32002L0028



Official Journal L 077 , 20/03/2002 P. 0023 - 0025


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2002/28/KE

tad-19 ta' Marzu 2002

li temenda ċerti annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità([1]), kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 (c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1) Minn informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit ibbażata fuq stħarriġ aġġornati jidher li ż-żona protetta rikonoxxuta għad-Dendroctonus micans Kugelan fir-Renju Unit għandha tkun immodifikata.

(2) Minn informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit fuq il-preżenza tal-virus nekrotiku tal-vina safra tax-xitla tal-pitravi jidher li mhux iżjed xieraq li tinżamm iż-żona protetta għar-Renju Unit kollu fir-rigward tal-virus nekrotiku tal-vina safra tax-xitla tal-pitravi imma għandha tkun ristretta għall-Irlanda ta' Fuq biss.

(3) Minn informazzjoni mogħtija mill-Italja d-deskrizzjoni taż-żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandha tkun immodifikata biex tikkonsidra d-distribuzzjoni preżenti ta' l-organiżmu.

(4) Id-deskrizzjoni taż-żoni protetti rrelatati mal-pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fir-rigward tar-rekwiżiti speċjali li għandhom jiġu sodisfatti biex jikkunsidraw id-distribuzzjoni preżenti ta' l-organiżmu.

(5) Minn informazzjoni mogħtija minn Franza dwar il-preżenza tal-Matsucoccus feytaudi Duc. jidher li mhuwiex aktar xieraq li tinżamm iż-żona protetta għal dan l-organiżmu.

(6) Għalhekk, id-Direttiva 2000/29/KE għandha tkun emendata kif xieraq.

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati bi qbil mal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Marzu 2002 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2002.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din it-tip ta' referenza .

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lejn il-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id-19 ta' Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

1. F'Anness I, il-Parti B (b) (1), fil-kolonna tal-lemin "UK" hija mibdula bi "UK (Irlanda ta' Fuq)".

2. L-Anness II, il-Parti B huwa emendat kif ġej:

(a) taħt l-intestatura (a), fil-punt 3, l-iskrizzjoni fit-tielet kolonna hija mibdula b'dan li ġej:

EL, IRL, UK (Skozja, Irlanda ta' Fuq, Jersey, Ingilterra: il-konteji, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath and North East Somerset, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, East Riding of Yorkshire, East Sussex, Essex, Gateshead, Greater London, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston upon Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, Medway Council, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle upon Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, North Lincolnshire, North East Lincolnshire, North Tyneside, North West Somerset, Nottingham City, Nottingham-shire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar u Cleveland, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, South Tyneside, Stockton-on-Tees, Suffolk, Sunder-land, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, West Sussex, Windsor and Maidenhead, Wokingham, York, the Isle of Man, the Isle of Wight, the Isles of Scilly, u l-partijiet segwenti tal-pajjiżi, d-distretti u l-awtoritajiet unitarji; Derby City: dik il-parti ta' l-awtorità unitarja li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A52(T) flimkien ma' dik il-parti ta' l-awtorità unitarja li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A52(T) u dik il-parti tal-pajjiż li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A6(T); Gloucestershire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman, flimkien ma' dik il-parti tal-kontea li tinsab fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tinsab fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tal-motorway MI; North Yorkshire: il-kontea kollha, minbarra dik il-parti tal-kontea li tinkludi d-distrett ta' Craven; South Gloucestershire: dik il-parti ta' l-awtorità unitarja li tinsab fin-nofsinhar tal-fruntiera tan-nofsinhar tal-motorway M4; Staffordshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq A52(T) u dik il-parti tal-kontea li qiegħda fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq A523; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fin-nofsinhar tal-fruntiera tan-nofsinhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li qiegħda fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman;

(b) taħt l-intestatura (a), il-punt 7 huwa mħassar;

(ċ) taħt l-intestatura (b), fil-punt 2, l-iskrizzjoni fit-tielet kolonna hija mibdula b'dan li ġej:

E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sicily; Tuscany; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta' Bolzano u Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: għajr il-provinċja ta' Rovigo il-komuni Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago (il-porzjon tat-territorju komunali li jinsab fil-grigal tat-triq nazzjonali Transpolesana), Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari),

A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria, Vienna),

P,

FI,

UK (l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)';

3. Fl-Anness III, il-Parti B (b)(1), il-kolonna tan-naħa tal-lemin hija mibdula b'dan li ġej:

E,

F (Corsica),

IRL,

I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; It-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta' Bolzano u Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: għajr fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago (il-porzjon tat-territorju komunali li jinsab fil-grigal tat-triq nazzjonali Transpolesana), Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari),

A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria, Vienna),

P,

FI,

UK (l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)';

4. L-Anness IV, il-Parti B huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punti 1, 7, u 14.1, l-iskrizzjoni fit-tielet kolonna hija mibdula b'dan li ġej:

EL,

IRL,

UK (Skozja, Irlanda ta' Fuq, Jersey, Ingilterra: il-konteji, d-distretti u l-awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath u North East Somerset, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, East Riding of Yorkshire, East Sussex, Essex, Gateshead, Greater London, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston upon Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, Medway Council, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle upon Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, North Lincolnshire, North East Lincolnshire, North Tyneside, North West Somerset, Nottingham City, Nottingham-shire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar and Cleveland, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, South Tyneside, Stockton-on-Tees, Suffolk, Sunder-land, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, West Sussex, Windsor u Maidenhead, Wokingham, York, l-Isle of Man, l-Isle of Wight, il-Isles of Scilly, u l-partijiet tal-konteji, d-distretti u l-awtoritajiet unitarji; Derby City: dik il-parti tal-awtorità unitarja li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A52(T) flimkien ma' dik il-parti tal-awtorità unitarja li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A52(T) u dik il-parti tal-kontea li qiegħda fit-tramuntana tal-fruntiera tat-tramuntana tat-triq A6(T); Gloucestershire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fil-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman, flimkien ma' dik il-parti tal-kontea li tinsab fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tinsab fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tal-motorway MI; North Yorkshire: il-kontea kollha, minbarra dik il-parti tal-kontea li tinkludi d-distrett ta' Craven; South Gloucestershire: dik il-parti ta' l-awtorità unitarja li tinsab fin-nofsinhar tal-fruntiera tan-nofsinhar tal-motorway M4; Staffordshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq A52(T) u dik il-parti tal-kontea li qiegħda fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq A523; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fl-lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li qiegħda fin-nofsinhar tal-fruntiera tan-nofsinhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li qiegħda fi lvant tal-fruntiera tal-lvant tat-triq Fosse Way Roman;

(b) il-punti 6.2, 14.7 huma mħassra;

(c) fil-punti 20.1, 20.2, 22, 23, 25.1, 25.2, 26, 27.1, 27.2, u 30 fit-tielet kolonna "UK" hija mibdula bi "UK (Irlanda ta' Fuq)";

(d) fil-punt 21, l-iskrizzjoni fit-tieni kolonna fi (a) hija mibdula b'dan li ġej:

il-pjanti li joriġinaw fiż-żoni protetti

E,

F (Korsika),

IRL,

I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta' Bolzano u Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: għajr fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago (il-porzjon tat-territorju komunali li jinsab fil-grigal tat-triq nazzjonali Transpolesana), Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari),

A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, it-Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria, Vienna),

P,

FI,

UK (l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)';

(e) fil-punt 21, l-iskrizzjoni fit-tielet kolonna hija mibdula b'dan li ġej:

,

F (Korsika),

IRL,

I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta' Bolzano u Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: għajr fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago (il-porzjon tat-territorju komunali li jinsab fil-grigal tat-triq nazzjonali Transpolesana), Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari),

A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria, Vienna),

P,

FI,

UK (l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)';

[1] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 127, 9.5.2001, p. 42.