32002D1786



Official Journal L 271 , 09/10/2002 P. 0001 - 0012


Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-23 ta’ Settembru 2002

li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-15 ta’ Mejju 2002,

Billi:

(1) Il-Komunità hija impenjata biex tippromwovi u ttejjeb is-saħħa, tipprevjieni l-mard, u tikkumbatti t-theddid potenzjali għas-saħħa, bil-ħsieb li titnaqqas il-morbidità li tista’ tiġi evitata u l-mewt prematura u d-diżabbiltà li tfixkel il-mobilità. Sabiex tikkontribwixxi għall-benesseru taċ-ċittadini Ewropej il-Komunità għandha tindirizza b’mod koordinat u koerenti t-tħassib tan-nies tagħha dwar ir-riskji għas-saħħa u l-aspettattivi tagħhom għal-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa. Għalhekk, l-attivitajiet kollha tal-Komunità relatati mas-saħħa għandu jkollhom grad għoli ta’ viżibbiltà u trasparenza u jkunu jippermettu l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha involuti b’mod bilanċjat, sabiex jiġi promoss aħjar l-għarfien u ċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni u b’hekk ikun possibbli li l-individwi jipparteċipaw aktar fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw saħħithom. F’dan il-qafas, għandha tingħata attenzjoni għad-dritt tal-popolazzjoni tal-Komunità li tirċievi tagħrif sempliċi, ċar u xjentifikament korrett dwar il-miżuri li jipproteġu s-saħħa u jipprevjienu l-mard, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja.

(2) Is-saħħa hija prijorità u għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika kollha u l-attivitajiet tal-Komunità. Skond l-Artikolu 152 tat-Trattat, il-Komunità hija mitluba li tieħu sehem attiv f’dan is-settur billi tieħu miżuri li ma jistgħux jittieħdu mill-Istati individwali, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(3) Fil-kuntest tal-qafas tas-saħħa pubblika stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Novembru 1993 dwar il-qafas għall-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika, tmien programmi ta’ azzjoni ġew adottati, jiġifieri:

- Id-Deċiżjoni Nru 645/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja dwar il-promozzjoni tas-saħħa, it-tagħrif, l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) [5],

- Id-Deċiżjoni Nru 646/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li tadotta pjan ta’ azzjoni li jikkumbatti l-kanċer fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) [6],

- Id-Deċiżjoni Nru 647/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar il-prevenzjoni ta’ l-AIDS u ċertu mard ieħor li jittieħed fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) [7],

- Id-Deċiżjoni Nru 102/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta Diċembru 1996 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar il-prevenzjoni tad-dipendenza fuq id-droga fil-qafas ta’ azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) [8],

- Id-Deċiżjoni Nru 1400/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1997 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar is-sorveljanza tas-saħħa fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1997 sa 2001) [9],

- Id-Deċiżjoni Nru 372/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 1999 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar il-prevenzjoni ta’ korriment fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1999 sa 2003) [10],

- Id-Deċiżjoni Nru 1295/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar mard rari fil-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1999 sa 2003) [11], u

- Id-Deċiżjoni Nru 1296/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar mard irrelatat mat-tniġġiż fil-kuntest tal-qafas ta’ l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1999 sa 2001) [12].

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll ta’ mard li jittieħed fil-Komunità [13] ġiet adottata. Bis-saħħa ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni adottat fit-22 ta’ Diċembru 1999 id-Deċiżjoni Nru 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed [14].

(4) Attivitajiet oħra fil-kuntest tal-qafas tas-saħħa pubblika jinkludu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/463/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar dawk li huma addattati biex jagħtu d-demm u l-plażma u l-eżaminazzjoni tad-demm mogħti fil-Komunità Ewropea [15] u r-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ l-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-oqsma elettromanjetiċi 0 Hz sa 300 GHz [16].

(5) Il-qafas tas-saħħa pubblika kien ġie rrivedut fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 1998 dwar l-iżvilupp tal-politika tas-saħħa pubblika fil-Komunità Ewropea, li wera li strateġija ġdida tas-saħħa u programm kienu meħtieġa minħabba d-dispożizzjonijiet ġodda tat-Trattat, l-isfidi ġodda u l-esperjenza s’issa.

(6) Il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Novembru 1998 dwar il-qafas futur għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika [17], u fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 1999 [18], il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fl-Opinjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 1998 [19], il-Kumitat tar-Reġjuni, fl-Opinjoni tiegħu tad-19 ta’ Novembru 1998 [20], u l-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu A4-0082/99 tat-12 ta’ Marzu 1999 [21], laqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 1998 u appoġġa l-idea li l-azzjonijiet fuq livell Komunitarju għandhom jiġu stabbiliti fi programm wieħed sħiħ, b’tul ta’ l-anqas ta’ perjodu ta’ ħames snin u li jkun fih tlett għanijiet ġenerali, jiġifieri t-titjib tat-tagħrif għall-iżvilupp fis-saħħa pubblika, ir-reazzjoni ta’ malajr għat-theddid għas-saħħa u li jiġu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa permezz tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, imsejsa fuq azzjoni inter-settorali u l-użu ta’ l-istrumenti xierqa tat-Trattat.

(7) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar l-insegwiment tal-konferenza Evora dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, il-Kunsill ikkunsidra li d-differenzi li dejjem qegħdin jikbru fl-istat ta’ saħħa u fir-riżultati tas-saħħa bejn u ġewwa l-Istati Membri jeħtieġu sforzi mġedda u koordinati fuq livell nazzjonali u Komunitarju; laqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tibgħat proposta għal programm ġdid tas-saħħa pubblika li jkun fih linja speċifika ta’ azzjoni mmirata biex jiġu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa permezz tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, imsaħħa b’politika intersetturali, u qabel li kien hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat il-bażi ta’ l-għarfien dwar dan u, għalhekk, li tiġi stabbilita sistema effikaċi ta’ sorveljanza tas-saħħa għal dan l-iskop; saħaq dwar l-importanza ta’ strateġija ġdida Komunitarja dwar is-saħħa pubblika li tibni fuq l-attivitajiet mwettqa dwar fatturi determinanti speċifiċi fil-programmi eżistenti, speċjalment dwar it-tabakk, in-nutriment u l-alkoħol u li kien importanti mhux biss li tiġi żgurata l-kontinwità fl-azzjonijiet eżistenti, iżda wkoll li jitmexxa ‘l quddiem ix-xogħol dwar dawn il-kwistjonijiet b’mod koerenti u sistematiku.

(8) Il-Kunsill jerġa’ jafferma l-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-konsum tat-tabakk tat-18 ta’ Novembru 1999, li fihom sostna l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ strateġija sħiħa, u stieden lill-Kummissjoni, inter alia, biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-saħħa u oqsma oħra ta’ politika, bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa f’dawn l-oqsma.

(9) Il-Kunsill fit-18 ta’ Novembru 1999 qabel unanimament dwar Riżoluzzjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali.

(10) Skond ir-Rapport Dinji tas-Saħħa tal-WHO tas-sena 2000 il-ħames piżijiet prinċipali tal-mard (fis-snin tal-ħajja aġġustata għad-diżabbiltà) huma: 1. diżordnijiet newropsikjatriċi, 2. mard kardjovaskulari, 3. neoplażmi malinji, 4. korriment mhux intenzjonat u 5. mard respiratorju. Il-mard li jittieħed, bħal l-HIV/AIDS, u r-reżistenza għal kontra l-mikrobi qegħdin ukoll isiru theddida għas-saħħa tan-nies kollha ta’ l-Ewropa. Funzjoni importanti tal-programm għandha tkun li jiġu identifikati aħjar il-piżijiet tal-mard fil-Komunità u, b’mod partikolari, il-fatturi determinanti prinċipali tas-saħħa.

(11) Il-programm għandu jikkontribwixxi għat-tpartit ta’ tagħrif dwar l-istandards tal-kwalità identifikati fil-qasam tas-saħħa pubblika.

(12) Huwa essenzjali li tinġabar, tiġi pproċessata u analizzata data fuq livell Komunitarju bl-iskop li ssir sorveljanza effettiva tas-saħħa pubblika fuq livell Komuntarju u sabiex tinkiseb informazzjoni oġġettiva, affidabbli, kumpatibbli u komparabbli li tista’ tiġi mparta u li tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-informazzjoni lill-pubbliku u biex jifformolaw strateġiji, linji ta’ politika u azzjonijiet xierqa sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Għandha tiġi meqjusa wkoll data mis-settur privat sabiex il-programm ikun wieħed sħiħ. L-istatistika kollha relevanti għandha tinqasam u tiġi analizzata skond is-sess.

(13) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċerti mezzi u mekkaniżmi b’relazzjoni mat-tagħrif u s-sorveljanza fil-qasam tas-saħħa pubblika. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet u l-inizjattivi meħuda mill-Komunità u mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programm, biex tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u sabiex tittejjeb l-effettività tan-networks eżistenti u futuri fil-qasam tas-saħħa pubblika.

(14) Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tiżgura l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri u l-azzjonijiet tal-programm kemm fuq livell mikro kif ukoll fuq livell makro kif ukoll il-promozzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Kull arranġamenti strutturali li jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni għandhom jiġbru, jissorveljaw u jevalwaw id-data għal dan l-iskop, u għandhom jiżviluppaw metodi ta’ sorveljanza u bażi għal tweġiba ta’ malajr u koordinata għat-theddid għas-saħħa. Arranġamenti strutturali bħal dawk għandhom ikunu jikkonsistu f’riżorsi ċentrali msaħħa u jinvolvu mill-qrib l-istituzzjonijiet relevanti maħtura mill-Istati Membri.

(15) B’mod partikolari teżisti l-ħtieġa li, fuq il-bażi ta’ ħila kompetenti u relevanti, tiġi żgurata koordinazzjoni approprjata u sostenibbli fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar is-saħħa, ta’ attivitajiet relatati ma’ dawn li ġejjin: id-definizzjoni tal-ħtiġiet tat-tagħrif, l-iżvilupp ta’ indikaturi, il-ġbir ta’ data u informazzjoni, kwistjonijiet ta’ kumparabbiltà, it-tpartit ta’ tagħrif u informazzjoni ma’ u bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp kontinwu tad-databases, analiżi u t-tixrid aktar wiesgħa ta’ l-informazzjoni. Koordinazzjoni bħal dik għandha wkoll tiġi żgurata fil-qasam tar-reazzjoni ta’ malajr għat-theddid tas-saħħa b’relazzjoni mas-sorveljanza epidemjoloġika, l-iżvilupp ta’ metodu ta’ sorveljanza, it-tpartit ta’ tagħrif dwar il-linji ta’ gwida u dwar il-prevenzjoni u l-azzjonijiet ta’ kontroll, mekkaniżmi u proċeduri.

(16) Huwa essenzjali li l-Kummissjoni, permezz ta’ l-arranġamenti strutturali meħtieġa, tiżgura l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri u l-azzjonijiet li jinsabu fil-programm u tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Sabiex dawn l-arranġamenti strutturali jkunu jistgħu jitħaddmu mingħajr xkiel u b’mod effettiv, huwa essenzjali li tiġi stabbilità koordinazzjoni sostenibbli ma’ l-awtoritajiet tas-saħħa ta’ l-Istati Membri, waqt li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri.

(17) Il-Kummissjoni għandha tagħmel, skond kif jixraq, aktar proposti dwar it-tip ta’ arranġamenti strutturali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija tas-saħħa pubblika, speċjalment dwar is-sorveljanza tas-saħħa u r-reazzjoni ta’ malajr għat-theddid għas-saħħa.

(18) L-għan prinċipali tal-programm dwar is-saħħa pubblika huwa li jikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ livell għoli ta’ saħħa fiżika u mentali, kif ukoll benesseru u ugwaljanza akbar fil-kwistjonijiet tas-saħħa mal-Komunità kollha, u dan billi tiġi diretta l-azzjoni lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni ta’ mard u diżordnijiet tal-bniedem, u t-tneħħija ta’ sorsi ta’ perikolu għas-saħħa bil-ħsieb li tiġi miġġielda l-morbidità u l-mewt prematura, waqt li jitqiesu s-sess u l-età. Sabiex jintlaħaq dan il-għan l-azzjonijiet għandhom ikunu ggwidati mill-ħtieġa li jiżdied it-tul tal-ħajja mingħajr diżabbiltà jew mard, li tiġi promossa l-kwalità tal-ħajja u li jiġu mminimizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-problemi tas-saħħa, b’hekk li jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa, waqt li tiġi meqjusa l-istrateġija reġjonali għall-kwistjonijiet tas-saħħa. Għandha tingħata prijorità għall-azzjonijiet li jindirizzaw il-piżijiet prinċipali tal-mard. Dan il-programm għandu jappoġġa l-iżvilupp ta’ strateġija intersetturali integrata tas-saħħa sabiex jiġi żgurat li l-politika u l-azzjonijiet tal-Komunità jikkontribwixxu għall-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa.

(19) Sabiex dan jinkiseb, il-programm għandu jagħti kont ta’ l-importanza ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u n-networking.

(20) It-Trattat jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità. Għandha tiġi stabbilita rabta qawwija bejn il-politika kollha tal-Komunità li jkollha impatt fuq is-saħħa u l-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika. Fi ħdan il-programm tas-saħħa pubblika, xogħol ta’ prijorità għandu jkun li jiġu żviluppati kriterji u metodoloġiji biex jiġu evalwati l-proposti ta’ politika u l-implimentazzjoni tagħhom. Fl-iżvilupp tal-miżuri taħt il-programm, u l-istrateġiji konġunti u l-azzjonijiet ma’ programmi u azzjonijiet oħra relevanti tal-Komunità, għandu jiġi żgurat li dawn il-linji ta’ politika u l-azzjonijiet l-oħra tal-Komunità jkunu jinkorporaw l-aspett tas-saħħa, u li jkunu msaħħa b’politika intersetturali.

(21) Sabiex jinkiseb l-għan aħħari u l-oġġettivi ġenerali, hija meħtieġa l-kooperazzjoni effettiva ta’ l-Istati Membri, l-impenn sħiħ tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet Komunitarji, u l-involviment ta’ l-istituzzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-korpi fil-qasam tas-saħħa kif ukoll tal-pubbliku ġenerali. Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u l-użu effiċjenti ta’ l-investiment u l-kapaċità eżistenti tal-Komunità, għandhom jintużaw networks stabbiliti fil-Komunità u dawk nazzjonali sabiex jinġiebu flimkien il-ħila u l-esperjenza ta’ l-Istati Membri dwar il-metodi effettivi għall-implimentazzjoni ta’ l-interventi promozzjonali u preventivi u dwar kriterji ta’ kwalità. Għandu jiġi żgurat djalogu mal-partijiet prinċipali impenjati biex itejbu s-saħħa pubblika u l-ħila tagħhom għandha tiġi inkorporata f’bażi ta’ għarfien effiċjenti u trasparenti tal-Komunità. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni mal-korpi u ma’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-saħħa permezz ta’ mekkaniżmi addattati, bħal fora dwar is-saħħa.

(22) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-azzjoni tal-Komunità dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità, bħas-saħħa pubblika, għandha titwettaq mill-Komunità biss jekk u sal-limitu li, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha, l-għanijiet tagħha jistgħu jinkisbu aħjar mill-Komunità; L-għanijiet tal-programm ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-komplessità, il-karattru transnazzjonali u n-nuqqas ta’ kontroll sħiħ fil-livell ta’ l-Istat Membru fuq il-fatturi li jaffettwaw is-saħħa, u għalhekk il-programm għandu jappoġġa u jikkumplimenta l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ l-Istati Membri. Il-programm jista’ jipprovdi valur miżjud sinifikanti għall-promozzjoni tas-saħħa u għas-sistemi tas-saħħa fil-Komunità permezz ta’ l-appoġġ ta’ l-istrutturi u l-programmi li jtejbu l-kapaċitajiet ta’ l-individwi, l-istituzzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-korpi fil-qasam tas-saħħa billi jiffaċilita t-tpartit ta’ esperjenzi u l-aħjar prattika u billi jipprovdi bażi għall-analiżi komuni tal-fatturi li jaffettwaw is-saħħa pubblika. Barra minn hekk, il-programm jista’ jkollu valur miżjud fil-każ ta’ theddid għas-saħħa pubblika ta’ natura bejn il-fruntieri, bħal mard li jittieħed, tniġġiż ta’ l-ambjent u kontaminazzjoni ta’ l-ikel, sal-limitu li jħajru strateġiji u azzjonijiet konġunti. Il-programm għandu jippermetti li l-Komunità tikkontribwixxi lejn it-twettiq ta’ l-obbligi tat-Trattat fil-qasam tas-saħħa pubblika waqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-kunsinna tas-servizzi tas-saħħa u l-kura tas-saħħa. Din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(23) Il-miżuri taħt il-programm jsejsu l-istrateġija tas-saħħa tal-Komunità u jkattru valur miżjud tal-Komunità billi jwieġbu għall-ħtiġiet li jirriżultaw mill-kondizzjonijiet u l-istrutturi stabbiliti permezz ta’ azzjoni tal-Komunità f’oqsma oħra, billi jindirizza żviluppi ġodda, theddid ġdid u problemi ġodda li dwarhom il-Komunità tkun f’pożizzjoni aħjar li taġixxi biex tipproteġi n-nies tagħha, billi ġġib flimkien l-azzjonijiet imwettqa f’iżolament relattiv u b’impatt limitat fuq livell nazzjonali u billi tikkumplimenthom billi jinkisbu riżultati pożittivi għall-poplu tal-Komunità, u billi tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-solidarjetà u l-koeżjoni fil-Komunità. L-istrateġija l-ġdida tas-saħħa u l-programm ta’ azzjoni tas-saħħa pubblika għandhom jipprovdu l-opportunità sabiex tiġi żviluppata aktar id-dimensjoni taċ-ċittadin tal-politika tal-Komunità dwar is-saħħa.

(24) Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet ikunu jistgħu jindirizzaw b’mod effettiv il-kwistjonijiet wiesgħa tas-saħħa u theddid b’kooperazzjoni mal-politika u l-azzjonijiet l-oħra tal-Komunità, waqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-programm għandu jipprovdi għall-possibbiltà tat-twettiq ta’ azzjonijiet konġunti ma’ programmi u azzjonijiet relatati tal-Komunità. L-użu proattiv tal-linji politiċi oħrajn tal-Komunità, bħall-fondi strutturali u l-politika soċjali jista’ jinfluwenza l-fatturi determinanti tas-saħħa b’mod pożittiv.

(25) L-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri u l-azzjonijiet u l-ksib ta’ l-impatt mixtieq tal-programm jeħtieġu l-komparabbiltà tad-data miġbura. Il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi u n-networks għat-tpartit ta’ l-informazzjoni u tagħrif għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika għandhom ukoll jagħtu kontribut ta’ valur u għandhom isiru aktar sforzi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Huwa ta’ importanza primarja li l-informazzjoni tiġi skambjata fuq il-bażi ta’ tagħrif komparabbli u kumpatibbli.

(26) B’mod ġenerali, il-miżuri u l-azzjonijiet taħt il-programm għandhom jagħtu kont ta’ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u applikazzjonijiet ta’ l-informatika u, b’mod partikolari, għandu jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib mal-pjanijiet imħejjija u implimentati fil-qasam tas-saħħa pubblika taħt il-programm ta’ azzjoni integrata għall-Ewropa elettronika (e-Ewropa), u programmi oħra relevanti, waqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni, u waqt li tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà ugwali għat-tagħrif dwar is-saħħa.

(27) Il-Kunsill Ewropew Feira f’Ġunju 2000 approva "il-Pjan ta’ Azzjoni e-Ewropa 2002 dwar Soċjeta ta’ Informazzjoni għall-Kulħadd", li taħt is-Saħħa Online iħajjar lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw infrastruttura faċli għall-utent, sistemi validati u interoperabbli għall-edukazzjoni fis-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-kura medika. Huwa essenzjali li t-teknoloġija ġdida ta’ l-informatika tiġi esplorata sabiex it-tagħrif dwar is-saħħa jsir aċċessibbli kemm jista jkun għaċ-ċittadin.

(28) Fl-eżekuzzjoni tal-programm, għandu jsir użu sħiħ tar-riżultati relevanti ġenerati mill-programmi ta’ riċerka tal-Komunità, li jsostnu r-riċerka fl-oqsma koperti bil-programm.

(29) Għandha tiġi meqjusa l-esperjenza miksuba mill-karti differenti fil-qasam tas-saħħa pubblika.

(30) Fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet legali relevanti fil-qasam tal-ħarsien tat-data personali, u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi li jiżguraw il-konfidenzjalità u s-sigurtà ta’ dik id-data.

(31) Il-programm għandu jdum sitt snin sabiex jippermetti żmien biżżejjed ħalli jiġu implimentati l-miżuri sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu.

(32) Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni tal-programm b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. Sabiex jinkiseb tagħrif xjentifiku u pariri għall-implimentazzjoni tal-programm, hija mixtieqa l-kooperazzjoni ma’ xjentisti u esperti ta’ reputazzjoni internazzjonali.

(33) Għandha tiġi żgurata l-konsistenza u l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati taħt il-programm u dawk maħsuba jew implimentati taħt politika jew attivitajiet oħra, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem skond id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika kollha u l-attivitajiet tal-Komunità.

(34) Hija mistennija kooperazzjoni mill-qrib u konsultazzjoni mal-korpi tal-Komunità responsabbli għall-istima tar-riskju, is-sorveljanza u r-riċerka fl-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel u l-għalf, il-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-sigurtà tal-prodotti.

(35) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul sħiħ tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt prinċipali ta’ referenza, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina ta’ l-estimi u t-titjib fil-proċedura ta’ l-estimi [22] għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura ta’ kull sena tal-budget, Il-qafas finanzjarju għandu jikkorrispondi mal-ħtiġiet u l-għanijiet tal-programm.

(36) L-iffinanzjar minn linji ta’ politika oħra tal-Komunità maħsuba għal azzjonijiet konġunti taħt il-programm huwa addizzjonali għall-qafas finanzjarju stabbilit għall-programm.

(37) Huwa essenzjali li jkun hemm flessibbiltà biex ikun permess it-tqassim mill-ġdid tar-riżorsi u l-addattazzjoni ta’ attivitajiet waqt li tiġi rrispettata l-ħtieġa għat-trasparenza kif ukoll il-kriterji għall-għażla u l-ordni tal-prijoritajiet skond il-kobor tar-riskju jew il-potenzjal ta’ l-effett, l-eżitu ta’ l-evalwazzjoni, it-tħassib pubbliku, id-disponibbiltà ta’ l-intervenzjonijiet jew potenzjal għall-iżvilupp tagħhom, is-sussidjarjetà u l-valur miżjud u l-impatt fuq setturi oħra. Hemm ħtieġa, madanakollu, li jinżamm bilanċ bejn it-tlett għanijiet tal-programm, billi r-riżorsi tal-budget jinqasmu b’mod ġust bejniethom.

(38) Huma essenjali miżuri prattiċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm. Minħabba f’hekk, matul l-implimentazzjoni tal-programm u l-għażla tar-riżorsi li jaqgħu taħtu, għandha tiġi enfasizzata l-importanza ta’ miżuri prattiċi.

(39) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 199/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [23].

(40) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) jipprovdi għal kooperazzjoni akbar fil-qasam tas-saħħa pubblika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li jieħdu sehem fiż-Żona Ekonomika Ewropea (il-pajjiżi EFTA/ŻEE), minn naħa l-oħra. Il-programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi Ċentrali u ta’ Lvant ta’ l-Ewropa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-protokolli addizzjonali tagħhom fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi, ta’ Ċipru, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dak il-pajjiż, kif ukoll ta’ Malta u t-Turkija, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

(41) Il-pajjiżi applikanti għandhom ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm u għandha tingħata konsiderazzjoni għall-attitudni strateġika għas-saħħa f’dawk il-pajjiżi, u b’mod partikolari l-problemi speċifiċi tagħhom.

(42) Ma’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konsegwenzi ta’ dik l-adeżjoni għall-programm.

(43) Għandha tiġi mrawma kooperazzjoni ma "pajjiżi terzi u ma" l-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali fl-isfera tas-saħħa, bħall-WHO, il-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-OECD, mhux biss fil-qasam tal-ġbir u l-analiżi tad-data (inklużi l-indikaturi) iżda wkoll fil-qasam tal-promozzjoni intersetturali tas-saħħa, sabiex tiġi żgurata l-effettività tan-nefqa, tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ attivitajiet u programmi u tiġi infurzata sinerġija u interazzjoni, waqt li jiġu meqjusa b’mod partikolari l-arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni bħal dik bejn il-WHO u l-Kummissjoni.

(44) Sabiex jiżdied il-valur u l-impatt tal-programm għandu jkun hemm sorveljanza u evalwazzjoni regolari, inklużi evalwazzjonijiet indipendenti esterni, tal-miżuri meħuda. Għandu jkun possibbli li jiġi aġġustat jew immodifikat il-programm fid-dawl ta’ dawn l-evalwazzjonijiet u ta’ kull żviluppi li jistgħu jseħħu fil-kuntest ġenerali ta’ l-azzjoni tal-Komunità għall-azzjoni fl-oqsma tas-saħħa u dawk relatati mas-saħħa; Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bil-pjanijiet tax-xogħol ta’ kull sena li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni.

(45) Il-programm ta’ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika jibni fuq l-attivitajiet u t-tmien programmi taħt il-qafas ta’ qabel u fuq ix-xogħol tan-network għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll fil-Komunità tal-mard li jittieħed, u jsegwi l-għanijiet u l-miżuri kollha tagħhom fil-forma ta’ strateġija tas-saħħa globali u integrata. Id-deċiżjonijiet dwar dawk it-tmien programmi huma koperti bil-programm ġdid u għandhom għalhekk jiġu mħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2002,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

L-Artikolu 1

L-istabiliment tal-programm

1. Din id-Deċiżjoni tistabilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-programm".

2. Dan il-programm għandu jiġi implimentat fil-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2003 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2008.

L-Artikolu 2

L-għan aħħari u objettivi ġenerali

1. Il-programm, li għandu jikkumplimenta l-linji ta’ politika nazzjonali, għandu jimmira biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u biex itejjeb is-saħħa pubblika.

2. L-objettivi ġenerali tal-programm għandhom ikunu:

(a) li jittejbu l-informazzjoni u l-għarfien għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika;

(b) li tittejjeb il-kapaċità ta’ tweġiba ta’ malajr u b’mod koordinat għat-theddid għas-saħħa;

(ċ) li tiġi promossa s-saħħa u li jiġi evitat il-mard billi jiġu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa fil-linji ta’ politika u fl-attivitajiet kollha.

3. Il-programm għandu għalhekk jikkontribwixxi sabiex:

(a) jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità, permezz tal-promozzjoni ta’ strateġija integrata u intersettorali tas-saħħa;

(b) jiġu indirizzat l-inugwaljanzi fis-saħħa;

(ċ) tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma li jaqgħu taħt l-Artikolu 152 tat-Trattat.

L-Artikolu 3

Azzjonijiet u attivitajiet tal-Komunità

1. L-għanijiet ġenerali tal-programm kif stabbilit fl-Artikolu 2 għandhom jiġu milħuqa permezz ta’ l-azzjonijiet elenkati fl-Anness.

2. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ natura trasversali, li jistgħu jintużaw biex jiġu implimentati l-azzjonijiet kollha jew parti minnhom u li jistgħu, fejn xieraq, jiġu magħquda. Dawn l-attivitajiet huma dawn li ġejjin:

(a) Attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ sorveljanza u reazzjoni ta’ malajr

(i) attivitajiet tan-networks operati permezz ta’ strutturi nominati mill-Istati Membri u attivitajiet oħra ta’ interess tal-Komunità għall-għanijiet ta’ sorveljanza tas-saħħa pubblika u l-provvista ta’ tagħrif nazzjonali, kif ukoll informazzjoni fuq il-livell tal-Komunità, skond l-għanijiet ta’ dan il-programm;

(ii) attivatajiet biex jiġġieldu t-theddid għas-saħħa, inkluż mard serju, u r-reazzjoni għal ġrajjiet mhux previsti, li jippermettu investigazzjonijiet u li jikkoordinaw it-tweġib;

(iii) it-tħejjija, l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ arranġamenti strutturali xierqa li jikkoordinaw u jintegraw in-networks għas-sorveljanza tas-saħħa u għal reazzjoni ta’ malajr għat-theddid tas-saħħa;

(iv) l-iżvilupp ta’ rabtiet addattati bejn l-azzjonijiet li jirrigwardaw s-sorveljanza u s-sistemi ta’ reazzjoni ta’ malajr.

(b) Attivitajiet dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard matul il-politika kollha tal-Komunità u li jinvolvu, skond kif jixraq, organizzazzjonijiet mhux governattivi, proġetti innovattivi jew piloti u networks bejn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet nazzjonali.

(ċ) Attivitajiet relatati mal-leġislazzjoni

(i) xogħol preparatorju għall-istrumenti leġislattivi tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika;

(ii) stima ta’ l-impatt fuq is-saħħa tal-leġislazzjoni tal-Komunità;

(iii) il-koordinazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri tagħha f’ fora li fihom jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mas-saħħa.

(d) Attivitajiet relatati mal-konsultazzjoni, l-għerf u t-tagħrif

(i) l-iżvilupp u t-tixrid lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, lill-professjonisti tas-saħħa u professjonijiet oħrajn u, fejn xieraq, lill-partijiet oħra interessati u lill-pubbliku ġenerali, ta’ tagħrif dwar is-saħħa, għerf, inkluża l-istatistika, rapporti, rivisti, analiżi u pariri dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni għall-Komunità u għall-Istati Membri;

(ii) informazzjoni u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet tas-saħħa u dawk relatati mas-saħħa fuq livell Komunitarju, li jinvolvu l-partijiet interessati kollha bħall-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa, trade unions, l-imsieħba soċjali u NGOs fil-qasam tas-saħħa pubblika;

(iii) il-qsim ta’ esperjenza u t-tpartit ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa bejn il-Komunità u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri;

(iv) l-inkoraġġiment ta’ taħriġ edukattiv u vokazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika relevanti għall-għanijiet tal-programm;

(v) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ networks għat-tpartit ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prassi fis-saħħa pubblika u l-effettività tal-politika tas-saħħa;

(vi) il-ksib ta’ tagħrif xjentifiku u pariri minn xjenzati u esperti ta’ livell għoli;

(vii) l-appoġġ u l-promozzjoni ta’ attivitajiet mill-Komunità u l-Istati Membri fir-rigward ta’ prassi tajba u linji ta’ gwida tajbin għas-saħħa pubblika ibbażati fuq data xjentifika.

(e) Il-promozzjoni u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkunu qegħdin jiżviluppaw l-attivitajiet iddefiniti bħala prijoritajiet taħt il-programm. Dawn jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu jew weħidhom jew fil-forma ta’ diversi assoċjazzjonijiet koordinati.

L-Artikolu 4

Strateġiji u azzjonijiet konġunti

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa umana fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità, l-għanijiet tal-programm jistgħu jiġu implimentati bħala strateġiji konġunti u attivitajiet konġunti billi jinħolqu rabtiet ma’ programmi u azzjonijiet relevanti tal-Komunità, notevolment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-impjieg, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, is-suq intern, is-soċjetà ta’ l-informatika u t-teknoloġija ta’ l-informatika, l-istatistika, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-trasport, l-industrija u l-ambjent, u ma’ l-azzjonijiet imwettqa miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka u l-korpi relevanti tal-Komunità li magħhom għandha tiġi mrawma l-kooperazzjoni.

L-Artikolu 5

Implimentazzjoni tal-programm

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, ta’ l-azzjonijiet stabbiliti fil-programm, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 u tiżgura l-iżvilup armonjuż u bbilanċjat tiegħu.

2. Sabiex tgħin fl-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz ta’ arranġamenti strutturali addattati b’assoċjazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tan-networks għas-sorveljanza tas-saħħa u r-reazzjoni ta’ malajr għal theddid tas-saħħa.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, biex tiġi żgurata t-tmexxija effiċjenti tal-programm u biex jiġu żviluppati mekkaniżmi fil-livell tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri biex jinkisbu l-għanijiet tal-programm. Għandhom jagħmlu ċert li tingħata informazzjoni approprjata dwar azzjonijiet appoġġati mill-programm u li tinkiseb il-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa f’azzjonijiet li jeħtieġu l-implimentazzjoni permezz ta’ l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

4. Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tfittex li tikseb il-komparabbiltà tad-data u ta’ l-informazzjoni u, fejn possibbli, il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi u networks għall-iskambju tat-tagħrif u informazzjoni dwar is-saħħa.

5. Fl-implimentazzjoni tal-programm il-Kummissjoni, flimkien ma’ l-Istati Membri, għandha tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali u, fejn xieraq, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konfidenzjalità u s-sigurtà ta’ dik id-data.

6. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, għandha tiżgura t-tranżizzjoni bejn dawk l-azzjonijiet żviluppati fil-programmi tas-saħħa pubblika adottati bid-Deċiżjonijiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 13 li jikkontribwixxu lejn il-prijoritajiet stabbiliti f’dan il-programm, u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt dan il-programm.

L-Artikolu 6

Konsistenza u kumplimentarjetà

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ċert li jkun hemm konsistenza u kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati taħt il-programm u dawk implimentati taħt politika u attivitajiet oħra tal-Komunità, inkluża l-politika msemmija fl-Artikolu 4. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tidentifika dawk il-proposti ta’ relevanza partikolari għall-għanijiet u l-azzjonijiet tal-programm, u tinforma lill-kumitat li għalih issir referenza fl-Artikolu 9 dwar kif għandhom jiġu meqjusa l-konsiderazzjonijiet tas-saħħa f’dawn il-proposti u l-impatt mistenni fuq is-saħħa.

L-Artikolu 7

L-iffinanzjar

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1 qiegħed b’dan jiġi ffissat għal 312 miljun EUR.

In-nefqa fuq l-għajnuna teknika u amministrattiva rrelatata ma’ l-arranġamenti strutturali li għalihom issir referenza taħt l-Artikolu 3(2)(a)(iii), u l-attivitajiet li jirriżultaw minnhom, għandhom jitħallsu mill-budget ġenerali tal-programm.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

L-Artikolu 8

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li huma relatati mal-kwistjonijiet li għalihom issir referenza hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta’ amministrazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2):

(a) il-pjan tax-xogħol annwali għall-implimentazzjoni tal-programm, li jiffissa l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi;

(b) l-arranġamenti, il-kriterji u l-proċeduri għall-għażla u l-iffinanzjar ta’ l-azzjonijiet tal-programm;

(ċ) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-istrateġiji konġunti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4.

(d) l-arranġamenti għall-evalwazzjoni tal-programm li għalihom ssir referenza fl-Artikolu 12;

(e) l-arranġamenti għat-tħejjija ta’ xi arranġamenti strutturali għall-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-saħħa u r-reazzjoni ta’ malajr għat-theddid għas-saħħa;

(f) l-arranġamenti għat-trasmissjoni, l-iskambju, it-tixrid ta’ informazzjoni u għar-reazzjoni ta’ malajr għat-theddid għas-saħħa taħt il-programm, mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni mwettqa skond id-Direttiva 2119/98/KE.

2. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li huma relatati mal-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(3).

L-Artikolu 9

Il-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.

3. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

L-Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi ta’ l-EFTA/ZEE, il-pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant, Ċipru, Malta u t-Turkija

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’:

(a) il-pajjiżi EFTA/ŻEE skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(b) il-pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-Protokolli Addizzjonali tagħhom u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi;

(ċ) Ċipru, iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftiehma ma "dak il-pajjiż."

(d) Malta u t-Turkija, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

L-Artikolu 11

Kooperazzjoni internazzjonali

Matul l-implimentazzjoni tal-programm, il-kooperazzjoni ma "pajjiżi terzi u ma" l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, jew li jista’ jkollhom impatt fuq is-saħħa pubblika bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Organizzazzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar l-Ikel u l-Agrikoltura għandhom jiġu mħeġġa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(3). B’mod partikolari, is-sistema ta’ tagħrif dwar is-saħħa u l-kapaċità tar-reazzjoni għat-theddid għas-saħħa għandhom ikunu, fejn xieraq u possibbli, koordinati ma’ l-attivitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

L-Artikolu 12

Sorveljanza, evalwazzjoni u tixrid tar-riżultati

1. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, għandha tissorvelja fuq bażi regolari, fejn xieraq bl-għajnuna ta’ esperti, l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-programm fid-dawl ta’ l-għanijiet. Għandha tirrapporta kull sena lill-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tas-sejbiet prinċipali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan il-programm.

3. Sat-tmiem tar-raba’ sena tal-programm, il-Kummissjoni għandha jkollha stima esterna mwettqa minn esperti indipendenti kwalifikati ta’ l-implimentazzjoni u l-kisbiet matul l-ewwel tliet snin tal-programm. Għandha wkoll tistma l-impatt miksub fuq is-saħħa u l-effiċjenza ta’ l-użu tar-riżorsi, kif ukoll il-konsistenza u l-kumplimentarjetà ma’ programmi, azzjonijiet u inizjattivi oħra relevanti implimentati taħt il-politika u l-attivitajiet tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lil dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm sat-tmiem tas-sena li tiġi wara t-tmiem tal-programm.

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta’ l-azzjonijiet imwettqa u r-rapporti ta’ l-evalwazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

L-Artikolu 13

Ħassar

Id-Deċiżjonijiet li ġejjin huma b’dan imħassra fil-31 ta’ Diċembru 2002:

Id-Deċiżjoni Nru 645/96/KE, id-Deċiżjoni Nru 646/96/KE, id-Deċiżjoni Nru 647/96/KE, id-Deċiżjoni Nru 102/97/KE, id-Deċiżjoni Nru 1400/97/KE, id-Deċiżjoni Nru 372/1999/KE, id-Deċiżjoni Nru 1295/1999/KE, id-Deċiżjoni Nru 1296/1999/KE.

L-Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 122 u C 240 E, tat- 28.8.2001, p. 168.

[2] ĠU C 116, ta’ l-20.4.2001, p. 75.

[3] ĠU C 144, tas-16.5.2001, p. 43.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-4 ta’ April 2001. (ĠU C 21, 24.01.20, p. 161), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 2001 (ĠU C 307, tal-31.10.2001, p. 27), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2001 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2002.

[5] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE (ĠU L 79, tas-17.3.2001, p. 1).

[6] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE.

[7] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 16. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE.

[8] ĠU L 19, tas- 22.1.1997, p. 25. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid- Deċiżjoni Nru 521/2001/

[9] ĠU L 193, tat-22.7.1997, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE.

[10] ĠU L 46, ta’ l-20.2.1999, p. 1.

[11] ĠU L 155, tat-22.6.1999, p. 1.

[12] ĠU L 155, tat-22.6.1999, p. 7. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE.

[13] ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1.

[14] ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 32.

[15] ĠU L 203, tal-21.7.1998, p. 14.

[16] ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 59.

[17] ĠU C 390, tal-15.12.1998, p. 1.

[18] ĠU C 200, tal-15.7.1999, p. 1.

[19] ĠU C 407, tat-28.12.1998, p. 21.

[20] ĠU C 51, tat-22.2.1999, p. 53.

[21] ĠU C 175, tal-21.6.1999, p. 135.

[22] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 3.

[23] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

MIŻURI TA' AZZJONI U TA' APPOĠĠ

1. Biex tittejjeb l-informazzjoni dwar is-saħħa u l-għerf għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika billi:

1.1. tiġi żviluppata u mħaddma sistema sostenibbli ta' sorveljanza tas-saħħa biex jiġu stabbiliti indikaturi komparabbli kwantitattivi u kwalitattivi fil-livell tal-Komunità fuq il-bażi tax-xogħol eżistenti u r-riżultati miksuba, u biex jinġabar, jiġi analizzat u mxerred tagħrif kumparabbli u kumpatibbli speċifiku għall-età u s-sess dwar is-saħħa umana fil-livell tal-Komunità dwar l-istat ta' saħħa, il-politika tas-saħħa u l-fatturi determinanti tas-saħħa, inkluża d-demografija, il-ġeografija u s-sitwazzjonijiet soċjo-ekonomiċi, il-fatturi personali u bijoloġiċi, l-imġieba tas-saħħa bħall-abbuż minn sustanzi, in-nutriment, l-attività fiżika, il-komportament sesswali, l-għixien, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u dawk ambjentali, waqt li tingħata kura speċjali għall-inugwaljanza fis-saħħa;

1.2. tiġi żviluppata sistema ta' tagħrif għat-twissija, l-iskoperta u s-sorveljanza bikrin għat-theddid għas-saħħa, kemm dwar mard li jittieħed, inklużi fir-rigward tal-perikolu ta' tixrid ta' mard bejn il-fruntieri (inklużi patoġeni reżistenti), u dwar mard li ma jittieħidx;

1.3. tittejjeb is-sistema għat-trasferiment u l-qsim ta' informazzjoni u data dwar is-saħħa inkluż l-aċċess għall-pubbliku;

1.4. jiġu żviluppati u jintużaw mekkaniżmi għall-analiżi, pariri, rapportaġġ, informazzjoni u konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u l-partijiet involuti dwar kwistjonijiet tas-saħħa relevanti fil-livell tal-Komunità;

1.5. jittejbu l-analiżi u l-għarfien ta' l-impatt ta' l-iżviluppi fil-politika dwar is-saħħa u ta' politika u attivitajiet oħra tal-Komunità, bħal kif is-suq intern jaffettwa s-sistemi tas-saħħa, billi jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa umana, inkluż l-iżvilupp ta' kriterji u metodoloġiji għall-istima tal-politika dwar l-impatt tagħha u jiġu żviluppati rabtiet oħra bejn is-saħħa pubblika u politika oħra;

1.6. jiġi rivedut, analizzat u appoġġat l-iskambju ta' esperjenzi dwar, teknoloġiji dwar is-saħħa, inklużi teknoloġiji ġodda ta' l-informatika;

1.7. jiġi sostnut l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi dwar prassi tajba;

1.8. tiġi żviluppata u mħaddma azzjoni konġunta bill-pjanijiet imħejjija taħt e-Ewropa sabiex tittejjeb id-disponibbiltà għall-pubbliku in ġenerali fuq l-Internet ta' tagħrif dwar kwistjonijiet tas-saħħa, u jiġu kkunsidrati l-possibbiltajiet għat-twaqqif ta' sistema ta' siġilli ta' approvazzjoni tal-Komunità li jintgħarfu għas-siti ta' l-Internet.

Id-data eżistenti u l-informazzjoni pprovduta mis-sistema għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-Komunità, għall-utenti relevanti fl-Istati Membri u, fejn xieraq, għall-organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-element ta' statistika tas-sistema għandu jiġi żviluppat, b'kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri, billi jintuża fejn meħtieġ il-Programm ta' Statistika tal-Komunità sabiex tiġi promossa s-sinerġija u tiġi evitata d-duplikazzjoni.

2. Sabiex tittejjeb il-kapaċità għal tweġiba ta' malajr u b'mod koordinat għat-theddid għas-saħħa billi:

2.1. tittejjeb il-kapaċità li jiġi indirizzat il-mard li jittieħed billi tiġi appoġġata aktar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2119/98/KE dwar in-network tal-Komunità dwar is-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll tal-mard li jittieħed;

2.2. jiġi appoġġat it-tħaddim tan-network, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi li jipparteċipaw fuq il-bażi ta' l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari b'relazzjoni ma’ l-investigazzjonijiet komuni, it-taħriġ, l-evalwazzjoni kontinwa, l-assigurazzjoni ta' kwalità u, fejn xieraq, b'relazzjoni mal-kontribuzzjoni tiegħu ta' l-azzjonijiet deskritti fl-Anness punti 1.2 u 1.3;

2.3. jiġu żviluppati strateġiji u mekkaniżmi għall-prevenzjoni, it-tpartit ta' informazzjoni dwar u rispons għat-theddid ta' mard li ma jitteħidx, inkluż theddid għas-saħħa speċifiku għas-sessi u mard rari;

2.4. jiġi mpartat tagħrif dwar strateġiji sabiex tiġi miġġielda t-theddida għas-saħħa minn sorsi fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi dawk relatati ma’ atti terroristiċi, u l-iżviluppar u l-użu, fejn xieraq ta' strateġiji u mekkaniżmi tal-Komunità;

2.5. it-tpartit ta' tagħrif dwar strateġiji ta' vaċċinazzjoni u tilqim;

2.6. it-titjib tas-siġurtà u l-kwalità ta' organi u sustanzi ta' oriġini mill-bniedem, inkluż id-demm, komponenti tad-demm u prekursuri tad-demm billi jiġu żviluppati standards għolja ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim u l-użu ta' dawn is-sustanzi;

2.7. l-implimentazzjoni ta' networks ta' viġilanza għall-prodotti umani bħad-demm, il-komponenti tad-demm u l-prekursuri tad-demm;

2.8. strateġiji u miżuri ta' promozzjoni dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem minn effetti negattivi possibbli minn aġenti ambjentali bħar-radjazzjoni li tijonizza u li ma tijonizzax u l-istorbju;

2.9. l-iżvilupp ta' strateġiji għat-tnaqqis tar-reżistenza antibijotika.

3. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard permezz ta' azzjoni li tirrigwarda l-fatturi determinanti tas-saħħa fil-linji ta' politika u fl-attivitajiet tal-Komunità billi:

3.1. jitħejjew u jiġu implimentati strateġiji u miżuri, inklużi dawk relatati mal-kuxjenza pubblika, dwar fatturi determinanti relatati ma’ l-istil tal-ħajja, bħan-nutriment, l-attività fiżika, it-tabakk, l-alkoħol, id-droga u sustanzi oħra u dwar is-saħħa mentali, inklużi miżuri biex tiddaħħal il-politika tal-Komunità u l-istrateġiji speċifiċi relatati ma l-età u mas-sessi;

3.2. tiġi analizzata s-sitwazzjoni u jiġu żviluppati strateġiji dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa soċjali u ekonomiċi, sabiex jiġu identifikati u miġġielda l-ugwaljanzi fis-saħħa u sabiex jiġi stmat l-impatt tal-fatturi soċjali u ekonomiċi fuq is-saħħa;

3.3. tiġi analizzata s-sitwazzjoni u jiġu żviluppati strateġiji dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu ma l-ambjent u li jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni u l-istima tal-fatturi ambjentali fuq il-konsegwenzi tas-saħħa;

3.4. li tiġi analizzata s-sitwazzjoni u t-tparti ta' informazzjoni dwar fatturi determinanti ġenetiċi u l-użu ta' eżamijiet ġenetiċi;

3.5. jiġu żviluppati metodi biex tiġi evalwata l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-istrateġiji u l-miżuri tal-promozzjoni tas-saħħa;

3.6. jiġu mħeġġa l-attivitajiet relevanti ta' taħriġ għall-miżuri hawn fuq imsemmija.

4. Miżuri ta' appoġġ

4.1. Għandha tiġi pprovduta għajnuna Komunitarja sabiex tappoġġa l-azzjonijiet u l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3.

4.2. Waqt li tkun qiegħda twettaq il-programm, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ riżorsi addizzjonali, inkluż rikors għall-esperti, per eżempju għas-sistema ta' sorveljanza, l-evalwazzjoni tal-programm jew l-abbozzar ta' leġislazzjoni ġdida. Tista wkoll teħtieġ esperti biex jaħdmu għall-arranġamenti strutturali tal-Komunità, għall-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tan-networks għas-sorveljanza tas-saħħa u r-reazzjoni ta' malajr għat-theddid għas-saħħa. Ir-rapport li għalih issir referenza fl-Artikolu 12(1) għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun hemm il-ħtieġa, minn xi proposta dwar l-aġġustament tar-rekwiżiti.

4.3. Il-Kummissjoni tista’ wkoll twettaq azzjonijiet ta' informazzjoni, pubblikazzjoni u tixrid. Tista wkoll twettaq studji ta' evalwazzjoni u torganizza seminars, colloquia jew laqgħat oħra ta' esperti.

--------------------------------------------------