32002D0887



Official Journal L 309 , 12/11/2002 P. 0008 - 0012


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Novembru 2002

li tawtorizza derogi minn xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chanwecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun

(notifikat skond dokument numru C(2002) 4348)

(2002/887/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komuintà ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mir-Renju Unit,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, il-pjanti ta’ Chamaecyparis, Spach, Juniperus L. u Pinus L., minbarra frott u żerriegħa li joriġinaw f’pajjiżi li mhumiex Ewropej, li inprinċipju m’għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Iżda, d-Direttiva 2000/29/KE tippermetti derogi minn din ir-regola, sakemm jiġi stabbilit illi m’hemmx riskju ta’ introduzzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara.

(2) Mill-1993, ġew awtorizzatti derogi minn xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, rigward xi pjanti ta’ Chamaecy paris Spach, Juniperus L. u Pinus L. li joriġinaw fil-Ġappun, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/452/KEE [3] għal termini limitati u soġġetti għal xi kundizzjonijiet speċifiċi. Dan kien riżultat ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Ġappun, li ppermetta lill-Kummissjoni tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda risku li jiġu introdotti organiżmi ta’ ħsara ma’ l-importazzjoni ta’ dawk il-pjanti sakemm il-kundizzjonijiet speċifiċi ġew milħuqa.

(3) Ladarba għadhom jgħoddu ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni u ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

(4) Id-derogi għandhom għalhekk jiġu awtorizzazti għal terminu limitat bla ħsara għal kundizzjonijiet speċifiċi.

(5) Id-Deċiżjoni 93/452/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra.

(6) L-awtorizzazzjoni skond din id-Deċiżjoni għandha tispiċċa jekk jiġi stabbilit illi l-kundizzjonijiet speċifiċi mhumiex bizzejjed biex ma jħallux l-introduzzjoni ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara jew li ma ma kkonformawx magħhom.

(7) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jipprovdu għal derogi minn l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, rigward il-projbizzjonijiet imsemmija fil-Parti A, punt 1 ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva għal pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., minbarra frott u żrieragħ, li joriġinaw mill-Ġappun.

Sabiex jikkwalifikaw għal dawk id-derogi, il-pjanti għandhom jissoddisfaw, minbarra jew b’deroga għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, l-Anness II u fil-Parti A, Taqsima I, punt 43 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn, qabel l-1 ta’ Awissu 2003 u l-1 ta’ Awissu 2004, informazzjoni dwar kwantitajiet importati qabel dik id-data skond din id-Deċiżjoni u b’rapport tekniku dettaljat dwar l-eżamijiet u/jew testijiet imwettqa fuq dawn il-pjanti matul it-terminu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 10 ta’ l-Anness.

Kwalunkwe Stat Membru minbarra dak ta’ l-importazzjoni, li fih il-pjanti ġew introdotti, għandu wkoll jagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, qabel l-1 ta’ Awissu 2003 u l-1 ta’ Awissu 2004, rapport tekniku dettaljat dwar l-eżamijiet u/jew testijiet imwettqa fuq dawn il-pjanti qabel dik id-data matul il-perijodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 10 ta’ l-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-każijiet kollha l-oħrajn ta’ konsenji introdotti fit-territorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li ġew sussegwentement misjuba li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti hawn.

Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-derogi msemmija fl-Artikolu 1 għal pjanti importati fil-Komunità f’dawn it-termini:

Pjanti | Perjodu |

Pinus: | 1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 |

Chamaecyparis: | 1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 |

Juniperus: | 15 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Marzu 2003 u l-1 ta’ Novembru 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 |

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 93/452/KEE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-15 ta’ Novembru 2002.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Novembru, 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 116, tat-3.5.2002, p. 16.

[3] ĠU L 210, tal-21.8.1993, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JGĦODDU GĦAL PJANTI, LI JORIĠINAW FIL-ĠAPPUN, LI JIBBENIFIKAW MID-DEROGA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

1. Il-pjanti għandhom ikunu mqassra naturalment jew artifiċjalment tal-ġenus Chamaecyparis Spach, il-ġenus Juniperus L., jew fil-każ tal-ġenus Pinus L. jew interament ta’ l-ispeċi Pinus parviflora Sieb. & Zucc. (Pinus pentaphylla Mayr), jew dik l-ispeċje mlaqqma fuq għerq ta’ speċje tal-Pinus minbarra Pinus parviflora Sieb. & Zucc. Fil-każ aħħari, l-għerq m’ għandux ikollu nibbieta.

2. In-numru totali ta’ pjanti m’għandux jeċċedi l-kwantitajiet li ġew iddeterminati mill-Istat Membru li jimporta, b’rigward għall-facilitajiet ta’ kwarantina disponibbli.

3. Qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, il-pjanti għandhom ikunu tkabbru u ġew mistħarrġa għall-inqas għal sentejn konsekuttivi f’mixtliet reġistrati uffiċjalment, li huma soġġetti għal reġim ta’ kontroll sorveljat uffiċjalment. Il-listi annwali tal-mixtliet reġistrati għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Dawn il-listi għandhom jiġu trażmessi minnufih lill-Istati Membri. Għandhom jinkludu n-numru totali ta’ pjanti li tkabbru f’kull waħda minn dawn il-mixtliet, safejn jitqiesu xierqa għall-bejgħ lejn il-Komunità skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

4. Għall-pjanti Juniperus, il-pjanti tal-ġeneri Chaenomeles Lindl., Crataegus L., Cydonia Mill., Juniperus L., Malus Mill., Photinia Ldl. u Pyrus L., li tkabbru fl-aħħar sentejn qabel il-bejgħ fil-mixtliet imsemmija fuq ta’ dawn il-pjanti mqassra naturalment jew artifiċjalment u l-viċinanza immedjata tagħhom għandhom ikunu ġew spezzjonati uffiċjalment għall-inqas sitt darbiet fis-sena f’intervalli xierqa għall-preżenza ta’ organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet. Għal pjanti Chamaecyparis u Pinus, il-pjanti tal-ġenus Chamaecyparis Spach u tal-ġenus Pinus L. li tkabbru fil-mixtliet imsemmija fuq ta’ dawn il-pjanti mqassra naturalment jew artifiċjalment u l-viċininanza immedjata tagħhom għandhom ikunu ġew spezzjonati uffiċjalment għall-inqas sitt darbiet fis-sena f’intervalli xierqa għall-preżenza ta’ organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet.

L-organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet huma:

(a) għall-pjanti Juniperus,

(i) Aschistonyx eppoi Inouye,

(ii) Gymnosporangium asiaticum Miyabe ex Yamada u G. yamadae Miyabe ex Yamada,

(iii) Oligonychus perditus Pritchard et Baker,

(iv) Popillia japonica Newman,

(v) organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet oħrajn li mhumiex magħrufa li jeżistu fil-Komunità;

(b) għall-pjanti Chamaecyparis,

(i) Popillia japonica Newman,

(ii) organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet oħrajn li mhumiex magħrufa li jeżistu fil-Komunità;

(ċ) għall-pjanti Pinus,

(i) Bursaphelenchus xylophilus (Steiner & Buehrer) Nickle et al.,

(ii) Cercoseptoria pini-densiflorae (Hori & Nambu) Deighton,

(iii) Coleosporium paederiae,

(iv) Coleosporium phellodendri Komr,

(v) Cronartium quercuum (Berk.) Miyabe ex Shirai,

(vi) Dendrolimus spectabilis Butler,

(vii) Monochamus spp. (mhux Ewropew),

(viii) Peridermium kurilense Dietel,

(ix) Popillia japonica Newman,

(x) Thecodiplosis japonensis Uchida & Inouye,

(xi) organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet oħrajn li mhumiex magħrufa li jeżistu fil-Komunità.

Dawn il-pjanti għandhom ikunu nstabu liberi, f’dawn l-ispezzjonijiet, mill-organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet imsemmija fuq. Il-pjanti infestati għandhom jitneħħew. Il-pjanti rimanenti għandhom jiġu trattati b’mod effettiv.

5. Kxif ta’ organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet speċifikati fil-punt 4 ta’ l-ispezzjonijiet imwettaq skond il-punt 4 għandhom jiġu reġistrati uffiċjalment, u r-reġistri jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni, fuq talba tagħha. Kull tikxifa ta’ kwalunkwe organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet, li huma speċifikati fil-punt 4, għandha tiskwalifika lill-mixtla mill-istat tagħha skond il-punt 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata mmedjatament dwar dan. F’tali każ, ir-reġistrazzjoni tista’ tiġġedded biss fis-sena ta’ wara.

6. Il-pjanti maħsuba għall-Komunità għandhom għall-inqas matul it-terminu msemmi fil-punt 3:

(a) jitqiegħdu fi qsari, għall-inqas darba fl-istess terminu, li jitqiegħdu jew fuq xkaffi jew għall-inqas 50 cm ’il fuq mill-art jew fuq art tal-konkrit, mhux penetrabbli għan-nematodi, li jinżamm f’kundizzjoni tajba u liberu mid-debris,

(b) jinsabu liberi, fl-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 4, mill-organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet imsemmija fil-punt 4 u ma jiġux affettwati mill-miżuri msemmija fil-punt 5,

(ċ) jekk jappartienu għall-ġenus Pinus L. u fil-każ ta’ tilqim fuq għerq ta’ speċi Pinus minbarra l-Pinus parviflora Sieb. & Zucc., għandhom għerq derivati minn għejun approvati uffiċjalment bħala materjal b’ saħħtu,

(d) jingħarfu b’ marka, esklussiva għal kull pjanta individwali u notifikata lill-organizzazzjoni uffiċjali għall-ħarsen tal-pjanti fil-Ġappun, li tippermetti l-identifikazzjoni tal-mixtla rreġistrata u s-sena tat-tqegħid fil-qasrija.

7. L-organizzazzjoni uffiċjali għall-ħarsien tal-pjanti fil-Ġappun għandha taċċerta l-identifikabilità tal-pjanti mill-ħin tat-tneħħija tagħhom mill-mixtla sal-ħin tat-tagħbija għall-esportazzjoni, permezz ta’ siġillar tal-vetturi tat-trasport jew alteranttivi xierqa.

8. Il-pjanti jew il-medju ta’ tkabbir aderenti jew assoċjat (minn issa msejjaħ il-materjal) għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat fintosanitarju maħruġ fil-Ġappun skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/29/KE, dwar il-bażi ta’ l-eżami stabbilita fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti hemm, partikolarment il-libertà minn organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti 1 sa 7.

Iċ-ċertifikat għandu jindika:

(a) l-isem jew ismijiet tal-mixtla jew mixtliet irreġistrati,

(b) il-marki msemmija fil-punt 6, safejn jippermettu identifikazzjoni tal-mixtla reġistrata u s-sena tat-tqegħid fil-qsari,

(ċ) l-ispeċifikazzjoni ta’ l-aħħar trattament applikat qabel il-bejgħ,

(d) taħt "Dikjarazzjoni Addizzjonali", id-dikjarazzjoni "Din il-konsenja tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/887/KE".

9. Qabel l-introduzzjoni fi Stat Membru, l-importatur għandu javża dwar kull introduzzjoni b’mod suffiċjenti qabel lill-korpijiet uffiċjali responsabbli msemmija fid-Direttiva 2000/29/KE, fl-Istat Membru kkonċernat, u jindika:

(a) it-tip ta’ materjal,

(b) il-kwantità,

(ċ) id-data ta’ importazzjoni dikjarat,

(d) is-sit approvat uffiċjalment fejn il-pjanti ser jinżammu fi kwarantina wara d-dħul imsemmija fil-punt 10.

L-importaturi għandhom jiġu nfurmati uffiċjalment, qabel id-dħul, dwar il-kundizzjonijiet fil-punt 1 sa 12.

10. Il-materjal għandu jkun suġġett, qabel ma jiġi rilaxxjat, għal kwarantina uffiċjali wara d-dħul għal terminu ta’ mhux aktar minn tliet xhur ta’ tkabbir attiv fil-każ ta’ pjanti Pinus u Chamaecyparis u għal żmien li jinkludi l-istaġun ta’ tkabbir attiv mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju fil- każ ta’ pjanti Juniperus u għandhom jinstabu liberi, matul dan it-terminu ta’ kwarantina, minn organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex għal kull pjanta tiġi ppriservata l-marka msemmija fil-punt 6(d).

11. It-terminu uffiċjali ta’ kwarantina uffiċjali wara d-dħul imsemmij fil-punt 10 għandu:

(a) jiġi sorveljat uffiċjalment mill-korpijiet uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membru uffiċjali u jiġi esegwit minn ħaddiema approvati u mistħarrġa uffiċjalment, bil-possibbli assistenza ta’ l-esperti msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/29/KE taħt il-proċedura stabbilita hemm;

(b) isir f’sit approvat uffiċjalment fornit b’ faċilitajiet xierqa suffiċjenti biex jikkontienu organiżmi ta’ ħsara u jmantni l-materjal b’ tali mod li jiġi eliminat kull riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara;

(ċ) isir għal kull oġġett ta’ materjal:

(i) b’eżami viżiv mall-wasla u f’intervalli regolari wara, b’rigward għat-tip ta’ materjal u l-istat ta’ żvilupp tiegħu matul it-terminu ta’ kwarantina, għal organiżmi ta’ ħsara jew sintomi ta’ ħsara kawżati minn kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara,

(ii) b’ testjar xieraq ta’ kwalunkwe sintomu osservat fl-eżami viżiv sabiex jiġu identifikati l-organiżmi ta’ ħsara li kkwawżaw tali sintomi.

12. Kull lott li fih il-materjal ma nstabx liberu, matul il-kwarantina ta’ wara d-dħul, imsemmija fil-punt 10, minn organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet għandu jinqered minnufih taħt sorveljanza uffiċjali.

13. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, dwar kwalunkwe kontaminazzjoni mill-organiżmi ta’ ħsara inkwistjoni li tkun ġiet ikkonfermata matul il-kwarantina ta’ wara d-dħul imsemmija fil-punt 10. F’tali każ, il-mixtla rilevanti Gappuniża għandha tiġi skalifikata mill-istat tagħha skond il-punt 3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Ġappun dwar dan minnufih.

14. Kwalunkwe materjal li ġie soġġett għall-kwarantina ta’ wara d-dħul imsemmija fil-punt 10 fl-Istat Membru importatur u li nstab liberu, matul dak iż-żmien ta’ kwarantina, minn organiżmi ta’ ħsara ta’ nkwiet u li nżamm taħt kundizzjonijiet xierqa jista’ jiġi mċaqlaq fil-Komunità biss meta passaport tal-pjanti msemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/29/KE ikun inħareġ skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva u nhemeż mal-materjal, ma’ l-imballaġġ tiegħu jew mal-vetturi li jittrasportaw il-materjal.

Il-passaport tal-pjanti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jindika l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

--------------------------------------------------