Official Journal L 080 , 23/03/2002 P. 0029 - 0034
Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 137(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha f’Artikolu 251 [4], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni nhar it-23 ta’ Jannar 2002, Billi: (1) Bis-saħħa ta’ Artikolu 136 tat-Trattat, għan partikolari tal-Komunità u tal-Istati Membri huwa li jippromwovu d-djalogu soċjali bejn il-management u l-ħaddiema. (2) Il-Punt 17 taċ-Charter Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema tipprovdi, inter alia, li l-informazzjoni, l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni għall-ħaddiema għandhom ikunu żvillupati ma tul linji xierqa, billi jittieħed akkont tal-prattiċi eżistenti fl-Istati Membri differenti. (3) Il-Kummissjoni kkonsultat lill-management u lill-ħaddiema fil-livell tal-Komunità dwar id-direzzjoni possibli ta’ azzjoni tal-Komunità dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati f’intrapriżi fi ħdan il-Komunità. (4) Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-azzjoni Komunitarja kienet ġiet mogħtija parir u għall-darba’ oħra konsultat lill-management u lill-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta ppjanata; il-management u l-ħaddiema ppreżentaw l-opinjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni. (5) Wara li wettqu dan it-tieni stadju ta’ konsultazzjoni, il-management u l-ħaddiema ma nfurmawx lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess potenzjali li jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim. (6) L-eżistenza tal-oqfsa legali fil-livell nazzjonali u tal-Komunità intiżi biex jassiguraw li l-impjegati jkunu nvoluti fin-negozju ta’ l-impriża li timpjeghom u fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom mhux dejjem żammet deċiżjonijiet serji li jaffettwaw lill-impjegati milli jkunu meħuda u magħmula pubbliċi mingħajr mal-proċeduri adekwati jkunu ġew implementati minn qabel biex jinfurmawhom u jikkonsultawhom. (7) Hemm ħtieġa biex jissaħħaħ id-djalogu biex iħeġġeġ il-fiduċja reċiproka fi ħdan l-impriżi sabiex itejjeb l-anteċipazzjoni tar-riskju, jagħmel l-organizzazzjoni tax-xogħol aktar flessibli u jiffaċilita l-aċċess ta’ l-impjegati għal taħriġ fi ħdan l-impriża waqt li tinżamm is-sigurtà, tagħmel lill-impjegati aktar konxi dwar il-ħtieġa ta’ adattzzjoni, iżżid id-disponibbilità ta’ l-impjegati li jieħdu miżuri u jidħlu għall-attivitajiet biex iżidu l-potenzjal tagħhom għall-impjieg, jippromwovi l-involviment ta’ l-impjegati fl-operazzjoni u fil-futur ta’ l-impriża u biex din iżżid il-kompetittività tagħha. (8) Hemm il-ħtieġa, partikolarment, biex tinkoraġixxi u tqawwi l-informazzjoni u l-konsultazzjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp mistenni ta’ l-impjieg fi ħdan l-impriża u, meta l-evalwazzjoni ta’ min iħaddem tissuġġerixxi li l-impjiegi fi ħdan l-impriża jistgħu jkunu mhedda, il-miżuri antiċipatorji possibli ppjani, partikolarment fit-termini ta’ taħriġ ta’ l-impjegati u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom, bil-għan li jagħmel tajjeb għall-iżviluppi negattivi jew il-konsegwenzi tagħhom u żżid il-possibbilità ta’ l-impjieg u l-adattabilità ta’ l-impjegati li aktarx li jkunu affettwati. (9) Informazzjoni u l-konsultazzjoni f’waqithom huma meħtieġa bħala kondizzjoni għas-suċċess tal-istrutturar u l-adattazzjoni ta’ impriżi għall-kondizzjonijiet ġodda maħluqha bil-globalizzazzjoni ta’ l-ekonomija, partikolarment permezz ta’ l-iżvilupp f’forom ġodda ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol. (10) Il-Komunità kien ħejjiet w impementat strateġija tal-impjiegi ibbażata fuq il-konċetti ta’ "antiċipazzjoni", "prevenzjoni" u "l-possibbiltà ta’ l-impjieg", li għandhom ikunu inkorporati bħala elementi esenzjali fl-istrateġiji pubbliċi kolha li minnhom aktarx li jibbenifikaw l-impjiegi, inkluzi l-istrateġiji ta’ l-impriżi ndividwali, bit-tisħieħ tad-djalogu soċjali bil-għan li jippromwovi bidla kompatibbli mal-preservazzjoni ta’ l-għan prijoritarju tal-impjieg. (11) Aktar żvilipp tas-suq intern għandu jkun ibbilanċjat kif xieraq, biż-żamma tal-valuri essenzjali li fuqhom is-soċjetajiet tagħna huma bbażati u billi jassiguraw li ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw mill-iżvilupp ekonomiku. (12) Id-dħul fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja estendiet u aċċellerat il-pressjonijiet kompetittivi fil-livell Ewropew. Dan ifisser li aktar miżuri ta’ sostenn huma meħtieġa fil-livell nazzjonali. (13) L-oqfsa legali eżistenti dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali għandhom it-tendenza li jadottaw resqien a posteriori eċċessiv dwar il-proċess ta’ bidla, jittraskuraw l-aspetti ekonomiċi tad-deċiżjonijiet meħuda u ma jikkontribwixxux la għal antiċipazzjoni ġenwina ta’ l-iżviluppi ta’ l-impjiegi fl-impriża u l-anqas għall-prevenzjoni tar-riskju. (14) Dawn l-iżviluppi kollha, politiċi, ekonomiċi, soċjali u legali jitolbu għal tibdil fil-qafas legali eżistenti billi jipprovdu għal strumenti legali u prattiċi li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni. (15) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-sistemi nazzjonali rigward l-eżerċitar ta’ dan id-dritt fil-prattika meta dawk intitolati li jeżerċitawh ikunu meħtieġa li jindikaw kollettivament ix-xewqiet tagħhom. (16) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-dawk is-sistemi li jipprovdu għall-involviment dirett tal-impjegati, sa kemm dawn ikunu dejjem ħielsa li jeżeċitaw id-dritt li jkunu infurmati u konsultati permezz tar-rappreżentanti tagħhom. (17) Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, kif elenkata hawn fuq, ma jistgħux jintlaħqu adekwatament mill-Istati Membri, minħabba li l-għan huwa li jkun stabbilit qafas għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni xierqa ta’ l-impjegati għal kuntest Ewropew ġdid kif deskritt hawn fuq, u jista’ għalhekk, in vista ta’ l-iskala u l-impatt ta’ l-azzjoni kif proposta, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit f’Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. (18) L-għan ta’ dan il-qafas ġenerali huwa li jistabbilixxi l-ħtiġiet minimi applikabbli ma tul il-Komunità kollha waqt li ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-impjegati. (19) L-għan ta’ dan il-qafas ġenerali huwa wkoll li jevita kull restrizzjoni amministrattiva, finanzjarja jew legali li tfixkel l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għal dan il-għan, l-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun ristrett, skond l-għażla magħmula mill-Istati Membri, għall-impriżi ta’ mill-anqas 50 impjegat jew stabbilimenti li jimpjegaw mill-anqas 20 impjegat. (20) Dan jieħu kont ta’ u huwa mingħajr preġudizzju għal mizuri u prattiċi oħra nazzjonali li l-għan tagħhom huwa li jħeġġu djalogu soċjali fi ħdan il-kumpaniji li mhumiex koperti b’din id-Direttiva u fi ħdan amministrazzjonijiet pubbliċi. (21) B’dana kollu, fuq bażi transitorja, l-Istati Membri li fihom ma jkunx hemm sistema statutorja stabbilita ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati jew tar-rappreżentanza ta’ l-impjegati, għandhom ikollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu l-qasam tad-Direttiva f’dak li jirrigwardja n-numri ta’ impjegati. (22) Qafas tal-Komunità għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati għandu jżomm żgħir kemm jista’ jkun l-piż fuq l-impriżi jew l-istabbilimenti waqt li jassigura l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija. (23) L-iskop ta’ din id-Direttiva għandu jkun milħuq permezz ta’ l-istabbiliment ta’ qafas ġenerali li jiġbor fih il-prinċipji, d-definizzjonijiet u l-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, li allura għandu jkun għall-Istati Membri li jkunu konformi miegħu u biex jadottaw is-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom, billi jassiguraw, fejn xieraq, li l-management u l-ħaddiema jkollhom rwol ewlieni permezz tal-fatt li jkunu jistgħu jiddiffenixxu b’libertà, permezz ta’ ftehim, l-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati li huma jikkunsidraw bħala li jkunu l-aħjar adattati għall-ħtiġiet u x-xewqat tagħhom. (24) Attenzjoni għandha tingħata biex ikun evitat effett fuq xi regoli speċifiċi fil-qasam ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-impjegati li jeżistu f’uħud mill-liġijiet nazzjonali, indirizzati lejn l-impriżi jew l-istabbilimenti li jsegwu għanijiet politiċi, profesjonali, organizzazzjonali, reliġjużi, ta’ karità, edukazzjonali, xjentifiċi jew artistiċi, kif ukoll dwar il-miri li jinvolvu l-informazzjoni u l-espresjoni ta’ l-opinjonijiet. (25) L-impriżi u l-istabbilimenti għandhom ikunu protetti kontra l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni partikolarment sensittiva. (26) Min jimpjega għandu jkun imħolli li ma jinfurmax u ma jikkonsultax meta dan ikun serjament ta’ ħsara għall-impriża jew l-istabbiliment jew meta jkollu jkun konformi immedjatament ma’ ordni maħruġa lilu minn korp regolatorju jew ta’ superviżjoni. (27) L-informazzjoni u l-konsultazzjoni jimplikaw kemm drittijiet u wkoll obbligi kemm għall-management u wkoll għall-ħaddiema fil-livell ta’ impriża jew ta’ stabbiliment. (28) Il-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjari, kif ukoll sanzjonijiet li huma effettivi, diswassivi u pproporzjonati b’relazzjoni mal-gravità ta’ l-offiża, għandhom ikunu applikabli f’każi ta’ nuqqasijiet mill-obbligi ibbażati fuq din id-Direttiva. (29) Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa d-dispożizzjonijiet, meta dawn ikunu aktar speċifiċi, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw it-tkeċċijiet kollettivi [5] u tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-ħarsien tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ l-impriżi, negozji jew partijiet ta’ l-impriżi jew tan-negozji [6]. (30) Drittijiet oħrajn dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni, inklużi dawk li joriġinaw mid-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KEE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment tal-Kunsil Ewropew tax-Xogħolijiet jew ta’ proċedura f’impriżi fuq skala Komunitarja u gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati [7], m’għandhomx ikunu affettwati b’din id-Direttiva. (31) L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex tkun bażi suffiċċjenti għat-tnaqqis fil-livell ġenerali tal-ħarsien tal-ħaddiema fl-oqsma li fihom din hija applikabbli. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għan u prinċipji 1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi qafas ġenerali li jqiegħed il-ħtiġiet minimi għad-dritt ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati f’impriża jew fi stabbiliment fi ħdan il-Komunità. 2. L-arranġamenti prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni għandhom ikunu definiti w implementati bi qbil mal-liġi nazzjonali u l-prattiċi tar-relazzjonijiet industrijali fi Stati Membri ndividwali b’tali mod hekk li jassiguraw l-effettività tagħhom. 3. Meta jiddiffenixxi jew jimplementa l-arranġamenti prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, min jimpjega u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom jaħdmu fi spirtu ta’ koperazzjoni u billi jkunu meqjusa kif xieraq id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tagħhom, billi jkunu meqjusa l-interessi kemm ta’ l-impriża jew ta’ l-istabbiliment u wkoll ta’ l-impjegati. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) "impriża" tfisser impriża pubblika jew privata li twettaq attivita ekonomika, seww jekk topera jew le għal qliegħ, li tkun lokalizzata fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri; (b) "stabbiliment" tfisser unità ta’ negozju definita bi qbil mal-liġi jew il-prattika nazzjonali, u lokalizzata fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru, fejn attivita ekonomika tkun imwettqa fuq bażi kontinwa b’riżorsi umani u materjali; (ċ) "dak li jimpjega" tfisser persuna naturali jew legali bħala parti minn kuntratti ta’ l-impjiegi jew f’relazzjonijiet ta’ impjieg mal-impjegati, bi qbil mal-liġi u l-prattika nazzjonali; (d) "impjegat" tfisser kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegat permezz tal-liġi nazzjonali ta’ l-impjiegi u bi qbil mal-prattika nazzjonali; (e) "rappreżentanti ta’ l-impjegati" tfisser ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jipprovdu għalihom il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali; (f) "informazzjoni" tfisser it-trasmissjoni minn dak li jimpjega lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati ta’ dettalji sabiex jiffaċilita li dawn jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-materja tas-suġġett u biex ikunu jistgħu jezaminawha; (ġ) "konsultazzjoni" tfisser l-iskambju ta’ veduti u l-istabbiliment ta’ djalogu bejn ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati u dawk li jimpjegawhom. Artikolu 3 Qasam 1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skond l-għażla magħmula mill-Istati Membri, għal: (a) impriżi li jimpjegaw mill-anqas 50 impjegat fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, jew (b) impriżi li jimpjegaw mill-anqas 20 impjegat fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiddetterminaw il-metodu għall-kalkolu tal-limiti tal-ħaddiema impjegati. 2. Bi qbil mal-prinċipji u l-għaniijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet partikolari li jkunu applikabbli għal impriżi jew stabbilimenti li jsegwu għanijiet diretti w essenzjali, politiċi, professjonalment oganizzazzjonali, reliġjużi, ta’ karità, edukazzjonali, xjentifiċi jew artistiċi, kif ukoll l-għanijiet li jinvolvi l-informazzjoni u l-espressjoni ta’ l-opinjonijiet, bil-kundizzjoni li, fid-data tad-dħul b’effett ta’ din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ dik ix-xorta diġà jkunu jeżistu fil-leġislazzjoni nazzjonali. 3. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din id-Direttiva permezz ta’ dispożizzjonijiet proviżorji applikabbli għall-ekwipaġġi ta’ vapuri li jbaħru f’ibħra miftuħa. Artikolu 4 Arranġament prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni 1. Bi qbil mal-prinċipji stabbiliti f’Artikolu 1 u mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet u/jew prattiċi eżistenti li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti prattiċi għall-eżerċitar tad-dritt ta’ l-infomazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell xieraq bi qbil ma dan l-Artikolu. 2. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni għandhom ikopru: (a) informazzjoni dwar żvilupp reċenti u probabbli ta’ l-attivitajiet u tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-impriża jew ta’ l-istabbiliment; (b) informazzjoni u konsultazzjoni dwar is-sitwazzjoni, l-istruttura u l-iżvilupp probabbli ta’ l-impjieg fi ħdan l-impriża jew l-istabbiliment u dwar kwalunkwe miżuri antiċipatorji intiżi, partikolarment meta jkun hemm theddida għall-impjieg; (ċ) informazzjoni u konsultazzjoni dwar deċiżjonijiet li jwasslu għall-tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kontrattwali, inklużi dawk koperti bid-dispożizzjonijiet Komunitarji li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 9(1). 3. L-informazzjoni għandha tkun mogħtija f’tali waqt, u b’tali mod u b’tali kontenut hekk kif ikun xieraq sabiex tiffaċilita, partikolarment, għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jwettqu studju xieraq u, fejn meħtieġ, jippreparaw għall-konsultazzjoni. 4. Il-konsultazzjoni għandha sseħħ: (a) waqt li tassigura li l-għażla taż-żmien, tal-metodu u tal-kontenut tagħha jkunu xierqa; (b) fil-livell relevanti tal-management u tar-rapreżentazzjoni, jiddependi mis-suġġett li jkun diskuss; (ċ) fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fornuta minn dak li jimpjega bi qbil ma’ Artikolu 2(f) u ta’ l-opinjoni li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati huma ntitolati li jifformulaw; (d) b’tali mod hekk li tiffaċilita lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jiltaqgħu ma’ min jimpjega u biex jieħdu reazzjoni, u r-raġunijiet ta’ dik ir-reazzjoni, dwar xi opinjoni li huma jistgħu jifformulaw; (e) bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar id-deċiżjonijiet fi ħdan l-iskop tal-poteri ta’ min jimpjega kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2(ċ). Artikolu 5 L-informazzjoni u l-konsultazzjoni li toriġina minn ftehim L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-management u lill-ħaddiema fil-livell xieraq, inkluż fil-livell ta’ l-impriża u l-istabbiliment, biex jiddeffinixxu b’libertà u fi kwalunkwe żmien permezz ta’ ftehim innegozjat l-arranġamenti prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati. Dawn l-arranġamenti, u l-ftehim eżistenti fid-data stabbilita f’Artikolu 11, kif ukoll kwalunkwe tiġdid sussegwenti ta’ ftehim bħal dawn, jistgħu jistabbilixxu, waqt li jirrispettaw il-prinċipji kif elenkati fl-Artikolu 1 u suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limatzzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri, dispożizzjonijiet li huma differenti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 4. Artikolu 6 Informazzjoni kunfidenzjali 1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fi ħdan il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti bil-leġislazzjoni nazzjonali, li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati, u xi esperti li jgħinuhom, ma jkunux awtorizzati li jiżvelaw lill-impjegati jew lill-partijiet terzi, kwalunkwe informazzjoni li, fl-interess leġittimu ta’ l-impriża jew ta’ l-istabbiliment, tkun espresament ġiet provduta lilhom b’mod kunfidenzjali. Dan l-obbligu għandha tkompli tapplika, kull meta l-imsemmija rappreżentanti jew l-esperti jkunu, u anki wara li jkun skada it-terminu tal-kariga tagħhom. B’dana kollu, Stat Membru jista’ jawtorizza lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati u lil kwalunkwe persuna li tkun tgħinhom biex jgħaddu l-informazzjoni kunfidenzjali lill-impjegati u lill-partijiet terzi li jkunu marbuta b’obbligu ta’ konfidenzjalità. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, f’każi speċifiċi u fi ħdan il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti bil-leġistazzjoni nazzjonali, li dak li jimpjega ma jkunx obbligat li jikkomunika l-informazzjoni jew li jidħol f’konsultazzjonijiet meta n-natura ta’ dik l-informazzjoni jew tal-konsultazzjoni tkun tali li, bi qbil mal-kriterja objettiva, tkun toħloq ħsara serja għall-funzjonament ta’ l-impriża jew ta’ l-istabbiliment jew tkun ta’ preġudizzju għalih/a. 3. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal reviżjoni amministrattiva jew ġuridika tal-proċeduri fil-każ meta min jimpjega jkun jenħtieġ il-kunfidenzjalità jew ma jipprovdix l-informazzjoni bi qbil mal-paragrafi 1 u 2. Huma jistgħu wkoll jipprovdu għall-proċeduri intiżi li jissalvagwardjaw il-konfidenzjalità ta’ l-informazzjoni f’dak il-każ. Artikolu 7 Protezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati L-Istati Membri għandhom jassiguraw li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati, meta jwettqu l-funzjonijiet tagħhom, igawdu protezzjoni u garanziji adekwati biex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri li jkunu ġew assenjati lilhom. Artikolu 8 Protezzjoni tad-drittijiet 1. L-Istati Membru għandhom jipprovdu għal miżuri xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma din id-Direttiva minn dak li jimpjega jew mir-rappreżentanti ta’ l-impjegati. Partikolarment, għandhom jassiguraw li proċeduri amministrattivi jew ġuridiċi adekwati jkunu disponibbli biex jiffaċilitaw li l-obbligi li joriġinaw minn din id-Direttiva jkunu infurzati. 2. L-Istati Membru għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet xierqa biex ikunu applikabbli fil-każ ta’ ksur ta’ din id-Direttiva minn dak li jimpjega jew mir-rappreżentanti ta’ l-impjegati. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Artikolu 9 Rabta bejn din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet l-oħra Komunitarji u nazzjonali 1. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni speċifika u l-proċeduri ta’ konsultazzjoni stabbiliti f’Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE u ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/23/KE. 2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati bi qbil mad-Direttivi 94/45/KE u 97/74/KE. 3. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet l-oħrajn għall-informazzjoni, l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni permzz tal-liġi nazzjonali. 4. L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandiex tkun bħala bażi suffiċjenti għal rigressjoni in relazzjoni mas-sitwazzjoni li diġà hija prevalenti f’kull Stat Membru u in relazzjoni mal-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma li fihom hija applikabbli. Artikolu 10 Dispożizzjonijiet transitorji Minkejja Artikolu 3, Stat Membru fejn ikun hemm, fid-data tad-dħul b’effett ta’ din id-Direttiva, l-ebda sistema ġenerali, permanenti jew statutorja ta’ l-informazzjoni jew tal-konsultazzjoni ta’ l-impjegati, l-anqas sistema ġenerali, permanenti jew statutorja ta’ rapreżentazzjoni ta’ l-impjegati fil-post tax-xogħol li tippermetti lill-impjegati li jkunu rappreżentati għal dak l-għan, jista’ tillimita l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-Direttiva għal: (a) impriżi li jimpjegaw mill-anqas 150 impjegat jew stabbilimenti li jimpjegaw mill-anqas 10 impjegat sal-23 ta’ Marzu 2007, u (b) impriżi li jimpjegaw mill-anqas 10 impjegati jew stabbilimenti li jimpjegaw mill-anqas 50 impjegati matul is-sena li ssegwi d-data fil-punt (a). Artikolu 11 Transposizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux aktar tard mit-23 ta’ Maru 2005 jew biex jassiguraw li l-management u l-ħaddiema jintroduċu sa dik id-data id-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu l-pasi kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti b’din id-Direttiva fi kwalunkwe waqt. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. 2. Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 12 Reviżjoni mill-Kummissjoni Mhux aktar tard mit-23 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sieħba soċjali fil-livell tal-Komunità, tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva bil-għan li tipproponi xi amendi meħtieġa. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 14 Indirizzati Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President J. Piqué I Camps [1] ĠU Ċ 2, tal- 5.1.1999, p. 3. [2] ĠU Ċ 258, ta’ l- 10.9.1999, p. 24. [3] ĠU Ċ 144, tas- 16.5.2001, p. 58. [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ April 1999 (ĠU Ċ 219, tat- 30.7.1999, p. 223), ikkonfermata nhar is-16 ta’ Settembru 1999 (ĠU Ċ 54, tal- 25.2.2000, p.55), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2001 (ĠU Ċ 307, tal- 31.10.2001, p. 16) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2001 (għadha mhix publikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2003 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002. [5] ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 16. [6] ĠU L 82, tat-22.3.2001, p. 16. [7] ĠU L 254, tat-30.9.1994, p. 64. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/74/KE (ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 22). --------------------------------------------------