32002R0797



Official Journal L 128 , 15/05/2002 P. 0029 - 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2002

ta’ l-14 ta’ Mejju 2002

li jemenda l-Annessi III u VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 fuq ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kunsill adotta bir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 [3] il-lista tal-prodotti tat-tessuti u ta’ l-ilbies li għandha tiġi integrata fil-GATT 1994 fl-1 ta’ Jannar 2002.

(2) Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina saret membru sħiħ ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fil-11ta’ Diċembru 2001. Taiwan sar membru sħiħ fl-1 ta’ Jannar 2002.

(3) Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini u ċ-ċertifikat ta’ l-esportazzjoni wżati fit-Taiwan jvarjaw kemmxejn mill-mudell standard fir-Regolament (KEE) Nru 3030/93. Kampjuni ġew ipprovduti mill-awtoritajiet tat-Taiwan.

(4) Id-disposizzjonijiet tal-flessibiltà għaż-żewġ pajjiżi, kif stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3030/93, hemm bżonn li jiġu adattati biex jitħarrsu l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

(5) Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu jkun hekk emendat.

(6) Biex tassigura li l-Komunità tħares l-obbligi internazzjonali tagħha l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Jannar 2002.

(7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huwa emendat kif ġej:

1. L-Anness III huwa emendat skond parti A ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Anness VIII huwa mibdul mit-test stabbilit f’parti B ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 2002.

Ghall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 275, 08.11.1993, p. 3.

[2] ĠU L 9, 11.01.2002, p. 1.

[3] ĠU L 286, 11.11.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

(A) Fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 il-kampjun li ġej taċ-ċertifikat ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini tat-Taiwan huma miżjuda:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

(B) L-Anness VIII tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huwa mibdul b’dan li ġej:

"

ANNESS VIII

IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

Id-disposizzjonijiet tal-Flessibiltà

It-tabella mehmuża tindika għall-kull wieħed mill-pajjiżi fornituri mniżżla fil-kolonna 1 l-ammonti massimi li, wara notifika bil-quddiem lill-Kummissjoni, jista’ jitrasferixxi bejn il-limiti kwantitattivi korrispondenti indikati fl-Anness V skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:

- l-użu bil-quddiem tal-limitu kwantitattiv għall-kategorija partikolari stabbilit għas-sena ta’ kwota li ġejja għandu jiġi awtorizzat sal-persentaġġ tal-limitu kwantitattiv għas-sena kurrenti indikata fil-kolonna 2; l-ammonti in kwistjoni għandhom jiġu mnaqqsa mill-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena ta’ wara,

- l-ammonti mhux utilizzat f’sena partikolari li jitmexxew ‘il quddiem għal-limitu kwantitattiv korrispondenti għas-sena ta’ wara għandhom jiġu awtorizzati sal-persentaġġ tal-limitu kwantitattiv għas-sena ta’ l-użu attwali indikata fil-kolonna 3,

- it-trasferimenti minn kategoriji 1 għall-kategoriji 2 u 3 għandhom jiġu awtorizzati sal-persentaġġi tal-limitu kwantitattiv li għalih it-trasferiment huwa magħmul indikat fil-kolonna 4,

- it-trasferimenti bejn kategoriji 2 u 3 għandhom jiġu awtorizzati sal-persentaġġi tal-limitu kwantitattiv li għalih it-trasferiment huwa magħmul indikat fil-kolonna 5,

- it-trasferimenti bejn il-kategoriji 4, 5, 6, 7 u 8 għandhom jiġu awtorizzati sal-persentaġġi tal-limitu kwantitattiv li għalih it-trasferiment huwa magħmul indikat fil-kolonna 6,

- trasferimenti fi kwalunkwe kategoriji fi Gruppi II jew III (u fejn applikabbli Grupp IV) minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji fi Gruppi I, II jew III għandhom jiġu awtorizzati sal-persentaġġi tal-limitu kwantitattiv li għalih it-trasferiment huwa magħmul indikat fil-kolonna 7.

L-Applikazzjoni kumulattiva tad-disposizzjonijiet tal-flessibilità msemmija hawn fuq m’għandhomx jirriżultaw f’żieda f’xi limitu kwantitattiv tal-Komunità għal xi sena speċifika ‘il fuq mill-persentaġġ indikat fil-kolonna 8.

It-tabella ta’ l-ekwivalenza li tapplika għat-trasferimenti msemmija hawn fuq hija mgħotija fl-Anness I.

Il-Kondizzjonijiet addizzjonali, il-possibilitajiet għat-trasferimenti u n-noti huma mgħotija fil-kolonna 9 tat-tabella.

m.a. = mhux applikabbli.

1. Pajjiż | 2. Użu bil-quddiem | 3. Tmexxija ‘il quddiem | 4. Trasferimenti mill-kategoriji 1 għall-kategoriji 2 u 3 | 5. Trasferimenti bejn il-kategoriji 2 u 3 | 6. Trasferimenti bejn il-kategorijij 4, 5, 6, 7, 8 | 7. Trasferimenti mill-Gruppi I, II, III għall-Gruppi II, III, IV | 8. Żieda massima fi kwalunwe kategorija | 9. Kondizzjonijiet Addizzjonali |

L-Arġentina | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | Trasferimenti jistgħu jiġu magħmula mill-kategoriji 2 u 3 għall-kategoriji 1 sa 4 % |

Il-Belarussja | 5 % | 7 % | 4 % | 4 % | 4 % | 5 % | 13,5 % | Fir-rigward tal-kolonna 7, it-trasferimenti jistgħu wkoll jiġu magħmula minn u għall-Grupp V. Għall-kategoriji tal-Grupp I il-limitu fil-kolonna 8 huwa ta’ 13 % |

Il-Brażil | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | It-trasferiment ta’ 2 % minn kategoriji 2 u 3 għall-kategorija 1 għandu wkoll jiġi awtorizzat |

Iċ-Ċina | 1 % | 3 % | 1 % | 4 % | 4 % | 6 % | m.a. | Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa: Kolona 2: 5 %Kolona 3: 7 %Fir-rigward tal-kolonna 7, it-trasferimenti minn Gruppi I, II, u III jistgħu jiġu magħmula biss għall-Gruppi II u III |

Hong Kong | — | — | 0 % | 4 % | 4 % | 5 % | m.a. | Ara l-appendiċi ta’ l-Anness VIII |

L-India | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | n.a. | Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa 8000 tunnellata metrika (2500 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija partikolari tat-tessuti u 3000 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija partikolari ta’ l-ilbies) |

L-Indonesia | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | |

IL-Makaw | 1 % | 2 % | 0 % | 4 % | 4 % | 5 % | m.a. | Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa: Kolona 2: 5 %Kolona 3: 7 % |

Il-Malasja | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | |

Il-Pakistan | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | Fir-rigward tal-Kolonna 4 it-trasferimenti jistgħu jiġu magħmula bejn il-kategoriji 1, 2 u 3. Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fis-17(2) sa 4000 tunnellata metrika (2000 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija partikolari) |

Il-Peru | 5 % | 9 % | 11 % | 11 % | 11 % | 11 % | m.a. | Trasferimenti jistgħu jiġu magħmula bejn il-kategoriji 1, 2 u 3 sa 11 % |

Il-Filippini | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | |

Singapor | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | |

Il-Korea t’Isfel | 1 % | 2 % | 0 % | 4 % | 4 % | 5 % | m.a. | Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa: Kolona 2: 5 %Kolona 3: 7 % |

Is-Sri Lanka | 5 % | 9 % | 11 % | 11 % | 11 % | 11 % | m.a. | L-Importazzjoni mhix preżentement suġġetta għall-limiti kwantitattivi (ara l-Anness V) |

It-Taiwan | 5 % | 7 % | 0 % | 4 % | 4 % | 5 % | m.a. | |

It-Tajlandja | 5 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | 7 % | m.a. | |

L-Uzbekistan | 5 % | 7 % | 4 % | 4 % | 4 % | 5 % | 13,5 % | Fir-rigward tal-kolonna 7, it-trasferimenti jistgħu wkoll jiġu magħmula minn u għall-Grupp V Għall-kategoriji ta’ Grupp I il-limitu fil-kolonna 8 huwa ta’ 13 %. |

IL-Vietnam | 5 % | 7 % | 0 % | 0 % | 7 % | 7 % | 17 % | Fir-rigward tal-kolonna 7, it-trasferimenti jistgħu jiġu magħmula minn kwalunkwe kategorija fil-Gruppi I, II, III, IV u V għall-Gruppi II, III, IV u V |

Id-disposizzjonijiet tal-flessibilita’ għar-restrizzjonijiet kwantitattivi msemmija fl-Appendiċi C ta’ l-Anness V

1. Pajjiż | 2. Użu bil-quddiem | 3. Tmexxija ‘il quddiem | 4. Trasferimenti bejn kategoriji 156, 157, 159 u 161 | 5. Trasferimenti bejn kategoriji oħra | 6. Żieda massima fi kwalunwe kategorija | 7. Kondizzjonijiet Addizzjonali |

Iċ-Ċina | 1 % | 3 % | 1,5 % | 6 % | 14 % | Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa: Kolonna 2: 5 %Kolonna: 7 % |

Appendiċi ta’ l-Anness VIII

Id-disposizzjonijiet tal-flessibiltà ta’ Hong Kong

1. Pajjiż | Grupp | Kategorija | 2. Użu bil-quddiem |

Hong Kong | Grupp I | 2, 2A | 3,25 % |

3, 3A, 4, 7, 8 | 3,00 % |

5 | 3,75 % |

6, 6A | 2,75 % |

Grupp II | 13 | 3,50 % |

12, 16, 26, 39 | 4,25 % |

13S, 31, 83 | 4,50 % |

29, 78 | 5,00 % |

Grupp III | il-kategoriji kollha | 5,00 % |

1. Pajjiż | Grupp | Kategorija | 3. It-Tmexxija ‘il quddiem |

Hong Kong | Grupp I | 2, 2A, 3, 3A | 3,75 % |

4 | 3,25 % |

5 | 3,00 % |

6, 6A, 7, 8 | 2,50 % |

Grupp II | 13, 13S | 3,00 % |

12, 31 | 4,50 % |

26, 39, 78 | 5,00 % |

16, 29, 83 | 5,50 % |

Grupp III | il-kategoriji kollha | 5,50 %’ |

"

--------------------------------------------------