32002L0003

Id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' frar 2002 dwar l-ożonu fl-arja ambjentali

Official Journal L 067 , 09/03/2002 P. 0014 - 0030
CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514
SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 497 - 514


Id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' frar 2002 dwar l-ożonu fl-arja ambjentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-10 ta' DIċembru 2001,

Billi:

(1) Abbażi tal-prinċipji li jħaddan l-Artikolu 174 tat-Trattat, il-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali, approvat mir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar programm Komunitarju Ewropew ta' politika u azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli [5] u ssipplimentat bid-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE [6] jipprevedi, b'mod partikolari, emendi għal-leġislazzjoni eżistenti dwar il-pollutanti ta' l-ajru. Il-programm imsemmi jirrakkomanda l-istabbiliment ta' miri tal-kwalità ta' l-arja għal żmien twil.

(2) Skond l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-amministrazzjoni tal-kwalità ta' arja ambjentali [7], il-Kunsill għandu jadotta l-leġislazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(3) Huwa importanti li tiġi assigurata protezzjoni effettiva kontra effetti ta' ħsara għas-saħħa umana minn espożizzjoni għall-ożonu. L-effetti ta' ħsara ta' l-ożonu fuq il-veġetazzjoni, l-ekosistemi u l-ambjent in generali għandhom jitnaqqsu, sa fejn possibbli. In-natura transkonfinali ta' tniġġiż ta' l-ożonu teħtieġ li jittieħdu miżuri f'livell Komunitarju.

(4) Id-Direttiva 96/62/KE tipprovdi li l-egħtiebi numeriċi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati tax-xogħol imwettaq minn gruppi xjentifiċi internazzjonali attivi fil-qasam. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tad-data l-iktar riċenti xjentifika ta' riċerka fl-oqsma epidemoloġiċi u ambjentali kkonċernati u ta' l-avvanzi l-iktar riċenti fil-metroloġija bl-iskop ta' eżami mill-ġdid ta' l-elementi li fuqhom huma bbażati dawn l-egħtiebi.

(5) Id-Direttiva 96/62/KE tetieġ li jiġu stabbiliti valuri limiti u/jew ta' mira għall-ożonu. In vista tan-natura transkonfinali ta' tnoġġiż ta' l-ożonu, għandhom jiġu stabbiliti valuri mira f'livell Komunitarju għall-protezzjoni tas-saħħa umana u għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni. Dawk il-valuri mira għandhom jirrelataw għall-miri interim derivati mill-istrateġija Komunitarja intergata sabiex tiġi kkumbattuta l-aċidifikazzjoni u l-ożonu fil-livell ta' l-art, li wkoll jiffurmaw il-bażi tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar limiti ta' emissjoni nazzjonali għal ċerti pollutanti atmosferiċi [8].

(6) Skond id-Direttiva 96/62/KE, għandhom jiġu implimentati pjanijiet u programme fir-rigward ta' żoni u agglomerazzjonijiet li fihom konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu jeċċedu valuri mira sabiex jiġi assigurat li l-valuri mira jiġu sodisfatti sa fejn possibbli mid-data speċifikata. Dawn il-pjanijiet u programme għandhom fil-biċċa l-kbira jirreferu għal miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu implimentati skond leġislazzjoni rilevanti Komunitarja.

(7) Miri għal żmien fit-tul għandhom jiġu stabbiliti bl-iskop li jipprovdu protezzjoni effettiva tas-saħħa umana u ta' l-ambjent. Miri għal żmien twil għandhom jirrelataw għall-istrateġija tat-tnaqqis ta' l-ożonu u l-aċidifikazzjoni u l-mira tagħha li titnaqqas id-distanza bejn il-livelli kurrenti ta' l-ożonu u l-miri għal żmien twil.

(8) Miżuri għandhom ikunu mandatorji f'żoni fejn il-miri għal żmien twil jinqabżu. Mezzi supplimentari ta' stima jistgħu inaqqsu n-numru meħtieġ ta' punti fissi biex jittieħdu l-kampjuni.

(9) Għatba ta' twissija għall-ożonu għandha tiġi stabbilita għall-protezzjoni tal-popolazzjoni in ġenerali. Għatba ta' informazzjoni għandha tiġi stabbilita sabiex jiġu protetti sezzjonijiet sensittivi tal-popolazzjoni. Informazzjoni aġġornata dwar konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu f'arja ambjentali għandha tkun bħala rutina magħmula disponibbli għall-pubbliku.

(10) Pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir għandhom jitfasslu meta r-riskju li tinqabeż l-għatba ta' twissija jista’ jitnaqqas b'mod sinifikanti. Il-potenzjal għat-tnaqqis tar-riskju, it-tul u s-severità taż-żejjed għandhom jiġu investigate u stmati. Miżuri lokali m'għandhomx ikunu meħtieġa meta l-kontroll ta' benefiċċji u spejjeż jurihom bħala sproporzjonati.

(11) In-natura transkonfinali ta' tniġgiż ta' l-ożonu tista’ teħtieġ xi koordinazzjoni bejn Stati Membri fil-viċin fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet, programmi u pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir u f'informazzjoni lill-pubbliku. Meta approprjat, Stati Membri għandhom isegwu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b'emfasi partikolari fuq l-involviment kmieni ta' pajjiżi kandidati ta' adeżjoni.

(12) Bħala bażi għal rapporti regolari, informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet imkejjla għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni.

(13) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fid-dawl tar-riċerka xjentifika l-iktar riċenti li tikkonċerna, b'mod partikolari, l-effetti ta' l-ożonu fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jiġi ppreżentat bħala parti integrali ta' strateġija ta' kwalità ta' l-ajru maħsuba sabiex tirrevedi u tipproponi miri Komunitarji dwar il-kwalità ta' l-arja u sabiex tiżviluppa strateġiji ta' implimentazzjoni sabiex jiġi assigurat is-sodisfazzjoni ta' dawk il-miri. F'dan il-kuntest, ir-rapport għandu jieħu kont tal-potenzjal sabiex jintlaħħqu l-miri għal żmien twil fi żmien perjodu speċifikat.

(14) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9].

(15) Ladarba l-miri ta' l-azzjoni proposta li tassigura protezzjoni effettiva kontra effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana mill-ożony u li jnaqqsu l-effett ta' ħsara ta' l-ożonu fuq il-veġetazzjoni, ekosistemi u l-ambjent in ġenerali ma jistgħux jiġu sodisfatti b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transkonfinali ta' tniġġiż ta' l-ożonu u jistgħu għalhekk jintlaħħqu aħjar flivell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħħqu dawk il-miri.

(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/72/KEE tal-21 ta' Settembru 1992 dwar it-tniġġiż ta' l-arja mill-ożonu [10] għandha titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-miri

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa:

(a) li jiġu stabbiliti miri għal żmien twil, valuri mira, għatba ta' twissija u għatba ta' informazzjoni għal konċentrazzjonijiet ta' ożonu f'arja ambjentali fil-Komunità, maħsuba sabiex jiġu evitati, pprevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent in ġenerali;

(b) li jiġi assigurat li jintużaw metodi u kriterji komuni sabiex jiġu stmati konċentrazzjonijiet ta' ożonu u, kif approprjat, prekururi ta' l-ożonu (ossidi ta' nitroġenu u komposti organiċi volatili) f'arja ambjentali fl-Istati Membri;

(ċ) li jiġi assigurat li tiġi ottenuta informazzjoni adegwata dwar livelli ambjentali ta' ożonu u li tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku;

(d) li jiġi assigurat li, fir-rigward ta' l-ożonu, il-kwalità ta' l-arja ambjentali tinżamm meta hija tajba, u titjieb f'każijiet oħra;

(e) li tigi promossa kooperazzjoni miżjuda bejn l-Istati Membri, fit-tnaqqis ta' l-ożonu, fl-użu tal-potenzjal ta' miżuri transkonfinalii u fi ftehim dwar dawn il-miżuri.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għal-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1. "arja ambjentali" tfisser arja ta' barra fit-troposfera, esklużi postijiet tax-xogħol;

2. "pollutant" tfisser kwalunkwe sustanza introdotta direttament jew indirettament mill-bniedem fl-arja ambjentali u li x'aktarx ikollha effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent in ġenerali;

3. "sustanzi prekursuri ta' l-ożonu", tfisser sustanzi li jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' ożonu fil-livell ta' l-art, li ftit minnhom huma elenkati fl-Anness VI;

4. "livell" tfisser il-konċentrazzjoni ta' pollutant f'arja ambjentali jew id-deposizzjoni tiegħu fuq superfiċi fi żmien partikolari;

5. "stima" tfisser kwalunkwe metodu użat għall-kejl, il-kalkolu, il-previżjoni jew l-istima ta' pollutant fl-arja ambjentali;

6. "miżuri fissi" tfisser miżuri meħuda skond l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 96/62/KE;

7. "żona" tfisser parti mit-terriotrju ta' Stat Membru kif delimitata minnu;

8. "agglomerazzjoni" tfisser żona b’ konċentrazzjoni ta' populazzjoni li teċċedi 250000 abitant jew, meta l-konċnetrazzjoni tal-populazzjoni hija 250000 abitant jew inqas, densità ta' populazzjoni għal kull km2 li għall-Istat Membru tiġġustifika l-bżonn biex il-kwalità ta' l-arja ambjentali tiġi stamta u amministrata;

9. "valur mira" tfisser livell iffissat bl-iskop, għal żmien twil, li jiġu evitati effettit ta' ħsara fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent in ġenerali, li għandu jintlaħaq meta possibbli tul perjodu partikolari;

10. "mira għal żmien twil" tfisser konċentrazzjoni ta' l-oċonu fl-arja ambjentali li taħtha, skond tagħrif xjentifiku kurrenti, efftti diretti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent in ġenerali mhumiex probabbli. Din il-mira għandha tintlaħaq għal żmien twil, ħlief meta ma tintlaħaqx permezz ta' miżuri proporzjonati, bl-iskop li tiġi pprovduta protezzjoni effettiva tas-saħħa umana u l-ambjent;

11. "għatba ta' twissija" tfisser livell li lil hinn minnu hemm riskju għas-saħħa umana minn espożizzjoni qasira għall-ppoulazzjoni ġenerali u li fiha għandhom jittieħdu passi imedjati mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7;

12. "għatba ta' informazzjoni" tfisser livell li lil hinn minnu hemm riskju għas-saħħa umana minn espożizzjoni qasira għal sezzjonijiet partikolarment sensittivi tal-popolazzjoni u li fihom hija neċessarja informazzjoni aġġornata;

13. "komposti organiċi volatili" (VOC) tfisser il-komposti organiċi kollha minn fonti antropoġeniċi u bijoġeniċi, ta' xort’ oħra minn metan, li huma kapaċi jipproduċu ossidanti fotokimiċi b'reazzjonijiet ma’ ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx.

L-Artikolu 3

Valuri mira

1. Il-valuri mira għall-2010 fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu f'arja ambjentali huma dawk stabbiliti fis-Sezzjoni II ta' l-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom ifasslu lista’ ta' żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta' l-ożonu fl-arja ambjentali, kif stmati skond l-Artikolu 9, huma ogħla mill-valuri mira msemmija fil-paragrafu 1.

3. Għaż-żoni u l-agglomerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, Stati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jassiguraw, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/81/KE, li pjan jew programm huwa ppreparat u implimentat sabiex jintlaħaq il-valur mira, ħlief meta ma jintlaħaqx permezz ta' miżuri proporzjonati, kif mid-data speċifikata fis-Sezzjoni II ta' l-Anness I.

Meta, skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, pjanijiet jew programme għandhom jiġu ppreparati jew implimentati fir-rigward ta' pollutanti ta' xort’ oħra mill-ożonu, Stati Membri għandhom, meta approprjat, jippreparaw u jimplimentaw pjanijiet jew programme integrati li jkopru l-pollutanti kollha kkonċernati.

4. Il-programmi, msemmija fil-paragrafu 3, għandhom jinkorporaw mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV mad-Direttiva 96/62/KE u għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-pubbliku u lil organizzazzjonijiet approprjati bħal organizzazzjonijiet ambjentali, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-interessi ta' gruppi ta' populazzjoni sensittiva u korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa.

L-Artikolu 4

Miri għal żmien twil

1. Il-miri għal żmien twil għal konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu f’ arja ambjentali huma dawk stabbiliti fis-Sezzjoni III ta' l-Anness I.

2. Stati Membri għandhom ifasslu lista taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta' l-ożonu f'arja ambjentali, kif stmati skond l-Artikolu 9, huma ogħla mill-miri għal żmien twil imsemmija fil-paragrafu 1 imma inqas, jew ugwali għall-valuri mira stabbiliti fis-Sezzjoni II ta' l-Anness I. Għal dawn iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet, Stati Membri għandhom jippreparaw u jimplimentaw miżuri li jassiguraw il-kopertura ta' l-ispejjeż bl-iskop li jintlaħħqu l-miri għal żmien twil. Il-miżuri meħuda għandhom, mill-inqas, ikunu konsistenti mal-pjanijiet jew mal-programmi kollha speċifikati fl-Artikolu 3(3). Barra minn dan, għandhom jibnu fuq miżuri meħuda taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/81/KE, bl-użu tas-sena 2020 bħala referenza u b'kont meħud ta' progress lejn li jintlaħħqu l-limiti nazzjonali ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttiva msemmija.

3. Progress Komunitarju lejn li jintlaħħqu l-miri għal żmien twil għandu jkun soġġett għal reviżjonijiet suċċessivi, bħala parti mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 11 u in konnessjoni mad-Direttiva 2001/81/KE, bl-użu tas-sena 2020 bħala referenza u b'kont meħud tal-progress lejn li jintlaħħqu l-limiti nazzjonali ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttiva msemmija.

L-Artikolu 5

Ħtiġiet f'żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli ta' l-ożonu jissodisfaw il-miri għal żmien twil

Stati Membri għandhom ifasslu lista ta' żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta' l-ożonu jissodisfaw il-miri għal żmien twil. Sa fejn il-fatturi li jinkludu n-natura transkonfinali ta' tniġġiż ta' l-ożonu u kondizzjonijiet meteoroloġiċi jippermettu, għandhom iżommu l-livelli ta' l-ożonu f'dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet taħt il-miri għal żmien twil u għandhom jippreservaw permezz ta' miżuri proporzjonati l-aħjar kwalità ta' arja ambjentali kompatibbli ma’ żvilupp sostenibbli u livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa umana.

L-Artikolu 6

Informazzjoni lill-pubbliku

1. Stati Membri għandhom jieħdu passi approprjati biex:

(a) jassiguraw li informazzjoni aġġornata dwar konċentrazzjonijiet ta' ożonu f'arja ambjentali hija bħala rutina magħmula disponibbli għall-pubbliku kif ukoll lil organizzazzjonijiet approprjati bħal organizzazzjonijiet ambjentali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' gruppi ta' populazzjoni sensittivi u korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa.

Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fuq mill-inqas bażi ta' kuljum u, kull meta approprjat u prattikabbli, fuq bażi kull siegħa.

Din l-informazzjoni għandha mill-inqas tindika ż-żejjed kollu tal-konċentrazzjonijiet fil-mira għal żmien twil għall-protezzjoni tas-saħħa, l-għatba ta'informazzjoni u l-għatba ta' twissija għall-perjodu medju rilevanti. Għandha wkoll tipprovdi stima qasira fir-rigward ta' effetti fuq is-saħħa.

L-għatba ta' informazzjoni u l-għatba ta' twissija għal konċentrazzjonijiet ta' ożonu f'arja ambjentali jingħataw fis-Sezzjoni I ta' l-Anness II;

(b) jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lil organizzazzjonijiet approprjati bħal organizzazzjonijiet ambjentali, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' gruppi ta' populazzjonijiet sensittivi u korpi rilevanti oħra tas-saħħa rapporti annwali komprensivi li għandhom mill-inqas jindikaw, fil-każ ta' saħħa umana, iż-żjjedd kollu ta' konċentrazzjonijiet fil-valur mira u fil-mira għal żmien twil, l-għatba ta' informazzjoni u l-għatba ta' twissija, għall-perjodu medju rilevanti, u fil-każ ta' veġetazzjoni, kwalunkwe żejjed fil-valur mira u fil-mira għal żmien twil, ikkumbinat ma’, kif approprjat, stima qasira ta' l-effetti ta' dan iż-żejjed. Jistgħu jinkludu, meta approprjat, informazzjoni ulterjuri u stimi dwar il-protezzjoni ta' foresti, kif speċifikat fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness III. Jistgħu ukoll jinkludu informazzjoni dwar sustanzi prekursuri rilevanti, sa fejn dawn mhumiex koperti minn leġislazzjoni Komunitarja eżistenti;

(ċ) jassiguraw li informazzjoni f'waqtha dwar iż-żjjed attwali jew previst fl-għatba ta' twissija hija pprovduta lil istituzzjonijiet dwar il-kura tas-saħħa u lill-populazzjoni.

L-informazzjoni u r-rapporti msemmija fuq għandhom jiġu ppubblikati b'mezzi approprjati, jiddependi fuq il-każ, per eżempju l-medja tax-xandir, l-istampa jew pubblikazzjonijiet, viżwali ta' informazzjoni jew servizzi ta' rettikolat ta' computers , bħall-internet.

2. Dettallji forniti lill-pubbliku skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 96/62/KE meta tinqabeż kwalunkwe għatba għandhom jinkludu l-partiti elenkati fis-Sezzjoni II ta' l-Anness II. Stati Membri għandhom, meta prattikabbli, ukoll jieħdu passi sabiex ifornu din l-informazzjoni meta huwa previst li tinqabeż l-għatba ta' informazzjoni jew l-għatba ta' twissija.

3. Informazzjoni fornita taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun ċara, komprensibbli u aċċessibbli.

L-Artikolu 7

Pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir

1. Skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62/KE, Stati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni, f'livelli amministrattivi approprjati, u jindikaw miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu għal żmien qasir, b'kont meħud ta' ċirkostanzi lokali partikolari, għaż-żoni fej hemm riskju li tinqabeżl-għatba ta' twissija, jekk hemm potenzjal sinifikanti biex jitnaqqas dak ir-riskju jew biex jitnaqqas id-dewmien jew is-severità ta' kwalunkwe żejjed fl-għatba ta' twissija. Meta jinstab li ma hemm ebda potenzjal sinifikanti biex jitnaqqas dak ir-riskju, id-dewmien jew is-severità ta' kwalunkwe żejjed fiż-żoni rilevanti, Stati Membri għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62/KE. Huwa għall-Istati Membri li jidentifikaw jekk hemmx potenzjal sinifikanti biex jitnaqqas ir-riskju id-dewmien jew is-severità ta' kwalunkwe żejjed, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet nazzjonali ġeografiċi, meteoroloġiċi u ekonomiċi.

2. Id-disinn ta' pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir, inklużi livelli ta' stimulu għal azzjonijiet speċifiċi, huwa r-responsabbiltà ta' Stati Membri. Skond il-każ individwali, il-pjanijiet jistgħu jipprovdu għal miżuri gradwati li jkopru l-ispejjeż għall-kontroll u, meta neċessarju, jnaqqsu jew jissospendu ċerti attivitajiet, inkluż it-traffiku ta' vetturi bil-mutur, li jikkontribwixxu għal emissjonijiet li jirriżultaw f'li tinqabeż l-għatba ta' twissija. Dawn jistgħu ukoll jinkludu miżuri effettivi fir-rigward ta' l-użu ta' impjanti jew prodotti industrijali.

3. Waqt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir, Stati Membri għandhom jikkunsidraw eżempji ta' miżuri (li l-effettività tagħhom tkun ġiet stmata), li għandhom jiġu inklużi fil-gwida msemmija fl-Artikolu 12.

4. Stati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lil organizzazzjonijiet approprjati bħal organizzazzjonijiet anbjentali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' gruppi ta' populazzjonijiet sensittivi u korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa kemm ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet tagħhom kif ukoll il-kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni speċifiċi għal żmien qasir kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet.

L-Artikolu 8

Tniġġiż transkonfinali

1. Meta konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu li jeċċedu valuri ira jew miri għal żmien twil huma l-iktar dovuti għal emissjonijiet prekursuri fi Stati Membri oħra, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw, meta approprjat, fit-tfassil ta' pjanijiet u programme konġunti sabiex jissodisfaw il-valuri mira jew il-miri għal żmien twil, ħlief meta ma jistgħux jintlaħhqu permezz ta' miżuri proporzjonati. Il-Kummissjoni għandha tassisti f'dawk l-isforzi. Fit-twettieq ta' l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, b'kont meħud tad-Direttiva 2001/81/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri f'livell Komunitarju sabiex jitnaqqsu emissjonijiet prekursuri responsabbli għal dan it-tniġġiż transkonfinali ta' l-ożonu.

2. Stati Membri għandhom, jekk approprjat skond l-Artikolu 7, jippreparaw u jimplimentaw pjanijiet konġunti ta' azzjoni għal żmien qasir li jkopru żoni fil-viċin fi Stati Membri differenti. Stati MEmbri għandhom jassiguraw li żoni ġirien fi Stati Membri differenti li żviluppaw pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir, jirċievu l-informazzjoni kollha approprjata.

3. Meta jkun hemm żejjed fl-għatba ta' informazzjoni jew fl-għatba ta' twissija f'żoni qrib fruntieri nazzjonali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni malajr kemm jista’ jkun lill-awtoritajiet kompetenti f-Istati Membri ġirien ikkonċernati sabiex tiġi ffaċilitata dispożizzjoni ta' informazzjoni lill-pubbliku f'dawk l-Istati.

4. Fit-tfassil tal-pjanijiet u tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 u 2 fl-informazzjoni lill-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 3, Stati Membri għandhom, meta approprjat, isegwu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’ emfasi partikolari fuq pajjiżi kandidati għall-adeżjoni.

Artikolu 9

Stima ta' konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu u sustanzi prekursuri f'arja ambjentali

1. F'żoni u agglomerazzjonijiet fejn, tul kwalunkwe mill-ħames snin preċedenti ta' kejl, konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu qabżu mira għal żnien twil, kejl fiss kontinwu huwa mandatorju.

Meta hija disponibbli inqas minn data ta' ħames snin, Stati Membri jistgħu, sabiex jiġi determinat iż-żejjed, jikkombinaw kampanji ta' kejl ta' żmien qasir f’ħinijiet u f’ postijiet li x'aktarx huma tipiċi ta' l-ogħla livelli ta' tniġġiż b’ riżultati ottenuti minn inventorji ta' emissjoni u mmudellar.

L-Anness IV jistabilixxi kriterji għad-determinazzjoni tal-post ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni għall-kejl ta' l-ożonu.

Is-Sezzjoni I ta' l-Anness V tistabilixxi numru minimu ta' punti fissi biex jittieħdu l-kampnjuni għal kejl kontinwu ta' l-ożonu f’ kull żona jew agglomerazzjoni li fiha l-kejl huwa l-uniku fonti ta' informazzjoni għall-istima tal-kwalità ta' l-arja.

Kejl ta' dijossidu tan-nitroġenu għandu wkoll isir f’ minimu ta' 50 % tal-punti ta' l-ożonu fejn jittieħdu l-kampjuni meħtieġa mis-Sezzjoni I ta' l-Anness V. Il-Kejl ta' dijossidu tan-nitrogenu għandu jkun kontinwu, ħlief fi stazzjonijiet ta' sfond rurali, kif definit fis-sezzjoni I ta' l-Anness IV, fejn jistgħu jintużaw metodi oħra ta' kejl.

Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn punti biex jittieħdu l-kampjuni għal kejl fiss hija ssupplimentata b’ informazzjoni minn immudellar u/jew kejl indikattiv, in-numru totali ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni speċifikat fis-Sezzjoni I ta' l-Anness V jista’ jitnaqqas, sakemm:

(a) il-metodi supplimentari jipprovdu livell adegwat ta' informazzjoni għall-istima ta' kwalità ta' arja fir-rigward ta' valuri mira, informazzjoni u egħtiebi ta' twissija;

(b) in-numru ta' punti għat-teħid ta' kampjuni li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni spazjali ta' tekniċi oħra huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni ta' ożonu li għandha tiġi stabbilita skond il-miri ta' kwalità tad-data speċifikati fis-Sezzjoni I ta' l-Anness VII u jwasslu għal riżultati ta' stima’ kif speċifikat fis-Sezzjoni II ta' l-Anness VII;

(ċ) in-numru ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni f’ kull żona jew agglomerazzjoni jammonta għal mill-inqas punt wieħed ta' teħid ta' kampjuni għal kull żewġ miljun abitant jew punt wieħed ta' teħid ta' kampjuni għal kull 50000 km2, ikun liema jkun li jipproduċi l-ikbar numru ta' punti għat-teħid ta' kampjuni;

(d) kull żona jew agglomerazzjoni tikkontjeni mill-inqas punt wieħed għat-teħid ta' kampjuni, u

(e) d-dijossidu tan-nitroġenu huwa mkejjel fil-punti ta' kampjuni kollha li jibqgħu ħlief fi stazzjonijiet ta' sfond rurali.

F'dan il-każ, ir-riżultati ta' l-immudellar u/jew kejl indikattiv għandu jittieħed kont tagħhom għall-istima ta' kwalità ta' l-arja fir-rigward tal-valuri mira.

2. F'żoni u agglomerazzjonijiet fejn, tul kull waħda mill-ħames snin preċedenti ta' kejl, il-konċentrazzjonijiet huma taħt il-miri għal żmien twil, in-numru ta' stazzjonijiet ta' kejl kontinwu għandu jiġi determinat skond is-Sezzjoni II ta' l-Anness V.

3. Kull Stat Membru għandu jassigura li mill-inqas stazzjoni wieħed ta' kejl għall-fornitura ta' data dwar konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prekursuri ta' l-ożonu elenkati fl-Anness VI huwa installat u operat fi-tterritorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jagħżel in-numru u l-post ta' l-istazzjonijiet li fihom sustanzi prekursuri ta' l-ożonu għandhom jitkejjlu, b'kont meħud tal-miri, tal-metodi u tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness imsemmi.

Bħala parti mill-gwida żviluppata taħt l-Artikolu 12, linji gwida għal strateġija approprjata għall-kejl ta' sustanzi prekursuri ta' l-ożonu għandhom jiġu żviluppati, b'kont meħud ta' ħtiġiet eżistenti fil-leġislazzjoni Komunitarja u l-programm kooperattiv għal monitoraġġ u l-valutazzjoni tat-trasmissjoni ta' firxa twila ta' pollutanti ta' l-arja fl-Ewropa (EMEP).

4. Metodi ta' referenza għall-analiżi ta' l-ożonu huma stabbiliti fis-Sezzjoni I ta' l-Anness VIII. Is-Sezzjoni II ta' l-Anness VIII tipprovdi għal tekniċi ta' mmudellar ta' referenza għall-ożonu.

5. Kwalunkwe emendi neċessarji sabiex dan l-Artikolu u l-Annessi IV sa VIII jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(2).

L-Artikolu 10

Trasmissjoni ta' informazzjoni u rapport

1. Meta jgħaddu informazzjoni lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/62/KE, Stati Membri għandhom ukoll, u għall-ewwel darba, għas-sena kalendarja ta' wara d-data msemmija fl-Artikolu 15(1):

(a) jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull sena kalendarja sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara l-listi ta' żoni u agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5;

(b) jibagħtu lill-Kummissjoni rapport lijagħti reviżjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward taż-żejjed tal-valuri mira kif stabbilit fis-sezzjoni II ta' l-Anness I. Dan ir-rapport għandu jipprovdi spjegazzjoni taż-żejjed annwali tal-valur mira għall-protezzjoni tas-saħħa umana, Ir-rapport għandu wkoll jikkontjeni pjanijiet u programmi msemmija fl-Artikolu 3(3). Ir-rapport m'għandux jintbgħat iktar tard minn sentejn wara l-aħħar tal-perjodu li tulu ż-żejjed tal-valuri mira għall-ożonu kienu osservati;

(ċ) jinfurmaw lill-Kummissjoni kull tlett snin bil-progress ta' kwalunkwe pjan jew programm ta' dan it-tip.

2. Barra minn hekk, Stati Membri għandhom, għall-ewwel darba, għas-sena kalendarja wara d-data msemmija fl-Artikolu 15(1):

(a) għal kull xahar minn April sa Settembru kull sena, jibagħtu lill-Kummissjoni fuq bażi provviżorja,

(i) sa mhux iktar tard mix-xahar ta' wara, għal kull ġurnata b’ żejjed fl-informazzjoni u/jew l-għatba ta' twissija, l-informazzjoni li ġejja: id-data, is-sigħat totali ta' eċċess, il-valur(i) massimu(i) ta' siegħa ta' l-ożonu;

(ii) sa mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru kull sena, kwalunkwe informazzjoni oħra speċifikata fl-Anness III;

(b) għal kull sena kalendarja sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara, jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni validate speċifikata fl-Anness III u l-konċentrazzjonijiet medji annwali għal dik is-sena tas-sustanzi prekursuri ta' l-ożonu speċifikati fl-Anness VI;

(ċ) jibagħtu lill-Kummissjoni kull tlett snin, fil-kwadru tar-rapport settorali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [11], u sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru wara l-aħħar ta' kull perjodu ta' tlett snin:

(i) informazzjoni li tirrevedi l-livelli ta' l-ożonu osservati jew stmati, kif approprjat, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(2), fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 5;

(ii) informazzjoni dwar kwalunkwe miżuri meħuda jew ippjanati taħt l-Artikolu 4(2), u

(iii) informazzjoni li tirrigwarda deċiżjonijiet dwar pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir u li tikkonċerna d-disinn u l-kontenut, u stima ta' l-effetti, ta' kwalunkwe minn dawn il-pjanijiet ippreparati skond l-Artikolu 7.

3. Il-Kummissjoni għandha:

(a) tassigura li l-informazzjoni sottomessa skond il-paragrafu 2(a) hija mill-ewwel magħmula disponibbli b’ mezzi approprjati u hija trasmessa lill-Aġenzija Ambjentali Ewropea;

(b) tippubblika annwalment lista taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet sottomessi skond il-paragrafu 1(a) u, sat-30 ta' Novembru kull sena, rapport dwar is-sitwazzjoni ta' l-ożonu tul is-sajf kurrenti u s-sena kalendarja preċedenti, li jimmira li jipprovdi sinopsi, f’ format paragunabbli, tas-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet meteoroloġiċi differenti u tat-tniġgiż transkonfinali, u sinopsi taż-żejjed kollu tal-mira għal żmien twil fl-Istati Membri;

(ċ) tikkontrolla regolarment l-implimentazzjoni tal-pjanijiet jew tal-programmi sottomessi skond il-paragrafu 1(b) billi tikkontrolla l-progress tagħhom u x-xejriet fi tniġgiż ta' l-ajru, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u ta' l-oriġini tal-prekursuri ta' l-ożonu (bijoġeniċi jew antropoġeniċi);

(d) b'kont meħud ta' l-informazzjoni prevista taħt il-paragrafi 1 u 2 fil-preparazzjoni ta' rapporti ta' tlett snin dwar il-kwalità ta' arja ambjentali skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 96/62/KE;

(e) tirranġa skambju approprjat ta' informazzjoni u esperjenza mgħoddija skond il-paragrafu 2(ċ)(iii) fir-rigward tad-disinn u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjon għal żmien qasir.

4. Fit-twettieq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha kif neċessarju, tuża l-esperjenza disponibbli fl-Aġenzija Ambjentali Ewropea.

5. Id-data li sa meta tasal l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-metodi wżati għall-isitima preliminary tal-kwalità ta' l-arja taħt l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 96/62/KE m'għandhiex tkun iktar tard mid-9 ta' Settembru 2003.

Artikolu 11

Ir-Reviżjoni u r-rappurtaġġ

1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2004, fl-iktar tard, rapport ibbażat fuq esperjenza ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għandha tirrapporta, b'mod partikolari, dwar:

(a) ir-riżultati tar-riċerka xjentifika l-iktar riċenti, fid-dawl tal-Linji gwida ta' l-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija, fl-effetti ta' espożizzjoni għall-ożonu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa umana, b'kont meħud speċifikament tal-gruppi ta' populazzjoni sensittiva; l-iżvilupp ta' mudelli iktar eżatti għandhom ukoll jiġu kkunsidrati;

(b) żviluppi teknoloġiċi, inkluż il-progress ottenut f'metodi ta' kejl u xort’ oħra l-istima ta' konċentrazzjonijiet u l-evoluzzjoni ta' konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu fl-Ewropa;

(ċ) il-paragun ta' previżjonijiet mudelli bil-kejl attwali;

(d) l-istabbiliment ta', u livelli għal, miri għal żmien twil, għal valuri mira, għal egħtiebi ta' informazzjoni u ta' twissija;

(e) ir-riżultati ta' l-effetti ta' l-ożonu fuq uċuh u veġetazzjoni natural ital-Programm Kooperativ Internazzjonali taħt il-Konvenzjoni UN/ECE dwar it-Tniġgiż ta' l-Arja Transkonfinali f’ Firxa twila.

2. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat bħala parti integrali ta' strateġija tal-kwalità ta' l-ajru maħsuba għar-reviżjoni u l-proponiment ta' miri Komunitarji dwar il-kwalità ta' l-arja u għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' implimentazzjoni għall-assigurazzjoni tas-sodisfazzjon ta' dawk il-miri.F'dan il-kuntest ir-rapport għandu jieħu kont ta':

(a) l-qasam wiesa’ ta' applikazzjoni għal tnaqqis ulterjuri f'emissjonijiet ta' tniġġiż tul il-fonti rilevanti kollha, b'kont meħud ta' l-applikabilità teknika u tal-kopertura ta' l-ispejjeż;

(b) relazzjonijiet bejn pollutanti, u opportunitajiet għal strateġiji kkumbinati sabiex jissodisfaw il-kwalità ta' l-arja Komunitarja u miri relatati;

(ċ) il-potenzjal għal azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed f'livell Komunitarju sabiex jitnaqqsu emissjonijiet prekursuri;

(d) il-progress fl-implimentazzjoni ta' valuri mira fl-Anness I, inklużi il-pjanijiet u l-programmi żviluppati u implimentati skond l-Artikoli 3 u 4, l-esperjenza fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għal żmien qasir taħt l-Artikolu 7 u l-kondizzjonijiet, kif stabbilit taħt l-Anness IV, li taħthom il-kejl tal-kwalità ta' l-arja twettaq;

(e) il-potenzjal biex jiġu sodisfatti l-miti għal żmien twil, stabbiliti fis-Sezzjoni III ta' l-Anness I, fi żmien perjodu speċifikat;

(f) ħtiġiet kurrenti u future għall-informazzjoni tal-pubbliku u għall-iskambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri u l-Kummissjoni;

(g) ir-relazzjoni bejn din id-Direttiva u bidliet mistennija li jirriżultaw minn miżuri li għandhom jittieħdu mill-Komunità u minn Stati Membri sabiex jissodisfaw l-impenni li jirrelataw għal bidla fil-klima;

(h) it-trasport ta' tniġġiż tul fruntieri nazzjonali b'kont meħud ta' miżuri meħuda f'pajjiżi kandidati ta' adeżjoni.

3. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fid-dawl tar-riżultati tagħha u għandu jkollu miegħu, jekk approprjat, proposti għall emenda għal dinid-Direttiva, b'attenzjoni speċjali mogħtija lill-effetti ta' l-ożonu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa umana, b’ referenza partikolari għal gruppi ta' populazzjoni sensittiva.

L-Artikolu 12

Gwida

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sad-9 ta' Settembru 2002. B'hekk, tuża l-esperjenza disponibbli fl-Istati Membri, fl-Aġenzija Ambjentali Ewropea u f'korpi oħra ta' esperjenza, kif approprjat u b'kont meħud tal-ħtiġiet eżistenti fil-leġislazzjoni Komunitarja u fl-EMEP.

2. Il-gwida għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(2). Din il-gwida m'għandux ikollha l-effett ta' modifika tal-valuri mira, ta' miri għal żmien twil, ta' l-għatba ta' twissija jew ta' l-għatba ta' informazzjoni kemm direttament jew indirettament.

L-Artikolu 13

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni1999/468/KE għandhom japplikaw, b'qies għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tlett xhur.

3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

L-Artikolu 14

Penalitajiet

Stati Membri għandhom jiddeterminaw il-penalitajiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penalitajiet għandhomikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Artikolu 15

Transpożizzjoni

1. Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sad-9 ta' Settembru 2003.Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta Stati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ufiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jideterinaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 16

Tħassir

Id-Direttiva 92/72/KEE għandha titħassar mid-9 ta' Settembru 2003.

L-Artikolu 17

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 18

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva għandha bħala d-destinatarji tagħha lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Frar 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. Piqué i Camps

[1] ĠU C 56 E, tad-29.2.2000, p. 40, uĠU C 29 E, tat-30.1.2001, p. 291.

[2] ĠU C 51, tat-23.2.2000, p. 11.

[3] ĠU C 317, tas-6.11.2000, p. 35.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000 (ĠU C 377, tad-29.12.2000, p. 154), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2001 (ĠU C 126, tas-26.4.2001, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2001 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001.

[5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.

[6] ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1.

[7] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

[8] ĠU L 309, tas-27.11.2001, p. 22.

[9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[10] ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 1.

[11] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

2. L-ANNESS I

3. DEFINIZZJONIJIET, VALURI MIRA U MIRI GĦAL ŻMIEN TWIL GĦALL-OŻONU

I. Definizzjonijiet

Il-valuri kollha għandhom jiġu espresso f’ μg/m3. Il-volum għandu jiġi standardizzat bil-kondizzjonijiet li ġejjin ta' temperature u pressjoni: 293 K u 101,3 kPa. Il-ħin għandu jiġi speċifikat f’ Ħin Ċentrali Ewropew.

AOT40 (espress f’ (μg/m3). siegħa) ifisser is-somma tad-differenza bejn konċentrazzjonijiet fis-siegħa akbar minn 80 μg/m3 (= 40 parti għal kull biljun) u 80 μg/m3 tul perjodu partikolari bl-użu biss tal-valuri ta' siegħa mkejjla bejn it-8:00 u 20:00. Ħin Ċentrali Ewropew kuljum [1].

Sabiex tkun valida, id-data annwali dwar iż-żejjed użat għall-kontroll ta' konformità mal-valuri mira u mal-miri għal żmien twil hawn taħt għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fis-Sezzjoni II ta' l-Anness III.

II. Valuri mira għall-ożonu

| Parametru | Valur mira għall-2010 [2] [5] |

1.Valur mira għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Medja massima kuljum għal 8 sigħat [3] | 120 μg/m3 li m'għandhomx jinqabżu f'iktar minn 25 jum għal kull sena kalendarja ta' medja tul tlett snin [4] |

2.Valur mira għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni | AOT40, ikkalkolat minn valuri ta' siegħa minn Mejju sa Lulju | 18000 μg/m3.siegħa ta' medja tul ħames snin [4] |

III. Miri għal żmien twil għall-ożonu

| Parametru | Mira għal żmien twil [6] |

1.Mira għal żmien twil għall-protezzjoni tas-saħha umana | Medja massima ta' 8 sigħat f'sena kalendarja | 120 μg/m3 |

2. Mira għal żmien twil għall-protezzjoni ta' veġetazzjoni | AOT40, ikkalkolat minn valuri ta' siegħa minn Mejju sa Lulju | 6000 μg/m3.siegħa |

[1] Jew il-ħin approprjat għal reġjuni ultra periferali.

[2] Konformità ma’ valuri mira tiġi stmata skond dan il-valur. JIġifieri, l-2010 tkun l-ewwel sena li għaliha tintuża data għall-kalkolu ta' konformità tul it-tliet jew il-ħames snin ta' wara, kif approprjat.

[3] Il-konċentrazzjoni massima medja ta' kuljum ta' 8 sigħat għandha tintagħżel bil-kontroll ta' medji ta' tmien sigħat, ikkalkolati minn data fis-siegħa u aġġornata kull siegħa. Kull medja ta' 8 sigħat hekk ikkalkolata għandha tiġi assenjata għall-jum li fih tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta' kalkolu għal kwalunkwe jum wieħed ikun il-perjodu mill-17:00 fil-jum preċedenti sas-01:00 f'dak il-jum; l-aħħar perjodu ta' kalkolu għal kwalunkwe jum wieħed ikun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 ta' dak il-jum.

[4] Jekk il-medji ta' tlieta jew ħames snin ma jistgħux jiġu determinati abbażi ta' sett komplet u konsekuttiv ta' data annwali, id-data annwali minima meħtieġa għal kontroll ta' konformità mal-valuri mira tkun kif ġej:

- għall-valur mira għall-protezzjoni tas-saħħa umana: datavalida għal sena,

- għall-valur mira għall-protezzjoni ta' veġetazzjoni: data valida għal tlett snin.

[5] Dawn il-valuri mira u 3-żejjed permess huma stabbiliti mingħajr preġudizzju għar-riżultati ta' l-istudji tar-reviżjoni, previsti fl-Artikolu 11, li jieħdu kont tas-sitwazzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi differenti fil-Komunità Ewropea.

[6] Progress Komunitarju lejn li tintlaħaq il-mira għal żmien twil bl-użu tas-sena 2020 bħala referenza għandu jiġi rivedut bħala parti mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

4. INFORMAZZJONI U EGĦTIEBI TA' TWISSIJA

I. Informazzjoni u egħtiebi ta' twissija għall-ożonu

| Parametru | Mira għal żmien twil |

1. Mira għal żmien twil għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Medja massima ta' 8 sigħat kuljum f’ sena kalendarja | 120 μg/m3 |

2. Mira għal żmien twil għall-prtoezzjoni ta' veġetazzjoni | AOT40, ikkalkolat minn valuri ta' siegħa minn Mejju sa Lulju [1] | 6000 μg/m3.h |

II. Dettallji minimi li għandhom jiġu forniti lill-pubbliku meta l-għatba ta' informazzjoni jew ta' twissija tinqabeż jew ikun previst xi żejjed

Dettallji li għandhom jiġu forniti lill-pubbliku fuq skala kbira biżżejjed malajr kemm jista’ jkun għandhom jinkludu:

1. informazzjoni fuq żejjed osservat:

- il-post jew iż-żona taż-żejjed,

- it-tip ta' għatba maqbuża (informazzjoni jew twissija),

- il-ħin tal-bidu u t-tul taż-żejjed,

- l-ogħla konċentrazzjoni medja ta' siegħa u ta' tmien sigħat;

2. tbassir għal wara nofs in-nhar/il-jiem ta' wara:

- żona ġeografika taż-żejjed mistenni ta' l-għatba ta' informazzjoni u/jew twissija,

- bidla mistennija fit-tniġġiż (titjib, stabilizzazzjoni jew deterjorazzjoni);

3. informazzjoni dwar it-tip ta' populazzjoni kkonċernata, effetti possibbli tas-saħħa u kondotta rakkomandata:

- informazzjoni dwar gruppi ta' populazzjoni f'riskju,

- deskrizzjoni ta' sintomi probabbli,

- prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu mill-populazzjoni kkonċernata,

- fejn tinstab informazzjoni ulterjuri;

4. informazzjoni dwar azzjoni preventive għat-tnaqqis ta' tniġġiż u/jew espożizzjoni għalih:

indikazzjoni ta' setturi ta' fonti ewlenija; rakkomandazzjonijiet għal azzjoni għat-tnaqqis ta' emissjonijiet.

[1] Progress Komunitarju lejn li tintlaħaq il-mira għal żmien twil bl-użu tas-sena 2020 bhala referenza għandu jiġi rivedut bħala parti mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 11.

--------------------------------------------------

4.1. L-ANNESS III

Informazzjoni sottomessa minn Stati Membri lill-Kummissjoni u l-kriterji għall-aggregazjoni ta' data u għall-kalkolu ta' parametric statistiċi

I. Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni

It-tabell li ġejja tistipula t-tip u l-ammont ta' data li Stati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:

| Tip ta' stazzjon | Livell | Ħin medju/ta' akkumulazzjoni | Data provviżorja għal kull xahar minn April sa Settembru | Rapport għal kull sena |

Għatba ta' informazzjoni | Kwalunkwe | 180 μg/m3 | 1siegħa | għal kuljum biż-żejjed: data, sigħat totali ta' żejjed, ożonu massimu ta' siegħa u valuri relatati NO2 meta meħtieġa,ożonu massimu fix-xahar ta' siegħa | għal kuljum biż-żejjed: id-data, sigħat totali ta' żejjed, ożonu massimu ta' siegħa u valuri relatati NO2, meta meħtieġ |

Għatba ta’ twissija | Kwalunkwe | 240 μg/m3 | 1 siegħa | għal kuljum biż-żejjed: data, sigħat totali ta' żejjed, ożonu massimu ta' siegħa u valuri relatati NO2 meta meħtieġa | għal kuljum biż-żejjed: data, sigħat totali ta' żejjed, ożonu massimu ta' siegħa u valuri relatati NO2 meta meħtieġa |

Protezzjoni għas-saħħa | Kwalunkwe | 120 μg/m3 | 8 sigħat | jew kuljum biż-żejjed: data, 8 sigħat massimu [2] | għal kuljum biż-żejjed: data, 8 sigħat massimu [2]Protezzjoni tal-veġetazzjoni |

Protezzjoni tal-veġetazzjoni | Suburban, rurali, sfond rurali | AOT40 [1] = 6000 μg/m3.siegħa | 1 siegħa, akkumulata minn Mejju sa Lulju | Protezzjoni tal-foresti | Valur |

Protezzjoni tal-foresti | Suburban, rurali, sfond rurali | AOT40 [1]= 20000 μg/m3.siegħa | 1 siegħa, akkumulata minn April sa Settembru | Valur | Materjali |

Materjali | Kwalunkwe | 40 μg/m3 [3] | 1 sena | — | Valur |

Bħala parti mir-rappurtaġġ fis-sena, dan li ġej ukoll għandu jiġi pprovdut, jekk id-data kollha disponibbli fis-siegħa għall-ożonu, għad-dijossidu tan-nitroġenu u għall-ossidi tan-nitroġenu tas-sena n kwistjoni ma jkunux diġà ġew ikkunsinnati taħt il-kwadru tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE [4]:

- għall-ożonu, għad-dijossidu tan-nitroġenu, għall-ossidi tan-nitroġenu u għas-somma ta' l-ożonu u tad-dijossidu tan-nitrogenu (magħduda bħala partijiet għal kull biljun u espresso f’ μg/m3 ożonu) il-massimutad-99.9, tat-98, 50 perċentwali u l-medja annwali u n-numru ta' data valida minn serje fis-siegħa,

- il-massimu tat-98th, tal-50 perċentwali u tal-medja annwali minn serje ta' maxima ta' ożonu kuljum ta' 8 sigħat.

Data sottomessa f’ rapporti fix-xahar hija kkunsidrata provviżorja u għandha tiġi aġġornata, jekk neċessarju, f sottomissjonijiet sussegwenti.

II. Kriterji għall-aggregazzjoni tad-data u għall-kalkolu ta' parametric statistiċi

Perċentwali għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE.

Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw għall-kontroll tal-validità fl-aggregazzjoni tad-data u fil-kalkolu ta' parametric statistiċi:

+++++ TIFF +++++

Parametru | Proporzjon meħtieġ ta' data valida |

Valuri ta' siegħa | 75 % (jiġifieri 45 minuta) |

Valuri ta' tmien sigħat | 75 % tal-valuri (jiġifieri 6 sigħat) |

Medja massima kuljum ta' 8 sigħat minn medji operattivi fis-siegħa ta' 8 sigħat | 75 % tal-medji operattivi ta' 8 sigħat fis-siegħa (jiġifieri 18-il medja ta' 8 sigħat kuljum) |

AOT40 | 90 % tal-valuri ta' siegħa tul perjodu definit għall-kalkolu tal-valur AOT40 [5] |

Medja annwali | 75 % tal-valuri fis-siegħa tul l-istaġuni tas-sajf (April sa Settembru) u tax-xitwa (Jannar sa Marzu, Ottubru sa Diċembru) separatament |

Numru ta' eċċedenzi u valkuri massimi fix-xahar | 90 % tal-valuri medji massimi ta' 8 sigħat kuljum (27 valuri ta' kuljum disponibbli fix-xahar) 90 % tal-valuri ta' siegħa bejn it-8:00 u t-20:00 Ħin Ċentrali Ewropew |

Numru ta' eċċedenzi u valuri massimi fis-sena | Ħamsa minn sitt xhur tul l-istaġun tas-sajf (April sa Settembru) |

[1] Ara definizzjoni ta' AOT40 fis-Sezzjoni I ta' l-Anness I.

[2] Medja massima kuljum ta' 8 sigħat (ara s-sezzjoni II tan-nota (a) ta' l-Anness I).

[3] Valur li għandu jiġi rivedut, skond l-Artikolu 11(3), fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku żviluppanti.

[4] ĠU L 35, tal-5.2.1997, p. 14.

[5] li jkunu n-numru ta' sigħat f'perjodu ta' definizzjoni AOT40, (jiġifieri mit-08:00 sat-20:00 h CET mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju kull sena, għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u mill- 1 ta' April sat-30 ta' Settembru kull sena għall-protezzjoni tal-foresti).

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-KLASSIFIKA U L-ALLOKAZZJONI TA' PUNTI BIEX JITTIEĦDU L-KAMPJUNI GĦAL STIMI TA' KONĊENTRAZZJONIJIET TA' L-OŻONU

Il-konsiderazzjonijiet li ġejjin japplikaw għal miżuri fissi:

I. Allokazzjoni Makroskala

Tip ta' stazzjon | Miri ta' kejl | Rappreżentattività [1] | Kriterji ta' l-allokazzjoni Makroskala |

Urbani | Il-Protezzjoni tas-saħħa umana: Għall-istima ta' l-espożizzjoni tal-popolazzjoni urbana għall-ożonu, jiġifieri meta d-densità tal-populazzjoni u l-konċentrazzjoni ta' l-ożonu huma relattivament għolja u rappreżentattivi ta' l-espożizzjoni tal-populazzjoni in ġenerali | Ftit km2 | Il-Bogħod mill-influwenza ta' emissjonijiet lokali bħat-traffiku, stazzjonijiet tal-petrol, eċċ; Postijiet b’ ventijiet fejn livelli mħallta sewwa jistgħu jitkejjlu; Postijiet bħal żoni residenzjali u kummerċjali ta' bliet, ġonna (l bogħod mis-siġar), toroq kbar jew pjazez bi ftit traffiku jew b'ebda traffiku, żoni miftuħa karatteristiċi ta' faċilitajiet edukazzjonali, sportive jew ta' rikreazzjoni |

Suburbani | Il-Protezzjoni tas-saħħa umana u tal-veġetazzjoni; għall-istima ta' l-espożizzjoni tal-populazzjoni u tal-veġetazzjoni li tinstab fuq barra ta' l-agglomerazzjoni, fejn ikun hemm l-ogħla livelli ta' l-ożonu, li għalihom il-populazzjoni u l-veġetazzjoni x'aktarx li jiġu direttament jew indirettament esposti, | Xi egħxieren ta' km2 | F'ċerta distanza miż-żona ta' emissjonijiet massimi, "l isfel fir-rotta tad-direzzjoni/direzzjonijiet tar-riħ ewlieni waqt kondizzjonijiet favorevoli għall-formazzjoni ta' l-ożonu;" Meta l-populazzjoni, uċuh sensittivi jew ekosistemi naturali li jinstabu fiż-żona ta' barra ta' agglomerazzjoni huma esposti għal livelli għolja ta' l-ożonu; Meta approprjat, xi stazzjonijiet suburbani wkoll "il fuq miż-żona ta' emissjonijiet massimi, sabiex jiġu determinati l-livelli ta' ożonu ta' sfond reġjonali" |

Rurali | Il-Protezzjoni tas-saħħa umana u tal-veġetazzjoni: għall-istima ta' espożizzjoni ta' populazzjoni, uċuh u ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu ta' skala subreġjonali | Livelli subreġjonali (ftit km2) | L-Istazzjonijiet jistgħu jiġu allokati f’ settlements u/jew żoni b'ekosistemi naturali, foresti jew uċuh; Rappreżentattiv għall-ożonu ’l bogħod mill-influwenza ta' emissjonijiet lokali immedjati bħal installazzjonijiet industrijali u toroq; F'siti ta' żoni fil-beraħ, imma mhux fuq quċċati ogħla tal-muntanji |

Sfond rurali | Il-Protezzjoni ta' veġetazzjoni u tas-saħħa umana: għall-istima ta' l-espożizzjoni ta' uċuh u ekonsistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu ta' skala reġjonali kif ukoll l-espożizzjoni tal-populazzjoni | Livelli reġjonali/nazzjonali/kontinentali (1000 sa 10000 km2) | Stazzjon allokat f’ żoni b’ densità iktar baxxa ta' populazzjoni, eż. b'ekosistemi naturali, foresti. L bogħod ħafna minn żoni urbani u industrijali u ’l bogħod minn emissjonijiet lokali; Għandhom jiġu evitati lokazzjonijiet li huma soġġetti għal formazzjoni mtejjba lokalment ta' kondizzjonijiet ta' inverżjoni viċin l-art, ukoll quċċati ta' muntanji ogħla; Siti kostali b'ċikli ta' riħ dijurnali pronunzjati ta' karattru lokali mhumiex rakkomandati. |

Għal stazzjonijiet rurali u ta' sfond rurali, għandha tingħata konsiderazzjoni, meta approprjat, għal koordinazzjoni mal-ħtiġiet ta' monitoraġġ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/94 [2] li jikkonċerna l-protezzjoni tal-foresti Komunitarji kontra tniġġiż atmosferiku.

II. Allokazzjoni Mikroskala

Il-Linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti, sa fejn prattikabbli:

1. Iċ-ċirkolazzjoni madwar is-sonda ammessa m'għandhiex tkun ristretta (libera f'arka ta' mill-inqas 270o) u għandha tkun mingħajr ostakoli li jaffettwaw iċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja fil-viċinanza ta' l-istrument li jkun qed jieħu l-kampjuni, jiġifieri ’l bogħod minn bini, gallariji, siġar u ostakoli oħra b'iktar minn darbtejn l-għoli li l-ostakolu jisporġi fuq l-istrument li jkun qed jieħu l-kampjuni.

2. Ġeneralment, il-punt ammess biex jittieħed il-kampjun għandu jkun bejn 1.5 m (iż-żona tar-respirazzjoni) u 4 m ’l fuq mill-art. Pożizzjonijiet ogħla huma possibbli għal stazzjonijiet urbani f'xi ċirkostanzi u f'żoni b’ħafna injam.

3. Is-sonda ammessa għandha tiġi pożizzjonata ’l bogħod sewwa minn dawn il-fonti bħal fran u fjammi ta' inċinerazzjoni u iktar minn 10 m mill-eqreb triq, b’ distanza li tiżdied bħala funzjoni ta' intensità tat-traffiku.

4. Il-passaġġ ta' l-ispurgar ta' l-istrument li jkun qiegħed jieħu l-kampjuni għandu jkun pożizzjonat sabiex tiġi evitat riċirkolazzjoni ta' arja ta' spurgar lejn il-passaġġ li jagħti għall-istrument.

Jista’ wkoll jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin:

1. fonti ta' interferenza;

2. sigurtà;

3. aċċess;

4. disponiblità ta' enerġija elettrika u ta' komunikazzjonijiet bit-telefon;

5. viżibilità tas-sit f’ relazzjoni ma’ l-ambjent ta' madwar;

6. is-sigurtà tal-pubbliku u ta' l-operaturi;

7. ix-xewqa tal-kollokazzjoni ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni għal pollutanti differenti;

8. ħtiġiet ta' l-ippjanar.

III. Dokumentazzjoni u reviżjoni ta' l-għażla tas-sit

Proċeduri ta' l-għażla tas-sit għandhom jiġu kompletmanet dokumentati fl-istadju ta' klassifika b'mezzi bħal ritratti skond il-kumpass ta' l-ambjent madwar u mappa dettalljata. Is-Siti għandhom jiġu riveduti f’ intervalli regolari b’ dokumentazzjoni ripetuta sabiex jiġi assigurat li l-kriterji ta' l-għala xorta qegħdin jiġu sodisfatti.

Dan jeħtieġ monitoraġġ tajjeb u interpretazzjoni tad-data ta' monitoraġġ fil-kuntest tal-proċessi meteoroloġiċi u fotokimiċi li jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu mkejjla fis-sit rispettiv.

[1] Il-Punti fejn jittieħdu l-kampjuni għandhom ukoll, meta possibbli, jkunu rappreżentattivi ta' lokazzjonijiet simili mhux fil-viċinanza immedjata tagħhom.

[2] ĠU L 125, tat-18.5.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAN-NUMRU MINIMU TA' PUNTI BIX JITTIEĦDU L-KAMPJUNI GĦAL KEJL FISS TA' KONĊENTRAZZJONIJIET TA' L-OŻONU

I. In-Numru minimu ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni għal kejl kontinwu fiss għall-istima tal-kwalità ta' l-arja in vista ta' konformità mal-valuri mira, ma’ miri għal żmien twil u ma’ egħtiebi ta' informazzjoni u ta' twissija fejn kejl kontinwu huwa l-uniku fonti ta' informazzjoni

Populazzjoni (× 1000) | Agglomerazzjonijiet (urbani u suburbani) [1] | Żoni oħra (suburbani u rurali) [1] | Sfond rurali |

< 250 | | 1 | Stazzjoni wieħed/50000 km2 bħala densità medja fiż-żoni kollha f'kull pajjiż [2] |

< 500 | 1 | 2 |

< 1000 | 2 | 2 |

< 1500 | 3 | 3 |

< 2000 | 3 | 4 |

< 2750 | 4 | 5 |

< 3750 | 5 | 6 |

> 3750 | Stazzjon addizzjonali wieħed għal kull 2 miljun abitant | Stazzjon addizzjonali wieħed għal kull 2 miljun abitant |

II. In-numru minimu ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni għal kejl fiss għl żoni u agglomerazzjonijiet li jissodisfaw il-miri għal żmien twil

In-numru ta' punti biex jittieħdu l-kampjuni għall-ożon, in kombinazzjoni ma’ mezzi oħra ta' stima supplimentari bħall-immudellar tal-kwalità ta' l-arja u kejl kollokat ta' dijossidu tan-nitroġenu, għandhom ikunu suffiċjenti għall-kontroll tax-xejra tat-tniġgiż ta' l-ożonu u għall-kontroll ta' konformità mal-miri għal żmien twil. In-numru ta' stazzjonijiet allokati f’ agglomerazzjonijiet u żoni oħra jista’ jitnaqqas għal terz tan-numru speċifikat fis-Sezzjoni I. Meta informazzjoni minn stazzjonijiet ta' kejl fiss hija l-uniku fonti ta' informazzjoni, mill-inqas stazzjon wieħed ta' monitoraġġ għandu jinżamm. Jekk, f’ żoni fejn hemm stima supplimentari, ir-riżultat ta' dan huwa li żona ma għandha ebda stazzjon rimanenti, koordinazzjoni ma’ numru ta' stazzjonijiet f’ żoni viċini għandha tassigura stima adegwata ta' konċentrazzjonijiet ta' l-ożonu kontra miri għal żmien twil. In-numru ta' stazzjonijiet ta' sfond rurali għandu jkun 1 għal kull 100000 km2.

[1] Mill-inqas stazzjon wieħed f’ arji suburbani, fejn l-ogħla espożizzjoni tal-populazzjoni x'aktarx tkun. F'agglomerazzjonijiet mill-inqas 50 % ta' l-istazzjonijiet għandhom ikunu jinstabu f'żoni suburbani.

[2] Stazzjon wieħed għal kull 25000 km2 għal terran kumpless huwa rakkomandat.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

KEJL TA' SUSTANZI PREKURSURI TA' L-OŻONU

4.2. Il-Miri

Il-miri ewlenija ta' dan il-kejl huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra fi prekursuri ta' l-ożonu, li tiġi kkontrollata l-effiċjenza ta' strateġiji ta' tnaqqis ta' emissjoni, li tiġi kkontrollata l-konsistenza ta' inventorji ta' emissjoni u li l-fonti ta' emissjoni jiġu attribwiti għall-konċentrazzjoni ta' tniġġiż.

Mira addizzjonali hija s-sostenn tal-fehma ta' formazzjoni ta' l-ożonu u tal-proċessi prekursuri ta' dispersjoni, kif ukoll l-applikazzjoni ta' mudelli fotokimiċi.

Sustanzi

Il-Kejl ta' sustanzi prekursuri ta' l-ożonu għandu jinkludi mill-inqas ossidi tan-nitroġenu, u komposti organiċi volatili approprjati (VOC). Lista ta' komposti organiċi volatili rakkomandata għall-kejl hija mogħtija hawn taħt.

Ethane

Ethylene

Acetylene

Propane

Propene

n-Butane

i-Butane

1-Butene

trans-2-Butene

cis-2-Butene

1,3-Butadiene

n-Pentane

i-Pentane

1-Pentene

2-Pentene

Isoprene

n-Hexane

i-Hexane

n-Heptane

n-Octane

i-Octane

Benzene

Toluene

Ethyl benzene

m + p-Xylene

o-Xylene

1,2,4-Trimeth. benzene

1,2,3-Trimeth. benzene

1,3,5-Trimeth. benzene

Formaldehyde

Total non-methane hydrocarbons

Metodi ta' referenza

Il-metodu ta' referenza speċifikat fid-Direttiva 1999/30/KE [1] jew f'leġislazzjoni Komunitarja sussegwenti japplika għal ossidi tan-nitroġenu.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-metodi li juża biex jieħu l-kampjuniu jkejjel il-VOC. Il-Kummissjoni għandha twettaq eżerċizzji inter-paragunabbli malajr kemm jista’ jkun u tinvestiga l-potenzjal għad-definizzjoni ta' metodi ta' referenza għal biex jittieħdu u jitkejjlu kampjuni prekursuri sabiex titjieb il-paragunabilità u l-preċiżjoni ta' kejl għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 11.

L-Allokazzjoni

Għandu jittieħed kejl b'mod partikolari f’ żoni urbani u suburbani fi kwalunkwe sit ta' monitoraġġ stabbilit skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 96/62/KE u kkunsidrat approprjat fir-rigward tal-miri ta'monitoraġġ imsemmija hawn fuq.

[1] ĠU L 163, tad-29.6.1999, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

MIRI TA' KWALITÀ TA' DATA U KOMPILAZZJONI TAR-RIŻULTATI TA' STIMA TAL-KWALITÀ TA' L-ARJA

I. Miri dwar il-kwalità tad-Data

Il-miri li ġejjin dwar il-kwalità tad-data, għal inċertezza permessa ta' metodi ta' stima, u ta' kopertura minima ta' ħin u tal-katturazzjoni ta' data ta' kejl huma pprovduti sabiex jiggiwdaw il-programmi ta' assigurazzjoni ta' kwalità.

| Għall-ożonu, NO u NO2 |

Kejl fiss kontinwu

Inċertezza ta' kejl individwali | 15 % |

Katturazzjoni minima tad-data | 90 % tul is-sajf 75 % tul ix-xitwa |

Kejl indikattiv

Inċertezza ta' kejl individwali | 30 % |

Katturazzjoni minima tad-data | 90 % |

Kopertura minima tal-ħin | > 10 % tul is-sajf |

L-Immudellar

L-Inċertezza

Medji ta' siegħa (tul il-jum) | 50 % |

Massimu kuljum ta' 8 sigħat | 50 % |

Stima tal-mira

Inċertezza | 75 % |

L-inċertezza (fuq interval ta' kunfidenza ta' 95 %) tal-metodi ta' kejl tiġi vvalutata skond il-prinċipji ta' l-ISO "Gwida għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl" (1993), jew il-metodoloġija ta' ISO 5725-1 "Eċattezza (verità u preċiżjoni_ ta' metodi ta' kejl u tar-riżultati" (1994) jew ekwivalenti. Il-perċentwali għal inċertezza fit-tabella huma mogħtija għal kejl individwali, ta' medja tul perjodu għall-kalkolu ta' valuri mira u għal miri għal żmien twil, għal interval ta' kunfidenza ta' 95 %. L-inċertezza għal kejl fiss kontinwu għandha tiġi interpretata bħala applikabbli fir-reġjun tal-konċentrazzjoni wżata għall-għatba approprjata.

L-inċertezza għall-immudellar u stima tal-mira hija definite bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli ta' konċentrazzjoni mkejjla u kkalkolati, tul il-perjodu għall-kalkolu ta' l-għatba approprjata, mingħajr kont meħud tal-ħin ta' l-eventi.

"Il-Kopertura tal-ħin" hija definite bhala l-perċentwali tal-ħin ikkunsidrat għall-istabbiliment tal-valur ta' l-għatba li tulu jitkejjel il-pollutant.

"Il-Katturazzjoni tad-Data" hija definite bħala l-proporzjon tal-ħin li għalih l-istrument jipproduċi data valida, mal-ħin li għalih il-parametru statistiku jew il-valur aggregate għandhom jiġu kkalkolati.

Il-ħtiġiet għall-katturazzjoni tad-data minima u għall-kopertura tal-ħin ma jinkludux telf ta' data dovut għall-kalibrazzjoni regolari jew għall-manutenzjoni normali ta' l-instrumentazzjoni.

II. Riżultati ta' l-istima tal-kwalità ta' l-arja

L-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar għal żoni jew agglomerazzjonijiet li fihom fonti ta' xort' oħra minn kejl huma impjegati għall-fornitura ta' informazzjoni mill-kejl:

- deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' stima mwettqa,

- metodi speċifiċi wżati, b' referenzi għal deskrizzjonijiet tal-metodu,

- fonti ta' data u informazzjoni,

- deskrizzjoni tar-riżultati, inklużi inċertezzi u, b'mod partikolari, l-estent ta' kwalunkwe żona fiż-żona jew fl-agglomerazzjoni li tulha konċentrazzjonijiet jeċċedu miri għal żmien twil jew valuri mira,

- għal miri għal żmien twil jew valuri mira li l-mira tagħhom hija l-protezzjoni tas-saħħa umana, il-populazzjoni potenzjalment esposta għal konċentrazzjonijiet li jeċċedu l-għatba.

Meta possibbli, Stati Membri għandhom ifasslu mapep li juru distribuzzjonijiet ta' konċentrazzjoni f' kull żona u agglomerazzjoni.

III. L-Istandardizzazzjoni

Għall-ożonu il-volum għandu jiġi standardizzat fil-kondizzjonijiet ta' temperatura u pressjoni li ġejjin: 293 K, 101,3 kPa. Għal ossidi tan-nitroġenu l-istandardizzazzjoni speċifikata fid-Direttiva 1999/30/KE tapplika.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

IL-METODU TA' REFERENZA GĦALL-ANALIŻI TA' L-OŻONU U GĦALL-KALIBRAZZJONI TA' STRUMENTI TA' L-OŻONU

I. Metodu ta' referenza għall-analiżi ta' l-ożonu ugħall-kalibrazzjoni ta' strumenti ta' l-ożonu

- Metodu ta' analiżi: UV metodu fotometriku (ISO FDIS 13964),

- Metodu ta' kalibrazzjoni: fotometru ta' referenza UV (ISO FDIS 13964, VDI 2468, B1.6).

Dan il-metodu qiegħed jiġi standardizzat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Ladarba dan ta' l-aħħar ikun ippubblika l-istandard rilevanti, il-metodu u t-tekniċi deskritti hemmhekk jikkostitwixxu l-metodu ta' referenza u kalibrazzjoni f'din id-Direttiva.

Stat Membru jista' wkoll juża kwalunkwe metodu ieħor li jista' juri jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq.

II. Teknika ta' mmudellar ta' referenza għall-ożonu

Tekniċi ta' mmudellar ta' referenza ma jistgħux jiġu speċifikati fil-preżent. Kwalunkwe emendi sabiex dan il-punt jiġi adattat għall-progress xjentifiku u tekniku tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(2).

--------------------------------------------------