32002R0143



Official Journal L 024 , 26/01/2002 P. 0016 - 0028


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 143/2002

tal-24 ta’ Jannar 2002

biex jiġi emendat l-Anness I għall-Ordni tal-Kunsill (KEE) Nru. 571/88 bi prospettiva għall-organizzazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-Komunità dwar strutturi ta’ l-oqsma agrikoli għas-snin 2003, 2005, 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kien kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kienet ikkusidrata ir-Regola tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tal-29 ta’ Frar 1988, dwar l-organizzazjoni tal-istrutturi tal-oqsma agrikoli [1], skond l-aħħar emendi tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 98/337/KE [2], b’mod partikolari l-Artikolu 8, li minnu jagħmel parti,

Filwaqt,

(1) 1) Li meta jkunu determinati il-karatteristiċi li sa jiġu mistħarrġa, għandu jkun hemm sforz biex,sa fejn hu possibli, jitnaqqas il-piż tal-istaħarriġ minn fuq il-rispondenti.

(2) 2) Li biex tiġi żviluppata u ggwidata il-politika komuni għall-agrikultura, il-lista tal- karatteristiċi trid tkun riveduta u addatata skond risultat ta’ żvilupp ta’ bżonn għal aktar informazzjoni.

(3) 3) Li l-għan politku ġdid hu li tintlaħaq politika komuni għall-agrikultura sostenibli, li tirrikjedi bżonn ta’ aktar informazzjoni speċjalment rigward il-relazzjoni kumplessa bejn l-agrikultura u l-ambjent.

(4) 4) Li l-użu tal-informazzjoni miġbura fuq tul ta’ żmien u medda gejografika tirrikjedi li t-tagħrif jrid ikun ta’ kwalita’ ugwali, rrispettivament mis-sors.

(5) 5) Li il-miżuri pprovduti f’din ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Imwaqqf dwar 1l-Istatistika tal-Agrikultura, stabbilit mid-Deċizjoni tal- Kunsill 72/279/KEE [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 571/88 hi mibdula ma’ l-Anness għar-Regola preżenti.

Artikolu 2

Fejn il-Kummissjoni tawtorizza lil Stat Membru biex juża informazzjoni minn sorsi li m’humiex ta’ stħarriġ statistiku skond l-Artikli 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru. 571/88, dawn l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-informazzjoni hi ta’ kwalita’ ugwali għall-informazzjoni minn stħarriġ statistiku.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Tkun applikata f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stħarriġ tal-Komunità dwar strutturi tal-oqsma agrikoli għall- 2003-2007.

Dan ir-Regolament ha jkun obbligatorju fit-totalita’ tiegħu u għandu jkun applikat direttament minn kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 2002.

Għall- Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1.

[2] ĠU L 168, tat-13.6.1998, p. 29.

[3] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-Anness 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------