32002F0946



Official Journal L 328 , 05/12/2002 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni qafas tal-Kunsill

tat-28 ta' Novembru 2002

dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati

(2002/946/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizzjattiva tar-Repubblika Franċiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Wieħed mill-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea huwa li tipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta' sigurezza f'żona ta' liberta, sigurta u ġustizzja bl-iżvilupp ta' azzjoni komuni fost l-Istati Membri fl-oqsma tal-pulizija u koperazzjoni ġudizzjali f'materji kriminali.

(2) F'dan il-qafas, għandhom jittieħdu miżuri biex tkun miġġielda l-għajnuna lill-immigrazzjoni illegali kemm in konnessjoni mal-qsim mhux awtorizzat tal-konfini fis-sens strett u kemm għall-għan biex jinżammu networks li jesplojtjaw il-bnedmin.

(3) Għal dak il-għan huwa essenzjali li jkunu approssimati d-disposizzjonijiet legali eżistenti, b'mod partikolari, min-naħa l-waħda, id-definizzjoni preċiża tal-ksur tal-liġi in kwestjoni u l-każijiet ta' eżenzjoni, li huwa s-suġġet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi t-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza [3] u, min-naħa l-oħra, regoli minimi għal pieni, obbligi ta' persuni legali u ġurisdizzjoni, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni qafas.

(4) Huwa bl-istess mod essenzjali li azzjoni possibbli ma tkunx ristretta għal persuni naturali biss imma jkun ipprovdut għal miżuri konnessi ma' l-obbligi ta' persuni legali.

(5) Din id-Deċiżjoni qafas tissupplimenta strumenti oħra adottati biex ikunu miġġielda l-immigrazzjoni illegali, impjieg illegali, traffikar ta' bnedmin u esplojtazzjoni sesswali tat-tfal.

(6) Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni qafas tikkostitwixxi żvilupp ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [4], li jaqgħu fiż-żona li jirreferi għaliha l-Artikolu 1(E) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim [5].

(7) Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni qafas skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [6].

(8) L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni qafas skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [7],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Pieni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-ksur tal-liġi ddefinit fl-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva 2002/90/KE ikun ikkastigat b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li jistgħu jinvolvu estradizzjoni.

2. Fejn xieraq, il-pieni kriminali koperti fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu akkumpanjati bil-miżuri li ġejjin:

- konfiska tal-mezzi ta' trasport użati biex l-offiża tkun kommessa,

- projbizzjoni fuq il-prattika direttament jew permezz ta' intermedjarju ta' l-attività tax-xogħol li fl-eżerċizzju tagħha l-offiża kienet kommessa,

- deportazzjoni.

3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li, meta kommess għal qligħ finanzjarju, il-ksur tal-liġi ddefinit fl-Artikolu 1(1)(a) u, sakemm relevanti, l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/90/EC għandu jkun ikkastigat b'sentenzi ta' ħabs b'sentenza massima ta' mhux inqas minn tmin snin fejn ikun kommess f'xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

- l-offiża kienet kommessa bħala attività ta' organizzazzjoni kriminali kif iddefinita fl-Azzjoni Konġunta 98/733/JHA [8],

- l-offiża kienet kommessa filwaqt li kienu pperikolati l-ħajjiet tal-persuni li huma suġġetti ta' l-offiża.

4. Jekk huwa importanti ħafna (urġenti) biex tinżamm il-koerenza tas-sistema penali nazzjonali, l-azzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu kkastigati b'sentenzi ta' ħabs b'sentenza ta' mhux inqas minn sitt snin, sakemm hija fost is-sentenzi massimi l-iktar severi disponibbli għal reati ta' gravità komparabbli.

Artikolu 2

Obbligi ta' persuni legali

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni legali jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) u li jkun kommess għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li taġixxi kemm individwalment kif ukoll bħala parti minn organu tal-persuna legali, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija ġewwa l-persuna legali, ibbażati fuq:

- prokura tal-persuna legali,

- awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna legali, jew

- awtorità li teżerċita kontroll ġewwa l-persuna legali.

2. Barra mill-każijiet li diġà jipprovdi għalihom il-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna legali tista' tinżamm responsabbli fejn nuqqas ta' sorveljanza u kontroll minn persuna li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun għamlet possibbli l-kommisssjoni tal-ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) għall-benefiċċju ta' dik il-persuna legali minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3. Responsabbiltà ta' persuna legali taħt il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni naturali li huma awturi jew xewwiexa jew kompliċi fl-offiżi li jirreferi għalihom il-paragrafu 1.

Artikolu 3

Sanzjonijiet għal persuni legali

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna legali miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 2(1) tkun ikkastigata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disswasivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra bħal:

(a) esklużjoni minn dritt ta' benefiċċji jew għajnuna pubbliċi;

(b) skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;

(ċ) tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjali;

(d) ordni ta' għeluq (waqfien).

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna legali miżmuna responsabbli skond l-Artikolu 2(2) tkun ikkastigata b'sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 4

Ġurisdizzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tal-ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) u kommess

(a) totalment jew parzjament ġewwa t-territorju tiegħu;

(b) minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu, jew

(ċ) għall-benefiċċju ta' persuna legali stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

2. Suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax, jew li japplika biss f'każijiet jew ċirkostanzi speċifiċi, il-ġurisdizzjoni miġjuba fi:

- paragrafu 1(b),

- paragrafu 1(ċ).

3. Kull Stat Membru għandu jgħarraf bil-miktub lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jekk jiddeċiedi japplika l-paragrafu 2, fejn xieraq b'indikazzjoni taċ-ċirkostanzi jew kondizzjonijiet speċifiċi li fihom id-deċiżjoni tapplika.

Artikolu 5

estradizzjoni u prosekuzzjoni

1. (a) Kull Stat Membru li, taħt il-liġi tiegħu, ma jestradixxix iċ-ċittadini proprji għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) meta ksur tal-liġi tali jkun kommess miċ-ċittadini tiegħu proprji barra t-territorju tiegħu.

(b) Kull Stat Membru, meta wieħed miċ-ċittadini tiegħu jkun allegat li kkommetta fi Stat Membru ieħor il-ksur tal-liġi li jirrerefi għalih l-Artikolu 1(1) u ma jestradixxix lil dik il-persuna għall-Istat Membru l-ieħor biss għar-raġuni tan-nazzjonalità tiegħu, għandu jissottometti l-każ lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-għan ta' prosekuzzjoni, jekk xieraq. Biex ikun possibbli li prosekuzzjoni ssir, il-files, informazzjoni u eżibiti konnessi ma' l-offiża għandhom jintbagħtu skond il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jkun informat bil-prosekuzzjoni mibdija u bir-riżultat tagħha.

2. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, "ċittadin" ta' Stat Membru għandha tkun interpretata skond kull dikjarazzjoni magħmula minn dak l-Istat taħt l-Artikolu 6(1)(b) u (ċ) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Estradizzjoni, fejn xieraq kif emendata b'kull dikjarazzjonijiet magħmula fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar estradizzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea [9].

Artikolu 6

Liġi internazzjonali dwar refuġjati

Din id-Deċiżjoni qafas għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni li tingħata lil refuġjati u persuni li jfittxu ażil skond il-liġi internazzjonali dwar refuġjati u strumenti internazzjonali oħra konnessi ma' drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-osservanza ta' Stati Membri ta' l-obbligi internazzjonali tagħhom skond l-Artikoli 31 u 33 tal-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati ta' l-1951, kif emendata bil-Protokoll ta' New York ta' l-1967.

Artikolu 7

Komunikazzjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri

1. Jekk Stat Membru jkun informat bi ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) li jkun bi ksur tal-liġi tad-dħul u residenza ta' aljeni ta' Stat Membru ieħor, huwa għandu jinforma lil dan ta' l-aħħar kif għandu jkun.

2. Kull Stat Membru li jitlob Stat Membru ieħor biex itella' l-qorti (iħarrek), għar-raġunijiet ta' ksur tal-liġijiet proprji tiegħu dwar id-dħul u residenza ta' aljeni, ksur tal-liġi li jirreferi għalih l-Artikolu 1(1) għandu jispeċifika, permezz ta' rapport uffiċjali jew ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti, id-disposizzjonijiet tal-liġi tiegħu li nkisru.

Artikolu 8

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni qafas għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 9

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet taħdin id-Deċiżjoni qafas qabel il-5 ta' Diċembru 2004.

2. Sa l-istess data, Stati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad- disposizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom b'din id-Deċiżjoni qafas. Fuq il-bażi ta' rapport stabbilit billi tintuża din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, qabel il-5 ta' Ġunju 2005, jagħmel stima ta' l-estenzjoni ta' kemm l-Istati Membri kkonformaw ruħhom mad- disposizzjonijiett a' din id-Deċiżjoni qafas.

Artikolu 10

Revoka

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 27(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990 għandhom ikunu rrevokati mill-5 ta' Diċembru 2004. Fejn Stat Membru jimplimenta din id-Deċiżjoni qafas skond l-Artikolu 9(1) qabel dik id-data, id-disposizzjonijiet imsemmija għandhom jieqfu li applikaw għal dak l-Istat Membru mid-data ta' implimentazzjoni.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Haarder

[1] ĠU C 253, ta' l-4.9.2000, p. 6.

[2] ĠU C 276, ta' l-1.10.2001, p. 244.

[3] Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 36.

[5] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

[6] ĠU L 131, ta' l-1.06.2000, p. 43.

[7] ĠU L 64, tas-7.3.02, p. 20.

[8] ĠU L 351, tad-29.12.98, p. 1.

[9] ĠU C 313, tat-23.10.1996, p. 12.

--------------------------------------------------