32002R1400



Official Journal L 203 , 01/08/2002 P. 0030 - 0041


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002

tal-31 ta’ Lulju 2002

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 85(3) tat-Trattat dwar ċerti kategoriji tal-imsemmija ftehim u prattiċi miftiehma [1], kif l-aħħar emendati mill-Regolament (KE) Nru 1215/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li ppublikat abbozz ta’ dan ir-Regolament [3],

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Posizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1) Esperjenza miksuba fis-settur tal-vetturi bil-mutur dwar id-distribuzzjoni ta’ vetturi ġodda bil-mutur "spare parts" u servizzi li isiru wara l-bejgħ, huwa possibli tiddefinixxi kategoriji ta’ ftehim vertikali li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li normalment jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 81(3).

(2) Din l-esperjenza twassal ghall-konkluzjoni li regoli aktar stretti minn dawk provvduti mill-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta’ Dicembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattici miftiehma [4] huma neċessarji f’dan is-settur.

(3) Dawn ir-regoli aktar stretti għall-eżenzjoni skond il-kategorija (l-eżenzjoni) għandhom japplikaw lil ftehim vertikali dwar ix-xiri jew il-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur, ftehim vertikali dwar ix-xiri jew bejgħ ta’ "spare parts" għall vetturi bil-mutur u ftehim vertikali għax-xiri jew bejgħ ta’ tiswijja u servizzi ta’ manutenzjoni għall-istess vetturi fejn il-ftehim imsemmi huwa konkluz bejn imprizi li mhumiex f’kompetizzjoni, bejn ċerti kompetituri, jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjieha bl-imnut jew ta’ dawk li jsewwu. dan jinkludi ftehim vertikali konkluz bejn distributur li qiegħad fil-livell tal-imnut jew sewwej awtorizzat u (sub)distributur jew sewwej. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll lill dawn l-istess ftehim vertikali meta jikkomprendu dispożizzjonijiet anċillari dwar l-assenjazzjoni jew użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà ntellettwali. It-terminu "ftehim vertikali" għandu ikun għalhekk iddefinut biex jinkludi l-imsemmija zewgt ftehim u l-korrispondenti prattici miftehma.

(4) Il-benefiċċju tal-eżenxjoni għandu jkun limitat lil ftehim vertikali liema jista’ jiġi ssoponut b’ċertezza suffiċjenti li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 81(3).

(5) ftehim vertikali li jaqa’ taħt il-kategoriji ddeffinuti f’dan ir-Regolament jistgħu jimmeljoraw l-effiċjenza ekonomika fil-katina ta’ produzzjoni jew distribuzzjoni billi tiffaċilita kordinament aħjar bejn l-imprizi parteċipanti. U partikolarment, dawn jistgħu jwasslu għal riduzzjoni fit-transazzjoni u spejjez ta’ distribuzzjoni tal-partijiet u għall-aħjar użu tas-sitwazzjoni tal-bejgħ u livelli tal-investimenti tagħhom.

(6) Il-probabilità li dawn l-effetti minn effiċjenża aħjar ikunu aqwa minnkull effett anti-kompetitiv minħabba restrizzjonijiet kompriżi fi ftehim vertikali jiddependi fuq il-livell tal-poter tas-suq mizmum mill-impriżi kkonċernati u għalhekk sal-punt li dawk l-impriżi jiffaċċjaw il-kompetizzjoni minn fornituri oħra ta’ prodotti jew servizzi li huma stmati mix-xerrej bħala li jista’ jitpartat jew li jista’ jiġi sostitwit minn wieħed għall-ieħor skond il-feħma tal-karatteristiċi tal-prodott, prezzijiet jew l-użu ntenżjonat.

(7) Livelli bbazati fuq il-qasam tas-suq għandhom ikunu stabbiliti sabiex jirriflettu l-poter tal-fornituri fis-suq. Aktar minnhekk, dan ir-Regolament li huwa speċifiku fis-settur, għandu jikkomprendi regoli aktar stretti minn dawk provvduti mill-Regolament (KE) Nru 2790/1999, u partikolarment għal distribuzzjoni selettiva. Il-livelli taħt liema jista’ jiġi ssoponut li l-vantaġġi miksuba minn ftehim vertikali jaqilbu l-effetti restrittivi taghħom għandhom ivarjaw bil-karatteristi ta’ tipi differenti ta’ ftehim vertikali. Għaldaqstant, in-ġenerali jista’ jiġi ssoponut li, ftehim vertikali għandhom l-imsemmija vantaġġi fejn il-fornitur ikkonċernat għandu sat-30 % tal-qasam tas-suq fuq is-swieq tad-distribuzzjoni ta’ vetturi ġodda bil-mutur jew "spare parts", jew sal-40 % fejn distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva hija użata għal bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur Dak li jirrigwarda servizzi li jsiru wara l-bejgħ jista’ jiġi ssoponut li, in-ġenerali, ftehim vertikali b’liema l-fornitur jistabilixxi l-kriterji fuq kif is-sewwejja awtorizzati għandhom jipprovdu servizzi ta’ tiswijja u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur tad-ditta rilevanti u tipprovdihom bl-ghodda u tħarriġhom għal provvizjon ta’ l-imsemmija servizzi għandhom l-imsemmija vantaġġi fejn ix-xibka ta’ sewwejja awtorizzati tal-fornitur kkonċernat għandu sat-30 % tal-qasam tas-suq. Madankollu, fil-każ ta’ ftehim vertikali li jikkomprendi obbligazzjonijiet esklusivi ta’ provvista, huwa l-qasam tas-suq tax-xerrej li huwa relevanti biex jiddetermina l-effetti kollha tal-imsemmija ftehim vertikali fuq is-suq.

(8) "Il fuq minn dawk il-livelli tal-qasam tas-suq, ma jista" jkun hemm l-ebda supponiment li ftehim vertikali li jaqa’ taħt l-iskop tal-Artikolu 81(1) normalment iwassal għal vantaġġi oġġettivi ta’ xorta ta’ karattru u kobor kif li jikkompensa għall-isvantaġġi li huma jikkrejaw għal kompetizzjoni.. Madankollu, l-imsemmija vantaġġi jistgħu jiġu antiċipati fil-każ ta’ distribuzzjoni selettiva u kwalitattiva, irrespettivament mill-qasam tas-suq tal-fornitur.

(9) Sabiex timpedixxi fornitur milli jtemm ftehim minħabba li distributur jew sewwej jaqbad atteġġament pro-kompettitiv, bħala bejgħ attiv jew passiv lil konsumaturi barranin, multi-branding jew sottokuntrattar ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, kull avviz ta’ tmiem għandu jistabilixxi ċarament bil-miktub ir-ragunijiet, li għandhom ikunu trasparenti u oġġettivi. Aktar minnhekk, sabiex is-saħħaħ l-indipendenza tad-distributuri u sewwejja mill-fornituri tagħhom, perjodi minimi ta’ avviz għandu jiġi pprovdut biex ma jiġġedux l-imsemmija ftehim konkluzi għall zmien limitat u għat-tmiem ta’ ftehim ta’ zmien mingħajr limitu.

(10) Sabiex theġġeġ inteġrazzjoni fis-suq u tippermetti distributuri jew sewwejja awtorizzati jaħtfu aktar opportunitajiet fil-kummerċ, distributuri jew sewwejja awtorizzati għandhom jitħallew jixtru impriżi oħra tal-istess tip li jbiegħu jew isewwu l-istess ditta ta’ vetturi bil-mutur li tinstab fis-sistema tad-distribuzzjoni. U għall dan il-għan, kull ftehim vertikali bejn fornitur u distributur jew sewwej awtorizzat għandu jipprovdi għall dan l-aħħar li jkollu d-dritt li jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu lil kwalsijasi mpriża oħra magħzula minnu, tal-istess tip li tbiegħ jew issewwi l-istess ditta ta’ vetturi bil-mutur, li tinstab fis-sistema tad-distribuzzjoni.

(11) Sabiex tiffavurixxi resoluzzjoni mingħajr dewmien ta’ kwistjonijiet li jqumu bejn il-partijiet ta’ ftehim ta’ distribuzzjoni u liema jista’ għalhekk ifixkel kompetizzjoni effettiva, l-imsemmija ftehim għandhom biss jibbenefikaw minn eżenzjoni jekk jipprovdu għall kull parti billi jkollha d-dritt li tirrikorri għandt espert indipendenti jew arbitratur, u partikolarment fejn avviz huwa mogħti biex jittemm ftehem.

(12) Irrespettivament mill-qasam tas-suq tal-impriżi kkonċernati, dan ir-Regolament ma jkopriex ftehim vertikali li jinkludi ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi u anti-kompetittivi (restrizzjonijiet intransiġenti/hardcore restrictions) li ġeneralment jirrestrinġu sew il-kompetizzjoni anke meta l-qasam tas-suq ikun baxx u li mhumiex indispensabbli għall-ottjeniment tal-effetti posittivi msemmija hawn fuq. Dan partikolarment jikkonċerna ftehim vertikali li jinkludu restrizzjonijiet bħala prezzijiet minimi jew stabbiliti ta’ dak li jista’ jerga’ jinbiegħ u, b’ċerti eżenzjonijiet, restrizzjonijiet tat-territorju f’liema, jew tal-klijenti għall-liema, distributur jew sewwej jista’ jbiegħ il-merkanzija appaltata jew servizzi. L-imsemmija ftehim m’għandhomx jibbenefikaw mill-eżenzjoni.

(13) Huwa neċessarju li tassiġura li kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni u bejn distributuri ippostjati fi Stati Membri differenti, mħiex ristretta jekk fornitur juża distribuzzjoni selettiva f’ċerti swieq u forom oħra ta’ distribuzzjoni f’oħrajn. U partikolarment fteħim ta’ distribuzzjoni selettiva li tirrestrinġi bejgħ passiv lil kwalsijasi utent b’dan jew distributur mhux awtorizzat li hu ppostjat fi swieq fejn territorji esklusivi ġew allokati, għandhom jiġu eskluzi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni, kif ukoll dawk il-ftehim ta’ distributuri selettivi li jirrestrinġu bejgħ passiv lil gruppi ta’ klijenti li huma allokati esklusivament lil distributuri oħra. Il-benefiċċju tal-eżenzjoni għandha wkoll tkun miżmuma minn fteħim ta’ distribuzzjoni esklusiva jekk bejgħ attiv jew passiv għall kwalsijasi utent jew distributur mhux awtorizzat ippostjat fi swieq fejn distribuzzjoni selettiva tintuża, hija ristretta.

(14) Id-dritt ta’ kwalsijasi distributur biex ibiegħ vetturi tal-mutur ġodda passivament jew, fejn relevanti, attivament lil utenti għandu jinkludi d-dritt biex ibiegħ l-imsemmija vetturi lil utenti li taw l-awtoriżazzjoni lil aġent intermedjarju jew xerrej biex jixtri, jieħu kunsinna ta’, jittrasporta u jaħzen vetturi bil-mutur ġodda għan-nom tagħhom.

(15) Id-dritt ta’ kwalsijasi distributur biex ibiegħ vetturi bil-mutur ġodda jew "spare parts" jew ta’ kwalsijasi sewwej biex ibiegħ servizzi ta’ tiswija u manteniment lil utenti passivament jew, fejn rilevanti, attivament għandu jinkludi d-dritt li juża l-Internet jew portali ta’ riferiment fuq l-Internet.

(16) Limiti mponuti minn fornituri fuq il-bejgħ tad-distriburi tagħhom lil kwalsijasi utent fi Stati Membri oħra, per eżempju fejn renumerazzjoni ta’ distributuri jew il-prezz tax-xiri huwa magħmul dipendenti fuq id-destinazzjoni tal-vetturi jew fuq il-post ta’ residenza tal-utenti, jirrisulta bħala restrizzjoni ndiretta fuq il-bejgħ. Eżempji oħra ta’ restrizzjonijiet indiretti fuq bejgħ jinkludu kwota ta’ provvista bbażati fuq territorju ta’ bejgħ barra mis-suq komuni, sija jekk huma jew mhumiex imgħaqdin mal-mira tal-bejgħ. Sistemi ta’ bonus ibbażati fuq id-destinazzjoni tal-vetturi jew kwalsijasi forma ta’ diskriminazzjoni tal-fornitura tal-prodott lil distributuri, sija jekk fil-każ ta’ nuqqas tal-prodott jew xortoħra, jirrisultaw ukoll għal restrizzjoni ndiretta fuq il-bejgħ.

(17) Ftehim vertikali li ma jobbligax is-sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-fornitur biex jirrispettaw garanziji, jagħmlu servizzi b’xejn u jaghmlu xoghol ta’irtirar lura fir-rigward ta’ kwalsijasi vettura bil mutur tal-marka rilevanti mibjugħa fis-suq komuni, tammonta ndirettament għal restrizzjoni ta’ bejgħ u m’għandħiex tibbenefika mill-eżenzjoni. Din l-obbligazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ fornitur ta’ vetturi bil-mutur biex jobbliga distributur jassigura f’dak li jirrigwarda vetturi bil-mutur ġodda li huwa biegħ, li l-garanziji huma rispettati u servizzi b’xejn u xoghol ta’ irtirar lura huwa magħmul, jew mid-distributur stess jew, fil-każ ta’ sottokuntrattar mis-sewwejja awtorizzati lil min dawn is-servizzi ġew sottokuntrattati. Għalhekk il-konsumaturi għandħom f’dawn il-każijiet ikunu jistgħu jmorru ghandt distributur jekk l-obligazzjonijiet fuq imsemmija ma jkunux ġew moqdija adegwatament mis-sewwejja awtorizzat lil min id-distributur is-sottokuntratta dawn is-servizzi. Barra dan, sabiex jitħalla bejgħ minn distributuri ta’ vetturi bil-mutur lill-utenti f’kull parti tas-suq komuni, l-eżenzjoni għandha tapplika biss għal ftehim ta’ distribuzzjoni li jeħtieġu li s-sewwejja fi ħdan ix-xibka tal-fornituri, li jagħmlu xogħol ta’ tiswijja u servizz ta’ manteniment fuq il-merkanzija appaltata u merkanzija korrispondenti rrespettivament minn fejn din il-merkanzija hija mibjugħa fis-suq komuni.

(18) Fi swieq fejn distribuzzjoni selettiva hija wżata, l-eżenzjoni għandha tapplika fir-rigward ta’ projbizzjoni fuq distributur milli jopera barra minn post addizzjonali ta’ stabbiliment fejn huwa distributur ta’ vetturi, minbarra karrozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija. Madankollu, din il-projbizzjoni m’għandhiex tiġi eżentata jekk tillimita l-espansjoni tal-kummerċ tad-distributur fil-post awtorizzat tal-istabbiliment billi, per ezempju, tirrestringi l-isvilupp jew akkwist tal-infrastruttura neċessarja biex tippermetti zieda fil-volumi tal-bejgħ, inkluz iz-zieda miġjuba mill-bejgħ bl-Internet.

(19) Mhux addattat li teżenzjona kwalsijasi fteħim vertikali li jirrestrinġi l-bejgħ ta’ "spare parts" oriġinali jew "spare parts" ta’ kwalità li taqbel, minn membri tas-sistema tad-distribuzzjoni lil sewwejja ndipendenti li jużawhom għall provizzjon ta’ tiswija jew servizzi ta’ manteniment. Mingħajr aċċess għal dawn l-imsemmija "spare parts", dawn is-sewwejja ndipendenti ma ikunux jistgħu jikkompetu effettivament ma sewwejja awtorizzati peress li ma jkunux jistgħu jipprovdu lill konsumaturi b’servizzi ta’ kwalità tajba li jikkontribwixxu għal funżjonament ta’ fiduċja u ta’ siġurtà tal-vetturi bil-mutur.

(20) Sabiex jingħata lill-utenti d-dritt li jixtru vetturi ġodda bil-mutur bi speċifikazzjonijiet identiċi ma’ dawk mibjugħin fi kwalsijasi Stat Membru ieħor, minn kwalsijasi distributur li jbiegħ mudelli korrispondenti u stabbiliti fis-suq komuni, l-eżenzjoni għandha tapplika biss lil fteħim vertikali li jgħinu distributur jordna, jaħzen u jbiegh kwalsijasi msemmija vettura li tikkorrispondi ma’ mudell fi ħdan il-limiti tal-kuntratt. Diskriminatorja jew kondizzjonijiet ta’ fornitura oġġettivament inġustifikabbli, u partikolarment dawk li jirrigwardaw żmienijiet ta’ kunsinna jew prezzijiet, applikati mill fornitur lil vetturi korrispondenti, huma kkunsidrati restrizzjoni fuq l-abilità tad-distributur biex ibiegħ l-imsemmija vetturi.

(21) Vetturi bil-mutur hi merkanzija mobbli li hija għalja u teknikament kumplessa li tesiġi manteniment u tiswijja f’perjodi regolari u rregolari.. madankollu, mhux indispensabbli għal distributuri ta’ vetturi ġodda bil-mutur li jagħmlu tiswija wkoll u manteniment. L-interess legittimu tal-fornituri w utenti jista’ jiġi kompletament sodisfatt jekk id-distributur jissottokuntratta dawn is-servizzi, inkluz ir-rispett tal-garanziji, servizzi b’xejn u xogħol ta’irtirar lura, lil sewwejja jew lill numru ta’ sewwejja fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-fornitur. Huwa madanakollu xieraq li tiffaċilita aċċess lil servizzi ta’ manteniment u tiswija. Għalhekk, fornitur jista’ jesiġi lill distributuri li ssottokuntrattaw servizzi ta’ tiswija u manteniment lil wieħed jew aktar sewwejja awtorizzati biex jagħtu lill utenti l-isem u l-indirizz tal-ħanut tat-tiswijja jew il-ħwienet fil-kwistjoni. Jekk x’whud min dawn is-sewwejja awtorizzati mhumiex stabbiliti fil-viċinanzi tal-ħwienet tal-aġenti tal-bejgħ, il-fornitur jista’ jesiġi wkoll lid-distributur biex javza lill-utenti kemm huma l bogħod il-ħwienet jew ħanut tat-tiswija nkwistjoni, huma mill ħanut tal-aġent tal-bejgħ. Madankollu, fornitur jista biss jimponi l-imsemmija obbligazzjonijiet jekk jimponi wkoll obbligazzjonijiet simili fuq distributuri li l-ħanut tat-tiswija tagħhom stess mhuwiex fl-istess post tal-ħanut tal-aġent.

(22) Barra minnhekk, mhux neċessarju, sabiex tipprovdi adeġwatament għal servizzi ta’ tiswija u manteniment, li sewwejja awtorizzati biex ibiegħu wkoll vetturi bil-mutur ġodda. L-eżenzjoni m’għandħiex għalhekk tkopri fteħim vertikali li tikkontjeni xi obbligazzjonijiet diretti jew indiretti jew inċentiv li jwassal għal konnessjoni mal-bejgħ u attivitajiet tas-serivizzi jew dak li jagħmel il-prestazzjoni ta’ waħda jew wieħed minn dawn l-attivitajiet dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-ieħor. Dan huwa partikolarment il-kaz fejn ir-renumerazzjoni tad-distributuri jew sewwejja awtorizzati relattati max-xiri jew bejgħ ta’ prodotti jew servizzi relattati ma’ xi attività oħra, jew fejn dawn l-imsemmija prodotti kollha jew servizzi huma ndistintament aġġregati f’sistema waħda ta’ renumerazzjoni jew sistema ta’ skont.

(23) Sabiex tassiġura kompetizzjoni effettiva fuq is-swieq ta’ tiswija u manteniment u tippermetti sewwejja joffru lill utenti "spare parts" li huma kompetitevoli bħalma huma "spare parts" oriġinali u "spare parts" ta’ kwalità li taqbel, l-eżenzjoni m’għandhiex tkopri fteħim vertikali fejn tirrestringi l-abilità ta’ sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ manifattur tal-vetturi, distributuri ndipendenti ta’ "spare parts", sewwejja ndipendenti jew utenti jfittxu "spare parts" mill manifattur tal-imsemmija "spare parts" jew minn terza persuna oħra tax-xelta tagħhom. Dan ma jeffettwax ir-responabilità tal-manifattur ta’ l-"spare parts" taħt il-liġi ċivili.

(24) Barra minnhekk, sabiex tippermetti sewwejja awtorizzati w ndipendenti w utenti biex jiddentifikaw il manifattur komponenti tal-vetturi bil-mutur jew "spare parts" u biex jagħzlu bejn "spare parts" kompetenti, l-eżenzjoni m’għandhiex tkopri fteħim b’liema manifattur ta’ vetturi bil-mutur jillimita l-abilità ta’ manifattur ta’ komponenti jew "spare parts" oriġinali biex tpoġġi t-trejdmark taghħa jew "logo" fuq l-imsemmija partijiet effettivament u b’mod visibbli. Aktar minnhekk, sabiex tiffaċilita din ix-xelta u l-bejgħ ta’ "spare parts", li ġew immanifatturati skond l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandard tal-produzzjoni u kwalità pprovduti mill-manifattur tal-vetturi għal produzzjoni ta’ komponenti jew "spare parts", huwa ppreżumat li "spare parts" jikkonstitwixxu "spare parts" oriġinali, jekk il-fabbrikant tal-"spare parts" joħroġ ċertifikat li l-partijiet huma tal-istess kwalità bħal komponenti wzati għall-assemblaġ ta’ vetturi bil-mutur u li ġew immanifatturati skond dawn l-ispeċifikazzjonijiet u standardi. "Spare parts" oħra għall-liema l-fabbrikant tal-"spare parts" jista’ jipproduċi ċertifikat fi kwalsijasi mument li jassiġura li dawn jaqblu mal-kwalità tal-komponenti wzati għall assemblagg ta’ ċerti vetturi bil-mutur, jistgħu jinbiegħu bħala "spare parts" li jaqblu mal-imsemmija kwalità.

(25) L-eżenzjoni m’għandħiex tkopri fteħim vertikali li jirrestrinġi sewwejja awtorizzati milli jużaw "spare parts" ta’ kwalità li jaqblu għat-tiswija jew manteniment ta’ vetturi bil-mutur. Madankollu, fir-rigward id-dirett involviment kontrattwali tal-manifattur tal-vetturi dwar tiswijja taħt garanzija, servizz b’xejn, u operazzjonijiet ta’ irtirar lura, ftehim li jikkontjeni obbligazzjonijiet fuq sewwejja awtorizzati biex jużaw "spare parts" oriġinali forniti mill-manifattur tal-vetturi għall dawn l-imsemmija tiswijiet għandhom ikunu koperti b’din l-eżenzjoni.

(26) Sabiex tipproteġi effettivament kompetizzjoni fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u manteniment u biex timpedixxi l-eskluzjoni ta’ sewwejja ndipendenti, manifatturi ta’ vetturi bil-mutur għandhom jippermettu lil interessati operaturi ndipendenti kollha biex ikollhom aċċess sħiħ għall kull informazzjoni teknika, dijanjostika, u tagħmir ieħor, għodda, inkluz kull "software" rilevanti, u taħrig neċessarju għat-tiswija u manteniment ta’ vetturi bil-mutur. Operaturi ndipendenti li għandhom ikollhom l-imsemmi aċċess jinkludi partikolarment sewwejja ndipendenti, manifatturi ta’ tagħmir ta’ tiswijja jew għodda, pubblikaturi ta’ nformazzjoni teknika, klabbs tal-karrozzi, assistenti operaturi tat-toroq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjonijiet u ttestjar u operaturi li joffru taħrig għas-sewwejja. U partikolarment, il-kondizzjonijiet t’aċċess m’għandhomx jiddiskriminaw bejn operaturi awtorizzati u ndipendenti, l-aċċess għandu jingħata kif jiġi mitlub u mingħajr ebda dewmien, u l-prezz imħallas għall informazzjoni m’għandux jiskoragixxi l-aċċess għal dan billi tonqos milli tieħu akkont safejn l-operaturi ndipendenti jużaw dan. Fornitur ta’ vetturi bil-mutur għandu jkun lilhu meħtieg li jagħti lill-operaturi ndipendenti aċċess fuq informazzjoni teknika dwar vetturi ġodda bil-mutur fl-istess ħin li l-imsemmi aċċess huwa mogħti lis-sewwejja awtorizzati tiegħu u m’għandux jobbliga operaturi ndipendenti jixtru aktar mill-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu dan l-imsemmi xogħol inkwistjoni. Fornituri għandhom ikunu obbliġati jagħtu aċċess lill-informazzjoni teknika neċessarja biex jirriprogrammaw apparat elettroniku fil-vetturi bil-mutur. Hu għalhekk, madankollu, leġittimu u proprju għalihom biex ma jagħtux aċċess lill-informazzjoni teknika li tista’ tippermetti terza parti biex taqbez jew iżżarma abbord apparat ta’ kontra s-serq, tirrekalibra apparat elettroniku jew tbagħbas xi apparati li per ezempju jillimittaw il-veloċità ta’ vettura bil-mutur, kemm il-darba protezzjoni kontra s-serq, il-rikalibrar jew it-tbagħbis jista’ jiġi milħuq minn xi miżuri oħra anqas restrettivi. Drittijiet dwar proprjetà ntellettwali riġwardanti t-tagħrif inkluzi dawk li jirrelataw għal fuq imsemmija apparati għandhom jiġu eserċitati f’mod li jevitaw kwalsijasi tip t’abbuż.

(27) Sabiex tassiġura aċċess lil u biex timpedixxi kompliċità fuq is-swieq rilevanti u biex tagħti opportunitajiet lid-distributuri jbiegħu vetturi ta’ marki oħra minn tnejn jew aktar manifatturi li mhumiex impriżi li għandhom x’jaqsmu, ċerti kondizzjonijiet specifiċi huma meħmużin mal-eżenzjonii. U għal dan il-għan, l-eżenzjoni m’ghandhiex tingħata lil obbligazzjonijiet mhux kompeta. Hu partikolarment, mingħajr preġudizzju għal abilità tal-fornitur biex jesiġi lid-distributur biex jesponi l-vetturi f’postijiet ta’ marki speċifiċi fil-vetrina sabiex tevita konfuzjoni ta’ marki, kull projbizzjoni dwar bejgħ ta’ ditti kompetenti m’għandhomx ikunu eżentati.. L-istess japplika għal obligazzjoni biex tesponi il gamma kollha tal-vetturi bil-mutur jekk tagħmel il-bejgħ jew l-esponiment tal-vetturi mmanifatturati minn impriżi li mħumiex konnessi, impossibbli jew diffiċilment mingħajr ragun. Barra minnhekk, obbligazzjoni biex ikun hemm personàl tal-marka speċifika huwa kkunsidrat bħala obbligazzjoni ndiretta mhux kompeta u għalhekk m’għandhiex tkun koperta mill-eżenzjoni, ħlief jekk id-distributur li jkollu personàl tal-bejgħ li huwa tal-marka speċifika u l-fornitur iħallas għall l-ispejjez addizzjonali kollha nvoluti.

(28) Sabiex tassigura li sewwejja huma kapaċi jaghmlu t-tiswija u manteniment fuq il-vetturi bil-mutur kollha, l-eżenzjoni m’għandhiex tapplika għal kwalsijasi obbligazzjoni li tillimita l-abilità tas-sewwejja tal-vetturi tal-mutur biex jipprovdu tiswijja jew servizzi ta’ manteniment għal marki ta’ fornituri kompetenti.

(29) Addizzjonalment, kondizjonijiet speċifiċ huma meħtieġa biex jeskludu ċerti restrizzjonijiet, li xi daqqiet huma mposti fil-kuntest ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, mill-iskop tal-eżenzjoni. Dan japplika, npartikolari għal obbligazzjonijiet li għandhom l-effett li jimpedixxu l-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva milli jbiegħu l-marki ta’ fornituri kompetenti partikolari, li faċilment jistgħu jwasslu għal qtugħ ta’ ċerti marki. Kondizzjonijiet addizzjonali huma neċessarji sabiex tħaddan kompetizzjoni bejn il-marka stess u ntegrazzjoni tas-swieq fis-suq komuni, biex toħloq opportunitajiet għal distributuri u sewwejja awtorizzati li jixtiequ jaħtfu opportunitajiet fin-neġozju barra il-post tal-istabbiliment tagħhom u biex toħloq kondizzjonijiet li jippermettu l-isvilupp ta’ distributuri "multi-brand". U partikolarment restrizzjoni fuq operat barra minn xi post mhux awtorizzat ta’ stabbiliment għal distribuzzjoni ta’ karrozzi tal-passiggieri u vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija jew il-provizjon ta’ servizzi ta’ tiswija u manteniment m’għandhomx ikunu eżenti. Il-fornitur jista’ jeħtieg ħwienet addizzjonali ta’ bejgħ jew kunsinna għal karrozzi tal-passiggieri u vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija jew ħwienet tat-tiswijja biex jaqblu mar-rilevanti kriterja applikabbli għal ħwienet simili stabbiliti fl-istess erja ġeografika.

(30) L-eżenzjoni m’għandiex tapplika għal restrizzjonijiet li jillimitaw l-abilità tad-distributur biex ibiegħ servizz ta’ kiri għal vetturi bil-mutur.

(31) Il-limiti tal-qasam tas-suq, il-fatt li ċerti fteħim vertikali mħumiex koperti, u li l-kondizzjonijiet provdudti f’dan ir-Regolament, għandhu normalment jassiġura li l-fteħim għall-liema l-eżenzjoni tapplika ma jippermettux l-impriżi parteċipanti biex jeliminaw kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tal-merkanzija jew l-imsemmija servizzi nkwistjoni.

(32) F’każijiet partikolari fejn fteħim li b’xort’oħra jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni madanakollu għandu effetti nkompatibbli ma’ l-Artikolu 81(3), il-Kummissjoni hija awtorizzata biex tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni; dan jista’ jiġri partikolarment fejn ix-xerrejja għandu poter sinifikanti tas-swieq fuq is-suq rilevanti fuq liema jerga’ jbiegħ il-merkanzija jew jipprovdi s-servizzi jew fejn xibka parallela ta’ fteħim vertikali għandhom effetti simili fejn sinifikatament jirrestrinġu aċċess lil suq rilevanti jew kompetizzjoni hemmhekka; effetti hekk kumulattivi jistgħu per ezempju jitfaċċaw f’każijiet ta’ selezzjoni distributtiva. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni jekk il-kompetizzjoni hija restrinġuta sinifikattament fuq is-suq minħabba l-presenza ta’ xi fornitur li għandu l-poter fis-suq jew jekk prezzijiet u kondizzjonijiet ta’ fornitura tad-distributuri tal-vetturi bil-mutur huma sostanzjalment differenti bejn is-swieq ippostjati ġeografikament Tista’ wkoll tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni jekk kondizzjonijiet diskriminatorja tal-prezzijiet jew bejgħ, jew żidied għolja li mħumiex ġustifikabbli, bħalma dawk mitluba għal vetturi tas-sewqan leminija, huma applikati għal fornitura ta’ merkanzija korrispondenti mal-gamma tal-kuntratt.

(33) Regolament Nru 19/65/KEE tawtorizza l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri biex tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni fir-rigward ta’ fteħim vertikali li għandhom effetti nkompatibili mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 81(3), fejn l-imsemmija effetti jinħassu fit-territorju tagħhom, jew f’parti hemmhekka, u fejn l-imsemmi territorju għandu l-karatteristiċi ta’ suq ġeografiku distint; l-ezerċizju ta’ dan il-poter nazzjonali ta’ l-irtirar m’għandux jippreġudika l-applikazzjoni uniformi f’kull parti tas-suq komuni tar-regoli kompetitivi tal-Kommunità jew l-effett sħiħ tal-miżuri addottati fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

(34) Sabiex tippermetti sorveljanza aħjar ta’ xbieki paralleli ta’ fteħim vertikali li għandhom effetti restrittivi li huma simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ xi suq, il-Kummissjoni għandha tkun lilha permessa biex tiddikjara l-eżenzjoni napplikabbli dwar fteħim vertikali li jikkontjeni restrizzjonijiet speċifiċi relattati mas-suq konċernat, b’hekk tirrestabilixxi l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 81(1) lill-imsemmija fteħim.

(35) L-eżenzjoni għandha tiġi mogħtija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tat-Trattat fuq l-abbuż minn impriża li qegħdha f’pożizzjoni dominanti.

(36) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1475/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat lil ċerti kategoriji ta’ fteħim ta’ distribuzzjoni u servizz ta’ vetturi bil-mutur [5] huwa applikabbli sat-30 ta’ Settembru 2002. Sabiex tippermetti l-operaturi kollha żmien biżejjed biex jaddattaw fteħim vertikali li hu kompatibbli ma’ dak ir-regolament u li għadu attwali meta l-eżenzjoni pprovduta hemmhekka tiskadi, huwa xieraq li dawn l-imsemmija fteħim jibbenefikaw minn perjodu transitorju sal-1 ta’ Ottubru 2003, matul dan iż-żmien għandhom ikunu eżenti mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 81(1) taħt dan ir-Regolament.

(37) Sabiex tippermetti operaturi kollha fi ħdan sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva għal karrozzi tal-passiggieri ġodda u vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija biex jaddottaw l-istrateġiji tal-kummerċ tagħhom fuq eżenzjoni li mhux applikabbli lil klawzoli ta’ lok, huwa xieraq li tistipula li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(b) se jibdew jseħħu mill-1 ta’ Ottubru 2005.

(38) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-operazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq bażi regolari, b’attenzjoni partikolari fuq l-effetti tagħha dwar il-kompetizzjoni fuq l-imnut tal-vetturi bil-mutur u dwar servizzi li jsiru wara l-bejgħ fis-suq komuni jew parti relevanti tieghu. Dan għandu jinkludi ssorveljar tal-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq l-istruttura u livell ta’ konċentrazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur u kwalsijasi effett li jirrisulta fuq il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel valutazzjoni tal-operat ta’ dan ir-Regolament u toħrog rapport mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "Impriżi f’kompetizzjoni" tfisser fornituri attwali jew potenzali fuq l-istess prodott tas-suq; il-prodott tas-suq jinkludi merkanzija jew servizzi li huwa mifmum mix-xerrej bħala kambjabbli ma’ jew li tista’ tissostitwixxi għal merkanzija appaltata jew servizzi, skond il-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet u l-użu ntenżjonat tagħhom;

(b) "obbligazzjoni li mhux kompeta" tfisser kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta li tikkaġuna x-xerrej biex ma jimmanifatturax, jixtri, jbiegħ jew jerga’ jbiegħ merkanzija jew servizzi li jikkompetu mal merkanzija appaltata jew servizzi, jew kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta fuq ix-xerrej biex jixtri minn fornitur jew minn x’impriża oħra nominata mill-fornitur aktar minn 30 % mix-xiri totali tax-xerrej tal-merkanzija appaltata, merkanzija korrispondenti jew servizzi u lis-sostitwar tagħhom fuq is-suq rilevanti, li hi kkalkolata fuq l-bażi tal-valur tax-xiri tas-sena preċedenti.. Obbligazzjoni li d-distributur ibiegħ vetturi bil-mutur minn xi fornituri oħra f’erjas separati fil-vetrina sabiex tevita konfuzjoni bejn il-marki, ma tikkostitwixxiex obbligazzjoni mhux kompeta għar-ragunijiet ta’ dan ir-Regolament. Obbligazzjoni li d-distributur għandu personàl tal-bejgħ li huwa tal-marka speċifika għal marki differenti ta’ vetturi bil-mutur tikkonstitwixxi obbligazzjoni mhux kompeta għar-ragunijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm id-distributur jiddeciedi jkollu personàl li jbiegħ marki speċifiċi u l-fornitur iħallas l-ispejjez kollha addizzjonali, nvoluti:

(ċ) "ftehim vertikali" tfisser fteħim jew prattiċi miftiehma magħmula bejn tnejn jew aktar impriżi, li kull wieħed jopera, għar-ragunijiet ta’ dan il-fteħim, fl-livell differenti tal-produzzjoni jew katina ta’ distribuzzjoni;

(d) "restrizzjonijiet vertikali" tfisser restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jaqaw taħt l-iskop tal-Artikolu 81(1), meta l-imsemmija restrizzjonijiet huma kkontenuti fi fteħim vertikali;

(e) "obbligazzjoni esklusiva ta’ fornitura" tfisser kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew ndiretta li twassal lil fornitur ibiegħ il-merkanzija appaltata jew servizzi biss lil xerrej wieħed fis-suq komuni għar-ragunijiet ta’ użu speċifiku jew għal biex jerġgħu jinbiegħu;

(f) "sistema selettiva ta’ distribuzzjoni" tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jobbliga ruħu biex ibiegħ il-merkanzija appaltata jew servizzi, direttament jew indirettament, lil distributuri biss jew sewwejja magħzula fuq il-bażi ta’ kriterja speċifikata u fejn dawn id-distributuri jew sewwejja jobbligaw ruħħom biex ma jbiegħux l-imsemmija merkanzija jew servizzi lill distributuri li mħumiex awtorizzati jew sewwejja ndipendenti, mingħajr preġudizzju għall-abilità li jbiegħu "spare parts" lil sewwejja ndipendenti jew l-obbligazzjoni biex jipprovdu joperaturi ndipendenti bl-informazzjoni teknika kollha, tagħmir dijanjostiku, għodda u tħarriġ neċessarji għat-tiswijja u manteniment ta’ vetturi bil-mutur jew għal implimentazzjoni ta’ miżuri għal protezzjoni tal-ambjent;

(g) "sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva" tfisser sistema ta’ distribuzzjoni selettiva fejn il-fornitur juża kriterja għal selezzjoni ta’ distributuri jew sewwejja li direttament jillimitaw in-numru tagħhom;

(h) "sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwalitattiva" tfisser sistema ta’ distribuzzjoni selettiva fejn il-fornitur juża kriterja għal selezzjoni ta’ distributuri jew sewwejja li huma biss fin-natura tagħhom kwalitattiva, huma meħtieġa minn natura tal-merkanżija appaltata jew servizzi, li jkunu stabbiliti uniformament għad-distributuri kollha jew sewwejja li japplikaw biex jagħmlu parti mis-sistema ta’ distribuzzjoni, mhumiex applikati f’mod diskriminatorju, u li ma jillimitawx indirettament in-numru ta’ distributuri jew sewwejja;

(i) "drittijiet ta’ proprjetà ntellettwali" tinkludi drittijiet ta’ proprjetà ntellettwali, drittijiet ta’ l-awtur u dawk tal-ġar;

(j) "l-għerf tas-sena" tfisser pakkett ta’ informazzjoni prattika mhux brevettata, imnissla mil esperjenza u testjar mill-fornitur, li hija siġrieta, sostanzjali u ddentifikabbli; f’dan il-kuntest, "siġriet" ifisser li l-għerf tas-sena, bħala korp jew fil konfigurazzjoni u assemblea preċisa tal-komponimenti tagħha, mhux ġeneralment magħruf jew faċilment aċċessibbli; "sostanzjali" tfisser li l-għerf tas-sena tinkludi nformazzjoni li hija ndispensabbli għax-xerrej għall-użu, bejgħ jew li terġa’ tbiegħ il-merkanzija appaltata jew is-servizzi; "iddentifikabbli" tfisser li l-għerf tas-sena għandu ikun deskritt f’mod suffiċjentement komprensibbili ħalli jkun possibbli tivverifika li taqdi l-kriterja tas-sostanzjalità u seġretezza;

(k) "xerrej", jekk huwa jew mħuwiex distributur jew sewwej, jinkludi impriża li tbiegħ merkanzija jew servizzi għan-nom ta’ impriża oħra;

(l) "sewwej awtorizzat" tfisser provveditur ta’ servizzi ta’ tiswijja u manteniment għal vetturi bil-mutur li joperaw fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni stabbilita minn fornitur ta’ vetturi bil-mutur;

(m) "sewwej indipendenti" ifisser provveditur ta’ servizzi ta’ manteniment u tiswija għall-vetturi bil-mutur li ma joperawx fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni stabbilita mill-fornitur ta’ vetturi bil-mutur għall-liema tipprovdi manteniment u tiswija. Sewwej awtorizzat fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ fornitur speċifiku ħa jkun kkunsidrat bħala sewwej indipendenti għar-ragunijiet ta’ dan ir-Regolament għall-fini li huwa jipprovdi servizzi ta’ tiswija u manteniment għal vetturi bil-mutur b’rispett ta’ liema huwa mhux membru tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-imsemmi fornitur;

(n) "vettura bil-mutur" tfisser vettura li hija misjuqa minnha nnifisha u maħsuba għall-użu fuq it-toroq pubbliċi u li għandha tlieta jew aktar roti tat-triq;

(o) "karrozza tal-passiġġieri" tfisser vettura bil-mutur maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u li tikkomprendi mhux aktar minn tmien postijiet barra il-post tax-xufier;

(p) "vettura kummerċjali ħafifa tat-tagħbija" tfisser vettura bil-mutur maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jew passiġġieri b’massa massima mhux aktar minn 3,5 tunnellati; jekk xi vettura kummerċjali ħafifa tat-tagħbija hija wkoll mibjugħa f’versjoni ta’ massa massima l fuq minn 3,5 tunnellati, il-versjonijiet kollha ta’ dik il-vettura huma kkunsidrati bħala vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija;

(q) il-"gamma tal-appalt" tfisser il-mudelli differenti kollha tal-vetturi bil-mutur li huma għall-bejgħ għad-distributur mill-fornitur;

(r) "vettura bil-mutur li tikkorrispondi għal mudell fi ħdan il-gamma tal-appalt" tfisser vettura li hija s-suġġett ta’ fteħim ta’ distribuzzjoni ma’ impriża oħra fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni stabbilita mill-manifattur jew bil-kunsens tiegħu u li hi:

- immanifatturata jew assemblata f’volumi mill-manifattur, u

- iddentika bħala forma ta’ stil, linja ta’ sewqan, xàsi, u tip ta’ mutur ta’ vettura fi ħdan il-gamma tal-appalt;

(s) "spare parts" tfisser merkanzija li għandha tiġi nstallata fi jew fuq vettura bil-mutur ħalli tirrikambja komponimenti ta’ dik il-vettura, inkluż merkanzija bħala lubrikanti li huma neċessarja għall-użu ta’ vettura bil-mutur, bl-eċċezzjoni tal-karburant;

(t) "spare parts oriġinali" tfisser "spare parts" li huma tal-istess kwalità bħal komponenti wżati għall-assemblaġ ta’ vettura bil-mutur u li huma mmanifatturati skond l-ispeċifikazzjonijiet u standardi ta’ produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vetturi għal produzzjoni ta’ komponimenti jew "spare parts" għall-imsemmija vettura bil-mutur. Dan jinkludi "spare parts" li huma mmanifatturati fuq l-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawn il-komponimenti. Huwa preżunt, sakemm ma jidhirx il-kuntrarju, li l-partijiet jikkostitwixxu "spare parts" oriġinali jekk il-manifattur tal-partijiet jiċċertifika li l-partijiet jaqblu mal-kwalità tal-komponenti wżati għall-assemblaġ tal-imsemmija vettura u li ġew mmanifatturati skond l-ispeċifikazzjonijiet u standardi ta’ produzzjoni tal-manifattur tal-vetturi;

(u) "spare parts ta’ kwalità li taqbel" tfisser esklusivament li "spare parts" magħmula minn kwalsijasi mpriża li tista’ tiċċertifika f’kull moment li l-partijiet inkwistjoni jaqblu mal-kwalità tal-komponenti li huma jew kienu wżati għall-assemblaġ tal-imsemmija vetturi bil-mutur;

(v) "impriżi fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni" tfisser li l-manifattur u l-impriżi li huma fdati mill manifattur jew bil-kunsens tal-manifattur bid-distribuzzjoni jew tiswija jew manteniment tal-merkanzija appaltata jew merkanzija korrispondenti;

(w) "utent" jinkludi kumpaniji tal-kiri ħlief jekk il-fteħim tal-kiri li huma wżati jipprovdu għal trasferiment ta’ sidien jew ix-xelta biex tixtri l-vettura qabel ma jiskadi l-fteħim.

2. It-termini "impriża", "fornitur", "xerrej", "distributur" u "sewwejja" se jinkludu l-impriżi rispettivament konnessi.

"Impriżi konnessi" huma:

(a) impriżi f’liema parti waħda mill-fteħim, direttament jew indirettament:

(i) għandha l-poter biex teserċita aktar minn nofs tad-drittijiet tal-vot, jew

(ii) għandha l-poter biex taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord supervisorju, bord tal-amministrazzjoni jew korpijiet legali li jirrapresentaw l-impriża, jew

(iii) għandha d-dritt li tamministra l-affarijiet tal-impriża;

(b) impriżi li direttament jew indirettament għandhom, fuq parti waħda tal-fteħim, id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);

(ċ) impriżi f’liema hemm riferiment għall-impriża fi (b) għandha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);

(d) impriżi f’liema parti waħda mill-fteħim fliemkien ma’ wieħed jew aktar minn impriżi li huma msemmija fi (a), (b) jew (c), jew f’liema tnejn jew aktar minn dawn l-aħħar impriżi, konġuntament għandhom id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);

(e) impriżi f’liema d-drittijiet jew il-poteri l-listjati fi (a) huma konġuntament miżmuma minn:

(i) partijiet fi fteħim jew l-impriżi rispettivament konnessi msemmija fi (a) sa (d), jew

(ii) wieħed jew aktar mill-partijiet tal-fteħim jew wieħed jew aktar mill-impriżi konnessi msemmija fi (a) sa (d) u wieħed jew aktar minn partijiet terzi.

Artikolu 2

Ambitu

1. Skond l-artikolu 81(3) tat-Trattat u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa hawnhekk id-dikjarat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81(1) mhux se japplikaw għal fteħim vertikali fejn dawn jirrelataw mal-kondizzjonijiet taħt liema l-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew jerġgħu jbiegħu vetturi tal-mutur ġodda, "spare parts" għal vetturi bil-mutur jew servizzi ta’ tiswija u manteniment għal vetturi bil-mutur.

L-ewwel sottoparagrafu se japplika safejn l-imsemmija fteħim vertikali jikkontjenu restrizzjonijiet vertikali.

L-eżenzjoni dikjarata b’dan il-paragrafu se tkun magħrufa għar-ragunijiet ta’ dan ir-Regolament bħala "l-eżenzjoni".

2. L-eżenzjoni se tapplika wkoll għal kateġoriji seġwenti ta’ fteħim vertikali:

(a) Ftehim Vertikali li ttieħed bejn assoċjazzjoni ta’ impriżi u l-membri tagħha, jew bejn l-imsemmija assoċjazzjoni u l-fornituri tagħha, ħlief jekk il-membri kollha tagħha huma distributuri ta’ vetturi bil-mutur jew "spare parts" għal vetturi bil-mutur jew sewwejja u jekk l-ebda membru ndividwali tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-impriżi konnessi, għandha total ta’ valur tal-bejgħ annwali li jeċċedi EUR 50 miljun; ftehim vertikali li daħlu fiħ l-imsemmija assoċjazzjonijiet se ikun kopert minn dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 dwar fteħim orizzjontali konkluz bejn il-membri tal-assoċjazzjoni jew deċizjonijiet addottati mill-assoċjazzjoni;

(b) ftehim vertikali li jkunu jinsabu fi dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-kunsinna tax-xerrej jew użu mix-xerrej ta’ drittijiet ta’ proprjetà ndividwali, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkonstatawx l-oġġett primarju tal-imsemmija fteħim u huma direttament relatati ma’ l-użu, bejgħ jew li jerġgħu jbiegħu l-merkanzija jew servizzi mix-xerrej jew il-klijenti tiegħu. L-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkontjenux restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni relatata mal-merkanzija appaltata jew servizzi li għandhom l-istess oġġett jew effetti bħala restrizzjonijiet vertikali liema mħumiex eżenti taħt dan ir-Regolament.

3. L-eżenzjoni mhux se tapplika lil fteħim vertikali li ttieħed bejn impriżi kompetituri.

Madankollu, se tapplika fejn impriżi kompetituri jidħlu fi fteħim vertikali mhux reċiproku u

(a) ix-xerrej għandu total ta’ valur tal-bejgħ annwali ta’ EUR 100 miljun, jew

(b) il-fornitur huwa manifattur u distributur tal-merkanzija, waqt li x-xerrej huwa distributur li mhux manifattur ta’ merkanzija li tikkompeti mal-merkanzija appaltata, jew

(ċ) il-fornitur huwa provditur ta’ servizzi fuq bosta livelli tan-negozju, waqt li x-xerrej ma jipprovdiex servizzi konkorrenti fil-livell tan-negozju fejn jixtri s-servizzi appaltati.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet Ġenerali

1. Bla ħsara għal-paragrafi 2, 3, 4, 5, 6 u 7, l-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-qasam tas-suq tal-fornitur fuq is-suq relevanti fuq liema ibiegħ il-vetturi ġodda bil-mutur, "spare parts" għal vetturi bil-mutur jew servizzi ta’ tiswija u manteniment ma jeċċedux 30 %.

Madankollu, il-livelli tal-qasam tas-suq għal-applikazzjoni tal-eżenzjoni se tkun 40 % għal fteħim li jistabilixxi sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva għal bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur.

Dawk il-livelli mhux se japplikaw għal fteħim li jistabilixxu sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva u kwalitativa.

2. Fil-każ ta’ fteħim vertikali li jinkludu obbligazzjonijiet ta’ fornitura esklusiva, l-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-qasam tas-suq miżmum mix-xerrej ma jeċċediex it-30 % tas-suq rilevanti fuq liema jinxtraw is-servizzi jew merkanzija appaltata.

3. L-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-fteħim vertikali konkluz bejn distributur jew sewwej tipprovdi li l-fornitur jaqbel għat-trasferiment tad-drittijiet u obbligazzjonijiet li jirrisultaw mill-fteħim vertikali lil distributur ieħor jew sewwej fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni u magħzula mid-distributur jew mis-sewwej ta’ qabel.

4. L-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-fteħim vertikali konkluż bejn distributur jew sewwej tipprovdi li fornitur li jixtieq jagħti avviż ta’ temm ta’ fteħim għandu jagħmel dan bil-miktub u għandu jinkludi r-raġunijiet dettaljati, oġġettivi u trasparenti għat-terminazzjoni, sabiex tipprevjeni fornitur milli jtemm fteħim vertikali ma distributur jew sewwej minħabba l-prattiċi miftiehma li jistgħu ma jkunux restrinġuti taħt dan ir-Regolament.

5. L-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-fteħim vertikali konkluż bejn il-fornitur ta’ vetturi bil-muturi ġodda ma distributur jew sewwej awtorizzat jipprovdi

(a) li l-fteħim jiġi konkluż għal-perjodu ta’ mill-anqas hames snin; f’dan il-każ kull parti għanda tintrabat li tagħti l-parti l-oħra mill-inqas sitt xhur avviż bil-quddiem tal-intenżjoni li mhux se jiġġeded il-fteħim;

(b) jew li l-fteħim huwa konkluż għal perjodu ndefinit; f’dan il-każ il-perjodu ta’ avviż għal temm regolari tal-fteħim għandu jkun mill-anqas għal sentejn għaż-żewġ partijiet; dan il-perjodu huwa ridott mill-inqas għal sena fejn:

(i) il-fornitur huwa obbliġat mill-liġi jew b’xi fteħim speċjali li jħallas kumpens xieraq fuq it-temm tal-fteħim, jew

(ii) il-fornitur itemm l-fteħim fejn huwa neċessarju biex jerġa’ jorġanizza kollox jew parti sostanzjali tax-xibka tax-xoghol.

6. L-eżenzjoni se tapplika fuq kondizzjoni li l-fteħim vertikali jipprovdi għal kull parti d-dritt li jirreferu l-kwistjonijiet dwar l-esekuzzjoni tal-obbliġazzjonijiet appaltati lill-espert indipendenti jew arbitratur. L-imsemmija kwistjonijiet jistgħu jirrelataw, inter alia, lill kwalsijasi mis-seġwenti:

(a) fornitura ta’ obbligazzjonijiet:

(b) l-istabbiliment jew l-akkwist ta’ miri tal-bejgħ;

(ċ) l-implimentazzjoni ta’ ħtieġijiet ta’ skorta:

(d) L-implimentazzjoni ta’ obbligazzjoni li tipprovdi jew t’uża vetturi tal-wiri;

(e) l-kondizzjonijiet tal-bejgħ ta’ marki differenti;

(f) il-kwistjoni jekk il-projbizzjoni biex topera ’l barra minn post ta’ stabbiliment li mhux awtorizzat jillimita l-abilità tad-distributur ta’ vetturi bil-mutur minbarra tal-karrozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali għal tagħbijiet ħfief biex ikabbru n-neġozju, jew

(g) il-kwistjoni jekk it-temm ta’ fteħim huwa ġġustifikat mir-raġunijiet mogħtija fl-avviż

Id-dritt riferut fl-ewwel sentenza huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull parti biex tagħmel applikazzjoni għal qorti nazzjonali.

7. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-qasam tas-suq miżmum mill-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(e) se jiġi maqsum ndaqs lil kull impriża li għandha d-drittijiet jew il-poteri l-listjati fl-Artikolu 1(2)(a).

Artikolu 4

Restrizzjonijiet intransiġenti(Restrizzjonijiet intransigenti dwar il-bejgħ ta’ vetturi bil-muturi ġodda, servizzi ta’ manteniment u tiswija jew "spare parts"

1. L-eżenzjoni mhux se tapplika għall-fteħim vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, għandhom bħala l-oġġett tagħhom:

(a) ir-restrizzjoni tal-abilità tad-distributur jew sewwej biex jiddetermina l-prezz tal-bejgħ, mingħajr preġudizzju għal abilità tal-fornitur biex jimponi prezz masimu tal-bejgħ jew biex jirrakkomanda prezz għal bejgħ, ġa ladarba li dan ma jwassalx għal prezz fiss jew minimu tal-bejgħ bħala rizultat ta’ pressjoni minn, jew inċentivi offrutui minn, kull wieħed mill partijiet;

(b) Ir-restrizzjoni tat-territorju f’liema, jew tal-klijenti ta’ liema, id-distributur jew sewwej jista’ ibiegħ il-merkanzija appaltata jew servizzi; madanakollu, l-eżenzjoni se tapplika għal:

(i) ir-restrizzjonijiet ta’ bejgħ attiv fit-territorju esklusiv jew lill-grupp ta’ klijenti esklusivi riservat ghal-fornitur jew allokat mill-fornitur għal distributur jew sewwej ieħor, fejn l-imsemmija restrizzjoni ma tillimitax il-bejgħ tal-klijenti lid-distributuri jew sewwejja;

(ii) ir-restrizzjoni tal-bejgħ lill-utenti minn distributur li jopera fil-livell tan-negozju bl-ingrossa;

(iii) ir-restrizzjoni tal-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur u "spare parts" lil distributuri mhux awtorizzati minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva fis-swieq fejn distribuzzjoni selettiva hija applikata, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt (i);

(iv) ir-restrizzjoni tal-abilità tax-xerrej biex ibiegħ partijiet, forniti għall-iskopijiet ta’ nkorporazzjoni, lill klijenti li jistgħu jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ merkanzija bħalma dawk ipprovduti mill-fornitur;

(ċ) ir-restrizzjoni ta’ tqassim ta’ fornitura bejn distributuri jew sewwejja fi ħdan sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, inklużi dawk bejn distributuri jew sewwejja li joperaw f’oqsma differenti tal-kummerċ

(d) Ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv ta’ karrozzi tal-passiġġieri ġodda jew vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija, "spare parts" għal kwalsijasi vettura bil-mutur, jew servizzi ta’ manteniment jew tiswijja lil kwalsijasi vettura bil-mutur lill-utenti minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-qasam tal-kummerċ bl-imnut fi swieq fejn distribuzzjoni selettiva hija użata. L-eżenzjoni se tapplika lil fteħim li jkollhom projbizzjoni fuq membru ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva milli jopera l barra minn post ta’ stabbiliment mhux awtorizzat. Madankollu, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni għall-imsemmija projbizzjoni hija bla ħsara għal 5(2)(b);

(e) ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv ta’ vetturi ġodda bil-mutur minbarra il-karrozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija lill-utenti minn membri ta’ sistema ta’ distribuzjoni selettiva li topera fil-kummerċ fil-qasam tal-imnut fi swieq fejn distribuzzjoni selettiva hija wżata, mingħajr preġudizzju għall-abilità tal-fornitur biex jipprevjeni lil xi membru ta’ dik is-sistema milli jopera l barra minn post ta’ stabbiliment mhux awtorizzat;

(Restrizzjonijiet intransiġenti li huma dwar il-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur biss)

(f) ir-restrizzjonijiet tal-abilità tad-distributur biex ibiegħ kwalsijasi vettura ġdida bil-mutur li taqbel ma mudell fi ħdan il-gamma appaltata;

(g) ir-restrizzjoni tal-abilià tad-distributur biex jissottokuntratta l-provvediment ta’ servizzi ta’ manteniment u tiswija lil sewwejja awtorizzati, mingħajr preġudizzju għall-abilità tal-fornitur biex iħeġġeg lid-distributur jagħti lill-utenti l-isem u l-indirizz ta’ l-imsemmija sewwej jew sewwejja awtorizzati qabel it-tmien ta’ kuntratt tal-bejgħ u, jekk xi wħud minn dawn is-sewwejja awtorizzati mħumiex fil-viċinanza tal-ħanut tal-bejgħ, biex javżaw ukoll lill-utenti kemm hu l bogħod l-imsemmi ħanut tat-tiswija jew ħwienet tat-tiswija mill-ħanut tal-bejgħ; madanakollu, l-imsemmija obbligazzjonijiet jistgħu jiġu mponuti biss jekk obbligazzjonijiet ta’ l-istess xebħ huma mponuti fuq distributuri liema ħanut tat-tiswija mħuwiex fl-istess post tal-ħanut tal-bejgħ tagħhom;

(Restrizzjonijiet intransiġenti li huma dwar il-bejgħ ta’ servizzi ta’ tiswija u manteniment u ta’ "spare parts" biss)

(h) ir-restrizzjoni ta’ l-abilità tas-sewwej awtorizzat biex jillimita l-attivitajiet għal provvediment ta’ servizzi ta’ tiswija u manteniment u wkoll id-distribuzzjoni ta’ "spare parts";

(i) ir-restrizzjoni ta’ bejgħ ta’"spare parts" għal vetturi bil-mutur minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva lil sewwejja ndipendenti li jużaw dawn il-partijiet għat-tiswija jew manteniment ta’ vettura bil-mutur;

(j) ir-restrizzjoni mifteħma bejn fornitur ta’"spare parts" oriġinali jew "spare parts" ta’ l-istess kwalità, għodda ta’ tiswija jew dijanjostiku jew tagħmir ieħor u xi manifattur ta’ vetturi bil-mutur, li jillimitaw l-abilità tal-fornitur biex ibiegħ din il-merkanzija jew servizzi lil distributuri awtorizzati jew indipendenti jew lil sewwejja awtorizzati jew indipendenti, jew utenti;

(k) ir-restrizzjoni tal-abilità ta’ distributur jew sewwej awtorizzat biex jakkwista "spare parts" oriġinali jew "spare parts" ta’ l-istess kwalità minn impriża terza ta’ xelta tagħha u li tużhom għat-tiswijja jew manteniment ta’ vetturi bil-mutur, mingħajr preġudizzju għall-abilità ta’ fornitur ta’ vetturi ġodda bi-mutur li jkun meħtieg l-użu ta’ "spare parts" oriġinali forniti minna għal tiswija magħmula taħt garanzija, servizzi b’xejn u xogħol ta’ irtirar lura ta’ vetturi;

(l) ir-restrizzjoni mifteħma bejn manifattur ta’ vetturi bil-mutur li jużaw partijiet għall-assemblaġ iniżjali ta’ vetturi bil-mutur u l-fornitur ta’ l-imsemmija partijiet li jillimitaw l-abilità ta’ dan l-aħħar biex ipoġġi t-trejdmark jew logo effettivament u f’pożizzjoni visibilment ċara fuq l-partijiet forniti jew fuq l-"spare parts".

2. L-eżenzjoni mhux se tapplika fejn il-fornitur ta’ vetturi bil-mutur jirrifjuta li jagħti operaturi ndipendenti aċċess lil kwalsijasi nformazzjoni teknika, dijanjostika u tagħmir ieħor, għodda, inkluz kwalsijasi software rilevanti, jew taħriġ neċessarju għat-tiswija u manteniment ta’ l-imsemmija vetturi bil-mutur jew għall-implimentazzjoni ta’ miżuri protettivi ambjentali.

l-imsemmi aċċess għandu jinkludi partikolarment l-użu bla restrizzjoni ta’ sistemi ta’ kontrol elettroniku u dijanjostiku ta’ vetturi bil-mutur, lip-proġrammar ta’ dawn is-sistemi skond l-istandardi ta’ proċedura tal-fornitur, l-istruzzjonijiet dwar tiswija u taħriġ u l-informazzjoni meħtieġa għall-użu ta’ għodda dijanjostika, servizzi u tagħmir.

L-aċċess għandu jiġi mogħti lil operaturi ndipendenti bla diskriminizazzjoni, ta’ malajr u f’mod bilanċjat, u l-informazzjoni għanda tkun ipprovduta f’mod li tista’ tintuża. Jekk l-oġġett rilevanti huwa kopert minn dritt ta’ proprjetà ntellettwali jew jikkonstitwixxi għerf tas-sengħa, l-aċċess mhux se jiġi miżmum f’mod abbużiv.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu "operator indipendenti" se jfisser impriżi li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija jew manteniment ta’ vetturi bil-mutur, u partikolarment sewwejja ndipendenti, manifatturi ta’ tagħmir ta’ tiswijja u għodda, distributuri ndipendenti ta’ "spare parts", pubblikaturi ta’ nformazzjoni teknika, klabbs tal-karrozzi, operaturi ta’ assisstenza fit-toroq, operaturi li joffru servizzi ta’ ispezzjoni u testjar u operaturi li joffru taħriġ għas-sewwejja.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet speċifiċi

1. Dwar il-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur, servizzi ta’ tiswija u manteniment jew "spare parts", l-eżenzjoni mhux se tapplika għall-ebda obbligazzjoni hawn seġwenti li jinstabu fi fteħim vertikali:

(a) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta mhux kompeta;

(b) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta li tillimita l-abilità ta’ sewwej awtorizzat biex jipprovdi servizzi ta’ tiswija u manteniment għal vetturi minn fornituri kompetenti;

(ċ) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta li ġġiegħel il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni biex ma tbieħx vetturi bil-mutur jew "spare parts" ta’ fornituri partikolari konkorrenti;

(d) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta li ġġiegħel lid-distributur jew sewwej awtorizzat, wara t-tmiem tal-kuntratt, biex ma jimmanifatturax, jakkwista, ibiegħ jew jerga’ ibiegh vetturi bil-mutur jew li ma jipprovdiex servizzi ta’ tiswija u manteniment.

2. Dwar il-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur, l-eżenzjoni mhux se tapplika lill-ebda obbligazzjoni seġwenti li tinstab fi ftehim vertikali:

(a) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta li ġġiegħel il-bejjiegħ tal-imnut biex ma jbieħx servizzi ta’ kiri li huma rrelatati mal-merkanzija appaltata jew merkanzija korrispondenti;

(b) kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta fuq kwalsijasi distributur ta’ karrozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief tat-tagħbija fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, li tillimita l-abilità biex tistabilixxi bejgħ addizzjonali jew ħwienet tal-kunsinna f’lokalitajiet oħra fi ħdan is-suq komuni fejn distribuzzjoni selettiva hija applikata.

3. Dwar servizzi ta’ tiswija u manteniment jew il-bejgħ ta’ "spare parts", l-eżenzjoni mhux se tapplika lil kwalsijasi obbligazzjoni diretta jew indiretta dwar il-post ta’ l-istabbiliment ta’ sewwej mhux awtorizzat fejn distribuzzjoni selettiva hija applikata.

Artikolu 6

L-irtirar tal-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament

1. Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skond l-artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 19/65/KEE, billi issib fi kwalsijasi każ partikolari li fteħim vertikali fejn dan ir-Regolament japplika madanakollu għandu effetti li huma nkompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, u partikolarment:

(a) fejn aċċess fis-suq rilevanti jew kompetizzjoni hemmhekka, hija sinifikament restritta mill-effett kumulattiv ta’ xbiek parallel ta’ restrizzjonijiet vertikali li huma ta’ l-istess xebh, li jiġu implimentati minn fornituri konkorrenti jew xerrejja, jew

(b) fejn kompetizzjoni hija restritta fuq suq fejn fornitur wieħed mhux espost għall-kompetizzjoni effettiva minn fornituri oħra, jew

(ċ) fejn prezzijiet jew kondizzjonijiet ta’ fornitura ta’ merkanzija appaltata jew għal merkanzija korrispondenti li hija sostanzjalment differenti bejn swieq li huma ġeografikament mqiegħedha, jew

(d) fejn prezzijiet diskriminatorji jew kondizzjonijiet tal-bejgħ huma applikati fi ħdan suq li huwa ġeografikament imqiegħed.

2. fejn fi kwalsijasi każ partikolari ta’ ftehim vertikali fejn l-eżenzjoni li tapplika għandha effetti nkompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ xi Stat Membru, jew f’xi parti minnu, li għandha l-karatteristiċi kollha ta’ suq distrint li huwa ġeografikament imqieghed, l-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru jista’ jirtira l-benefiċċju tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dak it-territorju, taħt l-istess kondizzjonijiet bħalma dawk ipprovduti fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Meta r-Regolament mhux applikabbli

1. Skond l-artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’ permezz tar-regolament tiddikjara li, fejn xbiek parallel ta’ restrizzjonijiet vertikali ta’ l-istess xebh ikopru aktar minn 50 % ta’ xi suq rilevanti, dan ir-Regolament mhux se japplika għal fteħim vertikali li jkollu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.

2. Regolament skond il-paragrafu 1 mhux se jkun applikabbli qabel sena wara li jiġi addottat.

Artikolu 8

Kalkulazzjoni tal-qsim tas-suq

1. Il-qsim tas-suq ipprovdut f’dan ir-Regolament se jiġi kkalkolat

(a) għad-distribuzzjoni ta’ vetturi ġodda bil-mutur fuq il-bażi tal-volum tal-merkanzija appaltata u merkanzija korrispondenti mibjugħa mill-fornituri, flimkien ma’ xi merkanzija oħra mibjugħa mill-fornitur li huma stmati bħala li jistgħu jitpartu jew jitbiddlu mix-xerrej, minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, prezzijiet u l-użu ntenżjonat;

(b) għad-distribuzzjoni ta’ l-"spare parts" fuq il-bażi tal-valur tal-merkanzija appaltata u merkanzija oħra mibjugħa mill-fornitur, flimkien ma xi merkanzija oħra mibjugħa mill-fornitur li huma stmati bħala li jistgħu jitpartu jew jitbiddlu mix-xerrej, minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, prezzijiet u l-użu ntenzjonat;

(ċ) għal provizzjon ta’ servizzi ta’ tiswija u manteniment fuq l-bażi tal-valur tas-servizzi appaltata mibjugħa minn membri tax-xibka ta’ distribuzzjoni tal-fornitur flimkien ma’ xi servizzi oħra mibjugħa minn dawn il-membri li huma stmati bħala li jistgħu jitpartu jew jitbiddlu mix-xerrej, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, prezzijiet u l-użu ntenżjonat.

Jekk il-volum tad-data meħtieġa għal dwak il-kalkolazzjonijiet mħiex disponibbli, data ta’ valur tista’ tiġi wżata jew viċi versa. Jekk l-imsemmija nformazzjoni mħiex disponibbli, stimi bbażati fuq informazzjoni soda tas-suq jistgħu jiġu wżati. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(2), il-volum tax-xiri tas-suq jew il-valur tax-xiri tas-suq rispettivament, jew stimi tagħhom se jintużaw biex jiġi kkalkolat il-qasam tas-suq.

2. Għall-iskopijiet tal-applikar tal-livelli tal-qasam tas-suq tat-30 % u 40 % ipprovduti f’dan ir-Regolament, ir-regoli seġwenti se jgħoddu;

(a) il-qasam tas-suq se jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ data relattata mas-sena preċedenti tal-kalendarju;

(b) il-qasam tas-suq se jinkludi kwalsijasi merkanzija jew servizzi forniti lil distributuri li huma nteġrati għall-iskopijiet ta’ dan il-bejgħ;

(ċ) Jekk il-qasam tas-suq huwa nnizjalment mhux aktar minn 30 % jew 40 % rispettivament imma susseġwentement jgħola aktar minn dak il-livell mingħajr ma jaqbez l-35 % jew 45 % rispettivament, l-eżenzjoni se tkompli tapplika għal-perjodu ta’ sentejn mill-kalendarju annwali wara is-sena fejn il-livelli tal-qasam tas-suq tat-30 % jew 40 % rispettivament ġew l-ewwel maqbuza:

(d) jekk il-qasam tas-suq huwa innizjalment mhux aktar minn 30 % jew 40 % rispettivament imma susseġwentement jgħola aktar minn 35 % jew 45 % rispettivament, l-eżenzjoni se tkompli tapplika għal sena waħda mill-kalendarju annwali wara is-sena fejn il-livell tat-30 % jew 40 % rispettivament ġew l-ewwel maqbuza;

(e) il-benefiċċju tal-punti (c) u (d) ma jistgħux jiġu kkumbinati sa biex jaqbzu perjodu ta’ sentejn mill-kalendarju annwali.

Artikolu 9

Kalkolazzjoni tal-valur tal-bejgħ

1. Għall-iskopijiet tal-kalkolament annwali totali tal-fiġuri tal-valur tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(3)(a) rispettivament, il-valur tal-bejgħ ottjenut matul is-sena finanzjarja ta’ qabel mill-parti rilevanti tal-fteħim vertikali u l-valur tal-bejgħ ottjenut mill-impriżi konnessi, fir-rigward tal-merkanzija u servizzi kollha, barra t-taxxi u dażji oħra, se jiġu imgħadda flimkien. Għal dan l-iskop, mhux se jittieħed akkont tan-neġozjar bejn il-parti tal-fteħim vertikali u l-impriżi tagħha konnessi jew bejn impriżi konnessi.

2. L-eżenzjoni se tkompli tapplika fejn, għal kwalsijasi perjodu ta’ sentejn żmien finanzjarju, il-valur totali tal-livell tal-bejgħ annwali jiġi maqbuz mhux aktar minn 10 %.

Artikolu 10

Perjodu Transitorju

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 81(1) mhux se tapplika waqt il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2002 sat-30 ta’Settembru 2003 fir-rigward ta’ fteħim ga attwali fit-30 Settembru 2002 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ghall-eżenzjoni pprovduta f’dan ir-Regolament, imma li ssodisfaw il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1475/95.

Artikolu 11

Rapport ta’ valutazzjoni u sorveljanza

1. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-operazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq bażi regolari, b’rigward partikolari għall-effetti tagħha fuq:

(a) Kompetizzjoni fl’imnut tal-vetturi bil-mutur u fis-servizzi li jsiru wara l-bejgħ fis-suq komuni jew f’partijiet rilevanti tiegħu;

(b) l-istruttura u livell ta’ konċentrazzjoni ta’ distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u kwalsijasi effett risultanti fuq il-kompetizzjoni.

2. Il-Kummissjoni se tagħmel rapport dwar dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008 b’rigward partikolari għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 81(3).

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u data ta’ l-għeluq

1. Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2002.

2. L-Artikolu 5(2)(b) se japplika mill-1 ta’ Ottubru 2005.

3. Dan ir-Regolament se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 31ta’ Lulju 2002.

Ghall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 36, tas-6.3.1965, p. 533/65.

[2] ĠU C 148, 15.06.99, p. 1.

[3] ĠU C 67, 16.03.02, p. 2.

[4] ĠU L 336, 29.12.99, p. 21.

[5] ĠU L 145, 29.06.95, p. 25.

--------------------------------------------------