32002L0083



Official Journal L 345 , 19/12/2002 P. 0001 - 0051


Id-Direttiva Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-5 ta’ Novembru 2002

li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u l-Artikolu 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [4], it-tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li jemendaw id-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) [6] ġew sostanzjalment emendati diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, id-Direttivi għandhom jerġgħu jiġu formulati fl-interessi taċ-ċarezza.

(2) Sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, huwa essenzjali li jiġu eliminati ċerti diverġenzi li jeżistu bejn leġislazzjoni nazzjonali ta’ sorveljanza. Sabiex tintlaħaq din il-mira u fl-istes ħin tiġi assigurata protezzjoni adegwata għal titolari ta’ poloz u benefiċjarji fl-Istati Membri kollha, id-dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-garanziji finanzjarji meħtieġa minn impriżi ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandhom jiġu koordinati.

(3) Huwa neċessarju li s-suq intern jiġi komplet f’assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, mill-punto di vista kemm tad-dritt ta’ stabbiliment u kemm tal-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Istati Membri, sabiex ikun iktar faċli għal intrapriżi b’uffiċċji ewlenin fil-Komunità biex ikopru impenji li jinstabu fil-Komunità u jsir possibbli għal titolari ta’ poloz li kollhom rikors mhux biss għal assiguraturi stabbiliti fil-pajjiż proprju, imma wkoll għal assiguraturi li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-Komunità u huma stabbiliti fi Stati Membri oħra.

(4) Skond it-Trattat, kwalunkwe diskriminazzjoni fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bbażata fuq il-fatt li intrapriża mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih huma pprovduti s-servizzi hija pprojbita. Dik il-projbizzjoni tapplika għal servizzi provduti minn kwalunkwe stabbiliment fil-Komunità, kemm jekk ikun l-uffiċċju ewlieni ta’ intrapriża u kemm jekk aġenzija jew fergħa.

(5) Din id-Direttiva għalhekk tirrappreżenta pass importanti fl-għaqda tas-swieq nazzjonali f’suq integrat u dak l-istadju għandu jiġi supplimentat minn strumenti Komunitarji oħra bl-iskop li t-titolari kollha tal-poloz ikollhom rikors għal kwalunkwe assiguratur b’ufiċċju ewlieni fil-Komunità li jsegwi in-negozju tiegħu hemmhekk, taħt id-dritt ta’stabbiliment jew il-libertà li jiġu provduti servizzi waqt li tiġi garantita lilhom protezzjoni adegwata..

(6) Din id-Direttiva tifforma parti mill-korp ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ assigurazzjoni diretta li tinkludi wkoll id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni [7].

(7) L-approċċ adottat jikkonsisti f’li sseħħ dik l-armonizzazzjoni essenzjali, neċessarja u suffiċjenti sabiex jintlaħaq ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet u sistemi prudenzjali ta’ kontroll, u b’hekk ikun possibbli li tingħata awtorizzazzjoni valida singola fil-Komunità kollha u li jiġi applikat il-prinċipju ta’ sorveljanza mill-Istat Membru lokali.

(8) Bħala riżultat, il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni huma soġġett għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni singola uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha. L-Istat Membru tal-fergħa jew tad-dispsosizzjoni ta’ servizzi ma tistax teħtieġ li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jixtiequ isegwu negozju ta’ l-assigutrazzjoni hemmhekk u li diġà kienu awtorizzati fl-Istat Membru lokali tagħhom ifittxu awtorizzazzjoni oħra.

(9) L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu l-awtorizzazzjoni ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta x’aktarx li jiġu pprevenuti milli jeżerċitaw effettivament il-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza bir-rabtiet mill-qrib bejn dik l-intrżpriża u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra.

(10) Id-definizzjoni ta’ "rabtiet mill-qrib" f’din id-Direttiva tistabbilixxi kriterji minimi u dan ma jipprevenix lil Stati Membri milli japplikawha għal sitwazzjonijiet ta’ xort’oħra minn dawk maħsuba bid-definizzjoni

(11) L-uniku fatt ta’ akkwist ta’ proporzjon sinifikanti ta’ kapital ta’ kumpannija ma jikkonstitwixxix parteċipazzjoni, fis-sens ta’ "rabtiet mill-qrib", jekk dak l-holding ġie akkwistat biss bħala investiment temporanju li ma jagħmilx possibbli l-eżerċizzju ta’ influwenza fuq l-istruttura jew il-politika finanzjarja ta’ l-intrapriża.

(12) Il-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku u tas-sorveljanza ta’ l-Istat Membru lokali jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m’għandhomx jagħtu jew għandhom jiritiraw awtorizzazzjonijiet meta fatturi bħall-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjonijiet jew id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-attivitajiet attwalment segwiti jindikaw b’mod ċar li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru wieħed bl-iskop li jiġu evażi standards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jssegwi jew għandha l-intenzjoni li jssegwi il-biċċa l-kbira ta’ l-attivitajiet tagħha. Intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tkun awtorizzata fl-istat Membru li fih għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Barra minn hekk, Stati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċju ewlieni ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni dejjem ikun jinstab fl-Istat Membru lokali tiegħu u li jsegwi attwalment in-negozju tiegħu hemmhekk.

(13) Għal raġunijiet prattiċi, huwa mixtieq li tiġi definita l-provvista ta’ servizzi b’kont meħud kemm ta’ l-istabbiliment ta’ l-assiguratur u kemm tal-post fejn għandu jiġi kopert l-impenn. Għalhekk, għandu jiġi definit ukoll l-impenn. Barra minn hekk, huwa mixtieq li jkun hemm distinzjoni bejn attivitajiet segwiti permezz ta’ stabbiliment u attivitajiet segwiti permezz tal-libertà li jiġu provduti servizzi.

(14) Hija neċessarja klassifika skond il-klassi ta’ assigurazzjoni sabiex jiġu determinati, b’mod partikolari, l-attivitajiet soġġetti għal awtorizzazzjoni obbligatorja.

(15) Ċerti assoċjazzjonijiet reċiproċi li, permezz ta’ l-istatus legali tagħhom, jissodisfaw il-ħtiġiet dwar sigurtà u garanziji speċifiċi finanzjarji oħra għandhom jiġu esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ċerti organizzazzjonijiet li l-attività tagħhom tkopri biss settur ristrett ħafna u huma limitati bl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħhom għandhom jiġu esklużi.

(16) L-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija soġġetta għal awtorizzazzjoni u sorveljanza uffiċjali f’kull Stat Membru. Il-kondizzjonijiet biex tingħata u tiġi rtirata din l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu definiti. Għandha ssir dispożizzjoni għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati jew awtorizzazzjoni tiġi rifjutata jew irtirata.

(17) Huwa mixtieq li jiġu kkjarifikati l-poteri u l-mezzi ta’ sorveljanza vestiti fl-awtoritajiet kompetenti. Huwa wkoll mixtieq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-bidu, l-insegwiment u s-sorveljanza ta’ attività permezz tal-libertà li jiġu provduti servizzi.

(18) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri lokali għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tas-saħħa finanzjarja ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, inkluż l-istat ta’ likwidità tagħhom, l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi adegwati u l-kopertura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet b’assi li jaqblu.

(19) Huwa approprjat li jkun hemm dispożizzjoni għall-possibiltà ta’ skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi li, permezz tal-funzjoni tagħhom, jgħinu biex tissaħħaħ l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex tiġi ppreservata in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mgħoddija, il-lista ta’ destinatarji għandha tibqa’ f’limiti stretti.

(20) Ċertu atteġġament, bħal frodi u offiżi interni, x’aktarx jaffettwa l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anke meta huma involuti intrapriżi barra minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

(21) Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-iskambji msemmija fuq ta’ informazzjoni huma awtorizzati.

(22) Meta huwa stipulat li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata biss bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, meta approprjat, jagħmlu l-ftehim tagħhom soġġett għal konformità ma kondizzjonijiet stretti.

(23) L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim dwar skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi sakemm l-informazzjoni żvelata hija soġġetta għal garanziji approprjati ta’ segretezza professjonali.

(24) Għall-għanijiet tat-tisħiħ tas-sorveljanza prudenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-protezzjoni ta’ klijenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, għandu jiġi stipulat li awditur għandu jkollu d-dmir li jirrapporta mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti, kull meta, kif previst b’din id-Direttiva, hu/hi jsiru konxji, waqt l-insegwiment tal-kompiti tiegħu/tagħha, ta’ ċerti fatti li x’aktarx ikollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabili ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

(25) B’qies għall-mira in vista, huwa mixtieq għal Stati Membri li jipprovdu li dan id-dmir għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha meta dawn il-fatti huma skoperti minn awditur tul l-insegwiment tal-kompiti tiegħu/tagħha f’intrapriża li għandha rabtiet mill-qrib ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

(26) Id-dmir ta’ awdituri li jikkomunikaw, meta approprjat, lill-awtoritajiet kompetenti ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw impriża ta’ l-assigurazzjoni li jiskopru tul l-insegwiment tal-kompiti tagħhom f’intrapriża mhux ta’ l-assigurazzjoni ma jbiddilx in-natura tal-kompiti tagħhom f’dik l-intrapriża lanqas il-mod li bih għandhom isegwu dawk il-kompiti f’dik l-intrapriża

(27) L-insegwiment ta’ l-operazzjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ fondi ta’ pensjoni ta’ grupp ma jista’ taħt ebda ċirkostanza jaffettwa l-poteri konferiti fuq l-awtoritajiet rispettivi fir-rigward ta’ l-entitajiet fil-pussess ta’ l-assi li hija kkonċernata bihom dik l-amministrazzjoni.

(28) Ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiddefinixxu standards minimi. Stat Membru lokali jista’ jistabbilixxi regoli iktar stretti għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti proprji.

(29) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-mezzi ta’ sorveljanza neċessarji sabiex jiġi assigurat l-insegwiment tajjeb ta’ negozju minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fil-Komunità kemm jekk segwiti taħt id-dritt ta’ stabbiliment kemm jekk taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi. B’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jintroduċu salvagwardji approprjati jew jimponu sanzjonijiet immirati lejn il-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u ksur tad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza ta’ l-assigurazzjoni.

(30) Id-dispożizzjonijiet dwar trasferimenti ta’ portfolios għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw speċifikament it-trasferiment lejn intrapriża oħra tal-portfolio ta’ kuntratti konklużi permezz tal-libertà li jiġu provduti servizzi.

(31) Id-dispożizzjonijiet dwar trasferimenti ta’ portfolios għandhom ikunu inlinja mas-sistema singola ta’ awtorizzazzjoni ġuridika prevista f’din id-Direttiva.

(32) Intrapriżi ffurmati wara d-dati msemmija fl-Artikolu 18(3) m’għandhomx ikunu awtorizzati isegwu attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja simultanjament. L-Istati Membri għandhom jitħallew jippermettu lill-intrapriżi li, fid-dati rilevanti msemmija fl-Artikolu 18(3), segwew dawn l-attivitajiet simultanjament sabiex jibqgħu jagħmlu dan sakemm tiġi adottata amministrazzjoni separata għal kull waħda mill-attivitajiet tagħhom, sabiex l-interessi rispettivi tat-titolari ta’ poloz fuq il-ħajja u ta’ titolari ta’ poloz mhux fuq il-ħajja jiġu salvagwardati u l-obbligi minimi finanzjarji fir-rigward ta’ waħda mill-attivitajiet ma jkunux ir-responsabbiltà ta’ l-attività l-oħra. L-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jeħtieġu lil dawk l-intrapriżi eżistenti stabbiliti fit-territorju tagħhom li jsegwu assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja simultanjament sabiex iġibu din il-prattika fit-tmiem. Barra minn hekk, intrapriżi speċjalizzati għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza speċjali meta intrapriża mhux fuq il-ħajja tappartjeni għall-istess grupp finanzjarju bħala intrapriża fuq il-ħajja.

(33) Xejn f’din id-Direttiva ma jipprevjeni lil intrapriża komposta milli tinqasam f’żewġ intrapriżi, waħda attiva fil-qasam ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-oħra f’assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Sabiex isseħħ din id-diviżjoni taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli, huwa mixtieq li Stati Membri jiġu permessi, skond ir-regoli Komunitarji ta’ liġi ta’ kompetizzjoni, jipprovdu għal arranġamenti approprjati tat-taxxa, b’mod partikolari fir-rigward tal-gwadanni kapitali li huma involuti f’din id-diviżjoni.

(34) Dawk l-Istati Membri li jixtiequ hekk għandhom ikunu jistgħu jagħtu l-istess awtorizzazzjonijiet ta’ intrapriża għall-klassijiet imsemmija fl-Anness I u n-negozju ta’ assigurazzjoni li jaqa’ taħt il-klassijiet 1 u 2 fl-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-bidu u l-insegwiment ta’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’oħra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja [8]. Dik il-possibiltà tista’, madankollu, tkun soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet fir-rigward ta’ konformità mar-regoli ta’ kontabilità u regoli dwar avvolġiment

(35) Huwa neċessarju mill-punto di vista tal-protezzjoni ta’ ħajjiet assigurati li kull impriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet twekniċi adegwati.. Il-kalkolu ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa bbażat fil-biċċa l-kbira fuq prinċipji attwarjali. Dawk il-prinċipji għandhom jiġu koordinati sabiex jiffaċilitaw rikonoxximent reċiproku tar-regoli prudenti applikabbli fl-Istati Membri varji.

(36) Huwa mixtieq, fl-interessi ta’ prodenza, li tiġi stabbilita koordinazzjoni minima ta’ regoli li jillimitaw ir-rata ta’ interess użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi. Għall-finijiet ta’ din il-limitazzjoni, ladarba metodi eżistenti huma kollha ugwalment korretti, prudenti u ekwivalenti, jidher approprjat li l-Istati Membri jitħallew għażla libera dwar il-metodu li għandu jiġi użat.

(37) Ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli li jirregolaw it-tixrid, il-lokalizzazzjoni u t-tqabbil ta’ l-assi użati sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu koordinati sabiex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tar-regoli ta’ l-Istati Membri. Dik il-koordinazzjoni għandha tieħu kont tal-liberalizzazzjoni ta’ movimenti tal-kapital previsti fl-Artikolu 56 tat-Trattat u l-progress magħmul mill-Komunità lejn unjoni ekonomika u monetarja.

(38) L-Istat Membru lokali ma jistax jeħtieġ lil intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jinvestu l-assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom f’kategoriji partikolari ta’ assi, għaliex din il-ħtieġa kienet tkun inkompatibbli mal-liberalizzazzjoni ta’ movimenti ta’ kapital previsti fl-Artikolu 56 tat-Trattat.

(39) Huwa neċessarju li, minbarra d-dispożizzjonijiet tekniċi, inklużi dispożizzjonijiet matematiċi, ta’ ammont suffiċjenti biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta’ underwriting tagħhom, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandu jkollhom riżerva supplimentari, magħrufa bħala l-marġini ta’ likwidità, rappreżentata b’assi liberi u, bil-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti, b’assi impliċiti oħra, li għandhom jaġixxu bħala buffer kontra flutwazzjonijiet avversi tal-kummerċ. Din il-ħtieġa hija element importanti ta’ sorveljanza prudenti għall-protezzjoni ta’ persuni assigurati u titolari ta’ poloz. Sabiex jiġi assigurat li l-ħtiġiet imposti għal dawn l-għanijiet huma determinati skond kriterji objettivi fejn intrapriżi ta’ l-istess daqs jitqiegħdu fuq livell ugwali fir-rigward ta’ kompetizzjoni, huwa mixtieq li jiġi pprovdut li din il-marġini għandha tiġi relatata ma’ l-impenji kollha ta’ l-intrapriża u man-natura u l-gravità tar-riskji ppreżentati bl-attivitajiet varji li jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din il-marġini għandha għalhekk tvarja skond jekk ir-riskji humiex ta’ investiment, mewt jew amministrazzjoni biss. Għandha għalhekk tiġi determinata f’termini ta’ dispożizzjonijiet matematiċi u kapital taħt riskju sottoskritt minn intrapriża, ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet riċevuti, ta’ dispożizzjonijiet biss jew ta’ assi ta’ tontini.

(40) Id-Direttiva 92/96/KEE pprovdiet għal definizzjoni provviżorja ta’ suq regolat, fl-istennija ta’ l-adozzjoni ta’ direttiva dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli, li tarmonizza dak il-kunċett f’livell Komunitarju. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli [9] tipprovdi għal definizzjoni ta’ suq regolat, għalkemm teskludi mill-qasam ta’ applikazzjoni tagħha attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja. Huwa approprjat li jiġi applikat il-kunċett ta’ suq regolat ukoll lil attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja.

(41) Il-lista ta’ partiti li bihom tista’ tiġi kompilata l-marġini ta’ likwidità meħtieġa b’din id-Direttiva tieħu kont ta’ strumenti finanzjarji ġodda u tal-faċilitajiet mogħtija lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra għall-kostituzzjoni tal-fondi proprji tagħhom.. Fid-dawl ta’ żviluppi tas-suq fin-natura ta’ koperta ta’ riassigurazzjoni mixtrija minn assiguraturi primarji, hemm il-bżonn li awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jnaqqsu it-tnaqqis għall-ħtieġa tal-marġini ta’ likwidità f’ċerti ċirkostanzi. Sabiex titjieb il-kwalità tal-marġini ta’ likwidità, il-possibiltà li jiġu inklużi profili futuri fil-marġini ta’ likwidità disponibbli għandha tiġi limitata u soġġetta għal kondizzjonijiet u għandha fi kwalunkwe każ tieqaf wara l-2009.

(42) Huwa neċessarju li jiġi meħtieġ fond ta’ garanzija, li l-ammont u l-kompożizzjoni tiegħu huma tali li jipprovdu assigurazzjoni li l-intrapriżi jippossjedu riżorsi adegwati meta jiġu stabbiliti u li sussegwentement il-marġini ta’ likwidità f’ebda każ ma taqa’ taħt minimu ta’ sigurtà. Il-parti sħiħa jew speċifikata ta’ dan il-fond ta’ garanzija għandh tikkonsisti f’partiti espliċiti ta’ assi.

(43) Sabiex jiġu evitati żidiet maġġuri u drastiċi fl-ammont tal-fond minimu ta’ garanzija fil-futur, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jipprovdi għaż-żieda tiegħu in linja ma’ l-indiċi Ewropew ta’ prezzijiet tal-konsumatur. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi standards minimi għall-ħtiġiet tal-marġini ta’ likwidità u Stati Membri lokali għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli iktar stretti għal intrpriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti proprji.

(44) Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-liġi dwar il-kuntratti applikabbli għall-attivitajiet imsemmija f’din id-Direttiva jvarjaw. L-armonizzazzjoni ta’ liġi ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni mhijiex kondizzjoni a priori biex jintlaħaq is-suq intern fl-assigurazzjoni. Għalhekk, l-opportunità mogħtija lill-istati Membri li tiġi imposta l-applikazzjoni tal-liġi tagħhom għal kuntratti ta’ l-assigurazzjoni li jkopru impenji fit-territorji tagħhom x’ aktarx tipprovdi salvagwardji adegwati għal titolari ta’ poloz. Il-libertà ta’ l-għażla, bħala l-liġi applikabbli għall-kuntratt, liġi barra minn dik ta’ l-Istat ta’ l-impenn tista tingħata f’ċerti każijiet, skond ir-regoli li jieħdu kont ta’ ċirkostanzi speċifiċi.

(45) Għal kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja it-titolari tal-poloz għandu jingħata l-opportunità li jikkanċella l-kuntratt f’perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum.

(46) Fil-kwadru ta’ suq intern huwa fl-interess tat-titolari tal-poloz li għandu jkollhom aċċess għall-firxa l-iktar wiesgħa possibbli ta’ prodotti ta’ l-assigurazzjoni disponibbli fil-Komunità sabiex jistgħu jagħżlu dawk li huma l-aħjar adattati għall-bżonnijiet tagħhom. Hija r-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn biex jassigura li ma hemm xejn li jipprevjeni t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu tal-prodotti kollha ta’ assigurazzjoni offerti għall-bejgħ fil-Komunità sakemm dawn ma jikkonfliġġux mad-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu il-benessri ġenerali fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-impenn u sakemm il-benessri ġenerali mhuwiex salvagwardat bir-regoli ta’ l-Istat Membru lokali, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għall-intrapriżi kollha li joperaw f’dak l-Istat Membru u jkunu objettivament neċessarji u a proporzjon tal-mira segwita.

(47) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jassiguraw li l-prodotti ta’ l-assigurazzjoni u d-dokumenti ta’ kuntratt użati, taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sabiex ikopru impenji fit-territorji tagħhom jikkonformaw ma’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi legali li jipproteġu l-benessri ġenerali kif applikabbli. Is-sistemi ta’ sorveljanza li għandhom jiġu impjegati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ suq intern imma l-impjieg tagħhom ma jistax jikkostitwixxi kondizzjoni a priori għall-insegwiment ta’ negozju ta’ l-assigurazzjoni. Minn dan il-punt, sistemi għall-approvazzjoni minn qabel ta’ kondizzjonijiet ta’ polza ma jidhrux li huma ġustifikati. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi provdut għal sistemi oħra adattati aħjar għall-ħtiġiet ta’ suq intern li jippermettu lil kull Stat Membru li jiggarantixxi lil titolari ta’ poloz protezzjoni adegwata.

(48) uwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.

(49) Għandha ssir dispożizzjoni biex tiġi imposta sistema ta’ penalitajiet meta, fl-Istat Membru li jidħol għall-impenn, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma tikkonformax ma’ dawk id-dispożizzjonijiet li jipproteġu l-benessri ġenerali li huma applikabbli għalih.

(50) Huwa neċessarju li jiġi provdut għal miżuri f’każijiet meta l-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ssir tali li huwa diffiċli biex hi tissodisfa r-resposabbiltajiet ta’ underwriting tagħha. F’sitwazzjonijiet speċifiċi meta d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda, hemm il-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jintervjenu fi stadju kmieni biżżejjed, imma fl-eżerċizzju ta’ dawk il-poteri l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni bir-raġunijiet li jimmotivaw din l-azzjoni ta’ sorveljanza, skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni soda u proċess dovut. Sakemm teżisti din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu pprevenuti milli jiċċertifikaw li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha marġini biżżejjed ta’ likwidità.

(51) Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-prinċipji attwarjali inkonformità ma’ din id-Direttiva, l-Istat Membru lokali jista jeħtieġ notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi użati għall-kalkolu ta’ l-iskali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi, b’din in-notifika ta’ bażijiet tekniċi li teskludi n-notifika tal-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza u r-rati kummerċjali ta’ l-intrapriża.

(52) F’suq intern għall-assigurazzjoni il-konsumatur ikollu għażla usa u iktar varjata ta’ kuntratti. Jekk hu/hi għandhom japprofittaw kompletament minn din id-diversità u minn kompetizzjoni msaħħa, hu/hi għandhom jiġu pprovduti bi kwalunkwe informazzjoni li hija neċessarja sabiex hu/hi ikunu jistgħu jagħżlu il-kuntratt l-aħjar adattat għall-bżonnijiet tiegħu/tagħha. Din il-ħtieġa ta’ informazzjoni hija iktar importanti ladarba d-durata ta’ l-impenji tista’ tkun twila ħafna. Id-dispożizzjonijiet minimi għandhom għalhekk jiġu koordinati sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u eżatta dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti lilu/lilha kif ukoll id-dettalji tal-korpi li lilhom kwalunkwe ilmenti ta’ titolari ta’ poloz, persuni assigurati jew benefiċjarji ta’ kuntratti jistgħu jiġu indirizzati.

(53) Il-pubbliċità għal prodotti ta’ l-assigurazzjoni hija mezz essenzjali biex il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni jiġi segwit effettivament fil-Komunità. Huwa neċessarju li l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jitħallew l-użu tal-mezzi normali kollha ta’ reklamar fl-Istat Membru tal-fergħa jew tal-provvista tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu madanakollu jeħtieġu konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-forma u l-kontenut ta’ reklamar, kemm jekk stabbilit skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar ir-reklamar kemm jekk adottat minn Stati Membri għal raġunijiet tal-benessri ġenerali.

(54) Fil-kwadru tas-suq intern, ebda Stat Membru ma jista’ jkompli jipprojbixxi l-insegwiment simultanju ta’ negozju ta’ assigurazzjoni fit-territorju tiegħu taħt id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

(55) Xi Stati Membri ma jissoġġettawx operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni għal kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni indiretta, waqt li l-maġġoranza japplikaw tassi speċjali u forom oħra ta’ kontribuzzjoni. L-istrutturi u r-rati ta’ dawn it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet ivarjaw konsiderevolment bejn l-Istati Membri li fihom huma applikati. Huwa mixtieq li jiġu pprevenuti differenzi eżistenti li jwasslu għal distorzjonijiet ta’ kompetizzjoni f’servizzi ta’ assigurazzjoni bejn l-Istati Membri. Fl-istennija ta’ armonizzazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni tas-sistemi tat-taxxa u forom oħra ta’ kontribuzzjoni prevista mill-istati Membri li fihom jidħlu għal impenji x aktarx jirrimedjaw dik il-problema u hu għall-Istati Membri li jagħmlu arranġamenti sabiex jassiguraw li dawn it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet huma miġbura.

(56) Huwa importanti li tiġi introdotta koordinazzjoni Komunitarja dwar l-għeuq ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni. Huwa għalhek essenzjali li jiġi provdut, fil-każ ta’ għeluq ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, li s-sistema ta’ protezzjoni fis-seħħ f’kull Stat Membru għandha tiggarantixxi ugwaljanza ta’ trattament għall-kredituri kollha ta’ assigurazzjoni, irrispettivament minn nazzjonalità u mill-metodu li bih jidħlu għall-impenn.

(57) Ir-regoli koordinati li jikkonċernaw l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta fil-Komunità għandhom, fil-prinċipju, japplikaw għall-intrapriżi kollha li joperaw fis-suq u, konsegwwentement, ukoll għal aġenziji u fergħat fejn l-uffiċċju prinċipali ta’ intrapriża jinstab barra l-Komunità. Fir-rigward tal-metodi ta’ sorveljanza din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għal dawn l-aġenziji jew fergħat, invista tal-fatt li l-assi ta’ l-intrapriżi li jappartjenu għalihom jinstabu barra l-Komunità.

(58) Huwa mixtieq li jiġi pprovdut għall-konklużjoni ta’ ftehim reċiproku ma’ pajjiż terz wieħed jew iktar sabiex jiġi permess ir-rilassament ta’ dawn il-kondizzjonijiet speċjali, waqt li jiġi osservat il-prinċipju li dawn l-aġenziji u fergħat m’għandhomx jottjenu trattament iktar favorevoli minn imrpiżi Komunitarji.

(59) Għandha ssir dispożizzjoni biex proċedura flessibbli tagħmilha iktar possibbli li tiġi stmata r-reċiproċità ma’ pajjiżi terzi fuq bażi Komunitarja. L-iskop ta’ din il-proċedura mhuwiex li jingħalqu s-swieq finanzjarji Komunitarji imma aktarx, ladarba l-Komunità għandha l-intenzjoni li żżomm is-swieq finanzjarji tagħha miftuħa għall-bqija tad-dinja, li titjieb il-liberalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji globali f’pajjiżi terzi oħra. Għal dak il-għan, din id-Direttiva tipprovdi għal proċeduri għal negozjati ma pajjiżi terzi. Fl-aħħar istanza, il-possibiltà li jittieħdu miżuri li jinvolvu s-sospensjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda għal awtorizzazzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ġodda għandha tiġi provduta biex tintuża l-proċedura regolatorja taħt l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KEE (10 [10].

(60) Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw prova ta’ reputazzjoni tajba u ebda falliment preċedenti.

(61) Sabiex jiġi kkjarifikat ir-reġim legali applikabbli għal attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti b’din id-Direttiva, xi dispożizzjonijiet tad-Direttivi 79/267/KEE, 90/619/KEE u 92/96/KEE għandhom jiġu adattati. Għal dak il-għan xi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-marġini ta’ likwidità u d-drittijiet akkwistati minn fergħat ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni stabbiliti qabel l-1 ta’ Lulju 1994 għandhom jiġu emendati. Il-kontenut ta’ l-iskema ta’ operazzjoni ta’ fergħat ta’ intrapriżi ta’ pajjiżi terzi li għandhom jiġu stabbiliti fil-Komunità għandhom jiġu definiti wkoll.

(62) Jistgħu ikunu neċessarji aġġustamenti tekniċi għar-regoli dettaljati stabbiliti f’din id-Direttiva minn żmien għal żmien sabiex jieħdu kont ta’ l-iżvilupp futur ta’ l-industrija ta’ assigurazzjoni. Il-Kummissjoni tagħmel dawk l-aġġustamenti kif u meta neċessarju, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Assigurazzjoni stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE [11], fl-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lilha bit-Trattat. Peress li dawn il-miżuri huma miżuri ta’ qasam ġenerali ta’ applikazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(63) Skond l-Artikolu 15 tat-Trattat, għandu jittieħed kont ta’ l-estent ta’ l-isforz li għandu jsir minn ċerti ekonomiji fi stadji differenti ta’ żvilupp. Għalhekk, għandhom jiġu adottati arranġamenti transitorji għall-applikazzjoni gradwali ta’ din id-Direttiva minn ċerti Stati Membri.

(64) Id-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE taw deroga speċjali fir-rigward ta’ xi intrapriżi eżistenti fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ dawn id-Direttivi. Dawn l-intrapriżi mbagħad immodifikaw l-istruttura tagħhom. Għalhekk m’għandhomx iktar bżonn din id-deroga speċjali.

(65) Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw iż-żminijiet perentorji għat-trasposizzjoni u għall-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V(B),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

WERREJ

TITOLU I DEFINIZZJONIJIET U L-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI …

Artikolu 1 Definizzjonijiet …

Artikolu 2 Il-qasam ta’ l-applikazzjoni …

Artikolu 3 Attivitajiet u korpi esklużi …

TITOLU II IL-BIDU U L-INSEGWIMENT TAN-NEGOZJU TA’ L-ASSIGURAZZJONI FUQ IL-ĦAJJA …

Artikolu 4 Il-prinċipju ta’ awtorizzazzjoni …

Artikolu 5 L-iskop ta’ l-awtorizzazzjoni …

Artikolu 6 Kondizzjonijiet biex tiġi ottenuta l-awtorizzazzjoni …

Artikolu 7 Skema ta’ l-operazzjonijiet …

Artikolu 8 Titolari ta’ l-ishma u membri b’ holdings li jikkwalifikaw …

Artikolu 9 Ir-rifjut ta’ l-awtorizzazzjoni …

TITOLU III KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IN-NEGOZJU TA’ L-ASSIGURAZZJONI …

Kapitolu 1 Il-prinċipji u l-metodi ta’ sorveljanza finanzjarja …

Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti u l-oġġett ta’ sorveljanza …

Artikolu 11 Is-sorveljanza ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor …

Artikolu 12 Il-projbizzjoni dwar ir-rilaxx obbligatorju ta’ parti mill-underwriting …

Artikolu 13 Il-kontabilità, l-informazzjoni prudenti u statistika: poteri ta’ sorveljanza …

Artikolu 14 It-trasferiment tal-portfolio …

Artikolu 15 Holdings li jikkwalifikaw …

Artikolu 16 Is-segretezza professjonali …

Artikolu 17 Id-doveri ta’ l-awdituri …

Artikolu 18 L-insegwiment ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja …

Artikolu 19 Is-separazzjoni ta’ amministrazzjoni ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja …

Kapitolu 2 Regoli li jirrelataw għal dispożizzjonijiet tekniċi u r-rappreżentanza tagħhom …

Artikolu 20 L-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi …

Artikolu 21 Premiums għal negozju ġdid …

Artikolu 22 Assi li jkorpu dispożizzjonijiet tekniċi …

Artikolu 23 Kategoriji ta’ assi awtorizzati …

Artikolu 24 Regoli għad-diversifikazzjoni ta’ investiment …

Artikolu 25 Kuntratti marbuta UCITS jew indiċi ta’ ishma …

Artikolu 26 Regoli li jaqblu …

Kapitolu 3 Regoli li jirrelataw għall-marġini ta’ likwidità u għall-fond ta’ garanzija …

Artikolu 27 Marġini ta’ likwidità disponibbli …

Artikolu 28 Marġini ta’ likwidità meħtieġa …

Artikolu 29 Il-fond ta’ garanzija …

Artikolu 30 Ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-fond ta’ garanzija …

Artikolu 31 Assi mhux użati sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi …

Kapitolu 4 Il-liġi ta’ l-assigurazzjoni u l-kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni …

Artikolu 32 Il-liġi applikabbli …

Artikolu 33 Il-benessri ġenerali …

Artikolu 34 Regoli li jirrelataw għal kondizzjonijeit ta’ assigurazzjoni u skali ta’ premiums …

Artikolu 35 Il-perjodu ta’ kanċellament …

Artikolu 36 Informazzjoni għal titolari ta’ poloz …

Kapitolu 5 Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’diffikultà jew f’sitwazzjoni irregolari …

Artikolu 37 Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’diffikultà …

Artikolu 38 Pjan ta’ rkupru finanzjarju …

Artikolu 39 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni …

TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJEIT LI JIRRELATAW GĦAD-DRITT TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JIGU PPROVDUTI SERVIZZI

Artikolu 40 Kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ fergħa …

Artikolu 41 Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: notifika minn qabel lill-Istat Membru lokali …

Artikolu 42 Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: notifika mill-Istat Membru lokali. …

Artikolu 43 Libertà li jiġu pprovduti servizzi: bidliet fin-natura ta’ l-impenji …

Artikolu 44 Il-lingwa …

Artikolu 45 Regoli li jirrelataw għall-kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni u għall-iskali tal-premiums …

Artikolu 46 Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet legali …

Artikolu 47 Ir-reklamar …

Artikolu 48 Għeluq …

Artikolu 49 Informazzjoni statistika dwar attivitajiet trans fruntieri …

Artikolu 50 Taxxi fuq il-premiums …

TITOLU V REGOLI APPLIKABBLI GĦAL AĠENZIJI JEW FERGĦAT STABBILITI FIL-KOMUNITÀ U LI JAPPARTJENU GĦAL INTRAPRIŻI LI L-UFFIĊĊJI EWLENIN TAGHHOM HUMA BARRA L-KOMUNITÀ …

Artikolu 51 Il-prinċipji u l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni …

Artikolu 52 Regoli applikabbli għal fergħat ta’ intrapriżi ta’ pajjiżi terzi …

Artikolu 53 It-trasferiment ta’ portfolios …

Artikolu 54 Dispożizzjonijiet tekniċi …

Artikolu 55 Il-marġini ta’ likwidità u l-fond ta’ garanzija …

Artikolu 56 Vantaġġi għal intrapriżi awtorizzati f’iktar minn Stat Membru wieħed …

Artikolu 57 Ftehim ma’ pajjiżi terzi …

TITOLU VI REGOLI APPLIKABBLI GĦAL SUSSIDJARJI TA’ INTRAPRIŻI PRINĊIPALI RREGOLATI BIL-LIĠIJIET TA’ PAJJIŻ TERZ U GĦALL-AKKWISTI TA’ HOLDINGS MINN INTRAPRIŻI PRINĊIPALI …

Artikolu 58 Informazzjoni minn Stati Membri lill-Kummissjoni …

Artikolu 59 It-trattament ta’ pajjiż terz ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarja …

TITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U OĦRAJN …

Artikolu 60 Derogi u l-abolizzjoni ta’ miżuri restrittivi …

Artikolu 61 Il-prova ta’ reputazzjoni tajba …

TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI …

Artikolu 62 Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni …

Artikolu 63 Rapporti dwar l-iżvilupp tas-suq taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi …

Artikolu 64 Aġġustament tekniku …

Artikolu 65 Il-proċedura tal-Kumitat …

Artikolu 66 Drittijiet akkwistati minn fergħat u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni eżistenti …

Artikolu 67 Id-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati …

Artikolu 68 Reviżjoni ta’ l-ammonti espressi f’euro …

Artikolu 69 Implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda …

Artikolu 70 Informazzjoni lill-Kummissjoni …

Artikolu 71 Perjodu transitorju għall-Artikoli 3(6), 27, 28, 29, 30 and 38 …

Artikolu 72 Direttivi mħassra u l-korrelazzjoni tagħhom ma’ din id-Direttiva …

Artikolu 73 Id-dħul fis-seħħ …

Artikolu 74 Destinatarji …

Anness I Klassijiet ta’ l-assigurazzjoni …

Anness II Regoli li jaqblu …

Anness III Informazzjoni għal titolari ta’ poloz …

Anness IV: … Anness V … Parti A Direttivi mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija f-Artikolu 72) …

Parti B Żminijiet perentorji għall-implimentazzjoni (msemmija fl-Artikolu 72) …

Anness VI Tabella ta’ korrelazzjoni …

TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U L-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "intrapriża ta’ l-assigurazzjoni" għandha tfisser intrapriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 4;

(b) "fergħa" għandha tfisser aġenzija jew fergħa ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

Kwlaunkwe preżenza permanenti ta’ intrapriża fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi trattata bl-istess mod bħal aġenzija jew fergħa, anke jekk dik il-preżenza ma tieħux il-forma ta’ fergħa jew aġenzija, imma tikkonsisti biss f’uffiċċju amministrat mill-persunal proprju ta’ intrpariża jew minn persuna li hija indipendenti imma għandha awtorità permanenti biex taġixxi għall-intrapriża kif kienet taġixxi l-aġenzija;

(ċ) "stabbiliment" għandu jfisser l-uffiċċju prinċipali, aġenzija jew il-fergħa ta’ intrapriża;

(d) "impenn" għandu jfisser impenn rappreżentat b’wieħed mit-tipi ta’ assigurazzjoni jew operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2;

(e) "Stat Membru lokali" għandu jfisser l-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-impenn jinstab;

(f) "L-Istat Membru tal-fergħa" għandu jfisser l-Istat Membru li fih tinstab il-fergħa li tkopri l-impenn;

(g) "L-Istat Membru ta’ l-impenn" għandu jfisser l-Istat Membru fejn it-titolari tal-polza għandu r-residenza abitwali tiegħu/tagħha jew, jekk it-titolari tal-polza huwa persuna ġuridika, l-Istat Membru fejn l-istabbiliment ta’ l-aħħar, li għalih jirrelata l-kuntratt, jinstab;

(h) "L-Istat Membru tal-provvista tas-servizzi" għandu jfisser l-Istat Membru ta’ l-impenn, jekk l-impenn huwa kopert b’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew b’fergħa li tinstab fi Stat Membru ieħor;

(i) "kontroll" għandu jfisser ir-relazzjoni bejn intrapriża prinċipali u sussidjarja, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE [12], jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u intrapriża;

(j) "holding li jikkwalifika" għandu jfisser holding dirett jew indirett f’intrapriża li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmel possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ l-intrapriża fejn jeżisti l-holding;

Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, fil-kuntest ta’ l-Artikoli 8 u 15 u tal-livelli l-oħrajn ta’ l-holding imsemmija fl-Artikolu 15, id-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għall-elenkar uffiċjali tal-borża u dwar informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata dwar dawk it-titoli [13] għandhom jiġu kkunsidrati;

(k) "intrapriża prinċipali" għandha tfisser intrapriża prinċipali kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(l) "sussidjarja" għandha tfisser intrapriża sussidjarja kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE; kwalunkwe sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja ta’ l-intrapriża li hija fl-aħħar mill-aħħar l-intrapriża prinċipali ta’ dawk l-intrapriżi;

(m) "suq regolat" għandu jfisser:

- fil-każ ta’ suq li jinstab fi Stat Membru, suq regolat kif definit fl-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE, u

- fil-każ ta’ suq li jinstab f’pajjiż terz, suq finanzjarju rikonoxxut mill-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jissodisfa ħtiġiet paragunabbli. Kwalunkwe strumenti finanzjarji ttrattati f’dak is-suq għandu jkun ta’ kwalità paragunabbli għal dak ta’ l-istrumenti ttrattati fis-suq jew fis-swieq regolati ta’ l-Istat Membru inkwistjoni;

(n) "awtoritajiet kompetenti" għandu jfisser l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom is-setgħa bil-liġi jew b’regolament li jissorveljaw intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni;

(o) "assi li jaqblu" għandu jfisser ir-rappreżentanza ta’ responsabbiltajiet ta’ underwriting li jistgħu ikunu meħtieġa li jiġu sodisfatti f’valuta partikolari b’assi espressi jew realizzabbli fl-istess valuta;

(p) "lokalizzazzjoni ta’ assi" għandu jfisser l-eżistenza ta’ assi, kemm jekk mobbli kemm jekk immobbli, fi Stat Membru imma m’għandux jinftiehem li jinvolvi ħtieġa li assi mobbli jiġu depożitati jew li assi immobbli jiġu soġġetti għal miżuri restrittivi bħar-reġistrazzjoni ta’ ipoteki; assi rappreżentati bi pretensjonijiet kontra debituri għandhom jitqiesu li jinstabu fl-Istat Membru fejn huma realizzabbli;

(q) kapital f’riskju għandu jfisser l-ammont pagabbli fuq mewt inqas id-dispożizzjoni matematika għar-risku ewlieni;

(r) rabtiet "mill-qrib" għandha tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b:

(i) parteċipazzjoni, li għandha tfisser is-sidien, dirett jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ intrapriża; jew

(ii) kontroll, li għandu jfisser ir-relazzjoni bejn intrapriża prinċipali u sussidjarja, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) and (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew intrapriża; kwalunkwe intrapriża sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja għandha wkoll tiġi kkunsidrata sussidjarja ta’ l-intrapriża prinċipali li hija l-kap ta’ dawk l-intrapriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll titqies li tikkostitwixxi rabta mill-qrib bejn dawn il-persuni.

2. Kull meta din id-Direttiva tirreferi għall-euro, il-valur ta’ konverżjoni fil-munita nazzjonali li għandha tiġi adottata għandu jkun mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena dak ta’ l-aħħar jum tax-xahar preċedeti ta’ Ottubru li għalih il-valuri tal-konverżjoni tal-euro huma disponibbli fil-muniti Kounitarji rilevanti kollha.

Artikolu 2

Il-qasam ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tikkonċerna l-bidu u l-insegwiment ta’ l-attività għal rashom ta’ assigurazzjoni diretta segwiti minn intrapriżi li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ jiġu stabbiliti hemmhekk fil-forma ta’ l-attivitajiet definiti hawn taħt:

1. l-assigurazzjonijiet li ġejjin meta huma fuq bażi kontrattwali:

(a) assigurazzjoni;

(b) annwitajiet;

(ċ) assigurazzjoni supplimentari segwiti minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, jiġifieri, b’mod partikolari, assigurazzjoni kontra dannu personali inkluża inkapaċità għal impieg, assigurazzjoni kontra mewt li tirriżulta minn inċident u assigurazzjoni kontra disabilità li tirriżulta minn inċident jew mard meta dawn il-varji tipi ta’ assigurazzjoni huma sottoskrittib’ żieda ma’ assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(d) it-tip ta’ assigurazzjoni li teżisti fl-Irlanda u fir-Renju Unit magħrufa bħala assigurazzjoni permanenti tas-saħħa mhux soġġetta għal kanċellament;

2. l-operazzjonijiet li ġejjin, meta huma fuq bażi kontrattwali, sa fejn huma soġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għas-sorveljanza ta’ assigurazzjoni privata:

(a) tontini fejn assoċjazzjonijiet ta’ abbonati huma stabbiliti bl-għan li jikkapitalizzaw konġuntement il-kontribuzzjonijiet tagħhom u sussegwentement jddistribwixxu l-assi hekk akkumulati fost is-soppravissuti jew fost il-benefiċjarji tal-mejtin;

(b) operazzjonijiet ta’ għoti lura ta’ kpaital ibbażat fuq kalkolu attwarjali fejn, b’ritorn għal pagamenti singoli jew perjodiċi miftiehma bil-quddiem, jittieħdu impenji ta’ durata u ammont speċifikat;

(ċ) amministrazzjoni ta’ gruppi ta’ fondi ta’ pensjoni, jiġifieri operazzjonijiet li jikkonsistu, għall-intrapriża kkonċernata fl-amministrazzjoni ta’ l-investimenti, u b’mod partikolari l-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi ta’ korpi li jeffettwaw pagamenti fuq mewt jew soppravivenza jew fil-każ ta’ skontinwità jew waqfien ta’ attività;

(d) l-operazzjonijiet imsemmija f’(ċ) meta huma akkumpanjati b’assigurazzjoni li tkopri jew il-konservazzjoni ta’ kapital jew pagament ta’ interess minimu;

(e) l-operazzjonijiet segwiti minn intrpriżi ta’ assigurazzjoni bħal dawk imsemmija f’Kapitolu 1, Titolu 4 tal-ktieb IV tal-"Code des assurances" Franċiżi.

3. Operazzjonjiet li jirrelataw għat-tul fuq il-ħajja tal-bniedem li huma preskritti jew previsti f’leġislazzjoni ta’ assigurazzjoni soċjali, meta huma effettwati jew amministrati għar-riskju proprju minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni skond il-liġijiet ta’ Stat Membru.

Artikolu 3

Attivitajiet u korpi esklużi

Din id-Direttiva m’għandhiex tikkonċerna:

1. soġġett għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(10(ċ), il-klassijiet deskritti fl-Anness mad-Direttiva 73/239/KEE;

2. operazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet provvidenti u ta’ benefiċċju reċiproku li l-benefiċċji tagħhom ivarjaw skond ir-riżorsi disponibbli u li jeħtieġu lil kull wieħed mill-membri tagħhom li jikkontribwixxi bir-rata uniformi approprjata;

3. operazzjonijiet segwiti minn organizzazzjonijiet ta’ xort’oħra minn intrapriżi msemmija fl-Artikolu 2, li l-mira tagħhom hi lijipprovdu benefiċċji għal persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom li jappartjenu għal intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi, jew negozju jew grupp ta’ negozji, fil-każ ta’ mewt jew soppravivenza jew ta’ skontinwità jew waqfien ta’ attività, kemm jekk l-impenji li joriġinaw minn dawn l-operazzjonijiet huma kompletament koperti fil-ħinijiet kollha b’dispożizzjonijiet matematiċi u kemm jekk le;

4. soġġett għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(3), assigurazzjoni li tifforma parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali;

5. organizzazzjonijiet li jieħdu fuqhom li jipprovdu benefiċċji biss fil-każ ta’ mewt, meta l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji ma jeċċedix l-ispejjeż medji tal-funeral għal mewt waħda jew meta l-benefiċċji huma pprovduti innatura;

6. assoċjazzjonijiet reċiproċi, meta:

- l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jikkontjenu dispożizzjonijiet biex jissejjħu kontribuzzjonijiet addizzjonali jew jitnaqqsu l-benefiċċji tagħhom jew tintalab assistenza minn persuni oħra li ħadu fuqhom ir-responsabbità li jipprovduha, u

- l-introjtu ta’ kontribuzzjoni annwali għall-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva ma teċċedix EUR 5 miljun għal tliet snin konsekuttivi. Jekk dan l-ammont jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba sena.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jipprevjenu intrapriża ta’ assigurazzjoni reċiproka milli tapplika, jew tkompli biex tiġi liċenzjata taħt din id-Direttiva;

7. il-"Versorgungsverband deutscher Wirtschaftsorganisationen" fil-Ġermanja sakemm l-istatuti tagħha mhumiex emendati fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha;

8. l-attivitajiet ta’ pensjoni ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni ta’ pensjoni preskritti. fl-Att tal-Pensjoni ta’ l-Impjegati (TEL) u leġislazzjoni Finlandiża oħra relatata sakemm:

(a) kumpanniji ta’ assigurazzjoni ta’ pensjoni li diġà taħt il-liġi Finlandiża huma obbligati li jkollhom sistemi ta’ kontabilità u amministrazzjoni separati għall-attivitajiet tagħhom tal-pensjoni barraminhekk, mid-data ta’ l-adeżjoni, jistabbilixxu entitajiet ġuridiċi separati biex jitwettqu dawn l-attivitajiet;

(b) l-awtoritajiet Finlandiżi għandhom jippermettu b’mod mhux diskriminatorju lil ċittadini u kumpanniji kollha ta’ Stati Membri biex isegwu skond il-leġislazzjoni Finlandiża l-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 2 relatati ma’ din l-eżenzjoni kemm permezz ta’:

- titolarità jew parteċipazzjoni f’kumpannija jew grupp ta’ l-assigurazzjoni eżistenti,

- ħolqien jew parteċipazzjoni ta’ kumpanniji jew gruppi ġodda ta’ assigurazzjoni, inklużi kumpanniji ta’ assigurazzjoni ta’ pensjoni;

(ċ) l-awtoritajiet Finlandiżi jissottomettu lill-Kummissjoni għal approvazzjoni rapport fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-adeżjoni, li jiddikjara liema miżuri ttieħdu sabiex l-attivitajiet TEL jiġu separati minn attivitajiet normali ta’ assigurazzjoni segwiti minn kumpanniji Finlandiżi ta’ assigurazzjoni sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet kollha ta’ din id-Direttiva.

TITOLU II

IL-BIDU TAN-NEGOZJU TA’ L-ASSIGURAZZJONI FUQ IL-ĦAJJA

Artikolu 4

Il-prinċipju ta’ awtorizzazzjoni

Il-bidu ta’ l-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel

Din l-awotrizzazzjoni għandha titfittex mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru lokali minn:

(a) kwalunkwe intrapriża li tistabbilixxi l-uffiċċju ewlieni tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat;

(b) kwalunkwe intrapriża li, wara li rċeviet l-awtorizzazzjoni meħtieġa fl-ewwel subparagrafu, testendi n-negozju tagħha għall-klassi intiera jew għal klassijiet oħra.

Artikolu 5

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni

1. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Komunità intiera Għandha tippermetti intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex issegwi negozju hemmhekk, taħt jew id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tngħata għal klassi partikolari ta’ assigurazzjoni kif elenkat fl-Anness I. Għandha tkopri l-klassi intiera, sakemm l-applikant ma jkunx mixtieq ikopri biss ftit mir-riskji li jappartjenu għal dik il-klassi.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrestrinġu awtorizzazzjoni mitluba għal waħda mill-klassijiet għall-operazzjonijiet stabbiliti fl-iskema ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7.

Kull Stat Membru jista’ jagħti awtorizzazzjoni għal żewġ klassijiet jew iktar, meta l-liġijiet nazzjonali tiegħu jippermettu li dawn il-klassijiet jitwettqu simultanjament.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet biex tiġi ottenuta awtorizzazzjoni

1. L-Istat Membru lokali għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li għaliha hija mfittxa awtorizzazzjoni:

(a) tadotta waħda mill-forom li ġejjin:

- fil-każ tar-Renju tal-Belġju: "société anonyme/naamloze vennootschap", "société en commandite par actions/ commanditaire vennootschap op aandelen", "association d’assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging", "société coopérative/coöperatieve vennootschap",

- fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: "aktieselskaber", "gensidige selskaber", "pensionskasser omfattet af lov om forsikringsvirksomhed (tværgående pensionskasser)",

- fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: "Aktiengesellschaft", "Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit", "öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen",

- fil-każ tar-Repubblika Franċiża: "société anonyme", "société d’assurance mutuelle", "institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale", "institution de prévoyance régie par le code rural" and "mutuelles régies par le code de la mutualité"

- fil-każ ta’ l-Irlanda: "incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited", "societies registered under the Industrial and Provident Societies Acts" and "societies registered under the Friendly Societies Acts,"

- fil-każ tar-Repubblika Taljana: "societá per azioni", "societá cooperativa", "mutua di assicurazione",

- fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: "société anonyme", "société en commandite par actions", "association d’assurances mutuelles", "société coopérative",

- fil-każ tar-Renju ta’ l-Olanda: "naamloze vennootschap", "onderlinge waarborgmaatschappij",

- fil-każ tar-Renju Unit: "incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited", "societies registered under the Industrial and Provident Societies Acts", "societies registered or incorporated under the Friendly Societies Acts", "the association of underwriters known as Lloyd’s",

- fil-każ tar-Repubblika Ellenika: "ανώνυμη εταιρία",

- fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: "sociedad anónima", "sociedad mutua", "sociedad cooperativa",

- fil-każ tar-Repubblika Portugiża: "sociedade anónima", "mútua de seguros",

- fil-każ tar-Repubblika ta’ l-Awstrija: "Aktiengesellschaft", "Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit",

- fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: "keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag", "vakuutusosakeyhtiö/försäkringsaktiebolag", "vakuutusyhdistys/ försäkringsförening",

- fil-każ tar-Renju ta’ l-Isvezja: "försäkringsaktiebolag", "ömsesidiga försäkringsbolag", "understödsföreningar".

Intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tista’ wkoll tadotta l-forma ta’ kumpannija Ewropea meta tkun ġiet stabbilita.

Barraminhekk, Stati Membri jistgħu, meta approprjat, jistabbilixxu intrapriżi fi kwalunkwe forma ta’ liġi pubblika sakemm dawn il-korpi għandhom bħala l-mira tagħhom operazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li taħthom joperaw intrapriżi ta’ liġi privata;

(b) tillimita l-miri tagħha għan-negozju previst f’din id-Direttiva u operazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn hemm, bl-esklużjoni tan-negozju kummerċjali kollu l-ieħor;

(ċ) tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 7;

(d) tippossjedi l-fond minimu ta’ garanzija previst fl-Artikolu 29(2);

(e) titmexxa effettivament minn persuni ta’ reputazzjoni tajba bi kwalifiki professjonali jew esperjenza approprjati.

2. Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijeit tagħhom ta’ sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż mhux membru li jirregola persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħhom l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza

L-awtoritajeit kompetenti għandhom jeħtieġu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jipprovduhom bl-informazzjoni li huma jeħtieġu sabiex isir monitoraġġ ta’ konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċji ewlenin ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jinstabu fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċji rreġistrati tagħhom.

4. Intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tfittex awtorizzazzjoni sabiex testendi n-negozju tagħha għal klassijiet oħra jew sabiex testendi awtorizzazzjoni li tkopri biss ftit mir-riskji li jappartjenu għal klassi waħda għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 7.

Għandha, madanakollu, tkun meħtieġa turi prova li tipposjedi l-marġini ta’ likwidità prevista fl-Artikolu 28 u l-fond ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 29(1) u (2).

5. L-Istati Membri m’għandhomx jadottaw dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni jew in-notifika sistematika minn qabel ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, ta’ skali ta’ premiums, tal-bażijiet tekniċi, użati inpartikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi jew ta’ forom u dokumenti oħra stampati li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha l-ħsieb li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għall-iskop wieħed tal-verifika ta’ konformità ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw prinċipji attwarjali, l-Istat Membru lokali jista’ jeħtieġ notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi użati għall-kalkolu ta’ l-iskali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi, mingħajr ma dik il-ħtieġa tikkostitwixxi kondizzjoni a priori biex intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi in-negozju tagħha.

Xejn f’din id-Direttiva m’għandu jipprevjeni lil Stati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amninistrattivi li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe dokumenti oħra neċessarji għall-eżerċizzju normali tas-sorveljanza.

Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

6. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ma jistgħux jeħtieġu li kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunisdrata fid-dawl tal-ħtiġiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 7

L-iskema ta’ l-operazzjonijiet

L-iskema ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) (ċ) u (4) għandha tinkludi dettallji jew prova ta’:

(a) in-natura ta’ l-impenji li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tipproponi li tkopri;

(b) il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-riassigurazzjoni;

(ċ) il-partiti li jikkostitwixxu l-fond minimu ta’ garanzija;

(d) l-estimi li jirrelataw għall-ispejjeż ta’ stabbiliment tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni biex jiġi assigurat in-negozju u r-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex jiġu sodisfatti dawk l-ispejjeż;

b’żieda, għall-ewwel tlett snin finanzjarji:

(e) pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u infiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u waqfien ta’ riassigurazzjoni;

(f) balance sheet ta’ previżjoni;

(g) estimi li jirrelataw għar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru responsabbiltajiet ta’ underwriting u l-marġini ta’ likwidità.

Artikolu 8

Titolari ta’ ishma u membri b’holdings li jikkwalifikaw.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali m’għandhomx jagħtu lil intrapriża awtorizzazzjoni biex tibda negozju ta’ assigurazzjoni qabel ma jkunu ġew infurmati bl-identitajiet tat-titolari ta’ l-ishma jew tal-membri, diretti jew indiretti, kemm jekk fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom holdings li jikkwalifikaw f’dik l-intrapriża u ta’ l-ammonti ta’ dawk il-holdings.

L-istess awtoritajiet għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-bżonn li tiġi assigurata amminsitrazzjoni tajba u prudenti ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, mhumiex issodisfati dwar il-kwalifiki tat-titolari ta’ l-ishma jew tal-membri.

Artikolu 9

Ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni għar-rifjut ta’ awtorizzazzjoni għandu jkollha magħha l-bażijiet preċiżi għaliha u tiġi notifikata lill-intrapriża inkwistjoni.

Kull Stat Membru għandu jagħmel dispożizzjoni għad-dritt ta’ appell fil-qrati fil-każ li jkun hemm rifjut.

Din id-dispożizzjoni għandha wkoll issir fir-rigward ta’ każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ittrattaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma’ l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ l-irċevuta tagħha.

TITOLU III

KONDIZZJONIJEIT LI JIRREGOLAW IN-NEGOZJU TA’ ASSIGURAZZJONI

KAPITOLU 1

IL-PRINĊIPJI U METODI TA’ SORVELJANZA FINANZJARJA

Artikolu 10

Awtoritajiet kompetenti u l-mira tas-sorveljanza

1. Is-sorveljanza finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, inkluża dik tan-negozju li issegwi jew permezz tal-fergħat jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandha tkun ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat Membru lokali. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istat Membru ta’ l-impenn ikollhom raġuni jikkunsidraw li l-attivitajiet ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jistgħu jaffettwaw l-adattament finanzjarju tagħha, għandhoam jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jiddeterminaw jekk l-intrapriża tikkonformax mal-prinċipji prudenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

2. Is-sorveljanza finanzjarja għandha tinkludi verifika, fi-rigward tan-negozju intier ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, ta’ l-istat ta’ likwidità tagħha, l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi, inklużi dispożizzjonijiet matematiċi, u ta’ l-assi li jkopruhom, skond ir-regoli stabbiliti jew il-prattiċi segwiti fl-Istat Membru lokali skond id-dispożizzjonijiet adottati f’livell Komunitarju.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha proċeduri amminitrattivi u ta’ kontabilità tajbin u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati.

Artikolu 11

Is-sorveljanza ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

L-Istat Membru tal-fergħa għandu jipprovdi li, meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor issegwi negozju permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali jistgħu, wara li jkunu l-ewwel infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istat Membru tal-fergħa, isegwu huma stess, jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ persuni li jaħtru għal dak l-iskop, verifika fuq il-post ta’ l-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi assigurata sorveljanza finanzjarja ta’ l-intrapriża. L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jistgħu jipparteċipaw f’dik il-verifika.

Artikolu 12

Projbizzjoni fuq iċ-ċessjoni obbligatorja ta’ parti minn underwriting.

L-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jċedu parti mill-attivitajiet tagħhom ta’ underwriting elenkati fl-Artikolu 2 lil organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet innominati b’regolamenti nazzjonali.

Artikolu 13

Informazzjoni ta’ kontabilità, prudenti u statistika: poteri ta’ sorveljanza

1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinstab fit-territorju tiegħu tipproduċi kont annwali, li jkopri t-tipi kollha ta’ operazzjoni, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-likwidità tagħha.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fit-territorji tagħhom jagħtu perjodikament ir-returns, flimkien mad-dokumenti statistiċi, li huma neċessarji għall-għanijiet ta’ sorveljanza. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe dokumenti u informazzjoni li huma utli għall-għanijiet ta’ sorveljanza.

3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jassigura li l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-poteri u l-mezzi neċessarji għas-sorveljanza ta’ l-intrapriżi tan-negozju ta’ assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fit-territorji tagġhom, inkluż negozju segwit barra dawk ti-territorji, skond id-direttivi tal-Kunsill li jirregolaw dawk l-attivitajiet u sabiex li jaraw li huma implimentati.

Dawn il-poteri u mezzi għandhom, b’mod partikolari, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex:

(a) jagħmlu inkjesti dettaljati li jirrigwardaw is-sitwazzjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u n-negozju intier tagħha, inter alia, billi:

- tinġabar informazzjoni jew tkun meħtieġa s-sottomissjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw in-negozju ta’ assigurazzjoni tagħha,

- jitwettqu investigazzjonijiet fuq il-post fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

(b) jittieħdu kwalunkwe miżuri, fir-rigward ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, d-diretturi jew l-amministraturi tagħha jew il-persuni li jikkontrollawha, li huma approprjati u neċessarji sabiex jiġi assigurat li n-negozju ta’ l-intrapriża jkompli jikkonforma mal-liġijiet ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li magħhom għandha tikkonforma l-intrapriża f’kull Stat Membru u b’mod partikolari ma’ l-iskema ta’ operazzjonijiet sa fejn jibqa’ mandatorju, u sabiex jiġu pprevenuti u rrimedjati kwalunkwe irregolaritajiet preġudizzjarji għall-interessi tal-persuni assigurati;

(ċ) jiġi assigurat li dawk il-miżuri jitwettqu, jekk hemm bżonn bl-applikazzjoni, meta approprjat, permezz ta’ kanali ġudizzjarji.

L-Istati Membri jistgħu ukoll jagħmlu dispożizzjoni biex l-awtoritajiet kompetenti jottjenu kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda kuntratti li jinżammu minn intermedjarji.

Artikolu 14

It-trasferiment ta’ portfolios

1. Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fit-territorju tiegħu biex jittrasferixxu parti mill-portfolios tagħhom jew il-portfolios kollha ta’ kuntratti, konklużi jew taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, lil uffiċċju li jaċċetta stabbilit fil-Komunità, jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-uffiċċju li jaċċetta jiċċertifikaw li wara li jsir it-trasferiment għall-kont, ta’ l-aħħar jippossjedi l-marġini neċessarja ta’ likwidità.

2. Meta fergħa tipproproni li tittrasferixxi parti jew il-portfolio kollu tagħha ta’ kuntratti, konklużi taħt jew id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-Istat Membru tal-fergħa għandu jiġi kkonsultat.

3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ trasferiment ta’ assigurazzjoni għandhom jawtorizzaw it-trasferiment wara li jottjenu l-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-impenn.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ trasferiment ta’ assigurazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba; l-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba f’dak il-perjodu mill-awtoritajiet ikkonsultati għandha tiġi kkunisdrata ekwivalenti għal opinjoni favorevoli jew kunsens taċitu.

5. Trasferiment awtorizzat skond dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat kif stabbilit bil-liġi nazzjonali fl-Istat Membru ta’ l-impenn. Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, il-persuni assigurati u kwalunkwe persuna oħra li kollha d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti trasferiti.

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex teffettwa d-drittijiet ta’ l-Istati Membri li jagħtu lil titolari ta’ poloz l-għażla li jikkanċellaw kuntratti fi żmien perjodu ffissat wara trasferiment.

Artikolu 15

Holdings li jikkwalifikaw

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi żżomm, direttament jew indirettament, holding li jikkwalifika f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex l-ewwel tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, bl-indikazzjoni tad-daqs tal-holding maħsub. Din il-persuna għandha bl-istess mod tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali jekk hu/hi tipproponi li żżid il-holding li jikkwalifika tiegħu/tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnu/minnha jilħqu jew jeċċedu 20 %, 33 % jew 50 % jew sabiex l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssir is-sussidjarju tiegħu/tagħha.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandu jkollhom massimu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika prevista fl-ewwel subparagrafu sabiex jopponu dan il-pjan jekk, invista tal-bżonn li tiġi assigurata amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, mhumiex sodisfatti bil-kwalifiki tal-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu. Jekk ma jopponux għall-pjan inkwistjoni jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-implimentazzjoni tiegħu

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn holding li jikkwalifika f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni l-ewwel li jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, b’indikazzjoni tad-daqs maħsub tal-holding tiegħu/tagħha. Din il-persuna għandha bl-istess mod tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk hu/hi tipproponi li tnaqqas l-holding li jikkwalifika tiegħu/tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot tal-kapital miżmum minnu/minnha jaqgħu taħt l-20 %, it-33 % jew il-50 % jew sabiex l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tieqaf tkun is-sussidjarja tiegħu/tagħha

3. Malli jsiru konxji minnhom intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri lokali tagħhom bi kwalunkwe akkwisti jew disponimenti ta’ holdings fil-kapital tagħhom li jikkawżaw lil holdings jeċċedu jew jaqgħu taħt waħda mill-għetiebi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Għandhom ukoll, mill-anqas darba fis-sena, jinfurmawhom bl-ismijiet tat-titolari ta’ l-ishma u tal-membri li jippossjedu holdings kwalifikanti u bid-daqsijiet ta’ dawn l-holdings murija, per eżempju, bl-informazzjoni riċevuta fil-laqgħat ġenerali annwali tat-titolari ta’ l-ishma u tal-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti li jirrelataw għal kumpanniji elenkati fil-boroż.

4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 x’aktarx topera għad-detriment ta’ l-amministrazzjoni prudenti u tajba ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat membru lokali għandhom jieħdu miżuri approprjati sabiex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, per eżempju, f’inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra diretturi u amministraturi, jew is-sospensjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi ma’ l-ishma miżmuma mit-titolari ta’ l-ishma jew mill-membi inkwistjoni.

Miżuri simili għandhomjapplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu li jikkonformaw ma’ l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni minn qabel, kif stabbilit fil-paragrafu 1. Jekk holding huwa akkwistat minkejja l-oppożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, minkejja kwalunkwe sanzjonijiet oħra li għandhom jiġu adottati jipprovdu jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti ta’ votazzjoni li għandhom jiġu sospiżi, jew għan-nullità ta’ voti espressi jew għall-possibiltà ta’ l-annullament tagħhom.

Artikolu 16

Is-segretezza professjonali

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll awdituri jew esperti li jaġixxu għan-nom ta’ l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan ifisser li ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu tul il-kompiti tagħhom ma tista’ tiġi rivelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità kwalunkwe, ħlief f’forma sommarja jew aggregata, b’tali mod li intrapriżi individwali ta’ l-assigurazzjoni ma jistgħux jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti b’liġi kriminali.

Madanakollu, meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun ġiet dikjarata falluta jew ikollha tingħalaq b’obbligu, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi involuti f’provi biex dik l-intrpariża tiġi salvata jistgħu jiġu żvelati fi proċeduri ċivili jew kummerċjali.

2. Il-Paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri differenti milli jiskambjaw informazzjoni skond id-direttivi applikabbli għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprovdi għal skambju ta’ informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ l-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi kif definit fil-paragrafi 5 u 6 biss jekk l-informazzjoni żvelata hija soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għall-insegwiment tal-kompitu ta’ sorveljanza ta’ l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, meta approprjat, biss għall-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet taw il-kunsens tagħhom.

4. L-Awtoritajiet kompteneti li jirċievu informazzjoni konfidenzjali taħt il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużawha biss tul il-kompiti tagħhom:

- biex jikkontrollaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju ta’ assigurazzjoni jiġu ssodisfati u sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-kondotta ta’ dan in-negozju, speċjalment fir-rigward tal-monitoraġġ ta’ dispożizzjonijiet tekniċi, marġini ta’ likwidità, proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilitàu mekkaniżmi ta’ kontroll intern, jew

- biex jimponu sanzjonijiet, jew

- f’appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti, jew

- fi proċeduri tal-qorti mibdija skond l-Artikolu 67 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali previsti f’din id-Direttiva u direttivi oħra adottati fil-qasam ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

5. Il-Paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru, meta hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew iktar fl-istess Stat Membru, jew, bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti u:

- awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u organizzazzjonijiet finanzjarji oħra u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ swieq finanzjarji,

- korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u fi proċeduri simili oħra, u

- persuni responsabbli biex jitwettqu l-verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u isituzzjonijiet finanzjarji oħra,

fir-rilaxx tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħhom, u l-iżvelar, lil korpi li jamministraw proċeduri (obbligatorji) ta’ għeluq jew fondi ta’ garanzija, ta’ informazzjoni neċessarja għall-insegwiment tal-kompiti tagħhom. L-informazzjoni riċevuta minn dawn l-awtoritajiet, korpi u persuni għandha tkun soġġetta għall-obbligu ta’ segretezza professjonali stabbilit fil-paragrafu 1.

6. Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, Stati Membri jistagħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u proċeduri simili oħra, jew

- l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ persuni inkarigati bl-insegwiment ta’ verifiki satutorji tal-kontijiet ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jew

- attwarji independenti ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni li isegwu sorveljanza legali ta’ dawk l-intrapriżi u l-korpi responsabbli għas-sorveljanza ta’ dawn l-attwarji.

L-Istati Membri li għandhom rikors għall-għażla prevista fl-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu mill-anqas li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- din l-informazzjoni għandha tkun għall-għan tal-insegwiment tas-sorveljanza jew tas-sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subparagrafu,

- informazzjoni riċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali mposti fil-paragrafu 1,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, meta approprjat, biss għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-kunsens tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, il-persuni u l-korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu.

7. Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu, bl-iskop li jsaħħu l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli taħt il-liġi għat-tkixxif u l-investigazzjoni ta’ ksur ta’ liġi tal-kumpannija.

L-Istati Membri li għandhom rikors għall-għażla prevista fl-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu mill-anqas li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-informazzjoni għandha tkun għall-għanijiet li jitwettaq il-kompitu msemmi fl-ewwel subparagrafu,

- l-informazzjoni riċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali mposti fil-paragrafu 1,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, meta approprjat, biss għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-kunsens tagħhom.

Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu isegwu l-kompitu tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, invista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u mhux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ skambju ta’ l-informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi estiża għal dawn il-persuni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu.

Sabiex jiġi implimentat it-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbiltajiet preċiżi tal-persuni li lilhom għandha tintbagħat.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet jew il-korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skond dan il-paragrafu.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

8. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jittrasmettu:

- lill-banek ċentrali u lill-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji,

- meta approprjat, lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza ta’ sistemi ta’ pagamenti,

informazzjoni maħsuba għall-insegwiment tal-kompitu tagħhom u jistgħu jawtorizzaw lil dawn l-awtoritajiet jew korpi sabiex jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti f’dan l-Artikolu.

9. Minbarra dan, minkejja l-paragrafi 1 u 4, Stati Membri jistgħu, taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra ta’ l-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom responsabbli għal leġislazzjoni dwar is-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji, servizzi ta’ investiment u intrapriżi ta’ assigurazzjoni u għal spetturi li jaġixxu għan-nom ta’ dawk id-dipartimenti.

Madanakollu, dan l-iżvelar jista’ jsir biss meta neċessarju għal raġunijiet ta’ kontroll prudenti.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni riċevuta taħt il-paragrafi 2 u 5 u dik ottenuta permezz ta’ verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 11 ma tista’ qatt tiġi żvelata fil-każijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ħlief bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelaw l-informazzjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih twettqet il-verifika fuq il-post.

Artikolu 17

Il-kompiti ta’ l-awdituri

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-anqas li:

(a) kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE [14], li issegwi kompitu f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni deskritt fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE [15], fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE [16] jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha d-dmir li tirrapporta malajr lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċerna dik l-intrapriża li tagħha hu/hi jkunu saru konxji waqt l-insegwiment tal-kompitu li x’aktarx:

- jikkostitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-insegwiment ta’ l-attivitajiet ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, jew

- jaffettwa l-funzjonament kontinwu ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew

- iwassal għal rifjut għal ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni tar-riservi;

(b) dik il-persuna għandha bl-istess mod ikollha dmir li tirrapporta kwalunkwe fatti u deċiżjonijiet li tagħhom hu/hi ssir konxja tul l-insegwiment ta’ kompitu deskritt f’(a) f’intrapriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll ma’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li fiha hu/hi tkun qiegħda ssegwi il-kompitu msemmi fuq.

2. L-iżvelar in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fis-sens tad-Direttiva 84/253/KEE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m’għandux jinvolvi lil dawn il-persuni f’responsabblità ta’ kwalunkwe tip.

Artikolu 18

L-insegwiment ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 7, ebda intrapriża ma tista’ tkun awtorizzata kemm skond din id-Direttiva u skond id-Direttiva 73/239/KEE.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jipprovdu li:

- intrapriżi awtorizzati skond din id-Direttiva jistgħu ukoll jottjenu awtorizzazzjoni, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fl-Anness ma’ dik id-Direttiva,

- intrapriżi awtorizzati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE biss għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fl-Anness ma’ dik id-Direttiva jistgħu jottjenu awtorizzazzjoni skond din id-Direttiva.

3. Soġġett għall-paragrafu 6, intrapriżi msemmija fil-paragrafu 2 u dawk li:

- fl-1 ta’ Jannar 1981 għal intrapriżi awtorizzati fil-Greċja,

- fl-1 ta’ Jannar 1986 għal intrapriżi awtorizzati fi Spanja u fil-Portugall,

- fl-1 ta’ Jannar 1995 għal intrapriżi awtorizzati fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Isvezja, u

- fil-15 ta’ Marzu 1979 għall-intrapriżi l-oħra kollha,

segwew simultanjament iż-żewġ attivitajiet koperti b’din id-Direttiva u dawk koperti bid-Direttiva 73/239/KEE jistgħu jkomplu jsegwu dawk l-attivitajiet simultanjament, sakemm kull attività hija amministrata separatament skond l-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ kontabilità li jirregolaw intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati skond din id-Direttiva għall-attivitajiet kollha tagħhom. Fl-istennija tal-koordinazzjoni f’dan ir-rigward, Stati Membri jistgħu ukoll jipprovdu li, fir-rigward tar-regoli dwar l-għeluq. Attivitajiet li jirrelataw għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fl-Anness mad-Direttiva 73/239/KEE segwiti mill-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rregolati bir-regoli applikabbli għal attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

5. Meta intrapriża li ssegwi l-attivitajiet imsemmija fl-Anness mad-Direttiva 73/239/KEE ikollha rabtiet finanzjarji, kummerċjali jew amministrattivi ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li issegwi l-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom jinstabu l-uffiċċji ewlenin ta’ dawk l-intrapriżi għandhom jassiguraw li l-kontijiet ta’ l-intrapriżi inkwistjoni mhumiex distorti bi ftehim bejn dawn l-intrapriżi jew bi kwalunkwe arranġament li jista’ jaffettwa l-apporzjonament ta’ l-ispejjeż u ta’ l-introjtu.

6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jeħtieġ li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċċji ewlenin tagħhom jinstabu fit-territorju tagħhom, iwaqqfu, f’perjodu li għandu jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat, l-insegwiment simultanju ta’ attivitajiet li fihom kienu involuti fid-dati msemmija fil-paragrafu 3.

7. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu riveduti abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill fid-dawl ta’ armonizzazzjoni futura tar-regoli dwar l-għeluq, u fi kwalunkwe każ qabel il-31 ta’ Diċembru 1999.

Artikolu 19

Is-separazzjoni ta’ amministrazzjoni ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja

1. L-amministrazzjoni separata msemmija fl-Artikolu 18(3) għandha tiġi organizzata b’tali mod li l-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva huma distinti mill-attivitajiet koperti bid-Direttiva 73/239/KEE sabiex:

- l-interessi rispettivi ta’ titolari tal-poloz fuq il-ħajja u ta’ titolari ta’ poloz mhux fuq il-ħajja mhumiex preġudikati u, b’mod partikolari, li l-profitti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja jibbenefikaw titolari tal-poloz fuq il-ħajja daqs li kieku l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni segwiet biss l-attività ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja,

- l-obbligi minimi finanzjarji, b’mod partikolari marġini ta’ likwidità, fir-rigward ta’ wieħed jew ieħor miż-żewġ attivitajiet, l-iktar attività taħt din id-Direttiva u attività taħt id-Direttiva 73/239/KEE, ma jintrefgħux mill-attività l-oħra.

Madankollu, sakemm l-obbligi minimi finanzjarji huma ssodisfati taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu u, sakemm l-awtorità kompetenti hija informata, l-intrapriża tista’ tuża dawk il-partiti espliċiti tal-marġini ta’ likwidità li għadhom disponibbli għal attività waħda jew oħra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw ir-riżultati fiż-żewġ attivitajiet sabiex jiġi assigurat li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2. (a) Il-kontijiet għandhom jitfasslu b’tali mod li juru l-fonti tar-riżultati għal kull waħda miż-żewġ attivitajiet, assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Għal dan l-għan l-introjtu kollu (b’mod partikolari premiums, pagamenti minn assiguraturi mill-ġdid u introjtu ta’ investiment) u l-infiq (b’mod partikolari settlements ta’ assigurazzjoni, addizzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tekniċi, assigurazzjonijiet mill-ġdid ta’ premiums, spejjeż ta’ operazzjoni fir-rigward ta’ negozju ta’ assigurazzjoni) għandhom jinqasmu skond l-oriġini. Partiti komuni għaż-żewġ attivitajiet għandhom jiġu iskritti skond il-metodi ta’ approzjonament li għandu jiġi aċċettat mill-awtorità kompetenti.

(b) Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom, abbażi tal-kontijiet, jippreparaw dikjarazzjoni li tidentifika b’mod ċar il-partiti li jagħmlu kull marġini ta’ likwidità, skond l-Artikolu 27 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE.

3. Jekk wieħed mill-marġini ta’ likwidità huwa insuffiċjenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw għall-attività defiċjenti l-miżuri previsti fid-Direttiva rilevanti, ikunu xi jkunu r-riżultati fl-attività l-oħra. B’deroga mit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu l-awtorizzazzjoni ta’ trasferiment minn attività waħda għall-oħra.

KAPITOLU 2

REGOLI LI JIRRELATAW GĦAL DISPOŻIZZJONIJEIT TEKNIĊI U R-RAPPREŻENTAZZJONI TAGĦHOM

Artikolu 20

L-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi

1. L-Istat Membru lokali għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet tekniċi suffiċjenti, inklużi dispożizzjonijiet matematiċi, fir-rigward tan-negozju intier tiegħu.

L-ammont ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi determinat skond il-prinċipji li ġejjin.

A. (i) l-ammont tad-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jiġi kkalkolat b’valutazzjoni prospettiva suffiċjentement prudenti attwarjali, b’kont meħud tar-responsabbiltajiet futuri kollha kif determinat bil-kondizzjonijiet ta’ polza għal kull kuntratt eżistenti, inklużi:

- Il-benefiċċji kollha garantiti, inklużi valuri garantiti ta’rinunzja

- bonuses li lilhom titolari ta’ poloz huma diġà jew kollettivament jew individwalment intitolati, madankollu dawk il-bonuses huma deskritti — vestiti, dikjarati jew ikkunsinnati,

- l-għażliet kollha disponibbli lit-titolari tal-polza skond it-termini tal-kuntratt,

- spejjeż, inklużi kommissjonijiet,

bi kreditu għal premiums futuri dovuti;

(ii) l-użu ta’ metodu retrospettiv huwa permess, jekk jista’ juri li d-dispożizzjonijiet tekniċi riżultanti mhumiex iktar baxxi milli kien ikun meħtieġ taħt kalkolu prospettiv suffiċjentement prudenti jew jekk ma jistax jintuża metodu prospettiv għat-tip ta’ kuntratt involut;

(iii) valutazzjoni prudenti mhijiex valutazzjoni ta’ "l-aħjar stima", imma għandha tinkludi marġini approprjat għal devjazzjoni avversa tal-fatturi rilevanti;

(iv) il-metodu ta’ valutazzjoni għad-dispożizzjonijiet tekniċi m’għandux biss ikun prudenti fih innifsu, imma għandu wkoll ikun hemm b’qies għall-metodu ta’ valutazzjoni għall-assi li jkopru dawk id-dispożizzjonijiet;

(v) dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu kkalkolati separatament għal kull kuntratt. L-użu ta’ approssimazzjonijiet jew ġeneralizzazzjonijiet approprjati huwa permess, madankollu, meta x’aktarx jagħtu bejn wieħed u ieħor l-istess riżultat bħal kalkoli individwali. Il-prinċipju ta’ kalkolu separat ma għandu b’ebda mod jipprevjeni l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali għal riskji ġenerali li mhumiex individwalizzati;

(vi) meta l-valur ta’ rinunzja ta’ kuntratt huwa garantit, l-ammont tad-dispożizzjonijiet matematiċi għall-kuntratt fi kwalunkwe ħin għandu jkun mill-inqas kbir daqs il-valur garantit f’dak il-ħin;

B. ir-rata ta’ imgħax użata għandha tingħażel b’mod prudenti. Għandha tiġi determinata skond ir-regoli ta’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru lokali, bl-applikazzjoni tal-prinċipji li ġejjin:

(a) għall-kuntratti kollha, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tiffissa rata massima ta’ imgħax waħda jew iktar, b’mod partikolari skond ir-regoli li ġejjin:

(i) meta kuntratti jikkontjenu garanzija ta’ rata ta’ imgħax, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru lokali għandha tistabbilixxi rata singola massma ta’ imgħax. Tista’ tvarja skond il-munita li fiha l-kuntratt huwa denominat, sakemm mhijiex iktar minn 60 % tar-rata dwar ħarġiet ta’ bonds mill-Istat li fil-munita tiegħu il-kuntratt huwa denominat.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skond it-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu, li jistabbilixxi rata massima ta’ imgħax għal kuntratti denominati fil-munita ta’ Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fil-munita tiegħu il-kuntratt huwa denominat;

(ii) madankollu, meta l-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhumiex ivvalutati bil-prezz tax-xiri tagħhom, Stat Membru jista’ jistipula li rata massima waħda jew iktar tista’ tiġi kkalkolata b’kont meħud tar-rendimentfuq l-assi korrispondenti miżmuma kurrentement, inqas marġini prudenzjali u, b’mod partikolari għal kuntratti bi premiums perjodiċi, barra minn hekk b’kont meħud tar-rendimentantiċipat fuq assi futuri. Il-marġini prudenti u r-rata jew ir-rati massimi ta’ imgħax applikati għar-rendiment antiċipat fuq assi futuri għandhom jiġu ffissati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali;

(b) l-istabbiliment ta’ rata massima ta’ imgħax m’għandux jimplika li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni x’aktarx tuża rata għolja daqs dik;

(ċ) l-Istat Membru lokali jista’ jiddeċiedi ma japplikax il-paragrafu (a) għall-kategoriji li ġejjin ta’ kuntratti:

- kuntratti marbuta ma’ unitajiet,

- kuntratti ta’ premium singolu għal perjodu ta’ sa tmien snin,

- kuntratti mingħajr profitti, u kuntratti ta’ annwità b’ebda valur ta’ rinunzja.

Fil-każijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu, fl-għażla ta’ rata prudenti ta’ imgħax, jista’ jittieħed kont tal-munita li fiha l-kuntratt huwa denominat u assi korrispondenti miżmuma kurrentement u meta l-assi ta’ l-intrapriża huma vvalutati bil-valur kurrenti tagħhom, ir-rendiment antiċipat fuq assi futuri.

Taħt ebda ċirkostanza ma tista’ r-rata ta’ imgħax li tintuża tkun ogħla mir-rendiment fuq assi kif ikkalkolat skond ir-regoli ta’ kontabilità fl-Istat Membru lokali, inqas tnaqqis approprjat;

(d) l-Istat Membru għandu jeħtieġ li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni twarrab fil-kontijiet tagħha dispożizzjoni sabiex tissodisfa impenji ta’ rata ta’ interess vis-à-vis titolari ta’ poloz jekk ir-rendiment preżenti jew previst fuq l-assi ta’ l-intrapriża huwa insuffiċjenti sabiex ikopri dawk l-impenji;

(e) il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jitolbu hekk għandhom jiġu notifikati bir-rati massimi ta’ interess stabbiliti taħt (a);

Ċ. l-elementi statistiċi tal-valutazzjoni u l-allowance għal spejjeż użati għandhom jintagħżlu b’mod prudenti, b’qies għall-Istat ta’ l-impenn, it-tip ta’ polza u l-ispejjeż amministrattivi u l-kommissjonijiet mistennija li jkunu involuti;

D. fil-każ ta’ kuntratti ta’ parteċipazzjoni, il-metodu ta’ kalkolu għal dispożizzjonijie tekniċi jista’ jieħu kont, jew impliċitament jew espliċitament, ta’ bonuses futuri ta’ kull tip, b’manjiera konsistenti ma’ assunzjonijiet oħra dwar esperjenza futura u mal-metodu kurrenti ta’ distribuzzjoni ta’ bonuses;

E. allowance għal spejjeż futuri jistgħu isiruimpliċitament, per eżempju bl-użu ta’ premiums futuri netti minn piżijiet ta’ amministrazzjoni. Madankollu, l-allowance globali, impliċitu jew espliċitu, m’għandux ikun inqas minn stima prudenti ta’ l-ispejjeż futuri rilevanti;

F. il-metodu ta’ kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi m’għandux ikun soġġett għal skontinwitajiet minn sena għal sena li jirriżultaw inn bidliet arbitrarji għall-metodu jew għall-bażijiet ta’ kalkolu u għandhom ikunu tali li jirrikonoxxu d-distribuzzjoni ta’ profitti b’mod approprjat tul id-durata ta’ kull polza.

2. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-bażijiet u l-metodi użati fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, inklużi dispożizzjonijiet għal bonuses.

3. L-Istat Membru lokali għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward tan-negozju intier tagħha b’assi li jaqblu, skond l-Artikolu 26. Fir-rigward ta’ negozju miktub mill-Komunità, dawn l-assi għandhom jiġu lokalizzati fil-Komunità. L-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jillokalizzaw l-assi tagħhom fi Stat Membru partikolari. L-Istat Membru lokali jista’, madanakollu, jippermetti rilassamenti fir-regoli tal-lokalizzazzjoni ta’ assi.

4. Jekk l-Istat Membru lokali jippermetti li xi dispożizzjonijiet tekniċi jiġu koperti bi pretensjonijiet kontra riassiguraturi, għandu jiffissa l-perċentwali hekk permessa. F’kull każ, ma jistax jeħtieġ il-lokalizzazzjoni ta’ l-assi li jirrappreżentaw dawn il-pretensjonijiet.

Artikolu 21

Premiums għal kummerċ ġdid

Premiums għal kummerċ ġdid għandhom ikunu suffiċjenti, fuq assunzjonijiet attwarjali raġjonevoli, sabiex jippermettu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom u, b’mod partikolari, biex jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi adegwati.

Għal dan il-għan, l-aspetti kollha tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jistgħu jitqiesu, mingħajr input minn riżorsi ta’ xort’oħra minn premiums u introjtu mdaħħal fuqhom li jkun sistematiku u permanenti b’tali mod li jista’ jipperikola l-likwidità ta’ l-intrapriża fit-tul.

L-Artikolu 22

Assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi

L-assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jieħdu kont tat-tip ta’ negozju segwit minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni b’tali mod li jassiguraw is-sigurtà, ir-rendiment u t-tqegħid fis-suq ta’ l-investimenti tagħha, li l-intrapriża għandha tassigura huma diversifikati u mxerrda b’mod adegwat.

L-Artikolu 23

Kategoriji ta’ assi awtorizzati

1. L-Istat Membru lokali ma jistax jawtorizza lil intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom ma’ kwalunkwe ħlief il-kategoriji ta’ assi li ġejjin:

A. investimenti

(a) titoli ta’ debitu, bonds u strumenti oħra tas-suq tal-flus u tas-suq kapitali;

(b) self;

(ċ) ishma u parteċipazzjonijiet oħra ta’ rendiment varjabbli;

(d) unitajiet f’intrapriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u fondi oħra ta’ investiment;

(e) art, bini u drittijiet ta’ proprjetà immobbli;

B. debiti u pretensjonijiet

(f) debiti fil-pussess ta’ riassiguraturi, inklużi l-iskmha tar-riassiguraturi ta’ dispożizzjonijiet tekniċi;

(g) depositi ma’ u debiti fil-pussess ta’ intrapriżi ċedenti;

(h) debiti ta’ titolari ta’ poloz u intermedjarji li jirriżultaw minn operazzjonijiet diretti u ta’ riassigurazzjoni;

(i) avvanzi kontra poloz;

(j) rkupru ta’ taxxa;

(k) pretensjonijiet kontra fond ta’ garanzija;

Ċ. Oħrajn

(l) assi fissi tanġibbli, ta’ xort’oħra minn art u bini, vvalutati fuq il-bażi ta’ amortizzazzjon prudenti;

(m) flus il-bank u fl-idejn, depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u kull korp ieħor awtorizzat li jirċievi depositi;

(n) spejjeż diferiti ta’ akkwist;

(o) imgħax u kera akkumulati, ta’ xort’oħra minn introju u ħlasijiet minn qabel akkumulati;

(p) imgħaxijiet reverżjonarji.

2. Fil-każ ta’ l-assoċjazzjoni ta’ underwriters magħrufa bħala "Lloyd’s", kategoriji ta’ assi għandhom ukoll jinkludu garanziji u ittri ta’ kreditu maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-sens tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17 [17] jew minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni flimkien ma’ somom verifikabbli li jirriżultaw minn poloz ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, sa fejn jirrappreżentaw fondi li jappartjenu għal membri.

3. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe ass jew kategorija ta’ assi elenkati fil-paragrafu 1 m’għandhiex tfisser li dawn l-assi kollha għandhom awtomatikament jiġu aċċettati bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi. L-Istat Membru lokali għandu jistabbilixxi regoli iktar iddettaljati li jiffissaw il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ assi aċċettabbli; f’din il-konnessjoni, jista’ jeħtieġ sigurtà jew garanziji ta’ valur, partikolarment fil-każ ta’ debiti fil-pussess ta’ riassiguraturi.

Fid-determinazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli li jistabbilixxi, l-Istat Membru lokali għandu, b’mod partikolari, jassigura li hemm konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(i) assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu vvalutati netti minn kwalunkwe debitu li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni tagħhom;

(ii) l-assi kollha għandhom jiġu vvalutati fuq bażi prudenti, bil-permess li r-riskju ta’ kwalunkwe ammonti ma jkunx realizzabbli. B’mod partikolari, assi fissi tanġibbli barra minn art u bini jistgħu jiġu aċċettati bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi biss jekk huma vvalutati fuq il-bażi ta’ amortizzazzjoni prudenti;

(iii) self, kemm jekk lil intrapriżi, lil Stat jew lil organizzazzjoni internazzjonali, lil awtoritajiet lokali jew reġjonali jew lil persuni fiżiċi, jista’ jiġi aċċettat bħala kopertura għal dispożizzjonijiet teknċi bissa jekk hemm garanziji biżżejjed għas-sigurtà tiegħu, kemm jekk dawn huma bbażati fuq l-istatus ta’ min jissellef, ipoteki, garanziji tal-bank jew garanziji mogħtija minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kemm jekk forom oħra ta’ sigurtà;

(iv) strumenti derivattivi bħal għażliet, futuri u skambji in konnessjoni ma’ assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi jistgħu jiġu użati sa fej jikkontribwixxu għal tnaqqis ta’ riskji ta’ investiment jew jiffaċilitaw amministrazzjoni effiċjenti ta’ portfolio. Għandhom jiġu vvalutati fuq bażi prudenti u jistgħu jitiqesu fil-valutazzjoni ta’ l-assi bażi;

(v) titoli trasferibbli li mhumiex trattati f’suq regolat jistgħu jiġu aċċettati bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi biss jekk jistgħu jiġu realizzati f’qasir żmien jew jekk huma holdings f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, f’intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, fil-limiti permessi mill-Artikolu 6, jew f’intrapriżi ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru;

(vi) debiti fil-pussess ta’ u pretensjonijiet kontra parti terza jistgħu jiġu aċċettati bħala kopertura għad-dispożizzjonijiet tekniċi biss wara tnaqqis ta’ l-ammonti kollha dovuti lill-istess parti terza;

(vii) il-valur ta’ kwalunkwe debitu u pretensjonijiet aċċettat bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi kkalkolat fuq bażi prudenti, b’ allowance dovuta għar-riskju ta’ kwalunkwe ammonti li ma jkunux realizzabbli. B’mod partikolari, debiti dovuti minn titolari ta’ poloz u intermedjarji li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni jistgħu jiġu aċċettati biss sa fejn kienu dovuti għal mhux iktar minn tliet xhur.

(viii) meta l-assi miżmuma jinkludu investiment f’intrapriża sussidjarja li tamministra parti minn investimenti ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jewl-investimenti kollha għan-nom tagħha, l-Istat Membru lokali għandu, meta japplika r-regoli u l-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu, jieħdu kont ta’ l-assi bażi miżmuma mill-intrapriża sussidjarja; l-Istat Membru lokali jista’ jittratta l-assi ta’ sussidjarji oħra bl-istess mod;

(ix) spejjeż diferiti ta’ akkwist jistgħu jiġu aċċetatti bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi biss sa fejn dan huwa konsistenti mal-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet matematiċi.

4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq it-talba ta’ l-intrapriża, l-istat Membru lokali jista’ , temporanjament u taħt deċiżjoni raġjonata sewwa, jaċċetta kategoriji oħra ta’ assi bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi, soġġett għall-Artikolu 22.

L-Artikolu 24

Regoli għal diversifikazzjoni ta’ investiment

1. Fir-rigward ta’ l-assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi, l-Istat Membru lokali għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma tinvestix iktar minn:

(a) 10 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi totali f’xi biċċa waħda art jew bini, jew numru ta’ biċċiet ta’ art jew bini qrib biżżejjed għal xulxin sabiex jiġu kkunsidrati effettivament bħala investiment wieħed;

(b) 5 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi totali tagħha f’ishma u titoli negozjabbli oħra trattati bħala ishma, bonds, titoli ta’ debitu u strumenti oħra tas-suq tal-flus u tas-suq tal-kapital mil-istess intrapriża, jew f’self mogħti lill-istess persuna li tissellef, meħuda flimkien, meta s-self ikun self ta’ xort’oħra minn dak li jingħata lil Stat, awtorità reġjonali jew lokali jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tagħha Stat Membru wieħed jew iktar huma membri. Dan il-limitu jista’ jittella’ għal 10 % jekk intrapiża tinvesti f’mhux iktar minn 40 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi tagħha fis-self jew tit-titoli ta’ korpi li joħorġuhom u dawk li jissellfu li f’kull wieħed minnhom tinvesti iktar minn 5 % ta’ l-assi tagħha;

(ċ) 5 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi totali tagħha f’self mhux assigurat, inkluż 1 % għal kwalunkwe self mhux assigurat, ta’ xort’oħra minn self mogħti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni — sa fejn jippermettih l-Artikolu 6- u intrapriżi ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru. Il-limiti jistgħu jogħlew għal 8 % u 2 % rispettivament b’deċiżjoni meħuda fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali;

(d) 3 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi totali tagħha fil-forma ta’ flus fl-idejn;

(e) 10 % tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi totali tagħha f’ishma, titoli oħra trattati bħala ishma u titoli ta’ debitu li mhumiex trattati f’suq regolat.

2. L-assenza ta’ limitu fil-paragrafu 1 fuq l-investiment fi kwalunkwe kategorija partikolari ma timplikax li l-assi f’dik il-kategorija għandhom jiġu aċċettati bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi mingħajr limitu. L-Istat Membru lokali għandu jistabbilixxi regoli iktar dettaljati li jiffissaw il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ assi aċċettabbli. B’mod partikolari għandu jassigura, fid-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, li hemm konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(i) assi li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu diversifikati u mxerrda b’tali mod li jassiguraw li ma hemm ebda dipendenza eċċessiva fuq kwalunkwe kategorija partikolari ta’ ass, suq ta’ investiment jew investiment;

(ii) investiment f’tipi partikolari ta’ ass li juri livelli għolja ta’ riskju, kemm minħabba n-natura ta’ l-ass jew il-kwalità ta’ minn joħroġhom, għandu jiġi ristrett għal livelli prudenti;

(iii) limitazzjonijiet fuq kategroiji partikolari ta’ ass għandhom jieħdu kont tat-trattament ta’ riassigurazzjoni fil-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi;

(iv) meta l-assi miżmuma jinkludu investiment f’intrapriża sussidjarja li tamministra l-investiment kollha ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew parti minnhom għan-nom tagħha, l-Istat Membru lokali għandu, meta japplika r-regoli u l-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu, jieħdu kont ta’ l-assi bażi miżmuma mill-intrapriża sussidjarja; l-Istat Membru lokali jista’ jittratta l-assi ta’ sussidjarji oħra bl-istess mod;

(v) il-perċentwali ta’ assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi li huma s-suġġett ta’ investimenti mhux likwidi għandhom jinżammu f’livell prudenti;

(vi) meta l-assi miżmuma jinkludu self lil jew titoli ta’ debitu maħruġa minn ċerta istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Istat Membru lokali jista’, meta japplika r-regoli u l-prinċipji kontenuti f’dan l-Artikolu, jieħu kont ta’ l-assi bażi miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan it-trattament jista’ jiġi applikat biss meta l-istituzzjoni ta’ kreditu ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru, hi fil-pussess intier ta’ dak l-Istat Membru u/jew l-awtoritajiet lokali u n-negozju ta’ dak l-Istat, skond il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tiegħu, jikkonsisti fl-estensjoni, permezz ta’ l-intermedjarji tiegħu, ta’ self lil, jew garantit minn, Stati jew awtoritajiet lokali jew ta’ self lil korpi marbuta mill-qrib ma’ l-Istat jew awtoritajiet lokali.

3. Fil-kuntest tar-regoli dettaljati li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ assi aċċettabbli l-Istat Membru għandu jagħti trattament iktar limitattiv lil:

- kwalunkwe self mhux akkumpanjat b’ garanzija ta’ bank, garanzija maħruġa minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ipoteka jew kwalunkwe forma ta’ sigurtà, meta pparagunat ma’ self akkumpanjat minn dan il-kollateral,

- UCITS mhux koordinat fis-sens tad-Direttiva 85/611/KEE u fondi oħra ta’ investiment meta pparagunat ma’ UCITS koordinata fis-sens ta’ dik id-Direttiva,

- titoli li mhumiex trattati f’suq regolat, meta pparagunati ma’ dawk li huma,

- bonds, titoli ta’ debitu u flus oħra- u strumenti tas-suq tal-kapital mhux maħruġa minn Stati, awtoritajiet lokali jew reġjonali jew intrapriżi li jappartjenu għaż-żona A kif definiti fid-Direttiva 2000/12/KE jew li dawk li joħorġuhom huma organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jenumerawx mill-inqas Stat Membru Komunitarju wieħed fost il-membri tagħhom, meta pparagunati ma’ l-istess strumenti finanzjarji aħruġa minn dawn il-korpi.

4. L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1(b) għal 40 % fil-każ ta’ ċerti titoli ta’ debitu meta dawn jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru u hija soġġetta bil-liġi għal sorveljanza uffiċjali speċjali maħsuba biex tipproteġi lit-titolari ta’ dawk it-titoli ta’ debitu. B’mod partikolari, somom li jidderivaw mill-ħruġ ta’ dawnit-titoli ta’ debitu għandhom jiġu investiti skond il-liġi f’assi li, tul il-perjodu kollu ta’ validità tat-titoli ta’ debitu, kapaċi jkopru pretensjonijiet li jannettu mat-titoli ta’ debitu u li, fil-każ ta’ falliment ta’ min joħroġhom, kienu jintużaw fuq bażi ta’ prijorità għar-rimbors tal-prinċipal u l-pagament ta’ l-imgħax akkumulat.

5. L-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jinvestu f’kategoriji partikolari ta’ assi.

6. Minkejja l-paragrafu 1, f’ ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq it-talba ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, l-Istat Membru lokali jista’, temporanjament u taħt deċiżjoni raġjonata sewwa, jippermettu eċċezzjonijiet għar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1(a) sa (e), soġġett għall-Artikolu 22.

L-Artikolu 25

Kuntratti marbuta ma’ UCITS jew indiċi ta’ ishma

1. Meta l-benefiċċji provvduti b’kuntratt huma direttament marbuta mal-valur ta’ unitajiet f’UCITS jew mal-valur ta’ assi kontenuti f’fond intern miżmum mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, s-soltu maqsuma f’unitajiet, id-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji għandhom jiġu rrappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun minn dawk l-unitajiet jew, fil-każ meta l-unitajiet mhumiex stabbiliti, b’dawk l-assi.

2. Meta l-benefiċċji pprovduti b’kuntratt huma direttament marbuta ma’ indiċi ta’ ishma jew xi valur ta’ referenza barra minn dak imsemmi fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji għandhom jiġu rappreżentati mill-qrib kemm jista jkun jew bl-unitajiet meqjusa li jirrappreżentaw il-valur ta’ referenza jew, fil-każ meta unitajiet mhumiex stabbiliti, b’assi ta’ sigurtà u tqegħid fis-suq approprjat li jikkorrispondu mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ dawk li fuqhom hu bbażat il-valur partikolari ta’ referenza.

3. L-Artikoli 22 u 24 m’għandhomx japplikaw għal assi miżmuma biex jaqblu ma’ reponsabbiltajiet li huma direttament marbuta mal-benefiċċji msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Referenzi għad-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Artikolu 24 għandhom ikunu għad-dispożizzjonijiet tekniċi bl-esklużjoni ta’ dawk fir-rigward ta’ dawn ir-responsabbiltajiet.

4. Meta l-benefiċċji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinkudu garanzija ta’ twettiq ta’ investiment jew xi benefiċċju garantit ieħor, id-dispożizzjonijiet tekniċi addizzjonali li jikkorrispondu għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 22, 23 u 24.

Artikolu 26

Regoli li jaqblu

1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 20(3) u 54, Stati Membri għandhom jikkonformaw ma’ l-Anness II fir-rigward tar-regoli li jaqblu.

2. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-impenji msemmija fl-Artikolu 25.

KAPITOLU 3

REGOLI LI JIRRELATAW MALL-MARĠINI TA’ LIKWIDITÀ U MALL-FOND TA’ GARANZIJA

Artikolu 27

Il-marġini ta’ likwidità disponibbli

1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ minn kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinstab fit-territorju tiegħu marġini adegwata disponibbli ta’ likwidità fir-rigward tan-negozju intier tiegħu f’kull ħin li hu mill-inqas ugwali għall-ħtiġiet f’din id-Direttiva.

2. Il-marġini disponibbli ta’ likwidità għandha tikkonsisti fl-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni liberi minn kull reponsabbiltà prevedibbli, inqas kwaklunkwe partiti intanġibbli, inkluż:

(a) il-kapital ta’ l-ishma mħallas jew, fil-każ ta’ intrapriża reċiproka ta’ assigurazzjoni, il-fond inizjali effettiv biż-żieda ta’ kwalunkwe kontijiet tal-membri li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) il-memorandum u l-artikoli ta’ asoċjazzjoni għandhom jistipulaw li l-pagamenti jistgħu isiru minn dawn il-kontijietlil membri biss sa fejn dan ma jikkawżax il-marġini disponibbli ta’ likwidità li jaqa’ taħt il-livell meħtieġ, jew, wara d-dissoluzzjoni ta’ l-intrapriża, jekk id-debiti l-oħra kollha ta’ l-intrapriża jkunu ġew issodisfati;

(ii) il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni għandhom jistipulaw, fir-rigward ta’ kwalunkwe pagamenti msemmija fil-punt (i) għal raġunijiet ta’ xort’oħra mit-terminazzjoni individwali ta’ sħubija, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu notifikati mill-inqas b’xahar bil-quddiem u jistgħu jipprojbixxu l-ħlas f’dak il-perjodu;

(iii) id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jistgħu jiġu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda, mingħajr preġudizzju għall-kriterji dikjarati fil-punti (i) u (ii);

(b) riservi (statutorji u liberi) li ma jikkorrispondux għal responsabbiltajiet ta’ underwriting;

(ċ) il-profitt jew it-telf miġjuba ’l quddiem wara tnaqqis ta’ dividendi li għandhom jitħallsu;

(d) sa fejn awtorizzat taħt il-liġi nazzjonali, riservi ta’ profitt li jidhru fil-balance sheet meta jistgħu jintużaw biex ikopru kwalunkwe telf li jista’ jirriżulta u meta ma sarux disponibbli għal distribuzzjoni lil titolari ta’ poloz.

Il-marġini ta’ likwidità disponibbli għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ ishma proprji miżmuma direttament mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

3. Il-marġini disponibbli ta’ likwidità jista’ wkoll jikkonsisti f:

(a) kapital preferenzjali kumulattiv ta’ ishma u kapital subordinat ta’ self sa 50 % ta’ l-inqas tal-marġini disponibbli ta’ likwidità u l-marġini meħtieġ ta’ likwidità, li mhux iktar minn 25 % tiegħu għandu jikkonsisti f’self subordinat b’maturità fissa, jew kapital preferenzjali kumulattiv ta’ ishma għal terminu fiss, sakemm jeżisti ftehim li jorbot li taħtu, fil-każ tal-falliment jew il-likwidazzjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jikkwalifika l-kapital subordinat ta’ self jew il-kapital preferenzjali ta’ ishma wara l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u m’għandux jitħallas lura sakemm id-debiti l-oħra kollha pendenti f’dak il-ħin ikunu ġew issodisfati.

Kapital subordinat ta’ self għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) biss fondi kompletament imħallsa jistgħu jitqiesu;

(ii) għal self b’maturità fissa, l-maturità oriġinali għandha tkun mill-inqas ħames snin. Sa mhux iktar minn sena qabel id-data ta’ ħlas lura, l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom pjan li juri kif il-marġini disponibbli ta’ likwidità jinżamm jew jasal għal-livell meħtieġ mal-maturità, sakemm l-estent li għalih jista’ jikkwalifika s-self bħala komponent tal-marġini disponibbli ta’ likwidità ma jitnaqqasx gradwalment tul mill-inqas l-aħħar ħames snin qabel id-data ta’ ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-ħlas lura kmieni ta’ dan is-self sakemm l-applikazzjon ssir mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tagħmel il-ħruġ u l-marġini disponibbli tagħha ta’ likwidità ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iii) self li l-maturità tiegħu mhuwiex iffissat għandu jitħallas lura biss soġġett għal notifika ta’ ħames snin sakemm is-self ma jibqax ikkunsidrat bħala komponent tal-marġini disponibbli ta’ likwidità jew sakemm il-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti ma jkunx speċifikament meħtieġ għal ħlas lura kmieni. Fil-każ ta’ l-aħħar l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas sitt xhur qabel id-data tal-ħlas lura propost, u tispeċifika l-marġini disponibbli ta’ likwidità u l-marġini meħtieġ ta’ likwidità kemm qabel u kemm wara dak il-ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw ħlas lura biss jekk il-marġini disponibbli ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iv) il-ftehim tas-self m’għandux jinkludi xi klawżola li tipprovdi li f’ċirkostanzi speċifikati barra mill-għeluq ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, id-debitu jitħallas lura qabel id-dati miftiehma ta’ ħlas lura;

(v) il-ftehim tas-self jista’ jiġi emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda;

(b) titoli b’ebda data ta’ maturità speċifikata u strumenti oħra, inklużi ishma preferenzjali kumulattivi barra minn dawk imsemmija fil-punt (a), sa 50 % ta’ l-inqas tal-marġini disponibbli ta’ likwidità u l-marġini meħtieġa ta’ likwidità għat-total ta’ dawn it-titoli u l-kapital subordinat ta’ self imsemmi fil-punt (a) sakemm jissodisfaw dan li ġej:

(i) ma jistgħux jitħallsu lura fuq l-inizjattiva ta’ min jippossedihom jew mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti;

(ii) il-kuntratt tal-ħruġ għandu jippermetti lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tiddeferixxi l-pagament ta’ imgħax fuq is-self;

(iii) il-pretensjonijiet ta’ min jagħmel is-self fuq l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandhom jikkwalifikaw b’mod intier wara dawk tal-kredituri nonsubordinati kollha;

(iv) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli għandhom jipprovdu għall-kapaċità ta’ assorbiment ta’ self tad-debitu u ta’ l-imgħax mhux imħallas, waqt li jippermettu li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkompli l-kummerċ tagħha;

(v) biss ammonti kompletament imħallsa jistgħu jitqiesu.

4. Ma’ l-applikazzjoni, b’xhieda ta’ sostenn, mill-intrapriża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali u bil-ftehim ta’ dik l-awtorità kompetenti, l-marġini disponibbli ta’ likwidità jista’ wkoll jikkonsisti f’:

(a) sal-31 ta’ Diċembru 2009 ammont ugwali għal 50 % tal-profitti futuri ta’ l-intrapriża, imma li ma jeċċedix 25 % ta’ l-inqas tal-marġini disponibbli ta’ likwidità u tal-marġini meħtieġ ta’ likwidità. L-ammont tal-profitti futuri għandu jiġi ottenut bil-multiplikazzjoni tal-profitt annwali stmat b’fattur li jirrappreżenta l-perjodu medju li għandu jibqa’ jiskorri fuq il-poloz. Il-fattur użat ma jistax jeċċedi sitta. Il-profitt annwali stmat m’għandux jeċċedi l-medja aritmetika tal-profitti magħmula tul l-aħħar ħames snin finanzjarji fl-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2(1).

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jiftiehmu li jindkludu dan l-ammont għall-marġini disponibbli ta’ likwidità:

(i) meta rapport attwarjali huwa sottomess lill-awtoritajiet kompetenti li jissostanzjaw il-probabbiltà ta’ emerġenza ta’ dawn il-profitti fil-futur; u

(ii) sa fejn dik il-parti ta’ profitti futuri li joħorġu minn riservi netti moħbija msemmija fil-punt (ċ) ma ġietx diġà kkunsidrata;

(b) meta Zillmerising mhuwiex prattikat jew meta, jekk prattikat, huwa inqas mit-tagħbija għal spejjeż ta’ akkwist inklużi fil-premium, id-differenza bejn dispożizzjoni matematika non-Zillmerised jew Zillmerisedparzjalment u dispożizzjoni matematika Zillmerised b’rata ugwali għat-tagħbija għal spejjeż ta’ akkwist inklużi fil-premium. Din il-figura ma tistax, madanakollu, teċċedi 3,5 % tas-somma tad-differenzi bejn is-somom kapitali rilevanti ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u d-dispożizzjonijiet matematiċi għall-poloz kollha li għalihom hu possibbli Zillmerising. Id-differenza għandha titnaqqas bl-ammont ta’ kwalunkwe spejjeż ta’ akkwist mhux deprezzati iskritti bħala ass;

(ċ) kwalunkwe riżervi netti moħbija lijirriżultaw mill-valutazzjoni ta’ assi, sa fejn ir-riservi netti moħbija mhumiex ta’ natura eċċezzjonali;

(d) nofs il-kapital ta’ l-ishma mhux imħallas jew il-fond inizjali, ladarba l-parti mħallsa tammonta għal 25 % tal-kapital ta’ l-ishma jew tal-fond, sa 50 % ta’ l-inqas tal-marġini ta’ likwidità disponibbli u meħtieġa.

5. Emendi għall-paragrafi 2, 3 u 4 biex jittieħed kont ta’ żviluppi li jiġġustifikaw aġġustament tekniku ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini disponibbli ta’ likwidità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65(2).

Artikolu 28

Il-marġini ta’ likwidità meħtieġa

1. Soġġett għall-Artikolu 29, il-marġini meħtieġa ta’ likwidità għandu jiġi determinat kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7 skond il-klassijiet ta’ assigurazzjoni sottoskritti.

2. Għat-tipi ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta’ xort’oħra minn assigurazzjonijiet marbuta ma’ fondi ta’ investiment u għalll-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), il-marġini meħtieġa ta’ likwidità għandu jkun ugwali għas-somma taż-żewġ riżultati li ġejjin:

(a) l-ewwel riżultat:

frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi li jirrelataw għal aċċettazzjonijiet ta’ negozju dirett u riassigurazzjoni grossi fuq ċessjonijeit ta’ riassigurazzjoni għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tad-dispożizzjonijiet matematiċi totali netti ta’ ċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni għad-dispożizzjonijiet grossi totali matematiċi. Dak il-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun inqas minn 85 %;

(b) it-tieni riżultat:

għal poloz li fuqhom il-kapital f’riskju mhuwiex figura negattiva, frazzjoni ta’ 0,3 % ta’ dan il-kapital sottoskritti mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi mmultiplikata fil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja tal-kapital totali f’riskju miżmum bħala r-responsabbiltà ta’ l-intrapriża wara ċessjonijiet u retroċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni għall-kapital totali b’riskju gross ta’ riassigurazzjoni; dak il-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun inqas minn 50 %.

Għal assigurazzjoni temporanja fuq il-mewt ta’ terminu massimu ta’ tliet snin il-frazzjoni għandha tkun 0,1 %. Għal din l-assigurazzjoni ta’ terminu ta’ iktar minn tliet snin imma mhux iktar minn ħames snin il-frazzjoni ta’ fuq għandha tkun 0,15 %.

3. Għall-assigurazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikoul 2 (1) (ċ) il-marġini meħtieġ ta’ likwidità għandu jkun ugwali għall-marġini meħtieġ ta’ likwidità għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 73/239/KEE, bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva

4. Għal assigurazzjoni tas-saħħa permanenti mhux soġġetta għal kanċellament imsemmi fl-Artikolu 2(1)(d), il-marġini meħtieġ ta’ likwidità għandu jkun ugwali għal:

(a) frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi, kkalkolat inkonformità mal-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu; biż-żieda ta’

(b) l-marġini meħtieġ ta’ likwidità għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16a tad-Direttiva73/239/KEE, bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, il-kondizzjoni li tinsab fl-Artikolu 16a(6)(b) ta’ dik id-Direttiva li tiġi stabbilita dispożizzjoni għal età dejjem tiżdied tista’ tiġi sostitwita bi ħtieġa li n-negozju jitmexxa fuq bażi ta’ grupp.

5. Għal operazzjonijiet ta’ redenzjoni ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b), il-marġini meħtieġ ta’ likwidità għandu jkun ugwali għal frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi kkalkolati inkonformità mal-paragrafu 2 (a) ta’ dan l-Artikolu.

6. Għal tontini, msemmija fl-Artikolu 2(2)(a), il-marġini meħtieġ ta’ likwidità għandu jkun ugwali għal 1 % ta’ l-assi tagħhom.

7. Għal assigurazzjonijiet koperti bl-Artikolu 2(1)(a) u (b) marbuta ma’ fondi ta’ investiment u għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(ċ), (d) u (e), il-marġini meħtieġ ta’ likwidità għandu jkun ugwali għas-somma ta’ dan li ġej:

(a) sa fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha riskju ta’ investiment, frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi, kkalkolata inkonformità mal-paragrafu 2 (a) ta’ dan l-Artikolu;

(b) sa fejn l-intrapriża ma għandha ebda riskju ta’ investiment imma l-allokazzjoni sabiex tkopri spejjeż ta’ amministrazzjoni hija ffissata għal perjodu li jeċċedi ħames snin, frazzjoni ta’ 1 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi, kkalkolati inkonformità mal-paragrafu 2 (a) ta’ dan l-Artikolu;

(ċ) sa fejn l-intrapriża ma għandha ebda riskju ta’ investiment u l-allokazzjoni sabiex jiġu koperti spejjeż amministrattivi mhijiex iffissata għal perjodu li jeċċedi ħames snin, ammont ekwivalenti għal 25 % ta’ l-ispejjeż amministrattivi netti ta’ l-aħħar sena finanzjarja li jappartjenu għal dan in-negozju;

(d) sa fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkopri riskju ta’ mewt, frazzjoni ta’ 0,3 % tal-kapital taħt riskju kkalkolata inkonformità mal-paragrafu 2 (b) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 29

Fond ta’ garanzija

1. Terz tal-marġini meħtieġ ta’ likwidità kif speċifikat fl-Artikolu 28 għandu jikkostitwixxi l-fond ta’ garanzija. Dan il-fond għandu jikkonsisti fil-partiti elenkati fl-Artikolu 27(2), (3) u, bil-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, (4)(ċ).

2. Il-fond ta’ garanzija ma jistax ikun inqas minn minimu ta’ 3 miljun EUR.

Kwalunkwe Stat Membru jista’ jipprovdi għal tnaqqis ta’ kwart tal-fond minimu ta’ garanzija fil-każ ta’ assoċjazzjonijiet reċiproċi u assoċjazzjonijiet tat-tip reċiproku u tontini.

Artikolu 30

Reviżjoni ta’ l-ammont tal-fond ta’ garanzija

1. L-ammont f’euro kif stabbilti fl-Artikolu 29(2) għandu jiġi rivedut annwalment u dan jibda fl-20 ta’ Settembru 2003, sabiex jittieħed kont ta’ bidliet fl-indiċi Ewropew ta’ prezzijiet tal-konsumatur li jinkludu l-Istati Membri kollha kif ippubblikat mill-Eurostat.

L-ammont għandu jiġi adattat awtomatikament, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro bil-bidla fil-perċentwali f’dak l-indiċi tul il-perjodu bejn l-20 ta’ Marzu 2002 u d-data ta’ reviżjoni u arrotondat għall-multiplu ta’ EUR 100000.

Jekk il-bidla fil-perċentwali mill-aħħar adattament hija inqas minn 5 %, ebda adattament ma għandu jseħħ.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-reviżjoni u bl-ammont adattat imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 31

Assi mhux użati biex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi

1. L-Istati Membri m’għandhomx jippreskrivu regoli dwar l-għażla ta’ l-assi li m’hemmx bżonn jintużaw bħala koperta għad-dispożizzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 20.

2. Soġġett għall-Artikolu 20(3), l-Artikolu 37(1), (2), (3) u (5), u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(1), l-Istati Membri m’għandhomx iżommu lura d-disponiment liberu ta’ dawk l-assi, kemm mobbli jew immobbli, li iffurmaw parti ta’ l-assi ta’ intrapriżi awtorizzati ta’ assigurazzjoni.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprekludu miżuri li Stati Membri, waqt li jissalvagwardaw l-interessi tal-ħajjiet assigurati, huma intitolati li jieħdu bħala sidien jew membri ta’ jew sieħba fl-intrapriżi ta’ assigurazzjoni inkwistjoni.

KAPITOLU 4

LIĠI TA’ KUNTRATT U KONDIZZJONIJIET TA’ ASSIGURAZZJONI

Artikolu 32

Liġi applikabbli

1. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti li jirrelataw għall-attivitajiet imsemmija f’din id-Direttiva għandha tkun il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn. Madankollu, meta l-liġi ta’ dak l-Istat tippermetti, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż ieħor.

2. Meta t-titolari tal-polza huwa persuna fiżika u għandu r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fi Stat Membru barra minn dak li tiegħu hu/hi huma ċittadini, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ l-Istat Membru li tiegħu hu/hi huma ċittadini.

3. Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, li kull wieħed minnhom għandu r-regoli proprji ta’ liġi li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali, kull unità għandha tiġi kkunsidrata pajjiż għall-għanijiet li tiġi identifikata l-liġi applikabbli taħt din id-Direttiva.

Stat Membru li fih unitajiet territorjali varji għandhom ir-regoli proprji ta’ liġi li jikkonċernaw obbligi kontrattwali m’għandhomx ikunu marbuta li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal kunflitti li jirriżultaw bejn il-liġijiet ta’ dawk l-unitajiet.

4. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jirrestrinġi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-forum f’sitwazzjoni fejn huma mandatorji, irrispettivament mil-liġi xort’oħra applikabbli għall-kuntratt.

Jekk il-liġi ta’ Stat Membru tistipula hekk, ir-regoli mandatorji ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn jistgħu jiġu applikati jekk u sa fejn, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt.

5. Soġġett għall-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom japplikaw għal kuntratti ta’ assigurazzjoni msemmija f’din id-Direttiva r-regoli ġenerali tagħhom ta’ liġi privata internazzjonali li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali.

Artikolu 33

Il-benessri ġenerali

L-Istat Membru ta’ l-impenn m’għandux jipprevjeni titolari ta’ polza milli jikkonkludi kuntratt ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata taħt il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 sakemm dan ma jkunx f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jipproteġu l-benessri ġenerali fl-Istat Membru ta’ l-impenn.

Artikolu 34

Regoli li jirrelataw għal kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni u skali ta’ premiums

L-Istati Membri m’għandhomx jadottaw dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew in-notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, skali ta’ premiums, bażijiet tekniċi użati b’mod partikolari biex jiġu kkalkolati skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi jew formoli u dokumenti stampati oħra li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-intenzjoni li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għall-iskop uniku ta’ verifika ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw prinċipji attwarjali, l-Istat Membru lokali jista’ jeħtieġ komunikazzjoni sistematika tal-bażijiet tekniċi użati b’mod partikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi, mingħajr ma dik il-ħtieġa tikkostitwixxi kondizzjoni a priori biex intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi in-negozju tagħha.

Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 35

Il-perjodu ta’ kanċellament

1. Kull Stat Membru għandu jippreskrivi li titolari ta’ polza li jikkonkludi kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jkollu perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta hu/hi kienu infurmaw li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.

In-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha effett li tirrilaxxa lilu/lilha minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.

L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt kif definit fl-Artikolu 32, l-iktar fir-rigward ta’ l-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.

2. L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 għal kuntratti ta’ durata ta’ sitt xhur jew inqas, lanqas meta, minħabba l-istatus tat-titolari tal-polza jew iċ-ċirkostanzi li fihom il-kuntratt hu konkluż, it-titolari tal-polza ma jkollux bżonn din il-protezzjoni speċjali. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fir-regoli tagħhom meta l-paragrafu 1 mhuwiex applikat.

Artikolu 36

Informazzjoni għal titolari ta’ poloz

1. Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness III(A) għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.

2. It-titolari tal-polza għandu jinżamm infurmat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni elenkata fl-Anness III(B).

3. L-Istat Membru ta’ l-impenn jista jeħtieġ li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jfornu informazzjoni b’żieda ma dik elenkata fl-Anness IIi biss jekk hija neċessarja għal ftehim sewwa mit-titolari tal-polza ta’ l-elementi essenzjali ta’ l-impenn.

4. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru ta’ l-impenn.

KAPITOLU 5

INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI F’DIFFIKULTÀ JEW F’SITWAZZJONI IRREGOLARI

Artikolu 37

Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’diffikultà

1. Jekk intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma tikkonformax ma l-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali tagħha tista tipprojbixxi d-disponiment liberu ta’ l-assi tagħha wara li tkun ikkomunikat l-intenzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-impenn

2. Għall-għanijiet ta’ restawrar tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, li l-marġini ta’ likwidità tagħha jkun waqa taħt il-minimu meħtieġa taħt l-Artikolu 28, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandha teħtieġ li jiġi sottomess pjan għar-restawr ta’ pożizzjoni finanzjarja tajba għall-approvazzjoni tiegħu.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk l-awtorità kompetenti hija ta’ l-opinjoni li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tiddeterjora iktar, tista wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi d-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. Għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra li fit-terriotrji tagħhom l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi negozju bi kwalunkwe miżuri li ħadet u ta’ l-aħħar għandhom, fuq it-talba ta’ dan ta’ l-ewwel, jieħdu l-istess miżuri.

3. Jekk il-marġini ta’ likwidità jaqa taħt il-fond ta’ garanzija kif definit fl-Artikolu 29, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandha teħtieġ li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tissottometti skema finanzjarja għal żmien qasir għall-approvazzjoni tiegħu.

Tista wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi d-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. Għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħra li fit-territorji tagħhom l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi in-negozju u din ta’ l-aħħar għandha, fuq it-talba ta’ dawn ta’ l-ewwel, tieħu l-istess miżuri.

4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu imbagħad jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jissalvagwardaw l-interessi tal-persuni assigurati fil-każijiet previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

5. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipprojbixxu d-disponiment liberu ta’ assi li jinstabu fit-territoju tiegħu fuq it-talba, fil-każijiet previsti fil-paragrafi 1,2 u 3, ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, li għandha tiddeskrivi l-assi li għandhom jiġu koperti b’dawn il-miżuri.

Artikolu 38

Pjan finanzjarju ta’ rkupru

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom il-poter li jeħtieġu pjan finanzjarju ta’ rkupru għal dawk l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda. Il-pjan finanzjarju ta’ rkupru għandu bħala minimu jinkludi dettalji jew prova li tikkonċerna għat-tliet snin finanzjarji li ġejjin:

(a) estimi ta’ spejjeż ta’ amministrazzjoni, b’mod partikolari spejjeż partikolari kurrenti ġenerali u kommissjonijiet;

(b) pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u infiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u ċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni;

(ċ) balance sheet ta’ previżjoni;

(d) estimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru responsabbiltajiet ta’ underwriting u l-marġini meħtieġ ta’ likwidità;

(e) il-polza globali ta’ riassigurazzjoni.

2. Meta d-drittijiet tat-titolari tal-polza huma mhedda minħabba li l-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża tkun qiegħda tiddeterjora, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter jobbligaw intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni sabiex ikollhom marġini ta’ likwidità meħtieġa ogħla, sabiex jiġi assigurat li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tista tissodisfa l-ħtiġiet ta’ likwidità fil-futur qrib. Il-livell ta’ din il-marġini ogħla meħtieġa ta’ likwidità għandu jkun ibbażat fuq pjan finanzjarju ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter jivvalutaw għal darb’oħra l isfel l-elementi kollha eliġibbli għall-marġini disponibbli ta’ likwidità, b’mod partikolari, meta kien hemm bidla sinifikanti fil-valur tas-suq ta’ dawn l-elementi mill-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ l-aħħar.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw lil-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter li jnaqqsu t-tnaqqis, ibbażat fuq riassigurazzjoni, għall-marġini ta’ likwidità kif determinat skond l-Artikolu 28 fejn:

(a) in-natura jew il-kwalità ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni tkun inbidlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) ma hemm ebda trasferiment ta’ riskju jew riskju insinifikanti taħt il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni.

5. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħtieġu pjan finanzjarju ta’ rkupru għall-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni skond il-paragrafu 1, għandhom jibqgħu lura milli joħorġu ċertifikat skond l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 40(3), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 42(1)(a), sakemm jikkunsidraw li d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda fis-sens tal-paragrafu 1.

Artikolu 39

L-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni

1. L-Awtorizzazzjoni mogħtija lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali tagħha tista tiġi rtirata minn dik l-awtorità jekk dik l-intrapriża:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzjaha espressament jew ma tibqax issegwi negozju għal iktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni biex l-awtorizzazzjoni taqa f’dawn il-każijiet;

(b) ma tissodisfax iktar il-kondizzjonijiet għal ammissjoni;

(ċ) ma setgħetx, fiż-żmien permess, tieħu l-miżuri speċifikati fil-pjan ta’ restawr jew skema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 37;

(d) tonqos serjament fl-obbligi tagħha taħt ir-regolamenti li għalihom hija soġġetta.

Fil-każ ta’ rtirar jew skadenza ta’ l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kif dovut u għandha tieħu l-miżuri approprjati sabiex tipprevjeni l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni milli tibda operazzjonijiet ġodda fit-territorji tagħhom, jew taħt il-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandha, flimkien ma dawk l-awtoritajiet, tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-persuni assigurati u għandha tirrestrinġi, b’mod partikolari, d-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni skond l-Artikolu 37(1), (2), it-tieni subparagrafuu, u (3), it-tieni subparagrafu.

2. Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata awtorizzazzjoni għandha tiġi appoġġata b’raġunijiet preċiżi u notifikata lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni inkwistjoni.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJEIT LI JIRRELATAW GĦAD-DRITT TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI

Artikolu 40

Kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ fergħa

1. Intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali tagħha

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-terriotrju ta’ Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta teffettwa notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tipproponi li tistabbilixxi fergħa;

(b) skema ta’ operazzjonijiet li tistabbilixxi, inter alia, it-tipi ta’ negozju maħsuba u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(ċ) l-indirizz fl-Istat Membru tal-fergħa li minnha jistgħu jiġu ottenuti d-dokumenti u li lilhom jistgħu jiġu kkunsinnati, waqt li jkun mifhum li dak l-indirizz għandu jkun dak li lilu l-komunikazzjonijiet kollha lill-aġent awtorizzat huma mibgħuta;

(d) l-isem ta’ l-aġent awtorizzat tal-fergħa, li għandu jippossjedi poteri suffiċjenti sabiex jorbot lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’relazzjoni ma partijiet terzi u li jirrappreżentaha f’relazzjonijiet ma l-awtoritajiet u l-qrati ta’ l-Istat Membru tal-fergħa. Fir-rigward ta’ Lloyd’s , fil-każ ta’ kwalunkwe litigazzjoni fl-Istat Membru tal-fergħa li tirriżulta minn impenji sottoskritti , il-persuni assigurati m’għandhomx jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli milli kieku l-litigazzjoni nġiebet kontra negozji ta’ tip konvenzjonali. L-aġent awtorizzat għandu, għalhekk, jippossjedi poteri suffiċjenti biex jittieħdu proċeduri kontrih u għandu f’dik il-kapaċità jkun jista jorbot lill-underwriter’s ta’ Lloyd’s ikkonċernati.

3. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali jkollhom raġuni li jiddubitaw l-adegwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ir-reputazzjoni tajba u l-kwalifika professjonali jew l-esperjenza tad-diretturi jew l-amministraturi jew l-aġent awtorizzat, b’kont meħud tan-negozju ppjanat, għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa u għandhom jinfurmaw lill-intrapriża kkonċernata kif dovut.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandhom ukoll jattestaw li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha l-marġini minimu ta’ likwidità kkalkolata skond l-Artikoli 28 u 29.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha inkwistjoni. Dak ir-rifjut jew nuqqas għal azzjoni għandhom ikunu soġġetti għal dritt ta’ applikazzjoni fil-qrati ta’ l-Istat Membru lokali.

4. Qabel il-fergħa ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni tibda negozju, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jinfurmaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, jekk approprjat, bil-kondizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-benessri ġenerali, dan in-negozju għandu jitwettaq fl-Istat Membru tal-fergħa.

5. Meta tirċievi komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jew, jekk ebda komunikazzjoni ma hi riċevuta minn għandhom, ma’ l-iskadenza tal-perjodu previst fil-paragrafu 4, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda negozju.

6. Fil-każ ta’ bidla f’xi dettalji kkomunikati taħt il-paragrafu 2(b), (ċ) jew (d), intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tagħti notifika bil-miktub tal-bidla lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali u ta’ l-Istat Membru tal-fergħa mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jistgħu jissodisfaw ir-rwoli rispettivi tagħhom taħt il-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 41

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: notifika minn qabel lill-Istat Membru lokali

Kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jkollha l-intenzjoni ssegwi negozju għall-ewwel darba fi Stat Membru wieħed jew iktar taħt il-libertà li iġu pprovduti servizzi għandha l-ewwel tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, bl-indikazzjoni tan-natura ta’ l-impenji li tipproponi li tkopri.

Artikolu 42

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: notifika mill-Istat Membru lokali

1. Fi żmien xahar min-notifika prevista fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandhom jikkomunikaw lill-Istat Membru jew l-Istati Membri li fit-territorju tagħha l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li ssegwi negozju permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi:

(a) ċertifikat li jattesta li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-marġini minimu ta’ likwidità kkalkolat skond l-Artikoli 28 u 29;

(b) il-klassijiet li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kienet awtorizzata toffri;

(ċ) in-natura ta’ l-impenji li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tipproponi li tkopri fl-Istat Membru tal-provvista ta’ servizzi.

Fl-istess ħin, għandhom jinfurmaw l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kkonċernata kif dovut.

2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ma jikkomunikawx l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-perjodu stabbilit, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni fl-istess perjodu.

3. L-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tista tibda negozju fid-data ċertifikata li fiha hija informata bil-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 43

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: bidliet fin-natura ta’ l-impenji

Kwalunkwe bidla li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li tagħmel lill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 għandha tkun soġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikoli 41 u 42.

Artikolu 44

Il-lingwa

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jew l-Istat Membru tal-provvista tas-servizzi jistgħu jeħtieġu li l-informazzjoni li huma awtorizzati li jitolbu taħt din id-Direttiva fir-rigward ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat għandha tiġi fornita lilhom fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat.

Artikolu 45

Regoli li jirrelataw għal kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni u skali ta’ premiums

L-Istat Membru tal-fergħa jew tal-provvista tas-servizzi m’għandux jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew in-notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, skali ta’ premiums, bażijiet tekniċi użati b’mod partikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi, formoli u dokumenti stampati oħra li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li tuża fit-trattamenti tagħha ma titolari ta’ poloz. Għall-iskop ta’ verifika ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw kuntratti ta’ assigurazzjoni, jista jeħtieġ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipproproni li ssegwi negozju ta’ l-assigurazzjoni fit-territorju tiegħu, taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li teffettwa biss otifika mhux sistematika ta’ dawk il-kondizzjonijeit ta’ polza u dokumenti stampati oħra mingħajr ma dik il-ħtieġa tikkostitwixxi kondizzjoni a priori biex intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi in-negozju tagħha.

Artikolu 46

Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi

1. Kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li ssegwi negozju taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa u/jew ta’l-Istat Membru tal-provvista tas-servizzi d-dokumenti kollha mitluba minnha għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu sa fejn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċċju ewlieni tagħhom huwa f’dawk l-Istati Membri huma wkoll obbligati li jagħmlu hekk.

2. Jekk l-awtoritajiet kopetenti ta’ Stat Membru jistabbilixxu li intrapriża ta’ l-assigurazzjoni b’fergħa jew li ssegwi negozju taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx qiegħda tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli għaliha f’dak l-Istat, għandhom jeħtieġu li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kkonċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari.

3. Jekk l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni inkwistjoni tonqos li tieħu l-azzjoni neċessarja, l-awtoritajiet kopetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali kif dovut. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom, fl-opportunità l-iktar kmieni, jieħdu l-miżuri kollha approprjati sabiex jassiguraw li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kkonċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari. In-natura ta’ dawk il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istat Membru kkonċernat.

4. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru lokali jew minħabba li dawk il-miżuri huma inadegwati jew jonqsu f’dak l-Istat, l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tippersisti fil-volazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, ta’ l-aħħar jista, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali, jieħu miżuri approprjati sabiex jipprevjeni jew jippenalizza aktar irregolaritajiet, inkluż, sa fejn huwa strettament neċessarju, il-prevenzjoni ta’ dik l-intrapriża milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda ta’ assigurazzjoni fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu servuti d-dokumenti ġuridiċi neċessarji għal dawn il-miżuri fuq intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

5. Il-paragrafi 2, 3 u 4 m’għandhomx jaffettwaw il-poter ta’ emerġenza ta’ l-Istati Membri kkonċernati sabiex jieħdu miżuri approprjati biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet kommessi fit-territorji tagħhom. Dan għandu jinkludi l-possibiltà li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jiġu pprevenuti milli jkomplu jikkonkludu kuntratti ġodda ta’ assigurazzjoni fit-territorji tagħhom.

6. Il-paragrafi 2, 3 u 4 m’għandhomx jeffettwaw il-poter ta’ l-Istati Membri li jippenalizzaw ksur fit-territorji tagħhom.

7. Jekk intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tkun ikkommettiet ksur ikollha stabbiliment jew tipposjedi proprjetà fl-Istat Membru kkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan ta’ l-aħħar jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, japplikaw il-penalitajiet amministrattivi preskritti għal dak il-ksur permezz ta’ applikazzjoni kontra dak l-istabbiliment jew dik il-proprjetà.

8. Kwalunkwe miżura adottata taħt il-paragrafi 3 sa 7 li tinvolvi penalitajiet jew restrizzjonijiet fuq il-kondotta ta’ negozju ta’ assigurazzjoni għandha tkun raġjonata sewwa u kkomunikata lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni kkonċernata.

9. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni rapport li jiġbor fil-qosor in-numu u t-tip ta’ każijiet li fihom, f’kull Stat Membru, ġiet rifjutata awtorizazzjoni skond l-Artikoli 40 u 42 jew ittieħdu miżuri taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jipprovduha bl-informazzjoni meħtieġa għal dak ir-rapport.

Artikolu 47

Ir-reklamar

Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni lil intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom permezz tal-mezzi kollha disponibbli ta’ komunikazzjoni fl-Istat Membru tal-fergħa jew fl-Istat Membru tal-provvista tas-servizzi, soġġett għal kwalunkwe regoli li jirregolaw il-forma u l-kontenut ta’ dan ir-reklamar adottat fl-interess tal-benessri ġenerali.

Artikolu 48

L-għeluq

Fil-każ li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tagħlaq, impenji li jirriżultaw minn kuntratti sottoskrittipermezz ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu ssodisfati bl-istess mod bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta’ dik l-intrapriża l-oħra, mingħajr distinzjoni dwar iċ-ċittadinanza sa fejn huma kkonċernati l-ħajjiet assigurati u l-benefiċjarji.

Artikolu 49

Informazzjoni statistika dwar attivitajiet trans-fruntieri

Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali tagħha separatament fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet segwiti taħt id-dritt ta’ stabbiliment u dawk segwiti taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bl-ammont tal-premiums, mingħajr tnaqqis ta’ riassigurazzjoni, mill-Istat Membru u minn kull waħda mill-klassijiet minn I sa IX, kif definit fl-Anness I.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali għandha, fi żmien raġjonevoli u fuq bażi aggregata tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati li jitlob dan.

L-Artikolu 50

Taxxi fuq il-premiums

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe armonizzazzjoni sussegwenti, kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għandu jkun soġġett esklużivament għat-taxxi indiretti u l-piżijiet parafiskali fuq premiums ta’ l-asssigurazzjoni fl-Istat Membru ta’ l-impenn, u wkoll, fir-rigward ta’ Spanja, għas-sovvrapiżijiet stabbiliti legalment a favur il-"Consorcio de Compensación deSeguros" Spanjol għall-insegwiment tal-funzjonijiet tiegħu li jirrelataw għall-kumpens ta’ telf li jirriżulta minn każijiet straordinarji li jseħħu f’dak l-Istat Membru.

2. Il-liġi applikabbli għall-kuntratt skond l-Artikolu 32 m’għandhiex teffettwa l-arranġamenti fiskali applikabbli.

3. Fl-istennija ta’ armonizzazzjoni futura, kull Stat Membru għandu japplika għal dawk l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jkopru impenji li jinstabu fit-territorju tiegħu id-dispożizzjonijiet nazzjonali proprji għal miżuri sabiex jiġi assigurat il-ġbir ta’ taxxi indiretti u piżijiet parafiskali dovuti taħt il-paragrafu 1.

TITOLU V

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL AĠENZIJI JEW FERGĦAT STABBILITI FIL-KOMUNITÀ U LI JAPPARTJENU GĦAL INTRAPRIŻI LI L-UFFIĊĊJI EWLENIN TAGĦHOM HUMA BARRA L-KOMUNITÀ

Artikolu 51

Il-prinċipji u l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jagħmel aċċess għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 permezz ta’ kwalunkwe intrapriża li l-uffiċċju ewlieni tagħha huwa barra l-Komunità soġġetta għal awtorizzazzjoni uffiċjali.

2. Stat Membru jista jagħti awtorizzazzjoni jekk l-intrapriża tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) hija intitolata li tiżvolġi attivitajiet at l-assigurazzjoni koperti bl-Artikolu 2 taħt il-liġi nazzjonali tagħha;

(b) tistabbilixxi aġenzija jew fergħa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(ċ) tieħu fuqha li tistabbilixxi fil-post ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-aġenzija jew il-fergħa kontijiet speċifiċi għall-attività li ssegwi hemmhekk u li żżomm ir-reġistrazzjonijiet kollha li jirrelataw għan-negozju operat;

(d) tinnomina rappreżentant ġenerali, li għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(e) tippossjedi fl-Istat Membru fejn issegwi attivitajiet assi ta’ ammont ugwali fil-valur għal mill-inqas nofs l-ammont minimu preskritt fl-Artikolu 29(2), l-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-fond ta’ garanzija u tiddeposita kwart ta’ l-ammont minimu bħala sigurtà;

(f) tieħu fuqha li żżomm marġini ta’ likwidità li jikkonforma ma l-Artikolu 55;

(g) tissottometti skem ta’ operazzjonijiet skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

3. L-iskema ta’ operazzjonijiet ta’ l-aġenzija jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 2(g) għandha tikkontjeni d-dettalji li ġejjin jew il-prova ta’:

(a) n-natura ta’ l-impenji li l-intrapriża tipproponi li tkopri;

(b) il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-riassigurazzjoni;

(ċ) l-istat tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża u l-fond ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 55;

(d) estimi li jirrelataw għall-ispiża ta’ stabbiliment tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni biex jiġi assigurat in-negozju u r-riżorsi finanzjarji intiżi sabiex jiġu sodisfatti dawk l-ispejjeż;

u, b’żieda għandhom jinkludu, għall-ewwel tlett snin finanzjarji:

(e) pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u infiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u ċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni;

(f) balance sheet ta’ previżjoni;

(g) estimi li jirrelataw għar-riżorsi finanzjarji intiżi sabiex ikopru responsabbiltajiet ta’ underwriting u l-marġini ta’ likwidità.

4. Stat Membru jista jeħtieġ notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi wżati għall-kalkolu tal-premiums u d-dispożizzjonijiet tekniċi, mingħajr ma dik il-ħtieġa tikkostitwixxi kondizzjoni a priori biex intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ssegwi in-negozju tagħha.

Artikolu 52

Regoli applikabbli għal fergħat ta’ intrapriżi ta’ pajjiż terz

1. (a) Soġġett għall-punt (b), aġenziji u fergħat imsemmija f’dan it-Titolu ma jistgħux simultanjament isegwu fi Stat Membru l-attivitajiet imsemmija fl-Anness mad-Direttiva 73/239/KEE u dawk koperti b’din id-Direttiva.

(b) Soġġett għall-punt (ċ), Stati Membri jistgħu jipprovdu li aġenziji u fergħat imsemmija f’dan it-Titolu li fid-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 18(3) segwew ż-żewġ attivitajiet simultanjament fi Stat Membru jistgħu jibqgħu jagħmlu dan sakemm kull attività hija amministrata separatament skond l-Artikolu 19.

(ċ) Kwalunkwe Stat Membru li taħt l-Artikolu 18(6) jeħtieġ li intrapriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu iwaqqfu l-insegwiment simultanju ta’ l-attivitajiet li fihom kienu ingaġġati fid-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 18(3) għandhom ukoll jimponu din il-ħtieġa fuq aġenziji u fergħat imsemmija f’dan it-Titolu li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu u isegwu simultanjament iż-żewġ attivitajiet hemmhekk.

(d) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li aġenziji u fergħat imsemmija f’dan it-Titolu li l-uffiċju ewlieni tagħhom isegwi simultanjament żewġ attivitajiet u li fid-dati msemmija fl-Artikolu 18(3) segwew fit-territorju ta’ Stat Membru biss l-attività koperta b’din id-Direttiva jistgħu ikomplu l-attività tagħhom hemmhekk. Jekk l-intrapriża tixtieq issegwi l-attività msemmija fid-Direttiva 73/239/KEE f’dak it-territorju tista biss issegwi l-attività koperta b’din id-Direttiva permezz ta’ sussidjarja.

2. L-Artikoli 13 u 37 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal aġenziji u fergħat imsemmija f’dan it-titolu.

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 37, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-likwidità globali ta’ aġenziji jew fergħat għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju ewlieni.

3. Fil-każ ta’ irtirar ta’ awtorizzazzjoni mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 56(2), din l-awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra fejn topera l-intrapriża u l-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri approprjati. Jekk ir-raġuni għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni hija l-inadegwatezza tal-marġini ta’ likwidità kkalkolat skond l-Artikolu 56(1)(a), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ukoll jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 53

It-trasferiment tal-portfolio

1. Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza lil aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu biex jittrasferixxu parti mill-portfolios jew il-portfolios kollha tagħhom lil uffiċċju ta’ aċċettazzjoni stabbilit fl-istess Stat Membru jekk l-awtoritajiet kopetenti ta’ dak l-Istat Membru jew, jekk approprjat, dawk ta’ l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 56 jiċċertifikaw li wara li jittieħed kont tat-trasferiment l-uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni jippossjedi l-marġini neċessarja ta’ likwidità.

2. Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza lil aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu biex jittrasferixxu l-portfolios tal-kuntratti kollha tagħhom jew parti minnhom lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor, jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jiċċertifikaw li wara li jieħu kont tat-trasferiment l-uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni jippossjedi l-marġini neċessarju ta’ likwidità.

3. Jekk taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, Stat Membru jawtorizza aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu sabiex jawtorizzaw il-portfolios ta’ kuntratti kollha tagħhom jew parti minnhom lil aġenzija jew fergħa koperti b’dan it-Titolu u stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandu jassigura li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju li jaċċetta jew, jekk approprjat l-uffiċċju li jaċċetta jippossjedu l-marġini neċessarju ta’ likwidità, li l-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju li jaċċetta tippermetti dan it-trasferiment u li l-Istat ikkunsenta għat-trasferiment.

4. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, 2u 3 l-Istat Membru li fih l-aġenzija jew il-fergħa ta’ trasferiment jinstabu għandhom jawtorizzaw it-trasferiment wara li jkun ottenut il-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn, meta differenti mill-Istat Membru li fih l-aġenzij jew il-fergħa ta’ trasferiment jinstabu.

5. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lokali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ trasferiment fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba; l-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dak il-perjodu għandha tiġi kkunsidrata ekwivalenti għal opinjoni favorevoli jew kunsens taċitu.

6. Trasferiment awtorizzat skond dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat kif stabbilit bil-liġi nazzjonali fl-Istat Membru ta’ l-impenn. Dawn it-trasferimenti għandhom ikunu awtomatikament validi kontra titolari ta’ poloz, persuni assigurati u kwalunkwe persuni oħra li għandhom drittijiet jew obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti trasferiti.

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex teffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jagħtu lil titolari ta’ polza l-għażla li jikkanċellaw kuntratti fi żmien perjodu fiss wara trasferiment.

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li intrapriżi jistabbilixxu dispożizzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 20, adegwati sabiex ikopru r-responsabbiltajiet ta’ underwriting assunti fit-territorji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-aġenzija jew il-fergħa jkopru dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ assi li huma ekwivalenti għal dawn id-dispożizzjonijiet u assi li jaqblu skond l-Anness II.

Il-liġi ta’ l-Istati Membri għandha tkun applikabbli għall-kalkolu ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-determinazzjoni ta’ kategoriji ta’ investiment u l-valutazzjoni ta’ assi, u, meta approprjat, id-determinazzjoni ta’ l-estent li għalih l-assi jistgħu jintużaw għall-iskop li jkopru dawn id-dispożizzjonijiet.

L-Istat Membru inkwistjoni għandu jeħtieġ li l-assi li jkopru dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jiġu lokalizzati fit-territorju tiegħu. L-Artikolu 20(4) għandu, madankollu, japplika.

Artikolu 55

Il-marġini ta’ likwidità u l-fond ta’ garanzija

1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ min aġenziji je fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu marġini ta’ likwiditá li tikkonsisti fil-partiti elenkati fl-Artikolu 27. Il-marġini minimu ta’ likwidità għandu jiġi kkalkolat skond l-Artikolu 28. Madankollu, għall-iskop tal-kalkolu ta’ danil-marġini, għandu biexx jittieħed kont ta’ l-operazzjonijiet effettwati mill-aġenzija jew il-fergħa kkonċernata.

2. Terz tal-marġini minimu ta’ likwidità għandu jikkostitwixxi l-fond ta’ garanzija.

Madankollu, l-ammont ta’ dan il-fond ma jistax ikun inqas minn nofs il-minimu meħtieġ taħt l-Artikolu 29(2) l-ewwel subparagrafu. Id-depositu inizjali alloġġat skond l-Artikolu 51(2)(e) għandu jingħadd lejn dan il-fond ta’ garanzija.

Il-fond ta’ garanzija u l-minimu ta’ dan il-fond għandu jiġi kkostitwit skond l-Artikolu 29.

3. L-assi li jirrappreżentaw il-marġini minimu ta’ likwidità għandhomjinżamu fl-Istat Membru fejn l-attivitajiet jitwettqu sa l-ammont tal-fodn ta’ garanzija u l-eċċess fil-Komunità.

Artikolu 56

Vantaġġi għal intrapriżi awtorizzati f’iktar minn Stat Membru wieħed

1. Kwalunkwe intrapriża li tkun talbet jew otteniet awtorizzazzjoni minn iktar minn Stat Membru wieħed tista’ tapplika għall-vantaġġi li ġejjin li istgġu jingħataw biss konġuntement:

(a) il-marġini ta’ likwidità msemmi fl-Artikolu 55 għandu jiġi kkalkolat b’relazzjoni għan-negozju intier segwit fil-Komunità; f’dak il-każ, għandu biss jittieħed kont ta’ l-operazzjonijiet effettwati mill-aġenziji jew mill-fergħat kollha stabbiliti fil-Komunità għall-għanijiet ta’ dan il-kalkolu;

(b) id-depositu meħtieġ taħt l-Artikolu 51(2)(e) għandu jiġi alloġġat biss f’wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(ċ) l-assi li jirrappreżentaw il-fond ta’ garanzija għandhom jiġu lokalizzati fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn issegwi l-attivitajiet tagħha.

2. Applikazzjoni għal benefiċċju mill-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tiddikjara l-awtorità ta’ l-Istat Membru li fil-ġejjieni għandha tissorvelja l-likwidità tan-negozju intier ta’ l-aġenziji jew tal-fergħat stabbiliti fil-Komunità. Għandhom jingħataw raġunijiet għall-għażla ta’ l-awtorità magħmulha mill-intrapriża. Id-depositu għandu jiġi alloġġat ma’ dak l-Istat Membru.

3. Il-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 jistgħu biss jingħataw jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha li fihom saret applikazzjoni jaqblu magħhom. Għandhom jidħlu fis-seħħ minn dak il-ħin meta l-awtorità kompetenti magħżula tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra li tissorvelja l-istat ta’ likwidità tan-negozju intier ta’ l-aġenziji jew il-fergħat fil-Komunità.

L-awtorità kompetenti magħżula għandha tottjeni mill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni neċessarja għas-sorveljanza tal-likwidità globali ta’ l-aġenziji u l-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

4. Fuq it-talba ta’ Stat Membru wieħed jew iktar ikkonċernati, il-vantaġġi mogħtija taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu rtirati simultanjament ill-Istati Membri kollha kkonċernati.

Artikolu 57

Ftehim ma’ pajjiżi terzi

Il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehim konkluż skond it-Trattat ma’ pajjiż terz wieħed jew iktar, tikkunsenta għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet differenti inn dawk previsti f’dan it-Titolu, għall-iskop li tassigura, taħt kondizzjonijiet ta’ reċiproċità, protezzjoni adegwata għal titolari ta’ poloz fl-Istati Membri.

TITOLU VI

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL SUSSIDJARJI TA’ INTRAPRIŻI PRINĊIPALI RREGOLATI MIL-LIĠIJIET TA’ PAJJIŻ TERZ U GĦALL-AKKWISTI TA’ HOLDINGS MINN DAWN L-INTRAPRIŻI PRINĊIPALI

L-Artikolu 58

Informazzjoni minn Stati Membri lill-Kummissjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni:

(a) b’kull awtorizzazzjoni ta’ sussidjarja diretta jew indiretta li intrapriża prinċipali waħda jew aktar tagħha huma rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 65(1) kif dovut;

(b) kull meta din l-intrapriża prinċipali takkwista holding f’intrapriża ta’ assigurazzjoni Komunitarja li kienet tagħmel lil ta’ l-aħħar is-sussidjarja tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 65(1).

Meta awtorizzazzjoni tingħata lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ intrapriża prinċipali waħda jew iktar skond il-liġi ta’ pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni.

Artikolu 59

Trattament ta’ pajjiż terz ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarji

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha l-intrapriżi tagħhom ta’ l-assigurazzjoni meta jistabbilixxu lilhom infushom jew isegwu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiż terz.

2. Perjodikament, il-Kummissjoni għandha tfassal raport li jeżamina t-trattament mogħti lil intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarja f’pajjiżi terzi, skond it-termini msemmija fil-paragrafi 3 u 4, fir-rigward ta’ l-istabbiliment u l-insegwiment ta’ attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni, u l-akkwist ta’ holdings f’intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma kwalunkwe proposta approprjata.

3. Kull meta jidher lill-Kummissjoni, jew fuq il-bażi ta’ rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew abbażi ta’ informazzjoni oħra, li pajjiż terz mhuwiex qiegħed jagħti lil intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni aċċess effettiv tas-suq paragunabbli għal dak mogħti mill-Komunità lil intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni minn dak il-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għall-mandat approprjat għal negozjati bl-iskop li jiġu ottenuti opportunitajiet paragunabbli kompetittivi għal intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

4. Kull meta jidher lill-Kummissjoni, jew abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew abbażi ta’ informazzjoni oħra, li intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni f’ pajjiż terz mhumiex qegħdin jirċievu trattament nazzjonali li joffri l-istess opportunitajiet kompetittivi li huma disponibbli għal intrapriżi domestiċi ta’ assigurazzjoni u li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess effettiv għas-suq mhumiex qegħdin jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni tista’ tibda negozjati sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu, jista’ wkoll jiġi deċiż fi kwalunkwe ħin, u b’żieda ma meta jibdew in-negozjati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65(2), li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jillimitaw jew jissospendu d-deċiżjonijiet tagħhom:

- li jirrigwardaw talbiet pendenti fil-mument tad-deċiżjoni jew talbiet futuri għal awtorizzazzjonijiet, u

- fir-rigward ta’ l-akkwist ta’ holdings minn intrapriżi prinċipali diretti jew indiretti rregolati mil-liġijiet tal-pajjiż terz inkwistjoni.

Id-durata tal-miżuri msemmija ma tistax teċċedi tliet xhur.

Qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet xhur, u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata jekk il-miżuri għandhomx jitkomplew.

Dawn il-limitazzjonijiet jew is-sospensjoni ma jistgħux japplikaw għall-istabbiliment ta’ sussidjarji minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew is-sussidjarji tagħhom awtorizzati kif dovut fil-Komunità, jew għall-akkwist ta’ holdings f’intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni minn dawn l-intrapriżi jew sussidjarji.

5. Kull meta jidher lill-Kummissjoni li rriżultat waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jinfurmawha fuq it-talba tagħha:

(a) b’kull talba għall-awtorizzazzjoni ta’ sussidjarja diretta jew indiretta li intrapriża prinċipali waħda jew aktar tagħha huma rregolati mill-liġijiet tal-pajjiż terz inkwistjoni;

(b) bi kwalunkwe pjanijiet biex din l-intrapriża takkwista holding f’intrapriża Komunitarja ta’ assigurazzjoni sabiex din ta’ l-aħħar issir is-sussidjarja ta’ dik ta’ l-ewwel.

L-obbligu li tingħata informazzjoni għandu jaqa’ kull meta jintlaħaq ftehim mal-pajjiż terz imsemmi fil-paragrau 3 jew 4 meta l-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 4 jieqfu japplikaw.

6. Miżuri meħuda taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi Komunitarji taħt kwalunkwe ftehim internazzjonali, bilaterai jew multilaterali, li jirregola l-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJEIT TRANSITORJI U OĦRAJN

Artikolu 60

Derogi u l-abolizzjoni ta’ miżuri restrittivi

1. Intrapriżi stabbiliti fir-Renju Unit mill-Karta Rjali jew minn Att privat jew b’Att Pubbliku speċjali jistgħu jsegwu l-attività tagħhom fil-forma legali li fiha kienu kkostitwiti fil-15 ta’ Marzu 1979 għal perjodu mingħajr limitu.

Ir-Renju Unit għandu jfassal lista ta’ dawn l-intrapriżi u jikkomunikaha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

2. Is-soċjetajiet irreġistrati fir-Renju Unit taħt l-Atti tas-Soċjetajiet Amikevoli jistgħu ikomplu l-attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-operazzjonijiet ta’ tfaddil li, skond l-objettivi tagħhom, kienu qegħdin isegwu fil-15 ta’ Marzu 1979.

Artikolu 61

Prova ta’ reputazzjoni tajba

1. Meta Stat Membru jeħtieġ miċ-ċittadini proprji prova ta’ reputazzjoni tajba u prova ta’ ebda falliment preċedenti, jew prova ta’ xi waħda minn dawn, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra l-produzzjoni ta’ estratt mir-"reġistru ġudizzjarju" jew, fin-nuqqas ta’ dan, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru lokali jew fl-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani li turi li dawn il-ħtiġiet kienu ssodisfati.

2. Meta l-Istat Membru lokali jew l-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani kkonċernat ma joħroġx id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jiġi sostiwit b’dikjarazzjoni fuq ġurament-jew fi Stati meta ma hemm ebda dispożizzjoni għal dikjarazzjoni fuq ġurament b’dikjarazzjoni solenni- magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva jew, meta approprjat, nutar fl-Istat Membru lokali jew fl-Istat Membru li minnu tiġi dik il-persuna; din l-awtorità jew nutar għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni fuq ġurament jew dikjarazzjoni solenni. Id-Dikjarazzjoni fir-rigward ta’ ebda falliment preċedenti tista’ wkoll issir quddiem korp kompetenti professjonali jew kummerċjali fil-pajjiż imsemmi.

3. Id-dokumenti maħruġa skond il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu prodotti aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti sabiex joħorġu d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bihom.

Kull Stat Membru għandu wkoll jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet jew il-korpi li lilhom id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu sottomessi b’sostenn ta’ applikazzjoni sabiex jiwettqu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJEIT FINALI

Artikolu 62

Kooperazzjoni bejn Stati Membri u l-Kummissjoni

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib bl-iskop li tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tat-tipi ta’ assigurazzjoni u l-operazzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva fil-Komunità.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultajiet maġġuri li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inter alia, dawk li jirriżultaw jekk Stat Membru jsir konxju minn trasferiment anormali ta’ negozju msemmi f’din id-Direttiva għad-detriment ta’ intrapriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu u għall-vantaġġ ta’ aġenziji u fergħat allokati kemm kemm lil hinn mill-fruntieri tiegħu.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawn id-diffikultajiet malajr kemm jista’ jkun sabiex tinstab soluzzjoni approprjata.

Meta neċessarju, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti approprjati lill-Kunsill.

Artikolu 63

Rapporti dwar l-iżvilupp tas-suq taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti regolari, l-ewwel wieħed fl-20 ta’ Novembru 1995, dwar l-iżvikupp tas-suq f’assigurazzjoni u operazzjonijiet operati taħt kondizzjonijiet tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Artikolu 64

Aġġustament tekniku

L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin li għandhom isiru għal din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65(2):

- l-estensjoni tal-forom legali previsti fl-Artikolu 6(1)(a),

- emendi għal-lista stabbilita fl-Anness I, jew adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista sabiex tieħu kont ta’ l-iżvilupp ta’ swieq ta’ l-assigurazzjoni,

- kjarifika tal-partiti li jikksotitwixxu l-marġini ta’ likwidità elenkati fl-Artikolu 27 sabiex jieħdu kont tal-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda,

- alterazzjoni tal-fond minimu ta’ garanzija previst fl-Artikolu 29(2) sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji,

- emendi, sabiex jieħdu kont tal-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda, għal-lista ta’ assi aċċettabbli bħala kopertura għad-dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 23 u għar-regoli dwar it-ticrid ta’ investimenti stabbiliti fl-Artikolu 24,

- bidliet fir-rilassamenti fir-regoli li jaqblu stabbiliti fl-Anness II, sabiex jieħdu kont ta’ l-iżvilupp ta’ strumenti ġodda ta’ hedging ta’ munita jew il-progress magħmul fl-unjoni ekonomika u monetarja,

- kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fil-Komunità kollha,

- l-aġġustamenti tekniċi neċessarji għar-regoli biex tiġi stabbilita l-maxima applikabbli għar-rati ta’ interess, skond l-Artikolu 20, b’mod partikolari sabiex jittieħed kont ta’ progress magħmul fl-unjoni ekonomika u monetarja.

Artikolu 65

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ Assigurazzjoni istitwit bid-Direttiva 91/675/KEE.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 66

Drittijiet akkwistati minn fergħat u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni eżistenti

1. Fergħat li bdew in-negozju, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-fergħa, qabel l-1 ta’ Lulju 1994 għandhom jiġu presunti li kienu soġġeti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(1) sa (5).

Għandhom jiġu rregolati, minn dik id-data bl-Artikoli13, 20, 37, 39 u 46.

2. L-Artikoli 41 u 42 m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet akkwistati minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li isegwu negozju taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

Artikolu 67

Id-dritt ta’ appell lill-qrati

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni taħt liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jistgħu ikunu soġġetti għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati.

Artikolu 68

Reviżjoni ta’ l-ammonti espressi f’euro

1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Marzu 1985 rapport li jittratta l-effetti tal-ħtiġiet finanzjarji imposti b’din id-Direttiva dwar is-sitwazzjoni fis-swieq ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-Istati Membri.

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu kull sentejn jeżamina u, meta approprjat, jirrevedi l-ammonti espressi f’euro f’din id-Direttiva, fid-dawl ta’ kif is-sitwazzjoni Komunitarja ekonomika u monetarja tkun evolviet.

Artikolu 69

Implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(1)(m), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 51(2)(g), (3) u (4), l-Artikolu 60(2) u l-Artikolu 66(1) sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Ġunju 2004. Għġandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex huma jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) sa mhux iktar tard mis-17 ta’ Novembru 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Qabel din id-data, l-istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjoni msemmija fl-Anness IV(1).

3. L-Istati Membri għandhom jadottaw sa l-20 ta’ Settembru 2003 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikoli 3(6), 27, 28, 29, 30 and 38. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għas-sorveljanza ta’ kontijiet għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2004 jew tul dik is-sena kalendarja. Qabel din i-ddata, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV(2) u (3).

4. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi (1), (2) u (3), għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

5. Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni għandha tissottmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3(6), 27, 28, 29, 30 u 38 u, jekk neċessarju, dwar il-bżonn għal armonizzazzjoni ulterjuri. Ir-rapport għandu jindika kif l-Istati Membri għamlu użu mill-possibilitajiet taħt dawk l-artikoli u, b’mod partikolari, jekk il-poteri ta’ diskrezjoni mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza irriżultaw f’differenzi maġġuri ta’ sorveljanza f’suq waħdieni.

Artikolu 70

Informazzjoni lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 71

Perjodu transitorju għall-Artikoli 3(6), 27, 28, 29, 30 u 38

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li fl-20 ta’ Marzu 2002 pprovdew assigurazzjoni fit-terriotrji tagħhom fi klassi waħda jew iktar imsemmija fl-Anness I, perjodu ta’ ħames snin, li jibda f’dik l-istess data, sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 3(6), 27, 28, 29, 30 u 38.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil kwalunkwe intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1, li ma’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin ma jkunux stabbilew kompletament il-marġini meħtieġ ta’ likwidità, perjodu ulterjuri li ma jeċċċedix sentejn biex fih jagħħmlu dan sakemm dawn l-intrapriżi, skond l-Artikolu 37, ssottomettew għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti l-miżuri li huma jipproponu li jieħdu għal dan il-għan.

Artikolu 72

Direttivi mħassra u l-korrelazzjoni tagħhom ma’ din id-Direttiva

1. Id-Direttivi elenkati fl-Anness V, il-parti A, huma hawnhekk imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni u għall-applikazzjoni tad-Direttivi msemmija elenkati fl-Anness V, il-parti B.

2. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 73

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 74

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Novembru 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 1.

[2] ĠU C 123, tal-25.4.2001, p. 24.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2001 (ĠU C 343, tal-5.12.2001, p. 202), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 170 E, tas-16.7.2002, p. 45) u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 11).

[5] ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 50. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1).

[6] ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[7] ĠU L 374. tal-31.12.1991, p. 7.

[8] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 17).

[9] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[11] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 32.

[12] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Directtiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[13] ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1.

[14] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20.

[15] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Directtiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[16] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

[17] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Klassijiet ta' assigurazzjoni

I. L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) bl-esklużjoni ta' dawk imsemmija f'II u III

II. Assigurazzjoni taż-żwieġ, assigurazzjoni tat-twelid

III. L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), li huma marbuta ma' fondi ta' investiment

IV. Assigurazzjoni permanenti tas-saħħa, msemmija fl-Artikolu 2(1)(d)

V. Tontini, msemmija fl-Artikolu 2(2)(a)

VI. Operazzjonijiet ta' redenzjoni ta' kapital, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b)

VII. Amministrazzjoni ta' fondi ta' grupp ta' pensjoni, msemmija fl-Artikolu 2(2)(ċ) u (d)

VIII. L-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(e)

IX. L-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)

--------------------------------------------------

ANNESS II

Regoli li jaqblu

Il-munita li fiha l-impenji ta’ l-assiguratur huma pagabbli għandhom jiġu determinati skond ir-regoli li ġejjin.

1. Meta l-kopertura provduta b’kuntratt hija espressa f’termini ta’ munita partikolari, l-impenji ta’ l-assiguratur huma kkunsidrati li għandhom ikunu pagabbli f’dik il-munita.

2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni biex ma jkoprux id-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, inklużi d-dispożizzjonijiet matematiċi tagħhom, b’assi li jaqblu jekk l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ hawn fuq kienet tirriżulta f’li l-intrapriża tkun obbligata, sabiex tikkonforma mal-prinċipju li jaqbel, li żżomm l-assi f’munita li tammonta għal mhux iktar minn 7 % ta’ l-assi li jeżistu f’muniti oħra.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jeħtieġux intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li japplikaw il-prinċipju li jaqbel meta impenji huma pagabbli f’munita oħra barra mill-munita ta’ Stat Membru wieħed, jekk l-investimenti f’dik il-munita huma regolati, jekk il-munita hija soġġetta għal restrizzjonijiet ta’ trasferiment jew jekk, għal raġunijiet simili, mhuwiex adattat li jiġu koperti dispożizzjonijiet tekniċi.

4. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni huma awtorizzati ma jżommux assi li jaqblu sabiex ikopru ammont li ma jeċċedix 20 % ta’ l-ipenni tagħhom f’munita partikolari.

Madankollu, assi totali fil-muniti kollha kkumbinati għandhom ikunu għall-inqas ugwali għall-impenji totali fil-muniti kollha kkumbinati.

5. Kull Stat Membru jista’ jipprovdi li, kull meta taħt il-proċeduri preċedenti impenn għandu jiġi kopert b’assi espressi fil-munita ta’ Stat Membru, din il-ħtieġa għandha wkoll tiġi kkunsidrata li hija sodisfatta meta l-assi huma espressi f’euro.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Informazzjoni għal titolari ta’ poloz

L-informazzjoni li ġejja, li għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza qabel ma l-kuntratt huwa konkluż (A) jew tul it-terminu tal-kuntratt (B), għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn.

Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tkun f’lingwa oħra jekk it-tiolari tal-polza jitlob hekk u l-liġi ta’ l-Istat Membru tippermetti dan jew it-tiolari tal-polza huwa liberu li jagħżel il-liġi applikabbli.

A. Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt

Informazzjoni dwar l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni | Informazzjoni dwar l-impenn |

(a)1L-isem ta’ l-intrapriża u l-forma ġuridika tagħha(a)2L-isem ta’ l-Istat Membru li fih l-uffiċju ewlieni u, meta approprjat, l-aġenzija jew il-fergħa li jikkonkludu l-kunratt jinstabu(a)3L-indirizz ta’ l-uffiċċju ewlieni u, meta approprjat, ta’ l-aġenziji jew il-fergħa li jikkonkludu l-kuntratt | (a)4Definizzjoni ta’ kull benefiċċju u kull għażla(a)5Terminu tal-kuntratt(a)6mezzi biex jiġi terminat il-kuntratt(a)7Mezz ta’ ħlas ta’ premiums u d-durata tal-pagamenti(a)8Mezz tal-kalkolu u d-distribuzzjoni ta’ bonuses(a)9Indikazzjoni ta’ valuri ta’ rinunzja u valuri mħallsa u l-estent li għalih huma garantiti(a)10Informazzjoni dwar il-premiums għal kull benefiċċju, kemm benefiċċji ewlenija u kemm benefiċċji supplimentari, meta approprjat(a)11Għal poloz marbuta ma’ unitajiet, definizzjoni ta’ l-untiajiet li huma marbuta magħhom il-benefiċċji(a)12Indikazzjoni tan-natura ta’ l-assi bażi għal poloz marbuta ma’ unitajiet(a)13Arranġamenti għal applikazzjoni tal-perjodu ta’cooling-off(a)14Informazzjoni ġenerali dwar arranġamenti tat-taxxa applikabbli għat-tip ta’ polza(a)15L-arranġamenti biex jiġu trattati ilmenti li jikkonċernaw kuntratti minn titolari ta’ poloz, ħajjiet assigurati jew benefiċjarji taħt kuntratti, inkluża, meta approprjat, l-eżistenza ta’ korp ta’ ilmenti mingħajr preġudizzju għad-dritt li jittieħdu proċeduri legali(a)16Liġi applikabbli għall-kuntratt meta l-partijiet m’għandhomx għażla libera jew, meta l-partijiet huma liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-assiguratur tal-liġi jipproponi li jagħżel |

B. Tul it-terminu tal-kuntratt

Informazzjoni dwar l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni | Informazzjoni dwar l-impenn |

(b)1Kwalunkwe bidla fl-isem ta’ l-intrapriża, il-forma legali tagħha jew l-indirizz ta’ l-uffiċċju prinċpali tagħha u, meta approprjat, ta’ l-aġenzija jew il-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt | (b)2L-informazzjoni kollha elenkata fil-punti (a)(4) sa (a)(12) ta’ A fil-każ ta’ bidla fil-kondizzjonijiet ta’ polza jew l-emenda tal-liġi applikabbli għall-kuntratt(b)3Kull sena, informazzjoni dwar l-istat tal-bonuses |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

1. Is-segretezza professjonali

Sas-17 ta’ Novembru 2002, l-Istati Membrui jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni, li jipprovdu għal skambji ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata hija soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva.

2. Attivitajiet u korpi esklużi minn din id-Direttiva

Sa l-1 ta’ Jannar 2004, din id-Direttiva m’għandhiex tikkonċerna assoċjazzjonijiet reċiproċi, meta:

- l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jikkontjenu dispożizzjonijiet biex jissejħu kontribuzzjonijiet addizzjonali jew biex jitnaqqsu l-benefiċċji tagħhom jew biex tintalab assistenza minn persuni oħra li ħaduha fuqhom li jipprovduha, u

- d-dħul tal-kontribuzzjoni annwali għall-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva ma jeċċedix EUR 500000 għal tliet snin konsekuttivi. Jekk dan l-ammont jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba sena.

3. Sa l-1 ta’ Jannar 2004, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

A. Il-marġini ta’ likwidità

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ minn kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċju prinċipali tagħha jinstab fit-territorju tagħha marġini adegwat ta’ likwidità fir-rigward tan-negozju intier tagħha.

Il-marġini ta’ likwidità għandu jikkonsisti fi:

1. l-assi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni liberi minn kwalunkwe responsabbiltajiet previsti, inqas xi partiti intanġibbli. B’mod partikolari dan li ġej għandu jiġi inkluż:

- il-kapital ta’ l-ishma imħallas jew, fil-każ ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni reċiproka, il-fond inizjali effettiv b’żieda ta’ kwalunkwe kontijiet tal-membri li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni għandhom jistipulaw li l-pagamenti jistgħu isiru minn dawn il-kontijiet biss li membri sa fejn dan ma jikkawżax il-marġini ta’ likwidità biex jaqa’ taħt il-livell meħtieġ, jew, wara d-dissoluzzjoni ta’ l-intrapriża, jekk id-debiti l-oħra kollha ta’ l-intrapriża ġew issodisfati;

(b) il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni għandhom jistipulaw, fir-rigward ta’ kwalunkwe pagamenti ta’ dan it-tip għal raġunijiet ta’ xort’oħra mit-terminazzjoni individwali ta’ sħubija, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu notifikati mill-inqas xahar bil-quddiem u jistgħu jipprojbixxu l-pagament f’dak il-perjodu;

(ċ) id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jistgħu jiġu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda, mingħajr preġudizzju għall-kriterji dikjarati f’(a) u (b),

- nofs il-kapital ta’ l-ishma mhux imħallas jew il-fond inizjali, ladarba il-parti mħallsa tammonta għal 25 % ta’ dak il-kapital jew il-fond ta’ l-ishma,

- riservi (riservi statutorji u riservi liberi) li ma jikkorrispondux għal responsabbiltajiet ta’ underwriting,

- kwalunkwe profitti miġjuba’ l quddiem,

- kapital preferenzjali kumulattiv ta’ l-ishma u kapital ta’ self subordinat jistgħu jiġu inklużi imma, jekk il każ, biss sa 50 % tal-marġini, li mhux aktar minn 25 % minnu għandu jikkonsisti f’self subordinat b’maturità fissa, jew kapital preferenzjali kumulattiv ta’ l-ishma b’terminu fiss, jekk il kriterji minimi li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, għandu jeżisti ftehim li jorbot li taħtu l-kapital subordinat tas-self jew il-kapital preferenzjali ta’ l-ishma jikkwalifika wara l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u ma jitħallasx lura sakemm id-debiti l-oħra kollha pendenti fil-ħin ikunu ġew issodisfati.

Kapital subordinat ta’ self għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(b) biss fondi kompletament imħallsa għandhom jiġu kkunsidrati;

(ċ) għal self b’maturità fissa, il-maturità oriġinali għandha tkun mill-inqas ħames snin. Sa mhux iktar tard minn sena qabel id-data ta’ ripagament, l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom pjan li juri kif il-marġini ta’ likwidità jinżamm jew jinġjieb għal-livell meħtieġ mal-maturità, sakemm l-estent li għalih jista’ jikkwalifika s-self bħala komponent tal-marġini ta’ likwidità ma jitnaqqasx gradwalment tul mill-inqas l-aħħar ħames snin qabel id-data ta’ ripagament. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-ripagament kmieni ta’ dan is-self sakemm issir applikazzjoni mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tagħmel il-ħruġ u l-marġini ta’ likwidità tagħha ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(d) self li l-maturità tiegħu mhuwiex iffissat għandu jkun ripagabbli biss soġġett għal notifika ta’ ħames snin sakemm is-self ma jiġix ikkunsidrat iktar bħala komponent tal-marġini ta’ likwidità jew sakemm il-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti ma jiġix speċifikament meħtieġ għal ripagament kmieni. Fil-każ ta’ l-aħħar l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tinotifika lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas sitt xhur qabel id-data tar-ripagament propost, u tispeċifika il-marġini ta’ likwidità attwali u dak meħtieġ kemm qabel u wara dak ir-ripagament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw ir-ripagament biss jekk il-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(e) il-ftehim tas-self m’għandux jinkludi kwalunkwe klawżola li tipprovdi li f’ċirkostanzi speċifikati, barra mill-għeluq ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, id-debitu isir ripagabbli qabel id-dati miftiehma ta’ ripagament;

(f) il-ftehim tas-self jista’ jiġi emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda,

- titoli b’ebda data ta’ maturità speċifikata u strumenti oħra li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin, inklużi ishma preferenzjali kumulattivi barra minn dawk imsemmija fil-ħames inċiż, sa 50 % tal-marġini għat-total ta’ dawn it-titoli u l-kapital subordinat ta’ self imsemmi fil-ħames inċiż:

(a) ma jistgħux jiġu ripagati fuq l-inizjattiva tal-bearer jew mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti;

(b) il-kuntratt tal-ħruġ għandu jkun jista’ jippermetti lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tiddeferixxi l-pagament ta’ imgħax fuq is-self;

(ċ) il-pretensjonijiet ta’ min jagħmel is-self fuq l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandhom jikkwalifikaw intierament wara dawk tal-kredituri kollha mhux subordinati;

(d) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli għandhom jipprovdu għall-kapaċità ta’ l-assorbiment tas-self tad-debitu u ta’ l-imgħax mhux imħallas, waqt li jippermetti lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tkompli n-negozju tagħha;

(e) biss ammonti kompletament imħallsa jista’ jittieħed kont tagħhom.

2. sa fejn awtorizzati taħt il-liġi nazzjonali, ir-riservi ta’ profitt li jidhru fil-balance sheet meta jistgħu jintużaw sabiex ikopru xi telf li jista’ jirriżulta u meta ma sarux disponibbli għad-distribuzzjoni lil titolari ta’ poloz;

3. ma’ l-applikazzjonim bi provi ta’ sostenn, mill-intrapriża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-uffiċċju ewlieni jinstab u bil-kunsens ta’ dik l-awtorità:

(a) ammont ugwali għal 50 % tal-profitti futuri ta’ l-intrapriża; l-ammont tal-profitti futuri għandu jiġi ottenut bil-multiplikazzjoni tal-profitt annwali stmat b’fattur li jirrappreżenta l-perjodu medju li baqa’ fuq il-poloz; il-fattur użat ma jistax jeċċedi 10; il-profitt annwali stmat għandu jkun il-medja aritmetika tal-profitti magħmula tul-l-aħħar ħames snin fl-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.

Il-bażijiet għall-kalkolu tal-fattur li għandu jiġi mmultiplikat bih il-profitt annwali stmat u l-partiti li jinkludu l-profitti magħmula għandhom jiġu definiti b’kunsens komuni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni. Fl-istennija ta’ dan il-ftehim, dawk il-partiti għandhom jiġu determinati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru lokali.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddefinixxew il-kunċett ta’ profitti magħmula, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għall-armonizzazzjoni ta’ dan il-kunċett permezz ta’ Direttiva dwar l-armonizzazzjoni tal-kontijiet annwali ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tipprovdi għall-koordinazzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 78/660/KEE;

(b) meta Zillmerising mhuwiex prattikat jew meta, jekk prattikat, huwa inqas mit-tagħbija għal spejjeż ta’ akkwist inklużi fil-premium, id-differenza bejn dispożizzjoni matematika mhux Zillmerised jew Zillmerised parzjalment u dispożizzjoni matematika Zillmerised b’rata ugwali għat-tagħbija għal spejjeż ta’ akkwist inklużi fil-premium; din il-figura ma tistax, madanakollu, teċċedi 3,5 % tas-somma tad-differenzi bejn is-somom kapitali rilevanti ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u d-dispożizzjonijiet matematiċi għall-poloz kollha li għalihom huwa possibbli Zillmerising ; id-differenza għandha titnaqqas bl-ammont ta’ kwalunkwe spejjeż ta’ akkwist mhux deprezzati iskritti bħala ass

(ċ) meta tingħata approvazzjoni minn awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun qiegħda ssegwi l-attivitajiet tagħha kwalunkwe riservi moħbija li jirriżultaw minn nuqqas ta’ stima ta’ assi u stima żejda ta’ responsabbiltajiet barra minn dispożizzjonijiet matematiċi sa fejn dawn ir-riservi moħbija mhumiex ta’ natura eċċezzjonali.

B. Marġini minimu ta’ likwidità

Soġġett għas-sezzjoni Ċ, il-marġini minimu ta’ likwidità għandu jiġi determinat kif muri taħt skond il-klassijiet ta’ assigurazzjoni sottoskritti.

(a) Għat-tipi ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta’ din id-Direttiva barra minn assigurazzjoni marbuta ma’ fondi ta’ invetiment u għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ din id-Direttiva, għandha tkun ugwali għas-somma taż-żewġ riżultati li ġejjin:

- l-ewwel riżultat:

frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi li jirrelataw għan-negozju dirett gross ta’ ċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni u għal aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni għandhom jiġu mmultiplikati bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tad-dispożizzjonijiet matematiċi totali netti minn ċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni għad-dispożizzjonijiet matematiċi totali grossi kif speċifikat fuq; dak il-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun inqas minn 85 %,

- it-tieni riżultat:

għal poloz li fuqhom il-kapital f’riskju mhuwiex figura negattiva, frazzjoni ta’ 0,3 % ta’ dan il-kapital sottoskritti mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tal-kapital totali f’riskju miżmum bħala r-responsabbiltà ta’ l-intrapriża wara ċessjonijiet u retroċessjonijiet ta’ riassigurazzjoni għall-kapital totali f’riskju gross ta’ riassigurazzjoni; dak il-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun inqas minn 50 %

Għal assigurazzjoni temporanja fuq il-mewt ta’ terminu massimu ta’ tiet snin il-frazzjoni ta’ hawn fuq għandha tkun 0,1 %; għal din l-assigurazzjoni ta’ terminu ta’ iktar minn tliet snin imma mhux iktar minn ħames snin, il-frazzjoni ta’ hawn fuq għandha tkun 0,15 %.

(b) Għall-assigurazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ din id-Direttiva, għandha tkun ugwali għar-riżultat tal-kalkolu li ġej:

- il-premiums jew il-kontribuzzjonijiet (inklużi l-piżijiet anċillari għall-premiums jew il-kontribuzzjonijiet) dovuti fir-rigward ta’ negozju dirett fl-aħħar sena finanzjarja fir-rigward tas-snin finanzjarji kollha għandhom jiġu aggregati,

- ma’ dan l-aggregat għandu jiżdied l-ammont tal-premiums aċċettat għar-riassigurazzjoni kollha fl-aħħar sena finanzjarja,

- minn din is-somma għandu mbagħad jitnaqqas l-ammont totali ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet ikkanċellati fl-aħħar sena finanzjarja kif ukoll l-ammont totali ta’ taxxi u imposti li jappartjenu għall-premiums jew għall-kontribuzzjonijiet li jidħlu fl-aggregat.

L-ammont hekk ottenut għandu jinqasam f’żewġ porzjonijiet, l-ewwel li jestendi sa EUR 10 miljun u t-tieni li jinkludi l-eċċess; 18 % u 16 % ta’ dawn il-porzjonijiet rispettivament għandhom jiġu kkalkolati u miżjuda flimkien.

Ir-riżultat għandu jiġi ottenut bil-moltiplikazzjoni tas-somma hekk ikkalkolata bil-proporzjon eżistenti fir-rigward ta’ l-aħħr sena finanzjarja bejn l-ammont ta’ pretensjonijiet li jibqa’ biex jiġi sodisfatt mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni wara t-tnaqqis tat-trasferimenti u l-ammont gross ta’ pretensjonijiet; dan il-proporzjon ma jista f’ebda każ ikun inqas minn 50 %.

Fil-każ ta’ l-assoċjazzjoni ta’ underwriters magħrufa bħala Lloyd’s , il-kalkolu tal-marġini ta’ likwidità għandu jsir fuq il-bażi ta’ premiums netti, li għandhom jiġu mmultiplikati b’perċentwali ta’ rata uniformi ffissata annwalment mill-awtorità kompetenti ta’ l-uffiċċju ewlieni ta’ l-Istat Membru. Din il-perċentwali ta’ rata uniformi għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-data statistika l-iktar riċenti fuq kommissjonijiet imħallsa. Id-dettalji flimkien mal-kalkoli rilevanti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li fit-territorju tagħhom huwa stabbilit Lloyd’s.

(ċ) Għal assigurazzjoni tas-saħħa permanenti mhux soġġetta għal kanċellament imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) ta’ din id-Direttiva, u għal operazzjonijeit ta’ redenzjoni ta’ kapital imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tagħha, għandha tkun ugwali għal frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi kkalkolati in konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel riżultat f’(a) ta’ din is-sezzjoni.

(d) Għal tontini, msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) ta’ din id-Diretiva, għandha tkun ugwali għal 1 % ta’ l-assi tagħhom.

(e) Għall-assigurazzjoni koperta bl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta’ din id-Direttiva marbuta ma’ fondi ta’ investiment u għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(20(ċ), (d) u (e) ta’ din id-Direttiva għandha tkun ugwali għal:

- frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi, kkalkolata in konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel riżultat f’(a) ta’ din is-sezzjoni sa fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jkollha riskju ta’ investiment, u frazzjoni ta’ 1 % tad-dispożizzjonijiet ikkalkolati bl-istess mod, sa fejn l-intrapriża ma jkollha ebda riskju ta’ investiment sakemm dak it-terminu tal-kuntratt jeċċedi ħames snin u l-allokazzjoni sabiex jiġu koperti spejjeż ta’ l-amministrazzjoni stabbilita fil-kuntratt hija ffissata għal perjodu li jeċċedi ħames snin, u

- frazzjoni ta’ 0,3 % tal-kapital f’riskju kkalkolata in konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tat-tieni riżultat ta’ (a) ta’ din is-sezzjoni sa fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkopri riksju ta’ mewt.

Ċ. Fond ta’ garanzija

1. Terz tal-marġini meħtieġ ta’ likwidità kif speċifikat fis-sezzjoni B għandu jikkostitwixxi l-fond ta’ garanzija. Soġġett għall-paragrafu 2 ta’ din is-sezzjoni, mill-inqas 50 % ta’ dan il-fond għandu jikkonsisti f’partiti elenkati fis-sezzjoni A(10 u (2).

2. (a) Il-fond ta’ garanzija ma jistax, madanakollu, jkun inqas minn minimu ta’ EUR 800000.

(b) Kwalunkwe Stat Membru jista’ jipprovdi għall-minimu tal-fond ta’ garanzija biex jitnaqqas għal EUR 600000 fil-każ ta’ assoċjazzjonijiet rċeiproċi u assoċjazzjonijiet tat-tip reċiproku u tontini.

(ċ) Għal assoċjazzjonijiet reċiproċi msemmija fit-tieni sentenza tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3(6) ta’ din id-Direttiva, kif jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għal tontini, kwalunkwe Stat Membru jista’ jippermetti l-istabbiliment ta’ minimu tal-fond ta’ garanzija ta’ EUR 100000 sabiex jiżdied progressivament għall-ammont iffissat f(b) ta’ din i-ssezzjoni bi pagamenti gradwali suċċessivi ta’ EUR 100000 kull meta l-kontribuzzjonijiet jiżdiedu b’EUR 500000.

(d) Il-minimu tal-fond ta’ garanzija msemmi f’(a), (b) u (ċ) ta’ din is-sezzjoni għandu jikkonsisti fil-partiti elenkati fis-sezzjoni A(1) and (2).

3. Assoċjazzjonijiet reċiproċi li jixtiequ jestendu n-negozju tagħhom fi-ssens ta’ l-Artikolu 6(4) jew l-Artikolu 40 ta’ din id-Direttiva jistgħu jagħmlu dan sakemm ma jikkonformawx immedjatament mal-ħtiġiet tal-paragrafu 2(a) u (b) ta’ din it-taqsima.

--------------------------------------------------

ANNESS V

PARTI A

Direttivi mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmi fl-Artikolu 72)

Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE

Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE

Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE

Direttiva 95/26/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (biss l-Artikolu 1, it-tieni inċiż, l-Artikolu 2(2), ir-raba’ inċiż, u l-Artikolu 3(1) fir-rigward tar-referenzi magħmula għad-Direttiva 79/267/KEE)

Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE

Tielet Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE

Tielet Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE

Direttiva 95/26/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (biss l-Artiolu 1, it-tieni inċiż, l-Artikolu 2(1), it-tielet inċiż, l-Artikolu 4(1), (3), (5) u l-Artikolu 5, it-tielet inċiż, fir-rigward ta’ referenzi magħmula lid-Direttiva 92/96/KEE).

Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (l-Artikolu 2, fir-rigward ta’ referenzi magħmula lid-Direttiva 92/96/KEE)

Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (l-Artikolu 2)

PARTI B:

Terminu perentorju għall-implimentazzjoni

(Imsemmi fl-Artikolu 72)

Direttiva | Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Limiti ta’ żmien għal applikazzjoni |

79/267/KEE (ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1) | il-15 ta’ Settembru 1980 | il-15 ta’ Settembru 1981 |

90/619/KEE (ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 50) | l-20 ta’ Novembru 1992 | l-20 ta’ Mejju 1993 |

92/96/KEE (ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1) | il-31 ta’ Diċembru 1993 | l-1 ta’ Lulju 1994 |

95/26/KE (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7) | it-18 ta’ Lulju 1996 | it-18 ta’ Lulju 1996 |

2000/64/KE (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27) | is-17 ta’ Novembru 2002 | is-17 ta’ Novembru 2002 |

2002/12/KE (ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 11) | l-20 ta’ Settembru 2003 | l-1 ta’ Jannar 2004 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Tabella ta’ korrelazzjoni

Din id-Direttiva. | Direttiva 79/267/KEE | Direttiva 90/619/KEE | Direttiva 92/96/KEE | Direttiva 95/26/KE | Atti Oħra | |

Artikolu 1(1)(a) | | | Artikolu 1(a) | | | |

Artikolu 1(1)(b) | | Artikolu 3 | Artikolu 1(b) | | | |

Artikolu 1 (1)(ċ) | | Artikolu 2(ċ) | | | | |

Artikolu 1 (1) (d) | | | Artikolu 1(ċ) | | | |

Artikolu 1(1)(e) | | | Artikolu 1(d) | | | |

Artikolu 1 (1) (f), | | | Artikolu 1(e) | | | |

Artikolu 1(1)(g) | | Artikolu 2(e) | | | | |

Artikolu 1(1)(h) sa (l) | | | Artikolu 1(f) sa (j) | | | |

Artikolu 1(1)(m) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 1(1)(n) | | | Artikolu 1(1) | | | |

Artikolu 1(1)(o), (p), (q) | Artikolu 5(b), (ċ) u (d) | | | | | |

Artikolu 1(1)(r) | | | | Artikolu 2(1) | | |

Artikolu 1(2) | Artikolu 5(a), it-tieni sentenza | | | | | |

Artikolu 2 | Artikolu 1 | | | | | |

Artikolu 3(1) sa (4) | Artikolu 2 | | | | | |

Artikolu 3(5) u (6) | Artikolu 3 | | | | | |

Artikolu 3(7) | Artikolu 4 | | | | | |

Artikolu 3(8) | | | | | L-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, adattat bid-Deċiżjoni 95/1/KE, Euratom, KEFA | |

Artikolu 4 | Artikolu 6 | | | | | |

Artikolu 5 | Artikolu 7 | | | | | |

Artikolu 6(1) | Artikolu 8(1) | | | | | |

Artikolu 6(2) | Artikolu 8(1) l-aħħar tliet subparagrafi | | | | | |

Artikolu 6 (b) | Artikolu 8(1)a | | | | | |

Artikolu 6(4) | Artikolu 8(2) | | | | | |

Artikolu 6(5) | Artikolu 8 (b) | | | | | |

Artikolu 6(6) | Artikolu 8(4) | | | | | |

Artikolu 7 | Artikolu 9 | | | | | |

Artikolu 8 | | | Artikolu 7 | | | |

Artikolu 9 | Artikolu 12 | | | | | |

Artikolu 10 | Artikolu 15 | | | | | |

Artikolu 11 | Artikolu 16 | | | | | |

Artikolu 12 | Artikolu 22(1) | | | | | |

Artikolu 13 | Artikolu 23 | | | | | |

Artikolu 14(1) sa (5) | | | Artikolu 11(2) sa (6) | | | |

Artikolu 15 | | | Artikolu 14 | | | |

Artikolu 16(1) sa (5) | | | Artikolu 15(1) sa (5) | | | |

Artikolu 16(6) | | | Artikolu 15(5)(a) | | | |

Artikolu 16(7) | | | Artikolu 15(5)(b) | | | |

Artikolu 16(8) | | | Artikolu 15 (5)(ċ) | | | |

Artikolu 16(9) | | | Artikolu 15(6) | | | |

Artikolu 17 | | | Artikolu 15(a) | | | |

Artikolu 18(1) u (2) | Artikolu 13(1) u (2) | | | | | |

Artikolu 18 (b) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 18(4) sa (7) | Artikolu 13(3) sa (7) | | | | | |

Artikolu 19 | Artikolu 14 | | | | | |

Artikolu 20 | Artikolu 17 | | | | | |

Artikolu 21 | | | Artikolu 19 | | | |

Artikolu 22 | | | Artikolu 20 | | | |

Artikolu 23(1) | | | Artikolu 21(1) l-ewwel subparagrafu | | | |

Artikolu 23(2) | | | Artikolu 21(1) it-tieni subparagrafu | | | |

Artikolu 23(3) l-ewwel subparagrafu | | | Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu | | | |

Artikolu 23(3) it-tieni subparagrafu | | | Artikolu 21(1) ir-raba’ subparagrafu | | | |

Artikolu 23(4) | | | Artikolu 21(2) | | | |

Artikolu 24 | | | Artikolu 22 | | | |

Artikolu 25 | | | Artikolu 23 | | | |

Artikolu 26 | | | Artikolu 24 | | | |

Artikolu 27 | Artikolu 18 | | | | | |

Artikolu 28 | Artikolu 19 | | | | | |

Artikolu 29 | Artikolu 20 | | | | | |

Artikolu 30 | Artikolu 20a | | | | | |

Artikolu 31 | Artikolu 21 | | | | | |

Artikolu 32 | | Artikolu 4 | | | | |

Artikolu 33 | | | Artikolu 28 | | | |

Artikolu 34 | | | Artikolu 29 | | | |

Artikolu 35 | | Artikolu 15 | | | | |

Artikolu 36 | | | Artikolu 31 | | | |

Artikolu 37 | Artikolu 24 | | | | | |

Artikolu 38 | Artikolu 24a | | | | | |

Artikolu 39 | Artikolu 26 | | | | | |

Artikolu 40 | Artikolu 10 | | | | | |

Artikolu 41 | | Artikolu 11 | | | | |

Artikolu 42 | | Artikolu 14 | | | | |

Artikolu 43 | | Artikolu 17 | | | | |

Artikolu 44 | | | Artikolu 38 | | | |

Artikolu 45 | | | Artikolu 39(2) | | | |

Artikolu 46(1) sa (9) | | | Artikolu 40(2) sa (10) | | | |

Artikolu 47 | | | Artikolu 41 | | | |

Artikolu 48 | | | Artikolu 42(2) | | | |

Artikolu 49 | | | Artikolu 43(2) | | | |

Artikolu 50(1) | | | Artikolu 44(2) l-ewwel subparagrafu | | | |

Artikolu 50(2) | | | Artikolu 44(2) it-tieni subparagrafu | | | |

Artikolu 50 (b) | | | Artikolu 44(2) it-tielet subparagrafu | | | |

Artikolu 51(1) to (2)(f) | Artikolu 27(1) sa (2)(f) | | | | | |

Artikolu 51(2)(g) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 51(3) u (4) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 52 | Artikolu 31 | | | | | |

Artikolu 53 | Artikolu 31a | | | | | |

Artikolu 54 | Artikolu 28 | | | | | |

Artikolu 55 | Artikolu 29 | | | | | |

Artikolu 56 | Artikolu 30 | | | | | |

Artikolu 57 | Artikolu 32 | | | | | |

Artikolu 58 | Artikolu 32a | | | | | |

Artikolu 59(1) | Artikolu 32b(1) | | | | | |

Artikolu 59(2) | Artikolu 32b(2) | | | | | |

Artikolu 59 (b) | Artikolu 32b(3) | | | | | |

Artikolu 59(4) | Artikolu 32b(4) | | | | | |

Artikolu 59(5) | Artikolu 32b(5) | | | | | |

Artikolu 59(6) | Artikolu 32b(7) | | | | | |

Artikolu 60(1) | Artikolu 33(4) | | | | | |

Artikolu 60(2) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 61 | Artikolu 37 | | | | | |

Artikolu 62, l-ewwel subparagrafu | Artikolu 38 | Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu | | | | |

Artikolu 62, it-tieni subparagrafu | | sar-raba’ subparagrafu Artikolu 28, it-tieni subparagrafu sar raba’ subparagrafu | | | | |

Artikolu 63 | | Artikolu 29 | | | | |

Artikolu 64 | | | Artikolu 47 | | | |

Artikolu 65 | | | Artikolu 47 | | | |

Artikolu 66(1), l-ewwel subparagrafu | | | | | | Ġdid |

Artikolu 66(1) it-tieni subparagrafu | | | Artikolu 48(1) | | | |

Artikolu 66(2) | | | Artikolu 48(2) | | | |

Artikolu 67 | | | Artikolu 50 | | | |

Artikolu 68(1) | Artikolu 39(1) | | | | | |

Artikolu 68(2) | Artikolu 39 (b) | | | | | |

Artikolu 69(1) | | | | | | Ġdid |

Artikolu 69(2) | | | | | sar raba’ subparagrafu2000/64/KE, Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu | |

Artikolu 69 (b) | | | | | Direttiva 2002/12/KE, Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, u Direttiva 2000/ 64/KE, Artikolu 3(2) | |

Artikolu 69(4) | | | | | Direttiva 2000/64/ KE, Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, u Direttiva 2002/12/KE, Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu | |

Artikolu 69(5) | | | | | Direttiva 2002/12/ KE, Artikolu 3(4) | |

Artikolu 70 | Artikolu 41 | Artikolu 31 | Artikolu 51(2) | Artikolu 6(2) | Direttiva 2000/64/KE, Artikolu 3(2), u Direttiva 2002/12/KE, Artikolu 3(3) | |

Artikolu 71 | | | | | Direttiva 2002/12/KE, Artikolu 2 | |

Artikolu 72 | | | | | | |

Artikolu 73 | | | | | | |

Artikolu 74 | | | | | | |

Anness I | Anness | | | | | |

Anness II | | | Anness I | | | |

Anness III | | | Anness II | | | |

Anness IV: | | | | | | |

Anness V | | | | | | |

Anness VI | | | | | | |

--------------------------------------------------