha neċessarji, inkluża l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżguraw il-funzjonament ta' l-Aġenzija skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; (f) jipprepara kull sena abbozz ta' rapport ġenerali u jissottomettih lill-Bord ta' Tmexxija; (g) jeżerċita fir-rigward ta' l-impjegati l-poteri stabbiliti fl- Artikolu 20(2); (h) ifassal l-istimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija skond l- Artikolu 48, u jimplimenta l-budget skond l-Artikolu 49; (i) jiddelega l-poteri tiegħu lill-membri oħra ta' l-impjegati ta' l-Aġenzija soġġett għar-regoli li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2); (j) Bil-kunsens tal-Bord ta' Tmexxija, sabiex jieħu deċiżjoni fir-rigward ta' l-istabbilimenti ta' uffiċċji lokali fl-Istati Membri skond l- Artikolu 19(3). Artikolu 30 Il-Ħatra ta' uffiċċjali Għolja 1. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jinħatar abbażi tal-merti tiegħu u kompetenza u esperjenza dokumentata rilevanti għal avjazzjoni ċivili, jew jitneħħa mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu 2. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi assistit minn Direttur wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv huwa assenti jew indispost wieħed mid-Diretturi għandu jeħodlu postu. 3. Id-Diretturi ta' l-Aġenzija għandhom jinħatru abbażi ta' kompetenza professjonali rilevanti għal avjazzjoni ċivili, jew jitneħħew mill-Bord ta' Tmexxija fuq il-proposta tad-Direttur Eżekuttiv. 4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat għandu jiġġedded. Artikolu 31 Il-Poteri tal-Bordijiet ta' Appelli 1. Fl-Aġenzija, għandu jkun hemm Bord ta' l-Appell wieħed jew aktar. 2. Il-Bord jew Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu responsabbli biex jiddeċiedu dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35. 3. Il-Bord jew Bordijiet ta' l-Appell għandhom jissejħu kif neċessarju. In-numru ta' Bordijiet ta' l-Appell u l-allokazzjoni tax-xogħol għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3). Artikolu 32 Komposizzjoni tal-Bordijiet ta' l-Appell 1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra. 2. Il-President u ż-żewġ membri għandu jkollhom supplenti li jirrappreżentawhom fl-assenza tagħhom. 3. Il-President, il-membri l-oħra u s-supplenti rispettivi tagħhom għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati kwalifikati adottata mill-Kummissjoni. 4. Meta l-Bord ta' l-Appell jikkunsidra illi n-natura ta' l-appell tirrikjedi hekk, jista' jsejjaħ żewġ membri oħra mill-imsemmija lista għal dak il-każ. 5. Il-kwalifiki meħtieġa għall-membri ta' kull Bord ta' l-Appell, il-poteri ta' membri individwali fil-fażi preparatorja tad-deċiżjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' votazzjoni għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3). Artikolu 33 Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell 1. Il-mandat tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell, inkluż il-President u s-supplenti rispettivi tagħhom, għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat għandu jkun jiġġedded. 2. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom m'għandhomx ikunu marbuta bi kwalunkwe istruzzjonijiet. 3. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux iwettqu dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-funzjoni tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell jistgħu jkunu funzjonijiet fuq bażi part-time. 4. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-mandat jew mil-lista matul il-mandati rispettivi tagħhom sakemm ma jkunx hemm bażijiet serji sabiex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tottjeni l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, tieħu deċiżjoni għal dan l-iskop. Artikolu 34 Esklużjoni u oġġezzjoni 1. Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċeduri ta' appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jew jekk qabel kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk ipparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell. 2. Jekk, għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1jew għal xi raġuni oħra , membru tal-Bord ta' l-Appell jikkunsidra illi huwa/hija m'għandux jieħu sehem fil-proċeduri ta' l-appell, huwa/hija għandu jinforma lill-Bord ta' l-Appell minnufih. 3. Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell jistgħu jiġu oġġezzjonati minn kwalunkwe parti għall-proċeduri ta' l-appell fuq xi wieħed mill-bażijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jew jekk issuspettat b' parzjalità. Oġġezzjoni m'għandhiex tkun ammissibbli jekk, waqt li tkun konxja mir-raġuni għal oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri ta' l-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq n-nazzjonalità tal-membri. 4. Il-Bordijiet tal-Appell għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-iskopijiet biex tittieħed din id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta' l-Appell mis-supplent tiegħu/tagħha. Artikolu 35 Deciżjonijiet soġġetti għal Appell 1. Appell jista' jsir kontra deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija li ttieħdu skond l-Artikoli 15, 46 jew 53. 2. Appell li jsir skond il-paragrafu 1 hawn fuq m'għandux ikollu effett ta' sospensjoni. Madanakollu, l-Aġenzija tista', jekk tikkunsidra illi ċ-ċirkostanzi jippermettu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. 3. Appell kontra deċiżjoni illi ma ttemmx il-proċeduri fir-rigward ta' waħda mill-partijiet jista' jsir biss konġuntement ma' appell kontra d-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix għal appell separat. Artikolu 36 Persuni intitolati għal appell Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, hija ta' interess dirett u indivdwali għal ta' l-ewwel. Il-partijiet għall-proċeduri jistgħu jkunu parti għall-proċeduri ta' appell. Artikolu 37 Limitu ta' żmien u forma L-appell, flimkien ma' l-istqarrija tal-bażijiet tiegħu, għandhom jiddaħħlu bil-kitba fl-Aġenzija fi żmien xagħrejn minn notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, fl-assenza tagħha, fil-jum li saret taf bih ta' l-aħħar, skond il-każ. Artikolu 38 Reviżjoni Interlokutorja 1. Jekk id-Direttur Eżekuttiv jikkunsidra li l-appell huwa ammissibbli u fundat tajjeb, huwa/hija għandhom jirrettifikaw id-deċiżjoni. Dan m'għandux japplika meta l-appellant huwa oppost għal parti oħra għall-proċeduri ta' l-appell. 2. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix rettifikata fi żmien xahar wara l-irċevuta tad-dikjarazzjoni ta' bażijiet għall-appell, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi minnufih jekk tissospendix jew le l-applikazzjoni tad-deċiżjoni skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 35(2), u għandha tirrimetti l-appell lill-Bord ta' l-Appell. Artikolu 39 Eżami ta' appelli 1. Jekk l-appell huwa ammissibbli, il-Bord ta' l-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex fundat sewwa. 2. Meta jeżamina l-appell, il-Bord ta' l-Appell għandu jaġixxi malajr. Għandu jistieden kif neċessarju lill-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell biex jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar notifiki maħruġa minnu stess jew fuq komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta' l-appell, fi żmien speċifikat. Il-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjonijiet orali. Artikolu 40 Deċiżjonijiet ta' l-appell Il-Bord ta' l-Appell jista' jeżerċita kull poter li jaqa' fil-kompetenza ta' l-Aġenzija, jew jista' jerġa' jirrimetti l-każ lill-korp kompetenti ta' l-Aġenzija. Ta' l-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell. Artikolu 41 Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja 1. Appell jista' jinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta' l-Appell skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 230 tat-Trattat. 2. Jekk l-Aġenzija ma tieħux deċiżjoni, proċeduri għal dan in-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 232 tat-Trattat. 3. L-Aġenzija għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Artikolu 42 Appell dirett Stati Membri u istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jalloġġaw appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija. SEZZJONI III METODI TA' ĦIDMA Artikolu 43 Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifkazzjoni u materjal ta' gwida 1. Malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti biex joħorġu opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal ta' gwida msemmi fl-Artikolu 13 (a) u (b). Dawk il-proċeduri għandhom: (a) jiġbdu fuq l-esperjenza disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji ta' l-avjazzjoni ta' l-Istati Membri; (b) kull meta neċessarju, jinvolvu esperti appropjati minn partijiet rilevanti interessati; (ċ) jiżguraw l-Aġenzija tippubblika dokumenti u tikkonsulta partijiet interessati, skond skeda u proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħmel tweġiba bil-miktub għall-proċess ta' konsultazzjoni. 2. Meta l-Aġenzija, skond Artikolu 14, tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal gwida li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi proċedura sabiex tikkonsulta lill-Istati Membri. Għal dan l-iskop, tista' toħloq grupp ta' xogħol li fih kull Stat Membru huwa intitolat jaħtar espert. 3. Miżuri msemmija fl-Artikolu 13 (a) u (b) u l-proċeduri stabbiliti skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġi ppubblikati f' pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Aġenzija. 4. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex jindirizzaw azzjoni immedjata li għandha tittieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sigurtà u tinforma lill-partjiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu. Artikolu 44 Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet 1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti sabiex jittieħdu deċiżjonijiet individwali hekk kif provdut fl-Artikolu 13 (ċ). Dawk il-proċeduri għandhom: (a) jassiguraw is-smiegħ tal-persuna fiżika jew ġuridika li għandha tiġi indirizzata fid-deċiżjoni u ta' kull parti oħra b'interess dirett u individwali; (b) jipprovdu għal notifika ta' deċiżjoni lil persuna fiżika jew ġuridika u l-pubblikazzjoni tagħha; (ċ) jipprovdu għal informazzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika li lilha d-deċiżjoni hija indirizzata, u kull parti oħra għall-proċeduri, tar-rimedji legali disponibbli għal dik il-persuna taħt dan ir-Regolament; (d) jassiguraw illi d-deċiżjoni tikkontjeni raġunijiet. 2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi ukoll proċeduri li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet huma notifikati filwaqt li jieħu kont dovut tal-proċedura ta' l-appell. 3. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex jindirizzaw azzjoni immedjata li għandha titieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sigurtà u tinforma lill-partijiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu. Artikolu 45 Ispezzjonijiet ta' Stati Membri 1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' applikazzjoni konferiti mit-Trattat lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, billi tikkonduċi spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif speċifikat fl-Artikolu 16(1). L-Uffiċjali awtorizzati taħt dan ir-Regolament, u l-awtoritajiet nazzjonali, għandhom il-poter, illi in konformità mad-disposizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istat Membru kkonċernat: (a) jeżaminaw ir-reġistri, d-data, l-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti ieħor biex jintlaħħqu l-livelli ta' sigurtà fl-avjazzjoni skond dan ir-Regolament; (b) jieħdu kopji jew biċċiet minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor; (ċ) jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post; (d) jidħlu fi kwalunkwe post, art jew mezz ta' transport rilevanti. 2. L-uffiċjali ta' l-Aġenzija awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom wara li jipproduċu awtorizazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett, l-iskop ta' l-ispezzjoni u d-data li fiha għandha tibda. Sewwa qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-ispezzjoni u bl-identità ta' l-uffiċjali awtorizzati. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissotometti għal dawn l-ispezzjonijiet u għandu jassigura illi korpi jew persuni kkonċernati wkoll jissottomettu għal ispezzjonijiet. 4. Meta spezzjoni skond it-termini ta' dan l-Artikolu tinvolvi spezzjoni ta' impriża jew assoċazzjoni ta' impriża d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 46 għandhom japplikaw. Meta intrapriża topponi din l-ispezzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-assistenza neċessarja lil uffiċjali awtorizzati mill-Aġenzija sabiex jagħmlu l-ispezzjoni tagħhom. 5. Rapporti mfassla f'applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli fil-lingwa(i) uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn saret l-ispezzjoni. Artikolu 46 Investigazzjoni ta' impriżi 1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15, l-Aġenzija tista' tikkonduċi jew talloka lill-awtoritajiet nazzjonli ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati l-investigazzjonijiet kollha neċessarrji ta' l-intrapriżi. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu in konformità mad-disposizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istati Membri li fihom għandhom jitwettqu. Għal dak l-iskop, il-persuni awtorizzati taħt dan ir-regolament huma awtorizzati illi: (a) jeżaminaw ir-reġistri, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti ieħor għall-eżekuzzjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija; (b) jieħdu kopji ta' jew biċċiet minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor; (ċ) jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post; (d) jidħlu f'postijiet, art jew mezzi rilevanti ta' transport ta' intrapriżi. 2. Il-persuni awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-investigazzjonijiet għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni. 3. Sewwa qabel l-investigazzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu għandha ssir l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat għandhom, fuq talba ta' l-Aġenzija, jassistu lill-persuni awtorizzati fit-twettieq ta' dmirijiethom. Artikolu 47 Transparenza u komunikazzjoni 1. L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta tara l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti tagħha. 2. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari illi, b'żieda għall-pubblikazjoni speċifikata fl-Artikolu 43(3), il-pubbliku u kull parti interessata jingħataw b'mod rapidu informazzjoni objettiva, dipendibbli u li tinftiehem malajr fir-rigward tax-xogħol tagħha. 3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. 4. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata illi tindirizza hija stess bil-miktub lill-Aġenzija fi kwalunkwe waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat. Għandu jkollha d-dritt li tirċevi risposta fl-istess lingwa. SEZZJONI IV ĦTIĠIET FINANZJARJI Artikolu 48 Budget 1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn: (a) kontribuzzjoni mill-Komunità u minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Komunità kkonkludiet ftehim imsemmi fl- Artikolu 55; (b) il-piżijiet imħallsa mill-applikanti għal, u titolari ta', ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija; u (ċ) piżijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija. 2. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tinkludi l-ispejjeż ta' l-impjegati, dawk amministrattivi, infrastrutturali, u operazzjonali. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel stima tad-dħul u l-infieq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u jibgħatha lill-Bord ta' Tmexxija flimkien ma' pjan ta' stabbiliment. 4. Id-Dħul u l-infiq għandhom ikunu bbilanċjati. 5. Il-Bord ta' Tmexxija għandu, sal-31 ta' Marzu, fl-aktar tard, jadotta abbozzi ta' stima, li jinkludu l-pjan provviżorju ta' stabbiliment akkumpanjati mill-programm preliminari ta' xogħol, u mbagħad jgħadduhom lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità kkonkludiet il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 55. A bażi ta' dak l-abbozz tal-budget, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istimi rilevanti fl-abbozz preliminari tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tressaq quddiem il-Kunsill skond l-Artikolu 272 tat-Trattat. Il-qasam ta' applikazzjoni tal-previżjoni approvata tal-budget tal-Komunità għas-snin ta' wara għandu jiġi osservat. Wara li jirċievu l-abbozz tal-budget, l-Istati msemmija fl-ewwel subparagrafu jistabbilixxu l-abbozz proprju tal-budget preliminari tagħhom. 6. Wara l-adozzjoni tal-budget ġenerali mill-awtorità tal-budget, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-budget finali ta' l-Aġenzija u programm ta' xogħol, u jaġġustahom meta neċessarju għall-kontribzzjoni tal-Komunità. Wara għandu jibgħathom mingħajr telf ta' żmien lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-budget. 7. Kull modifika lill-budget, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandhom isegwu l-proċedura msemmija fil-paragrafu 5. Artikolu 49 Implementazzjoni u kontroll tal-budget 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-budget ta' l-Aġenzija. 2. Il-kontroll ta' impenn u ħlas ta' l-infiq kollu u l-kontroll ta' l-eżistenza u l-irkurpu tad-dħul kollu ta' l-Aġenzija għandhom jitwettqu mill-Kontrollur Finanzjarju tal-Kummissjoni. 3. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena fl-aktar tard, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet dettaljati tad-dħul u l-infiq kollu mis-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti ta' l-awdituri għandha teżamina dawk il-kontijiet skond l- Artikolu 248 tat-Trattat. Għandha tippubblika rapport dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija kull sena. 4. Il-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jirrilaxxa lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-budget. Artikolu 50 Ġlieda kontra l-frodi 1. Fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 10731999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l- investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) [8] għandhom japplikaw mingħar restrizzjoni. 2. L-Aġenzija għandha taċċetta l-Ftehim Interistituzzjonali tal- 25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) [9] u għandha toħroġ, mingħajr telf ta' żmien, id-disposizzjonijiet approprjati applikabbli għall-impjegati kollha ta' l-Aġenzija. 3. Id-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għoti ta' fondi u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li irriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċatament illi l-Qorti ta' l-Awdituri u l- OLAF jistgħu jekk neċessarju jwettqu kontrolli fuq il-post fost ir-reċipjenti ta' l-iffinanzjar ta' l-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom. Artikolu 51 Il-Valutazzjoni 1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 2. Il-valutazzjoni għandha teżamina kemm l-Aġenzija tissodisfa l-missjoni tagħha b'mod effettiv. Għandha tistma wkoll l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi ta' ħidma tagħha sabiex fl-istabbiliment ta' livell għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. Il-valutazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali. 3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirċievi r-riżultati tal-valutazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi ta' ħidma tagħha lill-Kummissjoni,li tista' tgħaddihom, flimkien ma' l-opinjoni tagħha kif ukoll proposti approprjati, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda għandhom jiġu nklużi, jekk approprjat. Kemm is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni għandhom ikunu pubbliċi. Artikolu 52 Disposizzjonijiet Finanzjarji Il-Bord ta' Tmexxija, wara li jkun irċieva l-kunsens tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, għandu jadotta r-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, li għandu b'mod partikolari jispeċifika l-proċedura li għandha tintuża sabiex jitfassal u jiġi implimentat il-budget ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 142 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 53 Regolament dwar ħlasijiet u piżijiet 1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3) u wara li tikkonsulta l-Bord ta' Tmexxija, għandha tadotta regolament dwar ħlasijiet u piżijiet. 2. Ir-Regolament dwar il-ħlasijiet u l-piżijiet għandu jiddetermina b'mod partikolari l-materji li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 48(1) huma dovuti, l-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet u l-mod kif għandhom jitħallsu. 3. Ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu mposti għal: (a) il-ħruġ u tiġdid ta' ċertifkati, kif ukoll il-funzjonijiet irrelatati kontinwi ta' sbalji u ommissjonijiet; (b) disposizzjoni ta' servizzi; għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta' kull dispsoizzjoni individwali; (ċ) l-ipproċessar ta' appelli. Il-ħlasijiet u l-piżijiet kollha għandhom jiġu espressi, u jitħallsu, f'ewro. 4. L-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffisat f'livell sabiex jiġi assigurat li d-dħul fir-rigward tagħhom huwa fil-prinċipju suffiċjenti biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija. Il-Kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1), tista' tkopri, għal perjodu transitorju li jispicca fil-31 ta' Diċembru tar-raba' sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ispiża li tirrelata għall-fażi inizjali ta' operazzjoni ta' l-Aġenzija. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), dan il-perjodu jista' jiġi estiż jekk neċessarju, għal mhux iktar minn sena. KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 54 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. 2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 3. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar. 4. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu japplika. Qabel ma tadotta d-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/ KE għandu jkun ta' tliet xhur. Meta deċiżjoni tal-Kummissjoni hija riferita lill-Kunsill minn Stat Membru, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti f'perjodu ta' tliet xhur 5. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu Artikolu 55 Il-Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej L-Aġenzija għandha tkun miftħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u li daħlu fi ftehim mal-Komunità Ewropea fejn adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-kamp kopert minn dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' dan il-ftehim, jiġu żviluppati arranġamenti li għandhom, inter alia, jispeċifikaw in-natura u l-estent ta', u r-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni minn dawn il-pajjiżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, inklużi disposizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u impjegati Artikolu 56 Il-Bidu ta' l-operazzjoni ta' l-Aġenzija 1. L-Aġenzija għandha tidħol għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni li hi responsabbli għalihom skond l-Artikolu 15 sa mit-28 ta' Settembru 2003. Sa dak in-nhar, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jimplimentaw leġislazzjoni u regolamenti applikabbli. 2. Matul perjodu addizzjonali ta' transizzjoni ta' 42 xahar mid-data msemmija fil-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jibqgħu joħorġu ċertifikati u approvazzjonijiet b'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 6, 9 u 15 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni fir-regoli ta' implimentazzjoni adottati għall-applikazzjoni tagħhom. Meta f'dak il-kuntest Stati Membri joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi, ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jagħtu konsiderazzjoni dovuta lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 9(2)(b) u (ċ). 3. B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43, fl-istennija ta' l-adozzjoni tal-ħtiġiet essenzjali skond l-Artikolu 7, l-eżekuzzjoni tal-kompiti korrispendenti mill-Aġenzija tista' tkun soġġetta għal proċeduri ta' xogħol miftiehma mill-awtoritajiet konġunti ta' l-avjazzjoni. Artikolu 57 It-Tħassir 1. Id-Direttiva 80/51 KEE u l-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandhom jitħassru sa mit-28 ta' Settembru 2003. 2. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għal prodotti, partijiet u apparat, organizzazzjonijiet u persuni li ġew ċertifikati skond id-disposizzjonijiet imsemmijs fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 58 Id-Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikoli 5 u 6 għandhom japplikaw mid-dati speċifikati fir-regoli ta' implimentazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, il-15 ta' Lulju 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President M. Fischer Boel [1] ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 1. [2] ĠU C 221, tas-7.8.2001, p. 38. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2001 (ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 146), Pożizzjoni Komuni ta-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 (ĠU C 58 E, 5.3.2002, p. 44) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2002 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2002. [4] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43. [5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [6] ĠU L tat-18, 24.1.1980, p. 26. Id-Direttiva hekk kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 83/206/KEE (ĠU L 117, 4.5.1983, p. 15). [7] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament hekk kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 28712000 (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 47). [8] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1. [9] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS I Ħtiġiet essenzjali għall-Airworthiness imsemmija fl-Artikolu 5 1. Integrità tal-prodott: l-integrità tal-prodott għandha tiġi assigurata għall-kondizzjonijiet kollha ta' titjir antiċipati għall-ħajja operazzjonali ta' l-inġenju ta' l-ajru. Il-Konformità mal-ħtiġiet kollha għandha tintwera permezz ta' stima jew analiżi, appoġġati, meta neċessarju, minn testijiet. 1.a. Strutturi u materjali: l-integrità ta' l-istruttura għandha tiġi assigurata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali għall-inġenju ta' l-ajru, inkluża s-sistema ta' proplusjoni tiegħ, u tinżamm għall-ħajja operazzjonali ta' l-inġenju ta' l-ajru. 1.a.1. Il-partijiet kollha ta' l-inġenju ta' l-ajru, li n-nuqqas tagħhom jista' jnaqqas l-integrità strutturali, għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew nuqqas. Dan jinkludi l-biċċiet kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' żamma. 1.a.1.a. Il-kombinazzjonaijiet kollha ta' tagħbija li huma raġjonevolment mistennija li jseħħu fil-, u biżżejjed lil mill-piżijiet, iċ-ċentru tal-firxa tal-gravità, iż-żona operazzjonali u l-ħajja ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu kkunsidrati. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal gusts, manuvri, pressurizzazzjoni, superfiċi mobbli, sistemi ta' kontroll u propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art. 1.a.1.b. Għandha tingħata konsiderazzjoni lil tagħbijiet u nuqqasijiet probabbli b' riżultat ta' nżul ta' emerġenza kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. 1.a.1.ċ. Effetti dinamiċi għandhom jiġu koperti fir-rispons strutturali ta' dawn it-tagħbijiet. 1.a.2. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkun liberu minn kwalunkwe instabilità aerolastika u vibrazzjoni eċċessiva. 1.a.3. Il-proċessi ta' fabbrikazzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riprodiuċibbli. Kwalunkwe tibdil fl-imġieba materjali relatata ma' l-ambjent operazzjonali għandu jittieħed kont tiegħu. 1.a.4. L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, ħsara aċċidentali u ta' fonti diskreta m'għandhomx inaqqsu l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha neċessarji gġall-assigurazzjoni ta' Airworthiness kontinwa f' dan ir-rigward għandhom jiġu promulgati. 1.b. Propulsjoni: l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-inġenju u, meta approprjat, l-iskrun) għandhom jidhru f'kull ħin, u biżżejjed lil hinn, miż-żona operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni u għandhom jinżammu għall-ħajja operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni. 1.b.1. Is-sistema ta' propulsjoni għandha tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-qawwa jew is-saħħa mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjira, b'kont meħud ta' l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali. 1.b.2. Il-proċess ta' fabbrikazzjoni u l-materjali wżati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni għandhom jirriżultaw f'imġieba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Kwalunkwe tibdil fl-imġieba materjali relatata ma' l-ambjent operazzjonali għandu jittieħed kont tiegħu. 1.b.3. L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operazzjonali u nuqqasijiet sussegwenti probabbli fil-partijiet m'għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha neċessarji għall-assigurazzjoni ta' Airworthiness kontinwa f' dan ir-rigward għandhom jiġu promulgati. 1.b.4. L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-ħtiġiet kollha neċessarji għall-interface sigura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu promulgati. 1.ċ. Sistemi u tagħmir 1.ċ.1. L-inġenju ta' l-ajru m'għandux ikollu fatturi ta' disinn jew dettalji li l-esperjenza wriet li huma perikolużi. 1.ċ.2. L-inġenju ta' l-ajru, inklużi dawk is-sistemi, tagħmir u apparat meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip, jekk mir-regoli ta' operazzjoni, għandhom jiffunzjonaw kif intiż taħt kwalunkwe kondizzjoni operabbli prevista, dejjem, u biżżejjed lil hinn, mill-operazzjonali ta' l-inġenju ta' l-ajru, b' kont dovut meħud tas-sistema, t-tagħmir jew l-ambjent operazzjonali ta' l-apparat. Sistemi oħra, tagħmir u apparat mhux meħtieġ għaċ-ċertifkazzjoni tat-tip, jew mir-regoli operazzjonali, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, m'għandhomx inaqqsu s-sigurtà u m'għandhomx jeffettwaw ħażin il-funzjonament tajjeb ta' kwalunkwe sistema, tagħmir jew apparat ieħor. Sistemi, tagħmir u apparat għandhom ikunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu kapaċità jew saħħa eċċezzjonali. 1.ċ.3. Is-Sistemi, it-tagħmir u apparat assoċjat ta' inġenji ta' l-ajru, ikkunsidrati separatament u in relazzjoni ma' xulxin, għandhom jiġi ddisinjat b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' nuqqas katastrofika ma tirriżultax min nuqqas wieħed li ma jidhirx li huwa estremament improbabbli u relazzjoni inversa għandha teżisti bejn il-probabilità ta' kondizzjoni ta' xi nuqqqas u s-severità ta' l-effett tagħha fuq l-inġenju ta' l-ajru u l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward ta' kriterju wieħed ta' nuqqas fuq, huwa aċċettat illi għandu jkun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa ta' l-inġenju ta' l-ajru u li dan jista' jipprevjeni lil dan il-kriterju singolu ta' nuqqas milli jiġu sodisfatti għal xi partijiet u xi sistemi fuq elikotteri u ajruplani żgħar. 1.ċ.4. Informazzjoni meħtieġa għall-kondotta sigura tat-titjira u informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux siguri għandha tiġi pprovduta lill-ekwipaġġ, jew lill-impjegati ta' manutenzjoni, kif appropjat, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Sistemi, tagħmir u kontrolli, li jinkludu sinjali u sejħiet għandhom jiġu ddisinjati u allokati sabiex jitnaqqsu żbalji li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikoli. 1.ċ.5. Prekawzjonijiet tad-disinn għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-perikoli lill-inġenji ta' l-ajru u lill-okkupanti minn theddid raġjonevolment probabbli, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju ta' l-ajru, inkluża l-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' nuqqas sinifikanti fi, jew telf ta', kwalunkwe inġenju ta' l-ajru. 1.d. Airworthiness kontinwa 1.d.1. Struzzjonijiet għal Airworthiness kontinwa għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiżguraw illi l-istandard ta' l-Airworthiness taċ-ċertifkazzjoni tat-tip ta' l-inġenju ta' l-ajru jinżamm matul il-ħajja operazzjonali ta' l-inġenju ta' l-ajru 1.d.2. Għandhom jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' partijiet u apparat kif neċessarju għal Airworthiness kontinwa. 1.d.3. L-Istruzzjonijiet għal Airworthiness kontinwa għandhom ikunu fil-forma ta' librett, jew libretti, kif approprjat għall-kwantità ta' data li għandha tiġi pprovduta. Il-libretti għandhom ikopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni ta' manutenzjoni, trouble-shooting u proċeduri ta' spezzjoni, f'format li jipprovdi għal arranġament prattiku. 1.d.4. L-Istruzzjonijiet għal Airworthiness kontinwa għandhom jikkontjenu limitazzjonijiet ta' Airworthiness li jistabilixxu kull ħin mandatorju ta' sostituzzjoni, intervalli ta' spezzjonijiet u proċedura relatata ta' ispezzjoni. 2. Aspetti ta' Airworthiness ta' operazzjoni tal-prodott 2.a. Dan li ġej għandu jidher li ġie indirizzat sabiex jassigura livell soddisfaċenti ta' sigurtà għal dawk abbord jew fuq l-art tul l-operazzjoni tal-prodott: 2.a.1. It-tipi ta' operazzjoni li għalihom l-inġenju ta' l-ajru huwa approvat għandhom jiġu stabbiliti u limitazzjonijiet u l-informazzjoni neċessarja għall-operazzjoni sigura, inklużi limitazzjonijiet ambjentali u twettieq għandhom jiġu stabbiliti. 2.a.2. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkun kontrollabbli b' mod sigur u manuvrabbli taħt il-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni inkluż wara n-nuqqas ta' sistema ta' propulsjoni waħda jew, jekk approprjat, iktar. Għandu jittieħed kont dovut tas-saħħa tal-pilota, ta' l-ambjent tat-titjira fil gverta, tax-xogħol tal-pilota u ta' konsiderazzjonijiet oħra ta' fattur uman u tal-fażi tat-titjira u t-tul tagħha. 2.a.3. Għandu jkun possibbli illi ssir transizzjoni mingħajr xkiel minn fażi ta' titjira waħda għal oħra mingħajr ma jkunu meħtieġa kapaċità eċċezzjonali tal-pilota, riflessi tajba, saħħa jew xogħol taħt kwalunkwe kondizzjoni probabbli ta' operazzjoni. 2.a.4. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkollha dik l-istabilità sabiex tassigura li d-domanda fuq il-pilota mhijiex eċċessiva b' kont meħud tal-fażi u t-tul tat-titjira. 2.a.5. Proċeduri għal operazzjonijiet normali, nuqqas u kondizzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu stabbiliti. 2.a.6. Avviżi, jew detterenti oħra intiżi sabiex ma jipprevjenu li tiġi eċċeduta l-normali tat-titjira, għandhom jiġu pprovduti, kif approprjat għat-tip. 2.a.7. Il-karatteristiċi ta' l-inġenju ta' l-ajru u s-sistemi tiegħu għandhom jippermettu ritorn sigur mill-estremi tat-titjira li jistgħu jiltaqgħu magħhom. 2.b. Il-limitazzjonijiet ta' operazzjoni u informazzjoni oħra neċessarja għal operazzjoni sigura għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ. 2.ċ. L-operazzjonijiet tal-prodotti għandhom jiġu protetti minn perikoli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inklużi kondizzjonijiet ambjentali. 2.ċ.1. B'mod partikolari, l-ebda kondizzjoni mhux sigura ma għandha tinħoloq mill-esposizzjoni għal fenomeni bħal, iżda mhux limitata għal, temp ikrah, sajjetti, għasafar, egħlieqi radjati minn frekwanza għolja, l-ożonju eċċ., raġjonevolmnet mistennija illi jseħħu tul-operazzjoni tal-prodott. 2.ċ.2. Kompartimenti tal-kabini għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport addattati u protezzjoni adegwata kontra kull perikolu mistenni li jirriżulta f'operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżultaw f' sitwazzjonijiet ta' emerġenza, li jinkludu nar, duħħan, gassijiet tossiċi u perikoli ta' dekompressjoni rapida. Għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġjonevoli sabiex jiġi evitat dannu serju u jiġu evakwati malajr mill-inġenju ta' l-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi deċelaranti fil-każ ta' nżul ta' emerġenza fuq l-art jew il-baħar. Sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi għandhom jiġu pprovduti, kif neċessarju, sabiex okkupanti jiġu istrutti f'imġjieba sigura approprjata u l-post u l-użu korett ta' tagħmir ta' sigurtà. Tagħmir meħtieġ ta' sigurtà għandu jintlaħaq malajr. 2.ċ.3. Il-Kompartimenti ta' l-ekwipaġġ għandhom jiġu rranġati sabiex jiġu ffaċilitati operazzjonijiet ta' titjir, inklużi mezzi li jipprovdu konxjosità tas-sitwazzjoni, u Tmexxija ta' kwalunkwe sitwazzjoni u emerġenza prevista. L-ambjent ta' kompartimenti ta' l-ekwipaġġ m'għandux jipperikola l-abilità ta' l-ekwipaġġ li jwettaq il-kompiti tiegħ u d-disinn tiegħu għandu jkun tali illi tiġi evitata interferenza matul l-operazzjoni u l-użu hażin tal-kotrolli. 3. Organizzazzjonijiet (li jinkludu persuni fiżiċi li jidħlu għad-disinn, il-fabbrikazzjoni jew il-mauntenzjoni) 3.a. Approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet għandhom jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin 3.a.1. l-organizzazzjoni għandu jkollha l-mezzi kollha neċessarji għall-iskop tax-xogħol. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dan li ġej: faċilitajiet, impjegati, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri; 3.a.2. l-organizzazzjoni għandha timplimenta u żżomm sistema ta' Tmexxija sabiex tassigura konformità ma' dawn il-ħtiġiet essenzjali għal Airworthiness, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; 3.a.3. l-organizzazzjioni għandha tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif neċessarju, sabiex tiġi assigurata konformità ma' dawn il-ħtiġiet essenzjali għal Airworthiness; 3.a.4. l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema li tirrapporta u/jew timmaniġġa inċident, li għandha tiġi użata mis-sistema ta' Tmexxija taħt il-punt 3.a.2 u l-arranġamenti taħt il-punt 3.a.3, sabiex tikkontribwixxi għall-iskop ta' titjib kontinwu tas-sigurtà ta' prodotti. 3.b. Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ ta' manutenzjoni, il-kondizzjonijiet taħt ount 3.a.3 u 3.a.4 ma japplikawx. -------------------------------------------------- ANNESS II L-Inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(2) Inġenji ta' l-ajru li għalihom l-Artikolu 4(1) ma japplikax huma inġenji ta' l-ajru li għalihom ċertfikat tat-tip jew ċertifkat ta' Airworthiness ma nħariġx a bażi ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, u li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin: (a) inġenji ta' l-ajru li jkollhom rilevanza storika ċara, relatata għal: (i) parteċipazzjoni f'avvemeniment storiku importanti; jew (ii) pass maġġuri fl-iżvilupp ta' l-avjazzjoni; jew (iii) rwol maġġuri fil-forzi armati ta' Stat Membru; u li jissodisfa kriterju wieħed jew iktar milli ġejjin: (i) huwa stabbilit li d-disinn inizjali tiegħu għandu aktar minn 40 sena; (ii) il-produzzjoni tiegħu waqfet minn ta' l-inqas 25 sena ilu; (iii) inqas minn 50 inġenju ta' l-ajru ta' l-istess disinn bażiku għandhom irreġistrati fl-Istati Membri; (b) inġenji ta' l-ajru speċifikament maħsuba jew modifikati għar-riċerka, skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, u x' aktarx li jiġu prodotti f' numri limitati ħafna; (ċ) inġenji ta' l-ajru li minnhom mill-inqas 51 % huwa mibni minn dilettant, jew assoċazzjoni mingħajr profit ta' dilettanti, għall-iskopijiet proprji u mingħajr ebda objettiv kummerċjali; (d) inġenji ta' l-ajru li d-disinn oriġinali tagħhom kien intiż għal skopijiet militari biss; (e) ajruplani li m'għandhom aktar minn żewġ sedili, il-veloċità ta' waqfien jew il-veloċità minima uniformi tat-titjira fil-konfigurazzjoni ta' l-inżul ma teċċeddix 35 knots f'veloċità kalibrata ta' l-ajru (CAS), u l-massa massimu ta' take off (MTOM) ta'mhux iktar minn: (i) 300 kg għal ajruplan ta' l-art , sedil wieħed; jew (ii) 450 kg għal ajruplan ta' l-art, żewġ sedili; jew (iii) 330 kg għal ajruplan amfibju jew galleġġjanti ta' sedil wieħed; jew (iv) 495 kg għal ajruplan amfibju jew galleġġjanti ta' żewġ sedili, sakemm, meta opera kemm bħala galleġġjanti kif ukoll bħala ajruplan ta' l-art, jaqa' taħt iż-żewġ limiti MTOM, kif approprjat; (f) "gliders" b'massa strutturali ta' inqas minn 80 kg meta b'sedil wieħed jew 100 kg meta b' żewġ sedili, inklużi dawk li jittellgħu bis-sieq; (g) inġenju ta' l-ajru mingħajr kontrolli b' massa operazzjonali ta' inqas minn 150 kg; (h) kwalunkwe inġenju ta' l-ajru ieħor b' massa totali mingħajr pilota ta' inqas minn 70 kg. --------------------------------------------------