32002L0089



Official Journal L 355 , 30/12/2002 P. 0045 - 0060


Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/89/KE

tat-28 ta’ Novembru 2002

li temenda d-Direttiva 2000/29/KE fuq il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Billi kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Billi kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [4] tistabbilixxi r-reġim Komunitarju tas-saħħa tal-pjanti, li jispeċifika l-kondizzjonijiet fitosanitarji, il-proċeduri u l-formalitajiet li jiġu soġġettati għalihom il-pjanti u l-prodotti mill-pjanti meta jiġu introdotti jew jiċċaqalqu fil-Komunità.

(2) Fir-rigward tal-proċeduri u l-formalitajiet, il-proċeduri u l-formalitajiet li jiġu soġġettati għalihom il-pjanti u l-prodotti mill-pjanti meta jiġu introdotti fil-Komunità, għandhom jingħataw xi kjarifiki u huma meħtieġa xi dispożizzjonijiet iddettaljati ulterjuri (9) f’ xi oqsma.

(3) Il-proċeduri u l-formalitajiet fitosanitarji għandhom jiġu kkompletati qabel ma jiġu rilaxxjati mid-dwana. Minħabba li l-konsenji tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti mhux neċessarjament jiġu soġġettati għal proċeduri u l-formalitajiet fitosanitarji fl-istess Stat Membru li fih isir ir-rilaxx mid-dwana, għandha titwaqqaf sistema ta’ kooperazzjoni fil-komunikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-korpijiet uffiċjali u l-uffiċċji tad-dwana responsabbli.

(4) Sabiex tittejjeb il-protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jintensifikaw (10) il-verifiki meħtieġa. Dawk il-verifiki għandhom ikunu effettivi u jitwettqu b’mod armoniżżat fil-Komunità kollha.

(5) Id-drittijiet mitlubagħal tali verifiki għandhom ikunu bbażati fuq kalkolazzjoni trasparenti ta’ l-ispejjeż u sa fejn possibbli jiġu alineati fl-Istati Membri kollha.

(6) Fid-dawl ta’ l-esperjenza, għandhom jiġu kkompletati diversi dispożizzjonijiet oħrajn tad-Direttiva 2000/29/KE, jew jiġu kkjarifikati jew emendati fid-dawl ta’ l-iżviluppi.

(7) Minn meta ġew implimentati l-kondizzjonijiet tas-suq intern, m’għadhomx jintużaw ċertifikati fitosanitarji kif stabbilit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Pjanti (IPPC) ta’ l-Organizzazzjoni għall-Ikel u għall-Agrikultura (FAO) fil-bejgħ fis-suq tal-pjanti u l-prodotti mill-pjanti fil-Komunità. Iżda huwa importanti li jinżammu ċertifikati standardizzati maħruġa mill-Istati Membri taħt il-IPPC.

(8) Xi wħud mill-funzjonijiet ta’ l-‘unika awtorita’’ ta’ kull Stat Membru għall-koordinazzjoni u l-kuntatt fl-operazzjonijiet prattiċi tar-reġim Komuintarju tas-saħħa tal-pjanti jirrikjedu għafien xjentifiku jew tekniku speċifiku. Għalhekk għandu jkun possibbli li jiġu ddelegati funzjonijet speċifiċi għal servizzi ieħor.

(9) Id-dispożizzjonijiet kurrenti fuq il-proċedura għall-emenda ta’ l-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KE mill-Kummissjoni u għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar id-derogi jinkludu xi kondizzjonijiet proċedurali li m’għadhomx neċessarji jew iġġustifikati. Huwa meħtieġ ukoll li l-emendi ta’ l-Annessi jiġu bbażati, b’mod aktar espliċitu, fuq ġustifikazzjoni teknika konsistenti mr-riskju ta’ l-annimali qerrieda involut. Il-proċedura għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza ta’ miżuri interim konsistenti mal-livell ta’ emerġenza fil-każijiet speċifiċi. Id-dispożizzjonijiet dwar dawn it-tliet proċeduri għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(10) Il-lista’ ta’ funzjonijiet li rigward tagħha l-Kummissjoni tista’ torganizza verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti taħt l-awtorità tagħha, għandha tiġi estiża, sabiex tqis it-twessigħ fil-kamp ta’ attivitajiet tas-saħħa tal-pjanti permezz ta’ prattiċi u esperjenzi ġodda.

(11) Huwa xieraq li jiġu kkjarifikati xi aspetti tal-proċeduri biex ikun hemm fondi mill-[did g]all-kontribuzzjonifFitosanitarja tal-Komunità.

(12) Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE (fl-ewwel, it-tieni u r-raba’ subparagrafi ta’ l-Artikolu 3(7)), kif ukoll l-Artikoli 7, 8 u 9 nbidlu b’dispożizzjonijiet oħrajn mill-1 ta’ Ġunju 1993, u għalhekk saru żejda minn dak iż-żmien. Għandhom għalhekk jitħassru.

(13) Taħt l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (Il-Ftehim SPS) il-Komunità għandha tagħraf, taħt ċerti kondizzjonijiet, l-ekwivalenza ta’ miżuri fitosanitarji ta’ Sħab oħrajn f’dak il-Ftehim. Il-proċeduri għal tali għarfien fil-kamp tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu speċifikati fid-Direttiva 2000/29/Ke.

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju ta’ poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/29/KE hija b’ dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għanduy jiżdied dan il-punt:

"(d) il-mudell ta’ "Ċertifikati Fitosanitarji"; u "ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni"; jew l-ekwivalenti elettroniku tagħhom maħruġa mill-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Pjanti (IPPC).";

(b) Il-Paragrafu 4 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

"4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni qrib, mgħaġġla, immedjata u effettiva bejniethom u l-Kummissjoni rigward materji koperti minn din id-Direttiva. Għal dan l-iskop kull Stat Membru għandu jwaqqaf jew jindika awtorità unika li għandha tkun responsabbli, għall-inqas, għall-koordinazzjoni u l-kuntatt rigward dwar dawn il-materji. L-organizzazzjoni uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti mwaqqfa taħt il-IPPC għandha preferibbilment tiġi indikata għal dan l-iskop.

Din l-awtorità u kull tibdil ta’ wara għandu jkun nnotifikat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) l-awtorità unika tista’ tiġi awtorizzata li tassejna jew tiddelega funzjonijiet ta’ koordinazzjoni jew kuntatt, sa fejn jirrelataw għal materji distinti ta’ saħħa tal-pjanti koperti minn din id-Direttiva, lil servizzi ieħor."

2. L-Artikolu 2(1) għandu jiġi emendat kif ġej

(a) il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"pjanti għandha titqies li tifsser: pjanti ħajjin u partijiet ħajjin speċifikati tagħha, inklużi ż-żrieragħ;"

(ii) It-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

- is-seba’ inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara s-sitt inċiż:

- "— weraq, foljam"

- is-seba’ inċiż eżistenti jsir it-tmien inċiż,

- għandu jiżdied dan id-disa’ inċiż li ġej:

- "— pollini ħaj"

- għandu jiżdied dan l-għaxar inċiż:

- "— injam bir-raħsa, qtugħ, friegħi għat-tilqim"

- għandu jiżdied dan il-ħdax-il inċiż:

- "— partijiet oħrajn ta’ pjanti, li jistgħu jiġu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).";

(b) il-punt (e) jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"(e) organiżmi ta’ ħsara għandha titqies li tfisser: kull speċje, razza jew biotip ta’ pjanta, animal jew aġent patoġeniku li jagħmel ħażin lill-pjanti jew prodotti mill-pjanti";

(ċ) fil-punt (f), it-tielet subpararafu it-terminu "Artiklu 8" għandu jiġi sostiwit b’ "L-Artikolu 18(2)"

(d) il-punt (g), għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Fl-ewwel subparagrafu, fil-punt (i), il-kelma "servizz (i)" għandha tiġi sostiwtita bil-kelma "organizzazzjoni(jiet)".

(ii) Il-ħames subparagrafu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"L-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 1(4) għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-l-korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istati Membrii kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.";

(e) fil-punt (h), it-tielet subparagrafu, fit-tieni sentenza u fil-ħames subparagrafi, il-kliem "bil-miktub" għandom jiddaħħlu bejn il-kliem "notifikat" u "lill-Kummissjoni"

(f) fil-punt(i), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"— minn rappreżentanti ta’ l-organizzazzjoni uffiċjali nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti ta’ pajjiż terz jew, taħt ir-responsabbilta’ tagħħom, minn uffiċjali pubbliċi oħrajn li huma teknikament ikkwalifikati u debitament awtorizzati minn dik l-organizzazzjoni uffiċjali nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti, fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet jew miżuri relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati fitosanitarji u ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni mill-ġdid, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħhom";

(g) għandhom jiżdiedu dawn il-punti li ġejjin:

"(j) punt ta’ dħul’ għandu jitqies li tfisser: il-post fejn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jinxtraw għall-ewwel darba fit-territorju tad-dwana tal-Komunità: l-ajruport fil-każ ta’ transport bl-ajru, il-port fil-każ ta’ transport marittimu jew fuq ix-xmajjar, l-istazzjon fil-każ ta’ transport bil-ferrovija u l-post ta’ l-uffiċċju tad-dwana risponsabbli għaż-żona fejn il-fruntiera interna tal-Komunità tkun inqasmet, fil-każ ta’ kull transport ieħor;

(k) korp uffiċjali tal-punt ta’ dħul għandujitqies li tfisser: il-korp uffiċjali fi Stat Membru risponsabbli għall-punt tad-dħul;

(l) korp uffiċjali tad-destinazzjoni għandu jitqies li tfisser: il-korp uffiċjali responsabbli fi Stat inkarigat biż-żona fejn jinsab il- "korp uffiċjali tal-punt ta’ dħul";

(m) uffiċċju tad-dwana tal-punt ta’ dħul għandu jitqies li jfisser: l-uffiċju tal-punt tad-dħul kif definit f’(j) fuq;

(n) uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni għandu jitqies li jfisser: l-uffiċċju tad-destinazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 340b(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [*] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 1.;

(o) lott għandha titqies li tfisser: numru ta’ unitajiet ta’ merkanzija unika, li tista’ tiġi identifkata minħabba l-omoġenejità’ tagħha ta’ komposizzjoni u oriġini, u li tifforma parti minn konsenja;

(p) konsenja għandha titqies li tfisser: kwantità ta’ merkanzija koperta minn dokument wieħed meħtieġ għall-fomalitajiet tad-dwana jew għal formalitajiet oħrajn, bħal ċertifikat fitosanitarju wieħed jew dokument alternattiv wieħed jew marka; konsenja tista’ tkun komposta minn lott wieħed jew aktar;

(q) trattament jew użu approvat mid-dwana għandu jitqies li jfisser: it-trattament jew użi approvati mid-dwana msemmija fil-punt 15 ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/92 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [**] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 (ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1). minn issa il quddiem msejjaħ il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju);

(r) transitu għandu jitqies li jfisser: iċ-ċaqliq tal-merkanzija li hija suġġetta għas-sorveljanza mid-dwana minn punt għal ieħor fit-territorju tad-dwana tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 91 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92."

3. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"3. Il-paragrafi 1 u 2 m’ għandhomx jgħoddu skond il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), fil-każ ta’ kontaminazzjoni ħafifa tal-pjanti minbarra dawk maħsuba biex jinżergħu minn organiżmi ta’ ħsara elenkati fl-Anness I Parti A jew fl-Anness II Parti A, jew fil-każ ta’ tolleranzi xierqa stabbiliti għal organiżmi ta’ ħsara elenkati fl-Anness II, Parti A, Taqsima II rigward pjanti maħsuba li jinżergħu li ġew magħżula qabel bi ftehim ma’ l-awtoritajiet li jirrappreżentaw l-Istati Membri fil-kamp tas-saħħa tal-pjanti, u fuq il-bażi ta’analiżi ta’ riskju rilevanti dwar l-annimali qerrieda.";

(b) il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit bil-paragrafi 7, 8 u 9 li ġejjin:

"7. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet li jimplimentaw għall-introduzzjoni fl-Istati Membri u t-tixrid fl-Istati Membri ta’:

(a) organiżmi li huma suspettati li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti mill-pjanti iżda li m’humiex elenkati fl-Annessi I u II;

(b) organiżmi li huma elenkati fl-Anness II iżda li jseħħu fil-pjanti jew prodotti mill-pjanti minbarra dawk li huma elenkati f’dak l-Anness, u li huma suspettati li huma perikolużi għall-pjanti;

(ċ) organiżmi li huma elenkati fl-Anness II li huma fi stat iżolat u li jitqiesu li huma ta’ ħsara f’dak l-istat għal pjanti u prodotti tal-pjanti.

8. Il-paragrafi 1 u 5(a) u l-paragrafu 2 u 5(b) u l-paragrafu 4 m’ għandhomx jgħoddu, skond il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għal skopijiet ta’ prova jew xjentifiċi u għal xogħol f’għażliet varjetali.

9. Wara li jiġu adottati l-miżuri provduti fil-paragrafu 7, dak il-paragrafu ma jgħoddx, skond il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għal skopijiet ta’ provi jew xjentifiċi u għal xogħol f’għażliet varjetali."

4. L-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom jitħassru;

5. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) fl-ewwel subparagrafu, il-kliem "minflok iċ-ċertifikati fitosanitarji msemmija fl-Artikoli 7 jew 8" għandhom jitħassru.

(ii) dan is-subparagrafu għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Iżda, fil-każ ta’ żrieragħ msemmija fl-Artikolu 6(4), passaport tal-pjanti m’għandux għalfejn jinħareġ, fejn jiġi aċċertat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) li d-dokumenti maħruġa skond id-dispożizzjonijiet komunitarji li japplikaw għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa ċċertifikati jipprovdu biżżejjed evidenza għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4). F’dan il-każ, id-dokumenti jitqiesu għall-iskopijiet kollha li huma passaporti tal-pjanti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(f).";

(b) fil-paragrafu 2, fl-ewwel subparagrafu, qabel il-kliem, "ma jistgħu jiċċaqalqu" u fit-tieni subparagrafu, qabel il-kliem "ma jistgħux jiġu introdotti" il-kliem "u żerriegħa msemmija fl-Artikolu 6(4)" għandhom jiġu inseriti;

6. Fl-Artikolu 11(2), jiżdied dan li ġej fl-aħħar tal-paragrafu:

"u jista’ jintuża passaport tal-pjanti."

7. L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw verifiki uffiċjali biex jaċċertaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment ma’ l-Artikolu 10(2), li għandhom jitwettqu każwalment u mingħajr ebda diskriminazzjoni rigward l-oriġini tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn, u skond dawn id-dispożizzjonijiet:

- verifiki okkażjonali, fi kwalunkwe ħin u post fejn il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn jiċċaqalqu,

- verifiki okkażjonali f’postijiet fejn pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn jiġu mkabbra, prodotti, maħżuna jew offruti għall-bejgħ, kif ukoll fil-post tax-xerrejja,

- verifiki okkażjonali fl-istess ħin bħal kull verifika oħra dokumentarja, li titwettaq għal raġunijiet oħrajn minbarra s-saħħa tal-pjanti.

Il-verifiki għandhom ikunu regolari f’post elenkat f’reġistru uffiċjali skond l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 13ċ(lb), u jistgħu jkunu regolari f’post elenkat f’reġistru uffiċjali skond l-Artikolu 6(6).

Il-verifiki għandhom ikunu mmirati jekk ġew skoperti fatti li jissuġġerixxu li xi dispożizzjoni jew aktar ta’ din id-Direttiva ma ntlaħqux.

2. Ix-xerrejja kummerċjali ta’ pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn għandhom, bħala utenti finali li professsjonalment jipproduċu l-pjanti, iżommu l-passaporti tal-pjanti relatati għal mhux inqas minn sena u jdaħħlu r-riferenzi fir-reġistri tagħhom.

L-ispetturi għandhom ikollhom aċċess għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn fl-istadji kollha fil-katina tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq. Għandhom ikunu intitolati li jagħmlu kull investigazzjoni meħtieġa għall-verifiki uffiċjali kkonċernati, inklużi dawk relatati mal-passaporti tal-pjanti u r-reġistri.

3. L-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti fil-verifiki uffiċjali mill-esperti msemmija fl-Artikolu 21.

4. Fejn jiġi stabbilit, bil-verifiki uffiċjali mwettqa skond il-paragrafi 1 u 2, li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jippreżentaw riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara, għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri uffiċjali skond l-Artikolu 11(3).

Bla ħsara għan-notifiki u l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw, fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn konċernati jiġu minn Stat Membru ieħor, li l-awtorità unika ta’ l-Istat Membru riċevitur tinforma mill-ewwel lill-awtorità unika ta’ dak l-Istat Membru u lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet u dwar il-miżuri uffiċjali li bi ħsiebha tieħu jew li ħadet. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema ta’ informazzjoni standardizzata."

8. L-Artikolu 13 għandu jitħassar u jiġi sostitwit bl-Artikoli 13, 13a, 13b, 13ċ, 13d u 13e li ġejjin:

"L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, bla preġudizzju għal

- id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(3),13b(1), (2), (3), (4) u (5),

- ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-derogi li ġew adottati skond l-Artikolu 15(1), f’ miżuri ta’ ekwivalenza adottati skond l-Artikolu 15(2), jew f’ miżuri adottati skond l-Artikolu 16, u

- ftehim speċifiku konkluż dwar materji kkontemplati f’ dan l-Artikolu bejn il-Komunità u pajjiż terz ieħor jew aktar,

(i) - li l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn m’humiex ikkontaminati minn organiżmi ta’ ħsara elenkati fl-Anness I Parti A, u

- fil-każ ta’ pjanti jew prodotti ta’ pjanti elenkati fl-Anness II, Parti A, li ma jkunux kontaminati

- fil-każ ta’ pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness IV, Parti A, li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċjali rilevanti indikati f’dak l-Anness, jew, fejn jgħodd, ma’ l-għażla ddikjarata fiċ-ċertifikat bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13a(4)(b), u

(ii) li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jiġu akkumpanjati mill-oriġinal rispettiv meħtieġ taċ-"ċertifikat fitosanitarju" uffiċjali meħtieġ jew iċ-"ċertifikat fitosanitarju meħtieġ għall-esportazzjoni" maħruġ skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a(3) u (4), jew, fejn rilevanti, li l-oriġinali ta’ dokumenti jew marki alternattivi kif speċifikat u permess fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw jakkupanjaw, jew huma mehmuża ma’, jew mod ieħor imqiegħda fuq, l-oġġett ikkonċernat.

Iċ-ċertifikazzjoni elettronika tista’ tiġi rikonoxxuta, sakemm il-kondizzjonijiet rispettivi speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw jintlaħqu.

Kopji uffiċjalment ċertifikati jistgħu jingħarfu wkoll f’ każijiet eċċezzjonali li għandhom jiġu speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw.

Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw msemmija f’(ii) fuq jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd f’każijiet ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn maħsuba għal żona protetta, rigward organiżmi ta’ ħsara u u rekwiżiti speċjali elenkati fl-Anness I Parti B, l-Anness II Parti B u l-Anness IV Parti IV rispettivament għal dik iż-żona protetta.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 li jiġu minn pajjiż terz u jidħlu fit-territorju tad-dwana Komunitarju, jistgħu miż-żmien tad-dħul tagħhom jiġu suġġettati għas-sorveljanza mill-korpijiet uffiċjali responsabbli, rigward l-ewwel, it-tieni jew it-tielet inċiż tal-paragrafu 1(i). Dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn jinkludu injam fil-forma ta’ paljol, spacers, pallets jew materjal ta’ l-imballaġġ li huma attwalment użati fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta.

Fejn il-korp uffiċjali responsabbli juża dik il-fakultà, il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn ikkonċernati għandhom jibqgħu taħt is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1, sakemm ikunu ġew kompletati l-formalitajiet rilevanti sabiex jiġi konkluż, b’riżultat ta’ dawn il-formalitajiet u sa fejn jista’ jiġi ddeterminat, li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw rigward it-tip ta’ informazzjoni u l-meżż ta’ trasmizzjoni tagħha li għandha tiġi fornita mill-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom fid-dwana, lill-korpi uffiċjali responsabbli, rigward il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn inklużi t-tipi differenti ta’ injam, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

4. Bla ħsara għall-Artikolu 13ċ(2)(a) l-Istati Membri għandhom, jekk hemm riskju ta’ tixrid ta; organiżmi ta’ ħsara, japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jitqiegħdu taħt xi trattament jew użu approvat mid-dwana kif speċifikat fl-Artikolu 4(15)(b), (ċ), (d), (e) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunita jew taħt il-proċeduri tad-Dwana kif speċifikat fl-Artikolu 4(16)(b), (ċ) ta’ dak il-Kodiċi.

Artikolu 13a

1. (a) Il-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) għandhom jikkonsistu f’ispezzjonijiet dettaljati mill-korpi uffiċjali responsabbli għall-inqas dwar:

(i) kull konsenja ddikjarata, taħt il-formalitajiet tad-dwana, li tikkonsisti fi jew li fiha pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, imsemmija fl-Artikolu 13(1), (2) jew (3) taħt il-kondizzjonijiet rispettivi, jew

(ii) fil-każ ta’ konsenja komposta minn lottijiet differenti,, kull lott iddikjarat, taħt il-formalitajiet tad-dwana, li jikkonsisti fi jew li fih dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn.

(b) L-ispezzjonijiet għandhom jiddeterminaw jekk:

(i) il-konsenja jew il-lott huma akkumpanjati miċ-ċertifikati rekwiżiti jew id-dokumenti jew marki alternattivi kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(ii) (verifiki dokumentarji),

(ii) il-konsenja jew il-lot kollu jew f’kampjun rappreżentattiv uniku jew aktar, jikkonsistu fil-, jew fihom il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn iddikjarati fuq id-dokumenti meħtieġa (verifiki dwar l-identità), u

(iii) il-konsenja jew lot kollu jew f’ kampjun rappreżentattiv uniku jew aktar, jew il-materjal ta’ imballaġġ ta’ l-injam, inkluż l-imballaġġ u fejn xieraq, il-vetturi tat-trasport, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(i) (verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti), u jekk jgħoddx l-Artikolu 16(2).

2. Il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti għandhom jitwettqu inqas spiss jekk:

- attivitajiet ta’ ispezzjoni fuq pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew fil-lot diġa’ twettqu fil-pajjiż terz konsenjatur taħt arranġamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 13b(6), jew

- il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew lott huma elenkati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw adottati għal dan l-iskop skond il-paragrafu 5(b), jew

- il-pjanti, prodotti mill-pjanti ew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew lott ġew minn pajjiż terz li għalih jew taħt ftehim komprensivi internazzjonali fitosanitarji bbażati fuq il-prinċipju ta’ trattament reċiproku bejn il-Komunità u pajjiż terz, tissemma dispożizzjoni għal frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki dwar identità u saħħa tal-pjanti,

sakemm ma hemmx raġuni serja biex wieħed jaħseb li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma ntlaħqux

Il-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti jistgħu jsiru wkoll inqas spiss, jekk hemm evidenza, miġbura mill-Kummissjoni u ibbażata fuq l-esperjenza meħda minn introduzzjoni qabel ta’ dan il-materjal ta’ l-istess oriġini fil-Komunità kif ikkonfermat mill-Istati Membri kkonċernati kollha, u wara konsultazzjoni fil-Kumitat kif imsemmi fl-Artikolu 18, biex wieħed jemmen illi l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew fil-lott jikkonformaw mar-rekwiżiti mwaqqfa f’din id-Direttiva, sakemm il-kondizzjonijiet dettaljati speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw skond il-paragrafu 5(c) jintlaħqu

3. Iċ-"ċertifikat fitosanitarju" uffiċjali jew iċ-"ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni" imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) għandu jkun inħareġ f’għall-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Komunità u skond il-liġijiet jew regolament tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni jew riesportazzzjoni li jkunu ġew adottati, kemm jekk parti kontraenti jew le, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IPPC. Għandu jiġu indirizzat lill-"Organizzazzjonijiet tal-Ħarsien tas-Saħħa tal-Pjanti ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea" kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza.

Iċ-ċertifikat m’għandux ikun sar aktar minn 14-il jum qabel id-data li fiha l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn koperti minnu jkunu telqu mill-pajjiż terz li jkun inħareġ fih

Għandu jkun fih informazzjoni skond il-mudelli speċifikati fl-Anness tal-IPPC, irrispettivament mill-forma tiegħu

Għandu jkun f’wieħed mill-mudelli determinati mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Iċ-ċertifikat għandu jkun inħareġ mill-awtoritajiet awtorizzati għal dan fuq il-bażi tal-liġijiet jew regolamenti tal-pajjiż terz konċernat, kif sottomess, skond id-dispożizzjonijiet tal-IPPC, lid-Direttur Ġenerali tal-FAO, jew fil-każ ta’ pajjiżi terzi li m’humiex membri tal-IPPC, lill-Kummissjoni. Il-Kummisjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar is-sottomissjonijiet li tkun irċeviet.

4. (a) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għandhom jiġu determinati l-mudelli ta’ aċċettazzjoni kif speċifikat f’verżjonijiet differenti ta’ l-Anness tal-IPPC. Skond l-istess proċedura, jistgħu jitwaqqfu speċifikazzjonijiet alternativi għaċ-"ċertifikati fitosanitarji" jew iċ-"ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni" għall-pajjiżi terzi li m’humiex membri tal-IPPC.

(b) Bla ħsara għall-Artikolu 15(4), iċ-ċertifikati, fil-każ tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness IV Parti A Taqsima 1 jew Parti B, għandhom jispeċifikaw, taħt l-intestatura "Dikjarazzjoni Ulterjuri" u fejn rilevanti, liema rekwiżit speċjali minn dawn elenkati bħala alternattivi fil-pożizzjoni rilevanti fil-partijiet differenti ta’ l-Anness IV ġew milħuqa. L-ispeċifikazzjoni għandha tingħata permezz ta’ riferenza għall-pożizzjoni rilevanti fl-Anness IV.

(ċ) Fil-każ ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li għalihom jgħoddu rekwiżiti speċjali mniżżla fl-Anness IV, Parti A, jew Parti B, iċ-"ċertifikat fitosanitarju" msemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) għandu jkun inħareġ fil-pajjiż terz li fih il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn ikunu oriġinaw (pajjiż ta’ l-oriġini).

(d) Iżda, fil-każ li r-rekwiżiti speċjali rilevanti jistgħu jintlaħqu wkoll f’ postijiet minbarra dak ta’ l-oriġini, jew fejn ma jgħodd l-ebda rekwiżit speċjali, iċ-"ċertifikat fitosanitarju" jista’ jkun inħareġ fil-pajjiż terz minn fejn ikunu ġew il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn (pajjiż konsenjatur).

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet li jimplimentaw sabiex:

(a) jitwaqqfu proċeduri għat-twettiq ta’ verifiki tas-saħħa tal-pjanti kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), punt (iii), inklużi numri minimi u daqsijiet minimI tal-kampjuni,

(b) jitwaqqfu listi ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li fuqhom għandhom isiru verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti bi frekwenza mnaqqsa skond il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż,

(ċ) jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet dettaljati dwar l-evidenza imsemmija fil-paragrafu 2, tieni subparagrafu, u l-kriterji għat-tip u l-livell tat-tnaqqis tal-verifiki tas-saħħa tal-pjanti.

Il-Kummissjoni tista’ tinkludi gwidi rigward il-paragrafu 2 fir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(6).

Artikolu 13b

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-konsenji jew il-lottijiet li jiġu minn pajjiż terz, iżda li mhumiex iddikjarati li jikkonsistu f’, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness V, Parti B, jiġu spezzjonati wkoll mill-korpi uffiċjali responsabbli, fejn hemm raġuni serja biex wieħed jaħseb li tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn huma preżenti.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li kull meta spezzjoni tad-dwana tiżvela li konsenja jew lott deħlin min pajjiż terz jikkonsistu f’, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness V, Parti B, l-uffiċċju tad-dwana li qed jispezzjona għandu javża minnufih lill-korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru tiegħu taħt il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 13ċ(4).

Jekk, fir-riżulat ta’ l-ispejzzjoni mill-korpi uffiċjali responsabbli, jibqgħu dubji dwar l-identità tal-merkanzija, partikolarment rigward il-ġenus tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jew dwar l-oriġini tagħhom, il-konsenja titqies li jkun fija pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn kif elenkat fl-Anness V, Parti B.

2. Iżda fejn m’ hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità:

(a) L-Artikolu 13(1) m’ għandux jgħodd għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jiġu mċaqalqa minn punt ieħor fil-Komunità billi jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz mingħajr ebda tibdil fl-istat tagħhom tad-dwana (transitu intern),

(b) L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 4(1) m’għandhomx jgħoddu għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jiċċaqalqu minn punt għall-ieħor f’pajjiż terz jew tnejn u jgħaddu mit-territorju tal-Komunità taħt proċeduri tad-dwana xierqa mingħajr tibdik fl-istat tad-dwana tagħhom.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III, u kemm-il darba ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità, l-Artikolu 13(1) m’għandux għalfejn japplika għad-dħul, fil-Komunità, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti, ikel jew għalf ta’ l-annimali sa fejn jirrelataw għal pjanti jew prodotti mill-pjanti fejn huma maħsuba għall-użu mill-proprjetarju jew ir-riċevent għal skopijiet mhux industrijali u mhux kummerċjali, jew għall-konsum matul it-trasport.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, inkluża d-determinazzjoni ta’ "kwantitajiet żgħar".

4. L-Artikolu 13(1) m’għandux jgħodd taħt kondizzjonijiet, għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn għall-użu fil-provi, għal skopijiet xjentifiċi jew għal xogħol fuq selezzjonijiet vjarjetali. Il-kondizzjonijiet speċifikati għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

5. Kemm-il darba m’hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità, Stat Membru jista’ jadotta deroga li l-Artikolu 13(1) ma jgħoddx fil-każijiet individwali speċifiċi għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jkunu tkabbru, ġew prodotti jew użati fiż-żona tal-fruntiera immedjata ma’ pajjiż terz u introdotti f’dak l-Istat Membru sabiex jinħadmu f’postijiet qrib iż-żona tal-fruntiera tat-territorju tiegħu.

Meta jagħti tali deroga, l-Istat Membru għandu jispeċifika l-post u isem il-persuna li qed jaħdmu. Tali dettalji, li għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari, għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

Il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jiffurmaw is-suġġett ta’ deroga taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu akkumpanjati minn evidenza dokumentarja tal-post fil-pajjiż terz rilevanti li minnhom joriġinaw dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn

6. Jista’ jinftiehem illi, f’arranġamenti tekniċi li jkunu saru bejn il-Kummissjoni u l-korpi kompetenti f’ ċerti pajjiżi terzi u approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), li attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1)(1) jistgħu wkoll jitwettqu taħt l-awtorità tal-Kummissjoni u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikolu 21 fil-pajjiż terz konsenjatur, b’ kooperazzjoni mal-organizzazzjoni uffiċjali għall-ħarsien tal-pjanti ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 13ċ

1. (a) Il-formalitajiet speċifikati fl-Artikolu 13a(1), l-ispezzjonijiet provduti fl-Artikolu 13b(1) u l-verifiki għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III għandhom jitwettqu fir-rigward tal-, kif speċifikat fil-paragrafu 2, formalitajiet meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4).

Għandha sseħħ b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjoni dwar l-Armonizzazzjoni dwar il-Kontroll fil-Fruntieri tal-Merkanzija, partikolarment l-Anness 4 tagħha kif approvat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 [*] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).’;.

(b) L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-importaturi, kemm jekk huma produtturi jew le, tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, elenkati fl-Anness V, Parti B, għandhom jiġu inklużi f’reġistru uffiċjali ta’ Stat Membru taħt numru ta’ reġistrazzjoni uffiċjali. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(5), tielet u raba’ subparagrafi, għandhom jgħoddu f’dan is-sens għal tali importaturi.

(ċ) L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li:

(i) l-importaturi, jew ir-rappreżentanti tagħhom fid-dwana, ta’ konsenju li jikkonsistu fi, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, elenkati fl-Anness V Parti B, għandhom jagħmlu riferenza, għall-inqas fuq wieħed mid-dokumenti meħtieġ għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4) għal tali komposizzjoni tal-konsenja permezz ta’ din l-informazzjoni li ġejja:

- riferenza għat-tip ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, bl-użu tal-kodiċi tat-"Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric)",

- stqarrija "Din il-konsenja fiha prodotti ta’ rilevanza fitosanitarja", jew kull marka alternattiva kif miftiehem bejn l-uffiċċju tad-dwana tal-punt tad-dħul u l-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul,

- numru ta’ riferenza tad-dokumentazzjoni fitosanitarja meħtieġa,

- numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ta’ l-importatur, kif imsemmi f’(b) fuq;

(ii) awtoritajiet ta’ l-ajruport, awtoritajiet tal-portijiet jew l-importaturi jew l-operaturi, kif irranġat bejniethom, jagħtu, malli jkunu konxji tal-wasla imminenti ta’ tali konsenji, avviż bil-quddiem tal-punt tad-dħul u tal-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw din id-dispożizzjoni, mutatis mutandis, għal każijiet ta’ transport fuq l-art, partikolarment fejn il-wasla hija mistennija barra mis-sigħat ta’ ħidma normali tal-korp uffiċjali rilevanti jew uffiċċju ieħor kif speċifikat fil-paragrafu 2.

2. (a) "Verifiki dokumentarji" u wkoll l-ispezzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 13b(1) u l-verifiki għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III għandhom isiru mill-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jew, bi ftehim bejn il-korp uffiċjali responsabbli u l-awtoritajiet tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru, mill-uffiċċju tal-punt tad-dħul.

(b) "Verifiki dwar l-identità" u "verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti" għandhom isiru, mingħajr ħsara għal (ċ) u (d) taħt, mill-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul b’konnessjoni mal-formalitajiet tad-dwana meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi taħt l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4), u jew fl-istess post bħal dawn il-formalitajiet, fuq il-post tal-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jew f’kull post ieħor fil-qrib u indikat jew approvat mill-awtoritajiet tad-dwana u mill-korp uffiċjali responsabbli, minbarra l-post tad-destinazzjoni kif speċifikat taħt (d).

(ċ) Iżda fil-każ ta’ tranżitu ta’ merkanzija li mhix Komunitarja, l-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jista’ jiddeċiedi, bi ftehim mal-korp uffiċjali jew il-korpjiet tad-destinazzjoni, li l-"verifiki dwar l-identità" jew il-"verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti" kollha jew parti minnhom għandhom isiru mill-korp uffiċjali tal-post tad-destinazzjoni, jew fuq il-post proprju jew inkella fi kwalunkwe post ieħor fil-qrib u indikat jew approvat mill-awtoritajiet tad-dwana u mill-korp uffiċjali responsabbli, minbarra l-post tad-destinazzjoni kif speċifikat taħt (d). Jekk ma jsir l-ebda ftehim bħal dan, il-"verifika dwar l-identità" jew il-"verifika dwar is-saħħa tal-pjanti" kollha għandha ssir mill-korp uffiċjali fil-punt tad-dħul f’wieħed mill-postijiet speċifikati f’(b).

(d) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), xi każijiet jew ċirkostanzi jistgħu jiġu speċifikati li fihom il-"Verifiki dwar l-identità" u "verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti" jistgħu jsiru fil-post tad-destinazzjoni, bħall-post tal-produzzjoni, approvat mill-korp uffiċjali u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għall-post fejn dak il-post tad-destinazzjoni jinsab, minflok il-postijiet oħrajn imsemmija qabel, kemm-il darba jitħarsu garanziji speċifiċi u dokumenti rigward it-trasport ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn.

(e) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għandhom jitwaqqfu dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, rigward:

- il-kondizzjonijiet minimi sabiex jitwettqu il-"verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti" taħt (b), (ċ) u (d).

- il-garanziji speċifiċi u dokumenti rigward it-trasport ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn lejn il-postijiet speċifikati f’(ċ) u (d) sabiex jiġi aċċertat illi ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara matul it-trasport,

- flimkien ma’ l-ispeċifikazzjoni ta’ każijiet skond (d), garanziji speċifiċi u kondizzjonijiet minimi rigward il-kwalifika tal-post tad-destinazzjoni għall-ħażna u rigward il-kondizzjonijiet tal-ħażna.

(f) Fil-każijiet kollha, il-"verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti" għandhom jitqiesu parti integrali mill-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1).

3. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-oriġinal rispettiv, jew il-forma elettronika taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti alternattivi minbarra marki, kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(ii), prodott lill-korp uffiċjali għall-"verifiki dokumentarji" skond id-dispożizzjonijiet ta’ l--Artikolu 13a(1)(b)(i), fuq ispezzjoni, għandu jiġi mmarkat b’ "visa" ta’ dak il-korp, flimkien mad-denominazzjoni tiegħu u d-data tal-preżentata tad-dokument.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema standardizzata applikabbli sabiex jiġi aċċertat illi l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat, fil-każ ta’ pjanti speċifikati maħsuba biex jinżergħu, jintbagħtu ‘l-korp uffiċjali inkarigat f’kull Stat Membru jew żona fejn il-pjanti mill-konsenja huma ddestinati jew ser jinżergħu.

4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miktub lista tal-postijiet indikati bħala punti tad-dħul. It-tibdiliet għal din il-lista għandhom jintbagħtu wkoll bil-miktub u mingħajr dewmien.

L-Istati Membri għandhom iwaqqfu lista tal-postijiet kif speċifikat taħt 2(b) u 2(ċ) u postijiet tad-destinazzjonijiet kif identifikat taħt 2(d) taħt ir-responsabbilità rispettiva tagħhom. Dawn il-listi għandhom ikunu aċċessibbli għall-Kummissjoni.

Kull korp uffiċjali tal-punt tad-dħul, u kull korp uffiċjali tad-destinazzjoni li jwettaq verifiki dwar l-identità jew dwar is-saħħa tal-pjanti għandu jilħaq ċerti kondizzjonijiet minimi rigward l-infrastruttura, impjegati u tagħmir.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), il-kondizzjonijiet minimi msemmija għandhom jitwaqqfu f’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni.

Skond l-istess proċedura, għandhom jitwaqqfu regoli dettaljati li jikkonċernaw:

(a) it-tip ta’ dokumenti meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana, li fuqhom għandha ssir l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1(ċ)(i),

(b) il-kooperazzjoni bejn:

(i) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-korp uffiċjali tad-destinazzjoni,

(ii) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-uffiċċju tad-dwana tal-punt tad-dħul,

(iii) il-korp uffiċjali tad-destinazzjoni u l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni, u

(iv) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni.

Dawk ir-regoli għandhom jinkludu formoli mudelli tad-dokumenti li għandhom jintużaw f’dik il-kooperazzjoni, il-mezz ta’ trasmissjoni ta’ dawk id-dokumenti, il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi uffiċjali u l-uffiċċji msemmija fuq, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi mantnuta l-identità tal-lottijiet u l-konsenji u biex isir salvagwardja kontra r-riskju tat-tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara partikolarment matul it-trasport, sal-kompletazzjoni tal-formalitajiet rekwiżiti tad-dwana.

5. Għandu jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn l-Istati Membri sabiex jissaħħu l-infrastrutturi ta’ l-ispezzjonijiet sa fejn dawn jirrelataw għall-verifki dwar is-saħħa tal-pjanti mwettqa skond il-paragrafu 2(b) or (ċ).

L-iskop ta’ dan il-kontribut għandu jkun biex itejjeb il-provvediment, fil-postijiet fejn isiru l-ispezzjonijiet minbarra dawk fil-post tad-destinazzjoni, tat-tagħmir u tal-faċilitajiet meħtieġa biex titwettaq l-ispezzjoni u l-eżami u, fejn meħtieġ, biex jitwettqu l-miżuri provduti fil-paragrafu 7, oltre l-livell diġa’ milħuq permezz tal-konformità mal-kondizzjonijiet minimi stipulateifid-dispożizzjonijiet bis-saħħa tal-paragrafu 2(e).

Il-Kummissjoni għandha tipproponi d-dħul ta’ approprjazzjonijiet xierqa għal dak l-iskop fl-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fil-limiti stabbiliti mill-approprjazzjonijiet disponibbli għal dawn l-iskopijiet, il-kontribut Komunitarju għandu jkopri sa 50 % mill-infiq relatat direttament mat-titjib tat-tagħmir u l-faċilitajiet.

Regoli dettaljati dwar il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom jiġu stabbiliti f’Regolament għall-implimentazzjoni adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

L-allokazzjoni u l-ammont tal-kontribut finanzjarju Komunitarju għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), fid-dawl ta’ l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi mill-Istat Membru konċernat u, fejn xieraq, tar-riżultati ta’ l-investgiazzjonijiet imwettqa taħt l-awtorita’ tal-Kummissjoni mill-esperti msemmija fl-Artikolu 21, u skond l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-iskopijiet konċernati.

6. L-Artikolu 10(1) u (3) għandu jgħodd mutatis mutandis għall-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 13 sa fejn huma elenkati fl-Anness V Parti A, u fejn jitqies, fuq il-bażi tal-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1), li l-kondizzjonijiet stabbiliti fih huma milħuqa.

7. Meta ma jitqiesx fuq il-bażi tal-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1), li l-kondizzjonijiet stabbiliti fih ġew milħuqa, għandhom jittieħdu miżura uffiċjali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) ċaħda tad-dħul fil-Komunità tal-konsenja kollha jew parti minnha,

(b) ċaqliq taħt sorveljanza uffiċjali, skond il-proċedura xierqa tad-dwana, matul iċ-ċaqliq tagħhom fil-Komunità, lejn destinazzjoni barra mill-Komunità,

(ċ) tneħħija ta’ prodott infettat/infestat mill-konsenja,

(d) qirda,

(e) imposizzjoni ta’ żmien ta’ kwarantina sakemm ikunu disponibbli r-riżultati ta’ l-eżamijiet jew it-testijiet uffiċjali,

(f) eċċezzjonalment u f’ċirkostanzi speċifiċi biss, it-trattament xieraq fejn jitqies mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru li, bħala riżultat tat-trattament, il-konduzzjonijiet jintlaħqu u r-riskju tat-tixrid ta’ l-organiżmi ta’ ħsara huwa evitat; il-miżura ta’ trattament xieraq tista’ tittieħdu wkoll rigward organiżmi ta’ ħsara mhux elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

L-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu, għandu jgħodd mutatis Mutandis.

Fil-każ ta’ ċaħda msemmija f’(a) jew moviment lejn destinazzjoni barra mill-Komunità msemmija f’ (b) jew ta’ tneħħija semmija f’(ċ), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi ċ-ċertifikati fitosanitarji jew iċ-ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni mill-ġdid, u kull dokument ieħor li ġie prodott meta l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn ġew sottomessi għall-introduzzjoni fit-territorju tagħhom, jiġu kkanċellati mill-korp uffiċjali responsabbli. Malli ssir il-kanċellazzjoni, dawn iċ-ċertifikati jew dokumentu għandhom jkollhom fuq il-wiċċ u f’ pożizzjoni prominenti timbru aħmar forma ta’ trijangolu, immarkat "ċertifikat ikkanċellat" jew "dokument ikkanċellat" mill-korp uffiċjali, flimkien mad-denominazzjoni tiegħu u d-data taċ-ċaħda, tal-bidu tal-moviment lejn destinazzjoni barra millKomunità jew tat-tneħħija. Għandu jkun b’ittri kbar, u f għall-inqas lingwi uffiċjali minn tal-Komunità.

8. Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjonijiet u informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-korpi uffiċjali responsabbli jinformaw lill-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-pjanti tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini jew il-pajjiż terz konsenjatur u lill-Kummissjoni dwar il-każijiet kollha fejn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li ġejjin mill-pajjiż terz rilevanti li ġew interċettati bħala li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-pjanti, u r-raġunijiet għall-interċettazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-azzjoni li jista’ jieħu jew li ħa l-Istat Membru rigward il-konsenja interċettata. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli sabiex l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tas-saħħa tal-pjanti kkonċernati u fejn xieraq, il-Kummissjoni wkoll, jistgħu jistudjaw il-każ bil-perspettiva, partikolarment, li jieħdu l-passi neċessarji biex jipprevjenu okkorrenzi oħrajn simili għal dik li tkun ġiet interċettata. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema ta’ informazzjoni standardizzata.

Artikolu 13d

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw il-kollezzjoni tat-drittijiet (dritt fitoasanitarju) sabiex jiġu koperti li-ispejjeż li jsiru minħabba l-verifiki fitonsanitarji, il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti provduti fl-Artikolu 13a(1), li jitwettqu skond l-Artikolu 13. Il-livell tad-dritt għandu jirrifletti:

(a) is-salarji, inkluża s-sigurtà soċjali, ta’ l-ispetturi involuti f’dawn il-verifiki;

(b) l-uffiċċju, il-faċilitajiet l-oħrajn, għodda u tagħmir għal dawn l-ispetturi;

(ċ) it-teħid tal-kampjuni għall-ispezzjoni viżiva jew għal testijiet fil-laboratorju

(d) testijiet tal-laboratorju;

(e) l-attivitajiet amministrativi (inklużi spejjeż operazzjonali) meħtieġa għat-twettiq tal-verifiki kkonċernati effettivament, li jistgħu jinkludu l-ispejjeż meħtieġa għat-taħriġ qabel u waqt is-servizz għall-ispetturi.

2. L-Istati Membri jistgħu jew jiffissaw il-livell tad-dritt fitosanitarju fuq il-bażi ta’ kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż imwettqa skond il-paragrafu 1, jew japplikaw id-dritt applikabbli kif speċifikat fl-Anness VIIIa.

Fejn, skond l-Artikolu 13a(2), għal xi grupp ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw minn xi pajjiżi terzi, il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti ikunu qed jitwettqu anqas spiss, l-Istati Membri għandhom jiġbru dritt fitosanitarja mnaqqsa proporzjonatament mill-konsenji u l-lottijiet ta’ dak il-grupp, kemm jekk ikunu ġew spezzjonati jew le.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet għall-mplimentazzjoni biex jiġi speċifikat il-livell ta’ dan id-dritt Fitosanitarju mnaqqas.

3. Meta t-tariffa Fitosanitarja titwaqqaf minn Stat Membru fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż li jkun għamel il-korp uffiċjali responsabbli ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapporti li jispeċifikaw il-metodu għall-kalkolazzjoni tad-drittijiet rigward l-elementi elenkati fil-paragrafu 1.

Kull dritt impost skond l-ewwel subparagrafu m’għandux ikun ogħla mill-ispiża attwali magħmula mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ dak l-Istat Membru.

4. M’għandhiex tkun permessa l-ebda rifużjonidiretta jew indiretta għad-drittijiet provduti f’din id-Direttiva. Iżda l-applikazzjoni possibbli minn Stat Membru tat-tariffa applikabbli kif speċifikat fl-Anness VIIIa m’għandhiex titqies bħala rifużjoniindiretta.

5. Id-dritt standard applikabbli speċifikat fl-Anness VIIIa huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet żejda biex jiġu koperti spejjez addizzjonali li jkunu saru fl-attivitajiet speċjali relatati mal-verifiki, bħal vjaġġar eċċezzjonali mill-ispetturi jew perijodi ta’ stennija ta’ l-ispetturi minħabba dewmien fil-wasla tal-konsenji barra mill-iskeda, verifiki li jsiru wara l-ħin normali, verifiki supplementari jew testjar fil-laboratorju meħtieġ minbarra dak provdut fl-Artikolu 13 għall-konferma tal-konklużjonijiet li jkunu saru mill-verifiki, miżuri fitosanitarji speċjali meħtieġa taħt atti Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 15 jew 16, miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu 13ċ(7), jew it-traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa.

6. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtoritajiet li għandhom l-awtorità li jitolbu d-dritt Fitosanitarju. It-tariffa għandha titħallas mill-importatur, jew ir-rappreżentanti tiegħu tad-dwana.

7. It-dritt Fitosanitarju għandu jissostitwixxi t-tariffi jew drittijiet kollha l-oħrajn miżmuma mill-Istati Membru fuq livell nazzjonali, reġjunali jew lokali għall-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, u l-attestazzjoni tagħhom.

Artikolu 13e

"Ċertifikati fitosanitarji" u "ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjono mill-ġdid", li l-Istati Membri joħorġu taħt l-IPPC għandhom ikunu taħt il-forma tal-mudell standardizzat mogħti fl-Anness VII."

9. Fl-Artikolu 14, it-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-kliem "l-Artikolu 17" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "l-Artikolu 18(2)";

(b) fil-punt (ċ), il-kliem "bi ftehim ma’ l-Istat Membru kkonċernat" għandhom jiġu sostiwtiti, b’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat’;

(ċ) il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(d) kull emenda għall-Annessi li għandha ssir fid-dawl ta’ l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, jew fejn teknikament ġustifikat, konsistentement mar-riskju dwar l-organiżmi ta’ ħsara involut";

(d) dan il-punt (e) għandu jiżdied:

"(e) "emendi għall-Anness VIIIa"."

10. L-Artikolu 15 għandu jkun emendat:

(a) fil- paragrafu 1, l-introduzzjoni għal, u l-ewwel żewġ inċiżi ta’ l-ewwel paragrafu għandhom jiġu sostitwiti b’ dan li ġej:

"1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jsiru derogi:

- mill-Artikolu 4(1) u (2) rigward l-Anness III, Parti A u Parti B, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(5), u mill-Artikolu 5(1)u (2) u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 13(1)(i) rigward ir-rekwiżiti msemmija fl-Anness IV, Parti A, Taqsima I u l-Anness IV Parti B,

- mill-Artikolu 13(1)(ii) fil-każ ta’ l-injam, jekk jiġu aċċertati salvagwardji ekwivalenti permezz ta’ dokumenti jew marki alternattivi,"

(b) il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti minn dawn il-paragrafi 2, 3 u 4:

"2. Skond il-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-miżuri fitosanitarji adottati mill-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità għandhom ikunu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-miżuri fitosanitarji mwaqqfa f’din id-Direttiva, partikolarment għal dawk speċifikati fl-Anness IV, jekk dak il-pajjiż oġġettivament juri lill-Komunità li l-miżuri tiegħu jilħqu l-livell xieraq Kommunitarju ta’ protezzjoni fitosanitarja u jekk dan jiġi kkonfermat mill-konklużjonijiet li jirriżultaw minn sejbiet li jkunu saru fl-okkażjoni ta’ aċċess raġonevoli mill-esperti msemmija fl-Artikolu 21għall-ispezzjoni, testjar u proċeduri oħrajn fil-pajjiż terz rilevanti.

Fuq talba minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tidħol f’ konsultazzjonijiet bl-iskop li tilħaq ftehim bilaterali jew multilaterali dwar l-għarfien ta’ l-ekwivalenza ta’ miżuri fitosantarji speċifikati.

3. Deċiżjonijiet li jipprovdu għal derogi skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jew għarfien ta’ ekwivalenza bis-saħħa tal-paragrafu 2, għandhom jeħtieġu illi l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom bil-miktub mill-pajjiż esporatur għal kull każ individwal ta’ l-użu, u għandhom jipprovdu d-dettalji tad-dikjarazzjoni uffiċjali li tikkonferma l-konformità.

4. Id-Deċiżjonijiet li hemm riferenza għhalihom f'paragrafu 3, għhandhom jispeċifikaw jekk u b'liema mod l-Istati Membri għhandhom jinfurmaw Stati Membri oħhra u l-Kummisjoni dwar każijiet individwali ta' użu jew każijiet ta' gruppi ta' użu."

11. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, fl-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu, il-kliem "bil-miktub" għandujiddaħħal bejn il-kliem "jinnotifika" u "lill-Kummissjoni";

(b) fil-paragrafu 2, fl-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu, il-kliem "bil-miktub" għandu jiddaħħal bejn il-kliem "notifika" u "il-Kummissjoni";

(ċ) fil-paragrafu 3, fit-tielet sentenza, il-kliem ‘fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji dwar l-organiżmi ta’ ħsara jew analiżi preliminari dwar ir-riskji ta’ l-organiżmi ta’ ħsara f’każijiet msemmija fil-paragrafu 2’ għandujiddaħħal bejn "miżuri" u "jistgħu jiġu adottati", u l-kliem "l-Artikolu 19" għandu jiġi sostitwit b’ "l-Artikolu 18(2)",

(d) dan il-paragrafu 5 li ġej għandu jiżdied:

"5. Jekk il-Kummissjoni ma ġietx infurmata dwar il-miżuri meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2, jew jekk tqis li l-miżuri meħuda huma inadegwati, tista’, sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, tieħu miżuri interim protettivi fuq il-bażi ta’ analiżi preliminari tar-riskji ta’ l-organiżmi ta’ ħsarabiex jinqerdu jew, fejn dan mhuwiex possibbli, jiġi inibit it-tixrid ta’ l-organiżmu perikoluż ikkonċernat. Dawn il-miżuri għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti mill-aktar fis possibbli biex jiġu kkonfermati, emendati jew ikkanċellati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

12. L-Artikolu 17 għandu jitħassar;

13. L-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"L-Artikolu 18

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/894/KEE [*] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 25.; minn issa msejjaħ "il-Kumitat".

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għall-tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura proprji."

14. L-Artikolu 19 għandu jitħassar;

15. L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"3. L-eżamijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu fil-każ ta' dawn l-attivitajiet li ġejjin:

- eżamijiet ta’ sorveljanza skond l-Artikolu 6,

- iwettqu l-verifiki uffiċjali skond l-Artikolu 12(3),

- sorveljanza jew, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 5, twettiq b’ kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri u spezzjonijiet skond l-Artikolu 13(1),

- twettiq jew sorveljanza ta’ l-attivitajiet speċifikati fl-arranġamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 13b(6),

- twettiq ta’ l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), 15(2) u fl-Artikolu 16(3),

- attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skond id-dispożizzjonijiet li jwaqqfu l-kondizzjonijiet li taħthom xi organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jistgħu jiġu introdotti fil, jew jiċċaqalqu ġewwa il-Komunità jew xi żoni mħarsa minnha, għal skopijiet ta’ provi jew xjentifiċi jew għal ħidma fuq għażla varjetali msemmija fl-Artikoli 3(9), 4(5), 5(5) u 13b(4),

- attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skond awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 15, taħt miżuri meħuda minn Stati Membri skond l-Artikolu 16(1) jew (2), jew skond miżuri adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16(3) or (5),

- assistenza lill-Kummissjoni fl-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 6,

- twettiq ta’ kull dover ieħor assenjat lill-esperti fir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 7,";

(b) fil-paragrafu 5, fit-tieni subparagrafu, din is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara t-tielet sentenza:

"Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tgħodd għal spejjeż li jirriżultaw mit-tipi tar-rikjesti li ġejjin magħmula fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-esperti fl-ispezzjonijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Istati Membri: testjar fil-laboratorju u teħid tal-kampjuni għall-ispezzjoni viżiva jew għat-testjar fil-laboratorju, diġa’ koperti mid-dittijiet msemmija fl-Artikolu 13d."

16. Fl-Artikolu 24(3), għandu jiżdied dan is-subparagrafu li ġej:

"L-ammonti li għandhom jintraddu skond il-paragrafu 3 għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

17. Fl-Artikoli 25 u 26, ir-riferenzi rispettivi għall- "L-Artikolu 13(9)" għandhom ikunu sostitiwiti b’ "l-Artikolu 13c(5).";

18. Fl-Anness VII, il-Parti B għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) It-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"B. Mudell taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni mill-ġdid"

.

(b) Fil-kaxxa 2 tal-mudell taċ-ċertifikat, il-kliem "ĊERTIFIKAT FITOSANITARJU GĦALL-BGĦIT IL QUDDIEM MILL-ĠDID" għandhom jiġu sostitwiti b’ "ĊERTIFIKAT FITOSANITARJU GĦALL-ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID".

19. Dan l-Anness VIIIa għandu jiġi inserit fid-Direttiva wara l-Anness VIII:

"

L-ANNESS V111a

Id-dritt bapplikabbli msemmi fl-Artikolu 13d(2) għandha tiġi ddeterminata fil-livelli li ġejjin:

(f' FUR) |

Oġġett | Kwantità | Prezz |

(a)għal verifiki dokumentarji | Għal kull konsenja | 7 |

(b)għal verifiki dwar l-identità | għal kull konsenja | |

—sad-daqs ta’ tagħbija ta’ trakk, tagħbija tal-vagun tal-ferrovija jew it-tagħbija ta’ kontejner ta’ daqs paragunabbli | 7 |

—ikbar mid-daqs imsemmi fuq | 14 |

(ċ)għal verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti, skond dawn l-ispeċifikazzjonijiet: | | |

—Qtugħ, żrieragħ (minbarra materjal riproduttiv tal-ħidma fil-foresti), pjanti żgħar tal-frawli jew tal-ħaxix | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta' 10000 | 17,5 |

—għal kull 1,000 unità addizzjonali | 0,7 |

—prezz massimu | 140 |

—arbuxxelli, siġar (minbarra siġar tal-Milied maqtugħ), pjanti tan-nursery ta' l-injam ieħor, inkluż materjal riproduttiv tal-ħidma fil-foresti (other than seed) | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 1000 | 17,5 |

—għal kull 100 unità addizzjonali | 0,44 |

—prezz massimu | 140 |

—basal, basal tal-qasab, riżomi, tuberi, maħsuba għaż-żrigħ (minbarra t-tuberi tal-patata) | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 1000 | 17,5 |

—għal kull 100 unità addizzjonali | 0,44 |

—prezz massimu | 140 |

—żerriegħa, kulturi tat-tessut | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 1000 | 7,5 |

—għal kull 100 unità addizzjonali | 0,175 |

—prezz massimu | 140 |

—pjanti oħrajn maħsuba li jinżergħu, mhux speċifikati band' oħra f'din it-tabella | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 5000 | 17,5 |

—għal kull 100 unità addizzjonali | 0,18 |

—prezz massimu | 140 |

—fjuri maqtugħin | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 20000 | 17,5 |

—għal kull 1000 unità addizzjonali | 0,14 |

—prezz massimu | 140 |

—fergħat bil-weraq, partijiet minn koniferi (minbarra siġar tal-Milied maqtugħ) | Għal kull konsenja | |

—sa kull 100 kg fil-piż | 17,5 |

—għal kull 100 kg oħra | 1,75 |

—prezz massimu | 140 |

—siġar tal-Milied maqtugħ | Għal kull konsenja | |

—sa numru ta’ 1000 | 17,5 |

—għal kull 100 unita' żejda | 1,75 |

—prezz massimu | 140 |

—weraq tal-pjanti, bħal erbi, ħwawar u ħaxix bil-weraq | Għal kull konsenja | |

—sa piż ta’ 100 kg | 17,5 |

—għal kull 10 kg addizzjonali | 1,75 |

—prezz massimu | 140 |

—frott, ħaxix (minbarra ħaxix bil-weraq) | Għal kull konsenja | |

—sa piż ta’ 25000 kg | 17,5 |

—għal kull 1000 kg addizzjonali | 0,7 |

—tuberi tal-patata | Għal kull lott | |

—għal kull 25000 kg | 52,5 |

—addizzjonali | 52,5 |

—injam (minbarra l-qoxra tas-siġar) | Għal kull konsenja | |

—sa volum ta’ 100 m3 | 17,5 |

—għal kull m3addizzjonali | 0,175 |

—ħamrija u meżżi oħrajn tat-tkabbir, qoxra tas-siġar | Għal kull konsenja | |

—sa piż ta’ 25000 kg | 17,5 |

—għal kull 1000 kg addizzjonali | 0,7 |

—prezz massimu | 140 |

—qamħ | Għal kull konsenja | |

—sa piż ta’ 25000 kg | 17,5 |

—għal kull 1000 kg addizzjonali | 0,7 |

—prezz massimu | 700 |

—pjanti jew prodotti mill-pjanti oħrajn mhux speċifikati band'oħra f'din it-tabella | Għal kull konsenja | 17,5 |

Fejn konsenja ma tikkonsistix esklussivament minn prodotti li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ta’ l-inċiż rilevanti, dawk il-partijiet minnu li jikkonsistu f’prodotti li jiġu taħt id-deskrizzjoni ta’ l-inċiż riilevanti (lott jew lottijiet) għandhom jiġu ttrattati bħala konsenja separata.

"

20. Fejn f’kull dispożizzjoni minbarra dawk emendati fil-paragrafu 1 sa 18 issir riferenza għal "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17" jew għal "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18", dan il-kliem għandu jiġu sostitwit bil-kliem "skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)".

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2005, id-disposiizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali riferenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir tali riferenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jistgħu jadottaw fil-kamp regolat f’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussell, fit-28 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 88.

[2] ĠU C 53 E, tat-28.2.2002, p. 179.

[3] ĠU C 36, tat-8.2.2002, p. 46.

[4] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE (ĠU L 116, tat-3.5.2002, p. 16).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------