32002D0838



Official Journal L 294 , 29/10/2002 P. 0086 - 0093


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-30 ta’ Settembru 2002

li tadotta programm speċifiku għar-riċerka u t-taħriġ li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta permezz ta’ azzjonijiet diretti għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (2002-2006)

(2002/838/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 7 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni Nru 2002/668/Euratom, il-Kunsill adotta l-Qafas tas-Sitt Programm tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka u l-attivitajiet ta’ taħriġ nukleari jikkontribwixxu wkoll għall-ħolqien ta’ Żona Ewropea ta’ Riċerka (2002-2006) [4] (hawnhekk iżjed ’Il quddiem imsejjaħ "il-programm qafas") li għandu jiġi Implimentat permezz ta’ programm/i ta’ riċerka u taħriġ imħejji/ja skond l-Artikolu 7 tat-Trattat, li jiddefinixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissa t-tul ta’ żmien tagħhom u jipprovdi għal-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, għall-programm qafas, għandhom jgħoddu għal dan il-programm.

(3) Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programmi għandha ssir eNfasi fuq il-promozzjoni tal-mobilità u t-taħriġ tar-riċerkaturi, u innovazzjoni fil-Komunità.

(4) Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-programm qafas, jista’ jkun xieraq li jkun hemm parteċipazzjoni f’attivitajiet internazzjonali ta’ koperazzjoni, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Kapitolu 10 tat-Trattat, ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. F’dan ir-rigward, iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta (JRC) għandu jfittex li jirrappreżenta l-interessi tal-Komunità u l-Membri tagħha u jagħmel l-aqwa użu possibbli tan-netwerks li jopera.

(5) Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-pajjiżi kandidati. Il-JRC għandu jwettaq l-attivitajiet xierqa ta’ taħriġ fis-sigurtà u salvagwardji nukleari, inklużi miżuri biex jikkontrolla t-traffikar illegali ta’ materjali nukleari.

(6) Il-JRC jieħu sehem fin-netwerks Ewropej dwar is-sigurtà ta’ reatturi nukleari li jimmiraw li jtejjbu l-prattiċi varji ta’ sigurtà u trattamenti u għalhekk jikkontribwixxu għal proċess simili fil-pajjiżi kandidati.

(7) L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali etiċi, inklużi dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-ħtieġa li jingħata kont li l-pubbliku jaċċetta dawn l-attivitajiet.

(8) Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "In-Nisa u x-Xjenza" u r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1999 [5] u s-26 ta’ Ġunju 2001 [6] u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2000 [7] dwar din l-iskema, Pjan ta’ Azzjoni qiegħed jiġi implimentat sabiex ikabbar u jżid il-post u l-irwol tan-nisa fix-xjenza u riċerka fl-Ewropa, li għandhom jassiguraw ir-rispett at’ l-ugwaljanza ta’ l-opportunità, irrespettivament mis-sess.

(9) Dan il-programm għandu jkun implimentat b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparaenti, waqt li jingħata kont tal-ħtiġiet relevanti ta’ l-utenti tal-JRC u l-politika tal-Komunità, kif ukoll jirrispetta l-għan li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħtu għandhom jiġi addattati fejn xieraq għal dawn il-ħtiġiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

(10) Il-JRC għandu jissokta jilħaq il-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità kif riflessa mill-utenti tagħha; sabiex dan isir b’mod effettiv, għandu jżomm bilanċ addattat ma’ l-attivitajiet ta’ riċerka meħtieġa biex tinkiseb eċellenza xjentifika.

(11) Il-JRC għandu jimplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ imwettqa permezz ta’ azzjoni diretta, b’mod partikolari l-kompiti fdati lill-Kummissjoni bit-Trattat. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti li jaqgħu fuqha fiż-żona tal-fissjoni nukleari, billi tagħmel użu mill-ħila teknika tal-JRC.

(12) Il-JRC għandu jsegwi attivament attivitajiet fl-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija.

(13) Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC għandu jkun ikkonsultat mill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet relevanti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom ta’ l-10 ta’ April 1996 dwar ir-riorganizzazzjoni tal-JRC [8].

(14) Il-Kummissjoni għandha maż-żmien tirranġa li titwettaq stima indipendenti li tikkonċerna l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti b’dan il-programm. Dik l-istima għandha titwettaq fi spirtu ta’ trasparenza, fir-rigward tal-partijiet relevanti kollha.

(15) Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku ta’ dan il-programm speċifiku.

(16) Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku ta’ dan il-programm speċifiku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Skond id-Deċiżjoni 2002/668/Euratom dwar il-programm qafas 2002-2006 (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-programm qafas"), programm speċifiku li jirrelata ma’ azzjoni diretta ta’ attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ għandhom jitwettqu mill-JRC (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ "il-programm speċifiku") huwa b’dan adottat għall-perjodu 30 ta’ Settembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

2. L-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi għall-programm speċifiku huma mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Skond l-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/668/Euratom il-programm qafas, l-ammont meqjus meħtieġ għall-esekuzzjoni tal-programm speċifiku huwa Euro 290 miljun. Tqassim indikattiv ta’ dan l-ammont huwa mogħti fl-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2. Il-programm speċifiku għandu jkun implimentat skond ir-regoli speċifiċi mniżżla fl-Anness III.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tħejji programm ta’ xogħol għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li għandu jintgħamel disponibbli għall-partijiet interessati kollha, li jniżżel f’aktar dettal l-għanijiet u l-prijoritajiet, l-orarju għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ l-implimentazzjoni.

2. Il-programm tax-xogħol għandu jagħti kont ta’ l-attivitajiet relevanti ta’ riċerka mwettqa mill-Istati Membri, l-Istati Assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Għandu jiġi aġġornat fejn xieraq.

Artikolu 5

1. Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, l-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom.

2. Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Bord tal-Gvernaturi bl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha regolarment tirrapporta l-progress kollox ma’ kollox ta’ l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, skond l-Artikolu 4 tal-programm qafas.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb għall-istima indipendenti li għaliha jipprovdi l-Artikolu 5 tal-programm qafas li għandu jitwettaq li tikkonċerna l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti bil-programm speċifiku.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-JRC biex tesegwixxi, fuq il-bażi ta’ kriterju ta’ benefiċċju komuni, proġetti ma’ entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi meta dan jikkontribwixxi effettivament għall-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet diretti.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Bendsten

[1] ĠU C 181, fit-30.7.2002, pġ. 132.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Ġunju 2002 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 221, fis-17.9.2002, pġ. 97.

[4] ĠU C 232, fid-29.8.2002, pġ. 34.

[5] ĠU C 201, fis-16.7.1999, pġ. 1.

[6] ĠU C 199, fl-14.7.2001, pġ. 1.

[7] ĠU C 309, fis-27.10.2000, pġ. 57.

[8] ĠU L 107, fit-30.4.1992, pġ. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS I

GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI U ABBOZZI WIESA' TA' L-ATTIVITAJIET

1. Introduzzjoni

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (JRC) iwettaq il-missjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku mmirat lejn il-klijent għall-koċepiment, żvilupp, implimentazzjoni u sorveljanza tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa jservi l-interess komuni ta' l-Istati Membri waqt li jkun indipendenti mill-interess speċjali, privati jew nazzjonali.

Il-kontribuzzjoni tal-JRC għall-programm qafas 2002-2006 jinkorpora rakkomandazzjonijiet ta' evalwazzjonijiet reċenti tal-JRC u ħtiġiet neċessitati bir-riforma tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, huwa jinkludi

- Orjentazzjoni msaħħa lejn l-utent.

- Attivitajiet ta' networking biex joħloq bażi wiesgħa ta' għerf u, fl-ispirtu taż-Żona Ewropea ta' Riċerka (ERA), jassoċja aktar mill-qrib ma' laboratorji ta' l-Istati Membri, industrija u regolaturi fl-appoġġ S&T provdut lill-politika ta' l-Unjoni Ewropea.

- Il-konċentrazzjoni ta' attivitajiet dwar temi magħżula, inkluż taħriġ ta' riċerkaturi biex tinżamm il-ħila nukleari fl-Unjoni Ewropea u l-istati membri assoċjati tagħha.

Il-kordinazzjoni tkun assigurata bl-azzjonijiet diretti taħt il-programm speċifiku Euratom.

Huwa jirrispondi għall-ħtiġiet u r-rekwiżiti espressi b'mod ċar, notevolment mis-servizzi tal-Kummissjoni, le ġew identifikati, u huma aġġornati permezz ta' kuntatti sistematiċi u regolari [1].

Fl-oqsma tiegħu ta' kompetenza, il-kontribuzzjoni tal-JRC għandha timmira li tistabbilixxi sinerġiji mal-prijoritajiet relevanti tematiċi fil-programmi speċifiċi l-oħra, notevolment permezz ta' parteċipazzjoni fl-azzjoni indiretta, bil-ħsieb li jżid il-valur, fejn xieraq, tax-xogħol imwettaq fih (per eżempju permezz tal-paragun u l-validazzjoni ta' testijiet u metodi jew l-integrazzjoni tar-riżultat għall-finijiet tat-tagħmil tal-politika).

2. Kontenut tal-programm

2.1. Motivazzjoni

L-attivitajiet tal-JRC fil-qasam nukleari jimmira li jagħti appoġġ lill-politika relatata tal-Komunità u l-obbligi speċifiċi tat-Trattat fdati lill-Kummissjoni. L-enerġija nukleari tipprovdi madwar terz ta' l-elettriku tal-Komunità u viġilanza hija meħtieġa biex tassigura kontinwazzjoni għar-rekord impressjonanti ta' sigurtà tal-Komunità, biex jinżammu l-isforzi biex tiġi evitata l-proliferazzjoni u biex jiġi mmaniġġjat b'mod effiċjenti l-ipproċessar u l-ħażna f'perjodu twil ta' żmien ta' l-iskart. It-tkabbir ta' l-Unjoni flimkien mal-ħtiġiet biex jiġi ssalvagwardjat il-materjal li joħroġ mill-proċess tad-disarmament jew l-emerġenza ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda li jintroduċu sfidi ġodda.

Waqt li jiffoka l-attivitajiet tiegħu fiż-żoni fejn huwa xieraq l-involviment tal-Komunità, il-JRC jopera fejn l-identità pan-Ewropea tiegħu tipprovdi valur miżjud u fejn l-azzjoni tiegħu hija ġġustifikata bl-aspetti bejn il-fruntieri u salvagwardja u sigurtà nukleari jew bit-tħassib pubbliku dwar il-kwistjonijiet: Salvagwardji, non-proliferazzjoni, immaniġġjar ta' skart radju-attiv, sigurtà tar-reatturi u sorveljanza ta' l-jonizzazzjoni tar-radjazzjoni għandhom ikunu oqsma prinċipali.

L-għan prinċipali għandu jkun biex tiġi żviluppata aktar il-kollaborazzjoni permezz ta' netwerking, li jwassal għal qbil wiesgħa fuq firxa ta' dawn il-kwistjonijiet fil-livell Ewropew u dinji. L-applikazzjoni tas-Salvagwardji mill-Uffiċċju tas-Salvagwardji Euratom (ESO) u l-IAEA teħtieġ apport R& D u assistenza diretta. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-koperazzjoni ma' Stati Membri futuri ta' l-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet ta' taħriġ għandhom ikunu komponent importanti għall-JRC biex jgħin jarma lill-Unjoni Ewropea b'ġenerazzjoni futura ta' xjenzjati bil-kapaċitajiet meħtieġa nukleari u ħila. Iż-żoni prinċipali ta' attività ta' riċerka għandhom għalhekk ikunu kif ġej:

- Immaniġġjar ta' skart radju-attiv u salvagwardar ta' materjali nukleari.

- Sigurtà tat-tipi differenti ta' reatturi, sorveljanza u metroloġija fil-qasam tal- jonizzazzjoni tar-radjazzjoni.

2.2. Immaniġġjar ta' l-iskart radju-attiv u salvagwardar ta' materjali nukleari

Karburant użat u livell għoli ta' trattament ta' skart u ħażna

Biex jindirizza l-kwistjonijiet dwar karburanti nuklearji użati u t-trattament u l-immaniġġjar ta' skart radju-attiv, il-JRC għandu jiżviluppa aktar il-ftehim tiegħu dwar fiżika fundamentali, kimika u materjali ta' data xjentifika dwar prodotti li jkun fihom l-actinide.

Il-proċessi bażiċi li jirregolaw il-komportament ta' karburat irradjat taħt kondizzjonijiet ta' ħażna temporanja jew disponiment ġeoloġiku f'perjodu twil ta' żmien għandhom ikunu investigati aktar.

Il-JRC għandu jkompli jittestja u jevalwa l-proċessi biex itejjeb is-separazzjoni effiċjenti (tqassim) ta' elementi radju-tossiċi minn karburant użat u u l-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid tal-prodotti li jirriżultaw. Dan għandu jitwettaq flimkien ma' l-imsieħba Ewropej taħt il-programm ta' trasmutazzjoni u tqassim. Minbarra din l-attitudni esperimentali u teoretika il-JRC għandu jsegwi u jestendi l-parteċipazzjoni tiegħu f'retikolati bi rwol possibbli ta' kordinament bħal fil-grupp internazzjonali tax-xogħol dwar id-disinn ta' karburanti għal sistemi mmexxija minn aċċeleratur.

Salvagwardji nukleari u non-proliferazzjoni

Ix-xogħol ta' salvagwardja għandu jipprovdi appoġġ dirett lill-ispettorati (ESO u IAEA) u lill-operaturi u għandu jwettaq riċerka rrelatata ta' tisħiħ biex jipprepara għal talbiet futuri inkluż titjib kontinwu ta' attivitajiet ta' salvagwarja biex jaddatta għall-kuntest politiku, b'mod partikolari bidliet fir-reġimi ta' verifikazzjoni, u evoluzzjoni teknoloġika. L-attività tinkludi l-iżvilupp u l-istima ta' strumentazzjoni fiż-żoni ta' provi distruttivi u non-distruttivi; il-provvista ta' materjali ċertifikati ta' referenza, konteniment u sorveljanza, taħtiġ ta' l-ispetturi u l-aġġornar u l-operazzjoni ta' laboratorji fuq il-post. Il-JRC għandu jissokta jkun il-punt ta' ċentru tan-netwerk ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea dwar Riċerka tas-Salvagwardji (Esarda).

It-tisħiħ tar-reġim tas-salvagwardji huwa kull ma jmur dipendenti fuq teknoloġiji ta' l-informazzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza u jitwettqu miżuri ġodda. Il-JRC għandu jissokta bl-isforzi tiegħu fl-iżviluppar ta' sorveljanza ambjentali, sorveljanza bis-satellita, u sistemi inovattivi ta' data u mmaniġġjar ta' l-informazzjoni kif ukoll komunikazzjonijiet imtejba u teknika ta' sorveljanza remota li jippermettu li jitwettqu ċerti attivitajiet ta' salvagwardja remotement mill-kwartieri ġenerali. Is-sinerġija max-xogħol imwettaq mill-JRC fiż-żona ta' kontra l-frodi għandha tiġi żviluppata aktar.

Il-JRC għandu jkompli jappoġġa t-trasferiment ta' l-"acquis communautaire" teknoloġiku fiż-żoni ta' salvagwardja tal-Pajjiżi Applikanti. Il-JRC huwa nvolut mill-qrib fl-isforzi internazzjonali biex jinkixfu attivitajiet klandestini u biex jiġġieled it-traffikar illeċitu ta' materjali nukleari.

Il-JRC għandu jżid l-attivitajiet tiegħu u l-isforzi ta' riċerka f'dan il-qasam sabiex ikun f'posizzjoni li jwieġeb it-talbiet magħmula minn xi Stat Membru jew stat applikant. Ix-xjenza nukleari forensika għandha tiġi żviluppata aktar.

L-għerf speċjalizzat u t-teknika tal-JRC għas-salvagwardji nukleari tal-Euratom jistgħu jitqegħdu għad-disposizzjoni ta' l-sforzi internazzjonali fin-non-proliferazzjoni ta' armamenti ta' distruzzjoni tal-massa. Waqt li jżomm dan f'moħħu, il-JRC għandu jfittex li jġib flimkien il-ħila kollha possibbli u biex jassoċja ruħu bi sħiħ ma' l-imsieħba tiegħu fin-netwerk Esarda.

2.3. Sigurtà tat-tip differenti ta' reatturi, sorveljanza ta' radjazzjoni jonizzanti u metroloġija

Sigurtà tat-tipi differenti ta'reatturi

Il-livell għoli ta' sigurtà ta' l-impjanti nukleari fl-Unjoni Ewropea għandu jkun assigurat. Xi impjanti ta' l-enerġija tal-ġenerazzjoni kurrenti għandhom jissoktaw fl-operazzjoni għal ta' l-anqas 20 sena. Il-JRC għandu jkompli jappoġġja l-awtoritajiet tas-sigurtà u l-operaturi ta' impjanti nukleari permezz ta' netwerking fuq il-qdumija, kxif ta' ħsara, spezzjonijiet fuq il-post u stima ta' l-integrità strutturali. L-analiżi u l-amministrazzjoni ta' l-aċċidenti, il-validazzjoni tal-kodiċi, l-analiżi tas-sistema, u l-metodi ta' informazzjoni tar-riskju żviluppati huma kompetenzi tradizzjonali tal-JRC, li huma importanti kemm għall-armonizzazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u minħabba t-tkabbir. L-appoġġ għall-programm Phebus għandu jitkompla. L-irkupru ta' data esperimentali u l-arkivjar tagħha għal disponibilità faċli għandhom jiġi appoġġjati, b'attenzjoni speċjali tingħata għall-amministrazzjoni u d-disseminazzjoni ta' din id-data.

L-iżvilupp ta' kultura komuni ta' sigurtà fil-Pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant hija żona oħra għall-appoġġ tal-JRC; dan jinkludi miżuri operazzjonali ta' sigurtà u aġġornar ta' l-impjanti, integrità strutturali, prevenzjoni ta' aċċidenti u amministrazzjoni.

Dwar is-sigurtà tal-karburant nukleari, il-JRC għandu jikkonċentra fuq interazzjonijiet mekkaniċi u kimiċi fit-tgħaqqid tal-karburant/kisi u dwar il-komportament tal-karburant f'kombustjoni għolja. Il-kodiċi Transuranus tat-twettiq tal-karburant għandhom jissoktaw jiġu estiżi b'data ġdida, li għandha tiġi ddisseminata b'mod wiesa', it-taħriġ ta' l-utenti, inklużi xjenzjati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant.

Flimkien ma' l-industrija u l-istituzzjonijiet R& D, il-JRC għandu jikkontribwixxi għall-analiżi u l-evalwazzjoni ta' diversi fatturi ta' sigurtà tat-tipi differenti ta' sistemi ta' produzzjoni ta' enerġija, fil-preżent taħt investigazzjoni f'diversi pajjiżi.

Sorveljanza ta' radjazzjoni jonizzanti u metroloġija

Ir-riċerka fil-ftehim ta' kif jiġi protett iċ-ċittadin u l-ambjent kontra l-effetti tar-radjazzjoni jonizzanti teħtieġ dosimetrija ta' min jorbot fuqha bħala bażi. Il-ħiliet tal-JRC għal perjodu twil fil-protezzjoni tar-radju u l-metroloġija għandhom ikunu aktar orjentati lejn dan is-suġġett.

Il-metroloġija radjonuklide għandha tiffoka fuq kejl ta' referenza u l-iżvilupp ta' standards internazzjonali għall-kejl ta' referenza ta' radjuattività. Minbarra dan, appoġġ għas-sigurtà u salvagwardji nukleari, sorveljanza ta' l-jonizzazzjoni tar-radjazzjoni skond it-Trattat, u l-kejl ta' miżuri ultra baxxi ta' radjazzjoni jonizzanti għandu jitwettaq.

Il-ħiliet tal-JRC fl-analiżi ta' traċċi ta' radjuattività u speċjalizzazzjoni għandhom jiżviluppaw aktar fil-kuntest tal-protezzjoni ambjentali.

[1] Workshops ta' l-utenti annwali, grupp ta' l-utenti DGs interservice, ftehim bilaterali, eċċ.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TQASSIM INDIKATTIV TA' L-AMMONT

Tipi ta' attivitajiet | Ammont (EWRO miljuni) |

Immaniġġjar ta' l-iskart radju-attiv u salvagwardar ta' materjali nukleari | 186 |

Sigurtà tat-tipi differenti ta' reatturi, sorveljanza ta' radjazzjoni jonizzanti u metroloġija. | 89 |

Ħaddiema meħtieġa għad-dekummissjonar ta' l-istallazzjonijiet tal-JRC li m'għandhomx jintużaw | 15 |

Total | 290 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

REGOLI SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, għandha timplimenta l-azzjoni diretta fuq il-bażi ta' l-għanijiet xjentiċifi u l-kontenut deskritt fl-Anness I. L-attivitajiet li jirrelataw ma' din l-azzjoni għandhom jitwettqu fl-istituti relevanti tal-JRC.

2. Fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tiegħu, il-JRC għandu, fejn xieraq u possibbli, jipparteċipa fi jew jorganizza networks ta' laboratorji pubbliċi u privati fl-Istati Membri jew f'konsortja ta' riċerka Ewropea fl-appoġġ tal-proċess tal-politika Ewropea. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-koperazzjoni ma' l-industrija, speċjalment ma' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Korpi ta' riċerka stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu wkoll jikkoperaw fi proġetti, skond id-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 6 u, fejn japplika, għal koperazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-koperazzjoni ma' laboratorji u istituzzjonijiet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-ex Unjoni Sovjetika.

Huwa għandu juża wkoll mekkaniżmi addattati biex jidentifika kontinwament ir-rekwiżiti u l-ħtieġiet tal-klijenti u l-utenti tiegħu u biex jinvolvihom f'attivitajiet relatati.

3. L-għerf miksub permezz ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti għandu jiġi ddisseminat mill-JRC innifsu (waqt li jingħata kont tal-limitazzjonijiet possibbli minħabba kwistjonijiet ta' konfidenzjalità).

4. Il-miżuri li jakkumpanjaw għandhom jinkludu:

- l-organizzazzjoni ta' żjarat mill-impjegati tal-JRC f'laboratorji nazzjonali, laboratorji industrijali u universitajiet,

- il-promozzjoni ta' mobilità fost xjenzjati żagħżagħ, partikolarment mill-pajjiżi kandidati

- taħriġ speċjalizzat b'enfasi fuq il-ħiliet nukleari u l-kultura ta' sigurtà nukleari fl-Unjoni Ewropea,

- l-organizzazzjoni ta' żjajjar fl-istituti tal-JRC ta' żjenzjati li jżuri u esperti nazzjonali sekondati, partikolarment mill-pajjiżi kandita,

- skambju sistematiku ta' informazzjoni, permezz, fost ħwejjeġ oħra, ta' l-organizzazzjoni ta' laqgħat xjentifiċi, laqgħat tax-xogħol u konferenzi akkademiċi u pubblikazzjonijiet xjentifiċi,

- l-evalwazzjoni indipendenti xjentifika u strateġika tat-twettiq tal-proġetti u l-programmi.

--------------------------------------------------