32002R1285



Official Journal L 187 , 16/07/2002 P. 0021 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1285/2002

tal-15 ta’ Lulju 2002

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2301/97 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku li hemm disposizzjonijiet dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċjali għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (Kalakukko)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2082/92, il-Finlandja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex l-isem "Kalakukko" jiġi mdaħħal fir-Registru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku.

(2) Id-deskrizzjoni "speċjalità tradizzjonali garantita" tista’ tintuża biss għall-ismijiet imdaħħla f’dan ir-Reġistru.

(3) Ma ġiet mibgħuta lill-Kummissjoni l-ebda oġġezzjoni skond l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [2] rigward l-isem iddikjarat fl-Anness ta’ ma’ hawn.

(4) B’konsegwenza ta’ dan, l-isem iddikjarat fl-Anness għandu jiġi mdaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku u b’hekk protett bħala speċjalità tradizzjonali garantita ġewwa l-Komunità skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru (KEE) 2082/92.

(5) L-Anness ta’ ma hawn jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2301/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 688/2002 [4],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-isem fl-Anness ta’ hawnhekk huwa miżjud ma’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2301/97 u mdaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92.

Għandu jiġi protett skond l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.07.92, p. 9.

[2] ĠU Ċ 235, tal- 21.8.2001, p. 12.

[3] ĠU L 319, tal-21.11.1997, p. 8.

[4] ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Ħobż, prodotti mill-għaġina, ħelu, gallettini u oġġetti oħra li jbiegħu il-furnara

— Kalakukko

--------------------------------------------------