32002D0834



Official Journal L 294 , 29/10/2002 P. 0001 - 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-30 ta' Settembru 2002

li tadotta program speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni:"L-Integrazzjoni u t-tisħiħ tal-Qasam Ewropew Tar-Riċerka" (2002-2006)

(2002 834/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment L-Artikolu 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra the proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE [4] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni, li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' Żona ta' Riċerka Ewropea u għall-innovazzjoni (2002-2006) (minn hawn il-quddiem msejjaħ "il-programm kwadru") għandu jkun implimentat permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistabblilixxi d-dewmien tagħhom u jipprovdi għall-mezzi meħtieġa.

(2) Il-programm kwadru huwa imfassal fuq tlitt gruppi principali ta' attivitajiet, "Il-konċentrazzjoni u l-integrazzjoni tar-riċerka Ewropea", "L-Istrutturar taż-żona Ewropea tar-Riċerka", u "It-tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona Ewropea tar-riċerka" li l-ewwel u t-tielet fosthom, fejn jidħlu azzjonijiet indiretti, għandhom ikunu implimentati taħt dan il- programm speċifiku.

(3) Għal dan il-programm għandhom japplikaw ir-regoli għal parteċipazzjoni ta' l-impriżi, iċ-ċentri ta' riċerka, u universitajiet u għad-diffuzjoni tar-riżultati tar-riċerka, għal-programm kwadru (minn hawn 'l quddiem msejħa "Ir-regoli għal parteċipazzjoni u d-diffuzjoni").

(4) L-importanza ta' l-istrumenti ġodda (proġetti integrati u l-infrastrutturi ta' eċċellenza) hija rikonoxxuta bħala mezz ta' prijorità ġenerali sabiex jinkisbu l-iskopijiet ta' massa kritika, is-simplifikazzjoni tal-gestjoni u tal-valur miżjud Ewropew kontribwit mir-ricerka tal-Komunità fir-rigward ta' dak li diġà qed jitwettaq fil-livell nazzjonali, u ta' l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet fir-riċerka. Se tkun żgurata tranżizzjoni bla skossi mill-modalitajiet użati fil-Ħames Programm Kwadru għal dawk użati fis-Sitt Programm Kwadru. L-istrumenti ġodda ser jintużaw mill-bidu tas-Sitt Programm Kwadru f'kull Programm u f'kull tema u, fejn ikun appropjat, bħala mezz ta' prijorità, waqt li jinżamm l-użu ta' proġetti ta' riċerka speċifika mmirati u l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni. Dawn għandhom jippermettu li l-ispejjes amministrattivi u l-kost ta' l-impjegati jitnaqqsu għal mhux aktar minn 6,0 % ta' l-ammont totali meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm. Fl-2004 se ssir evalwazzjoni ta' l-effiċjenza minn esperti indipendenti ta' kull wieħed minn dawn l-istrumenti fl-esekuzzjoni tal-programm kwadru.

(5) Kif provdut fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal- pajjiżi li jkunu iffinalizzaw il-ftehim li jkun hemm bżonn għal dan il-għan, u huwa miftuħ ukoll fil-livell tal-proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' imprizi minn pajjiżi terzi, u ta' organizazzjoniet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(6) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, għandha tingħata mportanza għall-promozzjoni ta' l-istrateġija ta' żvilupp sostenibbli; għall mobilità tar-riċerkaturi, b'mod konformi mal-komunikazzjoni Komunitarja "Strateġija ta' mobilità fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka"; għall-innovazzjoni; għall-bżonnijiet ta' l-SME's u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tagħom, kif ukoll għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazjonijiet internazzjonali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-pajjiżi kandidati.

(7) L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa f'dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fondamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-drittijiet fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(8) B'mod konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "In-nisa u x-Xjenza" u r-Riżoluzjonjiet tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 [5] u tas-26 ta' Ġunju 2000 [6] u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2000 [7] fuq din it-tema, qed jiġi mplimentat pjan ta' azzjoni sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni u r-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka, u hemm bżonn ta' tisħiħ ulterjuri tal-azzjonijiet f'dan ir-rigward. Fit-twettieq ta' dan il-programm, se jittieħed kont ta' l-aspetti relatati mas-sess fir-riċerka.

(9) Sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ ta' dan il-programm, għandu jiġi nkoraġġut l-involviment b'mod attiv tal-partijiet kollha, b'mod partikolari l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati assoċjati u l-istati assoċjati l-oħra bl-għan komuni li tiżdied il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka li jsiru fl-Ewropa, inkluż permezz tal-ftuħ u s-sistemi ta' kollegament tal-programmi nazzjonali u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-informazzjoni li tappartjeni għall-attivitajiet ta' riċerka fil-livelli kollha.

(10) Dan il-programm għandu jkun implimentat b'mod flessibli, effiċjenti u trasparenti wara li jittieħed b'mod partikolari ta' l-interessi tal-komunitajiet xjentifiċi, industrijali, ta' l-utenti u dawk politiċi; l-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-progamm għandhom jiġu adattati fejn ikun hemm bżonn ġħall-bżonnijiet tal-politika tal-Komunità u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

(11) Għandha tkun faċilitata l-parteċipazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbegħeda fl-azzjonijiet ta' RTD tal-Komuità permezz ta' mekkaniżmi adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom.

(12) Il-parteċipazzjoni f'dawn l-attivitajiet għandha tiġi mħeġġa permezz tal-publikazzjoni ta' l-informazzjoni neċessarja fuq il-kontenut, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri, li għanda tkun aċċessibli fil-ħin b'mod sħiħ għall-parteċipanti, inklużi dawk mill-pajjiżi kandidati assoċjati u pajjiċi oħra assoċjati. Se jsiru attivitajiet speċifiċi b'appoġġ għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati u l-istituzzjonijiet mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi tal-Mediterran inkluċi l-Balkani tal-Punent kif ukoll ir-Russja u l-Istati Indipendenti Ġodda.

(13) Minħabba li l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni huma prinċipalment miżuri ta' ġestjoni, u għandhom għalhekk jiġu adottati mill-proċedura ta' ġestjoni li tinsab fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni [8]; billli minn naħa l-oħra ir-riċerka li tinvolvi l-użu ta' l-embrijuni umaniu u taċ-ċelloli staminali ta' l-embrijuni umani hija soġġetta għall-parametri etiċi li għandhom jiġu stabbiliti skond l-evoluzzjoni tal-konoxxenza xjentifika, l-opinjoni tal-Grupp Ewropew fuq l-Etika, u, fejn ikun jgħodd, il-leġislazzjoni u r-regoli nazzjonali u internazzjonali fuq l-etika; u għalhekk, il-miżuri ġħall-finanzjament ta' dawn il-proġetti għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

(14) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sabiex issir stima fil-ħin xieraq u bbażata fuq data ġenerali fuq l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet mwettqa minn dan il-programm, filwaqt li tqis ukoll il-kontribuzzjoni tal-programm ghall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, li se ssir bi spirtu miftuħ u b'rispett għall-partijiet kollha nteressati.

(15) Kull priorità tematika għandu jkollha l-linja ta' budget tagħha fil-Budget Ġenerali tal-Komunitajiet Erwopej.

(16) Il-Kumitat ta' Riċerka Xjentifika u Teknika (CREST) ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u tekniku ta' dan il-programm.

Adotta din id-Deċiżjoni:

Artikolu 1

1. B'mod konformi mal-programm kwadru, permezz ta' din id-Deċiżjoni ġie adottat programm speċifiku fuq l-integrazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (minn hawn "l quddiem msejjaħ" il-programm speċifiku) għall-perjodu mit-30 ta' Settembru 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. L-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi għall- program speċifiku huma elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Skond l-Anness II tal-programm kwadru, l-ammont ikkunsidrat meħtieġ għall-esekuzzjoni tal-programm speċifiku huwa ta' 12905 miljun euro, inkluż ammont massimu ta' 6,0 % għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni. Skomponiment indikattiva ta' dan l-ammont huwa mgħoti fl-Anness II.

Artikolu 3

L-attivitajiet kollha ta' riċerka li jsiru taħt il-programm speċifiku għandhom jinħadmu b'mod konformi mal- prinċipji fondamentali ta' l-etika.

Artikolu 4

1. Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-programm speċifiku għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tal-programm kwadru.

2. Il-programm speċifiku għandu jkun implimentat permezz ta' l-istrumenti definiti fl-Anness III għall programm strutturali u deskritt fl-Anness III.

3. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-diffuzjoni għandhom japplikaw għall-programm speċifiku.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tikteb programm ta' xogħol għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri aktar fid-dettall il-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi kif jinsabu fl-Anness I, u l-iskeda ta' l- implimentazzjoni.

2. Il-programm ta' xogħol għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka pertinenti mwettqa mill-Istati Membri, l-iStati assoċjati u l-organizazzjoniet Ewropej u internazzjonali. Dan għandha jkun aġġornat fejn ikun hemm bżonn.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall- implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2. Fl-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin tapplika il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2):

(a) It-tfassil u l-aġġornament tal-program ta' xogħol msemmi fl-Artikolu 5(1), inklużi l-istrumenti li għandhom jintużaw fuq bażi prijoritarja, kull aġġustament ulterjuri fl-użu tagħhom, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti kif ukoll il-kriterji ta' evalwazzjoni u għażla li għandhom jiġu applikati;

(b) l-approvazzjoni tal-finanzjament ta'

(i) L-azzjonijiet ta' RTD li jinvolvu s-sistemi ta' eċċellenza u proġetti ntegrati,

(ii) L-azzjonijiet ta' RTD fl-oqsma tematiċi ta' prijorità li ġejjin:

"ix-xjenzi tal-ħajja bħall-bioloġija, il-genomika u l-bioteknoloġija għas-saħħa",

"it-teknoloġiji ta' l-Informatika",

"In-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi, il-materjal multifunzjonali ibbażat fuq il-konoxxenza u l-proċessi u l-istrumenti ġodda ta' produzzjoni",

"L-Aeronawtika u l-ispazju",

"Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel",

"Żvilupp sostenibbli, Ekosistemi u Bidla globali",

fejn l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Komunità stamat taħt dan il-programm huwa ta' 1,5 miljun euro jew aktar.

(iii) Azzjonijiet RTD, differenti minn dawk imsemmija fil-punti (i) u (ii), fejn l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Komunità taħt dan il-programm huwa ta' 0,6 miljun euro jew aktar;

(ċ) it-tfassil tal-parametri għal stima esterna skond l-Artikolu 6(2) tal-programm kwadru;

(d) kull aġġustament fl-iskomponiment indikattiv ta' l-ammont li jinsab fl-Anness II.

3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(3) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

- dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni dettaljati dwar attivitajiet ta' riċerka li jinvolvu l-embrijuni umani u ċ-ċelloli staminali ta' l-embrijun uman.

- azzjonijiet ta' RTD li jinvolvu l-użu ta' embrijuni umani u ta' ċelloli staminali ta' l-embrijun uman.

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni hija assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu tkun ta' xahrejn.

4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 8

1. B'mod konformi ma' l-Artikolu 4 tal-programm Kwadru, il-Kummissjoni għandha għandha tirrrapporta regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku; għandha tkun inkluża informazzjoni fuq l-aspetti finanzjari u dwar l-użu ta' l-istrumenti.

2. Il-Kummissjoni għandha tqabbad esperti indipendenti sabiex iwettqu monitoraġġ u valutazzjoni indipendenti skond l-Artikolu 6 tal-programm kwadru fil-konfront ta' l-attivitajiet li jkun saru fl-oqsma li jaqgħu taħt il- program speċifiku.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Settembru 2002.

Għall-Kunsill

Il- President

B. Bendtsen

[1] ĠU C 118 E, 30.7.2002, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Ġunju 2002 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 221, 17.9.2002, p. 97.

[4] ĠU L 232, 29.8.2002, p. 1.

[5] ĠU Ċ 201, 16.7.1999, p. 1

[6] ĠU Ċ 119, 14.7.2001, p. 1

[7] ĠU Ċ 309, 27.10.2000, p. 57

[8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23

--------------------------------------------------

ANNESS I

MIRI XJENTIFIĊIU TEKNOLOĠIĊI U LINJI ĠENERALI TA' L-ATTIVITAJIET

1.

1.1.

1.1.1.

(i) Il-ġenomika avvanzata u l-applikazzjonijiet għas-saħħa

(ii) Il-glieda kontra l-mard serju

1.1.2.

1.1.3.

1.1.4.

1.1.5.

1.1.6.

(i) Sistemi sostenibbli ta' l-enerġija

(ii) Trasport bil-baħar sostenibbli

(iii) L-ekosistemi u t-tibdil globali

1.1.7.

1.2.

1.2.1.

1.2.2.

1.2.3.

2.

2.1.

2.2.

INTRODUZZJONI

Dan il-programm huwa ntiż sabiex jippromwovi riċerka ta' klassi mondjali f'oqsma kruċjali ta' prijorità u ta' interess eċċezzjonali u valur miżjud għall-Ewropa u l-kompetittività ta' l-industrija tagħha, li jkunu identifikati fil-programm kwadru 2002-2006, kif ukoll dwar suġġetti ta' diskussjoni li jkunu identifikati bћala ta' importanza kbira waqt l-implimentazzjoni tal-programm kwadru minħabba l-ħtiġijiet tal-politika tal-UE u l-opportunitajiet f'oqsma tar-riċerka ġodda u minn ta' quddiem.

Il-programm huwa mmirat lejn integrazzjoni akbar tar-riċerka fl-Ewropa permezz ta'

- azzjoni mmirata fuq oqsma ta' riċerka ta' prijorità tematika, bl-użu ta' strumenti ta' finanzjament qawwija (proġetti integrati u sistemi ta'eċċellenza) li jiġbru flimkien operaturi fir-riċerka f' arranġamenti adattati għall-isfidi ġodda li dawn l-oqsma ta' prijorità fir-riċerka jirrappreżentaw, u b' massa kritika,

- ippjanar u esekuzzjoni b'mod sistematiku u koordinat tar-riċerka b'appoġġ ghall-politika tal-Komunità, u sabiex jiġu esplorati oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u emerġenti, u li jieћdu kont tal-ħtiġijiet espressi mill-operaturi konċernati f' kull parti ta' l-Unjoni Ewropea,

- il-promozzjoni tal-koordinazzjoni u l-azzjoni konġunta ta' l-strutturi nazzjonali u Ewropej għall-innovazzjoni u r-riċerka, u l-ftuħ tal-programmi nazzjonali, f'dawn iż-zoni ta' prijorità, inkluż permezz ta' azzjonijiet taħt l-Artikolu 169 tat-Trattat, fejn appropjat, kif ukoll f'oqsma oħra fejn azzjoni ta' dan it-tip ittejjeb ir-riżultati tal-bażi ta' riċerka Ewropea.

Il-programm jikkomplementa il-programm "l-istrutturar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" u l-programm speċifiku għall-JRC, u l-implimentazzjoni tagħha ser tkun koordinata magħhom.

Il-kooperazzjoni internazzjonali tirrappreżenta dimensjoni importanti tal-Programm kwadru. F' dan il-programm speċifiku, l-attivitajiet internazzjonali jitmexxew fiż-żewġ forom ta'

- parteċipazzjoni ta' riċerkaturi, gruppi u istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi fi proġetti fl-oqsma ta' prijorità tematika differenti, li għandhom x' jaqsmu ma' kwistjonijiet li jqumu fil-livell mondjali u li jkunu l-materja ta' azzjonijiet internazzjonali,

- attivitajiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' gruppi ta' pajjiżi, bħala appoġġ għar-relazzjonijiet barranin u l-politika ta' għajnuna u għall-iżvilupp tal-Komunità.

Il-miri u l-forom ta' l-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-Programm Kwadru huma deskritti fl-intestatura "Attivitajiet speċifiċi li jkopru żona ta' riċerka aktar wiesgħa".

Ser tkun mћeġġa l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati f' dan il-programm.

Ser tkun mћeġġa l-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medja (SMEs) u l-ugwaljanza tas-sessi ser tkun assigurata, b'mod ġenerali, fit-twettieq ta' l-attivitajiet.

L-attivitajiet li jsiru f'dan il-programm ser ikunu implimentati b' mod integrat biex ikun hemm koerenza u sinerġija bejn id-diversi elementi tagħhom u, kief xieraq, ma' partijiet oħra tal-programm kwadru [1].

1. IL-KONĊENTRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI TAR-RIĊERKA FIL-KOMUNITÀ

1.1. OQSMA TEMATIĊI TA' RIĊERKA PRIJORITARJI

L-oqsma ta' prijorità tematika jirrappreżentaw l-ikbar parti ta' l-infieq taħt is-sitt programm kwadru. Permezz ta' attivitajiet ta' riċerka tal-Komunità kkonċentrati ћafna, l-intenzjoni hija li jiġi ġġenerat effett qawwi ta' lieva li, fimkien ma' azzjonijiet f' partijiet oħra tal-programm kwadru u b'koordinazzjoni miftuħa ma' strutturi oħra reġjonali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, iwassal gћal ħidma komuni koerenti u effettiva ħafna biex jinkisbu l-miri ġenerali.

L-azzjonijiet huma għalhekk deskritti f' termini ta'

- il-miri ġenerali u l-kisbiet mistennija f' kull qasam ta' prijorità,

- il-prijoritajiet ta' ricerka mfittxija permezz ta' azzjoni tal-Komunità.

L-oqsma ta' prijorità tematika fir-riċerka huma deskritti f' termini tal-miri ġenerali tagħhom u l-iskop prinċipali tar-riċerka. Il-programm ta' ħidma assoċjat jelabora iżjed fuq il-kontenut dettaljat tar-riċerka.

Fl-oqsma tematiċi prijoritarji, l-importanza ta' l-istrumenti ġodda (proġetti integrati u sistemi ta' eċċellenza) hija rikonoxxuta bħala mezz ta' prijorità ġenerali biex jintlaћqu l-miri ta' massa kritika, is-simplifikazzjoni tal-ġestjoni u valur miżjud Ewropew ikkontribwit mir-riċerka Komunitarja meta mqabbel ma'dak li qiegħed jitwettaq fil-livell nazzjonali, u ta' l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet fir-riċerka. Id-daqs tal-proġetti mhuwiex kriterju ta' esklużjoni, u l-aċċess għal strumenti ġodda huwa assigurat għall- SMEs u imprizi żgħar oħra.

Is-sistemi ta' eċċellenza u l-proġetti integrati ser jkunu użati mill-bidu tal-programm f'kull qasam tematiku prijoritarju u, fejn ikun appropjat, bħala mezz ta' prijorità, waqt li jinżamm l-użu ta' proġetti speċifiċi mmirati u azzjonijiet ta' koordinazzjoni. Flimkien mar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, huma jistgħu jinkorporaw it-tipi ta' attivitajiet li ġejjin, fejn ikunu ta' rilevanza speċifika għall-iskopijiet mixtieqa: id-dimostrazzjoni, id-diffuzjoni u l-isfruttament; il-kooperazzjoni mar-riċerkaturi u gruppi ta' riċerka minn pajjiżi terzi; l-żvilupp tar-riżorsi umani, inkluża l-promozzjoni tat-taħriġ tar-riċerkaturi; l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' riċerka u infrastruttura ta' rilevanza speċifika għar-ricerka li tkun qed issir; u l-promozzjoni ta' kollegamenti bejn ix-xjenza u s-soċjetà, inklużi in-nisa fix-xjenza.

Progetti ta' riċerka bi skop speċifiku u azzjonijiet ta' koordinazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku, jistgħu ukoll jintużaw fl-ispirtu ta' "skala ta' eċċellenza" fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tematiċi.

L-innovazzjoni hija dimensjoni importanti li għandha tiġi kkunsidrata fid-disinn u l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' RTD. B'mod partikolari is-sistemi ta' eċċellenza u l-proġetti integrati ser jinkludu attivitajiet dwar it-diffuzjoni u l-isfruttament ta' l-informatika u, fejn ikun relevanti, biex jiġi aċċertat it-trasferiment tat-teknoloġija u jiġi faċilitat l-isfruttament tar-riżultati. Fejn ikun appropjat, ser tingћata attenzjoni speċjali lit-trasferiment tat-teknoloġija lill-SMEs u għall-ħolqien ta' impriżi ta' riċerka bħala mezz ta' sfruttament tar-riżultati tar-riċerka.

L-oqsma prijoritarji ta'riċerka jinkludu, f'ċerti każi, ir-riċerka fil-fruntieri tad-dixxiplini tradizzjonali fejn il-progress jitlob sforzi interdixxiplinari u multidixxiplinari. Ser jwettqu wkoll, kif skond il-każ, riċerka esploratorja mill-aktar avvanzata fis-suġġetti relatati mill-qrib ma' wieħed jew iktar mill-materji ta' diskussjoni f'dawk l-oqsma. Il-miżurazzjoni u l-kontrolli ser jingħata ukoll l-enfasi meħtieġa. Tingħata attenzjoni partikolari waqt l-implimentazzjoni tal-programm gћall-koordinazzjoni bejn l-oqsma prijoritarji differenti, u bejn dawn l-oqsma u l-azzjonijiet taħt l-intestatura "appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi".

Il-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, ser jingћata l-attenzjoni xierqa. Barra minn hekk, konsiderazzjoni ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser ssir u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, jifforma parti, mill-attivitajiet taħt dan l-intestatura. Ir-riċerka fuq l-etika relatata ma "l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ssir fil-programm" L-istrutturar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u fl-attivitajiet ta' riċerka li joħorġu minnu, għandhom jiġu rrispettati il-principji etiċi fondamentali. Dawn jinkludu il-prinċipji li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet fondamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità u tal-ħajja tal-bniedem, protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll il-ћarsien ta' l-annimali u ta' l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-konvenzjonijiet internazzjonali u l-kodiċi ta' kondotta f'dan il-qasam, eż. id-Dikjarazzjoni ta' Helsinki fl-aħħar versjoni tagħha, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Biomediċina iffirmat f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-Protokol Addizzjonali fuq il-Projbizzjoni tal-Klonazzjoni tal-Bnedmin iffirmat f'Pariġi fit-12 ta' Jannar 1998, il-Konvenzjoni tal-ĠM fuq id-Drittijiet tat-Tfal, Id-Dikjarazzjoni Universali fuq il-ġenoma tal-bniedem u drittijiet tal-bniedem adottati mill-UNESCO, u r-riżoluzzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa (WHO) relevanti.

Ser tingħata wkoll attenzjoni gћall-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Esperti rigward l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew fuq l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

Konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-fehmiet differeti li jeżistu fl-Ewropa, il-parteċipanti fil-proġetti ta' riċerka għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni, regolamenti u regoli etiċi kurrenti fil-pajjiżi tkun ser ssir ir-riċerka. F'kull każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi Stat Membru partikolari ma tkun mgħejuna minn finanzjamenti Komunitarji f' daq l-Istat Membru.

Fejn appropjat, il-parteċipanti fil-proġetti ta' riċerka għandhom jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali qabel il-bidu ta' l-attivitajiet ta' RTD. Il-Kummissjoni twettaw eżami etiku sistematiku tal-proposti li jinvolvu kwistjonijiet etikament sensittivi, partikolarment dawk il-proposti li jinvolvu l-użu ta' embrijuni tal-bniedem u ta' ċelluli staminali ta' l-embrijuni tal-bniedem.

Kull proġett ta' riċerka li jinvolvi l-użu ta' embrijuni tal-bniedem u ċelluli staminali ta' l-embrijuni tal-bniedem, wara l-eżami etiku msemmi hawn fuq, jitpoġġa quddiem Kumitat Regolatorju.

F' każi speċifiċi, jista jsir eżami etiku waqt l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-oqsma li ġejjin m'għandhomx jiġu finanzjati taħt dan il-programm:

- l-attività ta' riċerka immirata għall- klonazzjoni tal-bniedem għal skopijiet riproduttivi,

- l-attività ta' riċerka li tfittex li tbiddel il-patrimonju ġenetiku tal-bniedem liema tibdiliet jistgћu jintirtu [2],

- l-attivitajiet ta' riċerka mmirati sabiex joħolqu embrijuni tal-bniedem għall-skop ta' riċerka biss jew gћall-kisba ta' ċelluli staminali, inkluż permezz tat-transferiment nuklejari ta' ċelluli somatiċi.

Barra minn hekk, il-finanzjament ta' attivitajiet ta' riċerka projbiti fl-Istati Membri kollha huwa dejjem projbit.

B'mod konformi mal-protokoll ta' Amsterdam dwar il-protezzjoni u l-ġid ta' l-annimali, l-esperimenti fuq l-annimali għandhom jiġu sostitwiti minn alternattivi kull fejn ikun possibbli. It-tbatija fost l-annimali għandha tiġi evitata jew limitata kemm jista' jkun. Dan japplika b'mod speċjali (konformement mad-Direttiva 86/609/KEE) għal esperimenti fuq l-annimali li jinvolvu speċi li huma l-eqreb għall-bnedmin. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali tista tkun ikkunsidrat biss jekk il-miri huma etikament ġustifikati u l-kondizzjonijiet huma tali li l-ġid ta' l-annimali huwa garantit u l-prinċipji tal-bijodiversità huma rispettati.

Dawn il-gwidi ser japplikaw fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser ssegwi regolarment il-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali sabiex tikkunsidra kull żviluppi. Dan il-kontroll jista' jwassal, skond il-bżonn, għal reviżjoni ta' dawn il-gwidi.

1.1.1. Ix-xjenzi tal-ћajja bħall-bioloġija, il-ġenomika u l-bioteknoloġija għas-saħħa

It-tqegћid f'sekwenza tal-ġenoma tal-bniedem u ħafna ġenomi oħrajn iħabbar era ġdida fil-bijoloġija umana, li toffri opportunitajiet li qatt ma kien hemm bħalhom sabiex tittejjeb is-saħħa tal-bniedem u biex tiġi stimulata l-attività industrijali u ekonomika. Biex tgħin sabiex dawn il-benefiċċji jseħħu, din it-tema ser tiffoka fuq l-integrazzjoni tar-riċerka post-ġenomika, inkluża r-riċerka fuq il-mekkaniżmi molekulari relatati, fuq il-metodi biomediċi u bioteknoloġiċi l-aktar stabbiliti, u tiffaċilita l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet fir-riċerka (kemm pubbliċi u kemm privati) fl-Ewropa kollha sabiex tiżdied il-koerenza u tinkeseb massa kritika. Ir-riċerka multidixxiplinarja integrata, li tippermetti interazzjoni qawwija bejn it-teknoloġija u l-bioloġija hija vitali f'dan il-kuntest sabiex id-data fuq il-ġenomi tiġi tradotta f'applikazzjonijiet prattiċi. Barra minn dan, element essenzjali fl-implimentazzjoni tat-tema ser jkun l-involviment tal-partijiet kollha nteressati, per ezempju, fejn ikun appropjat l-industrija, min jipprovdi l-kura tas-saħħa u t-tobba, dawk li huma responsabbli mill-politika, l-awtoritajiet regolatorji, l-għaqdiet tal-pazjenti, u l-esperti fl-etika, eċċ. Barra minn dan, ser tingħata attenzjoni gћall-mard tat-tfal u l-kuri relatati, kull fejn ikun xieraq, u tkun żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka [3].

Dan il-qasam ta' prijorità tematika ser jistimula u jsostni r-riċerka bażika multidixxiplinarja sabiex jisfrutta l-potenzjal kollu tal-informazzjoni fuq il-ġenoma sabiex jiffavorixxi l-applikazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem. Fil-qasam ta' l-applikazzjonijiet, ser jsir emfasi fuq ir-riċerka mmmirata lejn it-trasferiment tal-konoxxenza bażiku fl-istadju ta' l-applikazzjoni ("il-metodu translazzjonali"), biex jiġi promoss il-progress veru, konsistenti u koordinat fil-mediċina fil-livell Ewropew u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja. Din ir-riċerka tista' wkoll ikollha implikazzjonijiet għall-oqsma ta' riċerka bħall-agrikoltura u l-ambjent, li huma indirizzati taħt prijoritajiet tematiċi oħrajn; dawn l-implikazzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati waqt l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tematiċi kkonċernati.

Konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fi Stokkolma dan il-qasam ser jkun parti integrali ta' l-attività tal-Komunità Ewropea mmirata lejn it-ttejjeb l-industrija tal-bioteknoloġija Ewropea. B'mod partikolari huma maћsub li jissaћћu l-kollegamenti ma' l-attivitajiet kollha li jtejjbu l-kondizzjonijiet tal-qafas għall-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa ta' l-industrija tal-bioteknoloġija, speċjalment fl-SMEs, ikluż l-istimulazzjoni ta' l-attività imprenditorjali u l-opportunitajiet ta' invesitment permezz tal-kapital ta' sogru u l-involviment tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment. Ser tingħata attenzjoni wkoll gћall-identifikazzjoni ta' ostakoli regolatorji fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda għall-ġenomika, għall-antiċipazzjoni bikrija kemm jista' jkun ta' l-implikazzjonijiet etiċi u l-implikazzjonijiet aktar wiesgħa ta' l-żviluppi fir-riċerka fil-ġenomika għas-soċjetà u gћaċ-ċittadini.

Dan il-qasam tematiku prijoritarju jiffavorixxi wkoll l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' l-istrateġija tas-saħħa tal-Komunità Ewropea.

Ser tiġi nkoraġġita il-kollaborazzjoni internazzjonali fl-attivitajiet kollha tal-qasam tematiku prijoritarju. Fejn appropjat, ser tingћata l-konsiderazzjoni xierqa gћall-impenn tal-Komunità Ewropea għat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għall-importanza saħħa aћjar iġġib fil-proċess — konformement ma' l-Artikolu 177 tat-Trattat u permezz ta' l-azzjonijiet aċċellerati tal-Komunità Ewropea fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulosi.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) Il-ġenomika avvanzata u l-applikazzjonijiet tagħha għas-saħħa

Il-konoxxenza fondamentali u l-istrumenti bażiċi fil-qasam tal-ġenomika funzjonali fl-organiżmi kollha

L-gћan strateġiku ta' din il-linja huwa t-tkattir tal-gћarfien bażiku ta' l-informazzjoni ġenomika, permezz ta' l-iżvilupp tal-bażi ta' konoxxenza, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa biex jiġi deċifrat il-funzjoni tal-ġeni u tal-prodotti tal-ġeni ta' importanza għas-saħħa tal-bniedem u sabiex tiġu esplorata l-interazzjoni ta' bejniethom u ma' l-ambjent tagħhom. Ir-riċerka ser tkun tikkonsisti minn dan li ġej:

- L-espressjoni ġenetika u l-proteomiċi: L-għan huwa li tingħata għajnuna lir-riċerkaturi biex jiddeċifraw aħjar il-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni kif ukoll biex jitfissru s-sistemi regolatorji komplessi (il-biokomplessità) li jikkontrollaw il-proċessi bioloġiċi fondamentali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-iżvilupp ta' strumenti u metodi high throughput gћall-monitoraġġ ta' l-espressjoni ġenetika u l-profili tal-proteini u biex tiġi stabbilita l-funzjoni tal-proteini u l-interazzjonijiet tal-molekoli bioloġiċi fiċ-ċellola ħajja.

- Il-ġenomika strutturali: L-għan huwa li tingħata għajnuna lir-riċerkaturi sabiex jistabbilixxu, b'mod aktar effettiv u b'rata aktar għolja milli huwa possibbli llum, l-istruttura tridimensjonali tal-proteini u makromolekuli oħrajn, importanti biex jixħtu dawl fuq il-funzjoni tal-proteini u essenzjali fl-iżvilupp tal-mediċini.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-iżvilupp ta' metodi high throughput gћad-determinazzjoni ta' strutturi tridimensjonali b'riżoluzzjoni għolja makromolekolari.

- Ġenomika komparattiva u ġenetika tal-popolazzjoni: L-iskop huwa li r-riċerkaturi jkunu jistgћu jużaw bl-aћjar mod l-organiżmi mudell karatterizzati tajjeb biex jipprevedu u jeżaminaw il-funzjoni tal-ġeni u biex jieħdu l-aћjar vantaġġ mill-ko-orti fl-Ewropa biex jistabbilixxu r-relazzjoni bejn il-funzjoni tal-ġeni u s-saħħa jew il-mard.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq l-iżvilupp ta' organiżmi mudell u ta' strumenti transġeniċi; l-iżvilupp ta' strumenti għall-epidemjoloġija ġenetika u protokolli standardizzati gћall-genotyping.

- Bioinformatika: L-iskop huwa li r-riċerkaturi jkollhom aċċess għal strumenti effiċjenti għall-ġestjoni u l-interpretazzjoni tal-kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta' data fuq il-ġenoma u jpoġġuha fid-dispożizzjoni tal-komunità ta' riċerka f'forma aċċessibbli u li tista' tintuża.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-iżvilupp ta' strumenti u riżorsi bioinformatiċi għall-ħażna tad-data, l-estrazzjoni u l-ipproċessar; l-iżvilupp ta' metodi ta' bioinformatika għall-previżjoni in silico tal-funzjoni tal-ġeni u għas-simulazzjoni ta' sistemi regolatorji komplessi.

- Metodi multidixxiplinari tal-ġenomika funzjonali għal proċessi bioloġiċi bażiċi: l-iskop huwa li r-riċerkaturi jkunu jistgћu jistudjaw il-il-proċessi bioloġiċi fondamentali permezz ta' l-integrazzjoni tat-trattamenti innovativi msemmija hawn fuq.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-istudju tal-mekkaniżmi bażiċi tal-proċessi ċellolari fondamentali, sabiex jiġu identifikati il-ġeni involuti u biex jiġi deċifrati il-funzjonijiet bioloġiċi tagћom fl-organiżmi ħajjin

L-applikazzjonijiet tal-konoxxenza u t-teknoloġija fil-qasam tal-ġenomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa.

L-gћan strateġiku ta' din il-linja huwa li titћeġġeġ il-kompettitività ta' l-industrija bioteknoloġika Ewropea permezz ta' l-isfruttament ta' l-abbundanza ta' data bioloġika prodotta mill-ġenomika u l-avvanzi fil-bioteknoloġija. Ir-riċerka ser tinvolvi dan li ġej

- Pjattaformi teknoloġiċi għall-iżviluppi fl-oqsma ta' strumenti dijanjostiċi, preventivi u terapewtiċi ġodda: Fil-kuntest tal-prevenzjoni u l-kura tal-mard, il-miri huma li tkun inkoraġġita l-kollaborazzjoni akkademika u industrijali permezz ta' pjattaformi teknoloġiċi fejn metodi multidixxiplinarji li jużaw teknnoloġiji mill-aktar avvanzati meћuda mir-riċerka ġenomika jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-progress fil-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-kost minћabba dijanjosi aktar preċiża, kura individwalizzata u żvilupp ta' proċeduri aktar effiċjenti għall-mediċini ġodda u terapiji (bħall-għażla ta' kandidati ġodda gћall-użu ta' mediċini ġodda), u prodotti ġodda oħrajn tat-teknoloġiji ġodda.

Ir ricerka ser tiffoka fuq: l-iżvilupp razzjonali u aċellerat ta' mediċini ġodda, aktar effettivi u mingћajr periklu, fosthom il-metodi farmakoġenomiċi; l-iżvilupp ta' dijanjostiċi ġodda; l-iżvilupp ta' testijiet ġodda in vitro biex jissostitwixxu esperimentazzjoni fuq l-annimali; l-iżvilupp u l-isperimentazzjoni ta' strumenti preventivi u terapewtiċi ġodda, bħat-terapiji taċ-ċelloli u l-ġeni somatiċi (partikolarment dawk li jinvolvu ċ-ċelloli staminali, per eżempju dawk kontra l-kondizzjonijiet newroloġici u newromuskolari) u immunoterapiji; ir-riċerka innovattiva fil-post-ġenomika, li gћandha potenzjal kbir ta' applikazzjoni.

Sabiex jiġu assigurati għażliet soċjalment responsabbli, hemm bżonn ta' l-aċċettazzjoni tal-pubbliku u l-iżvilupp effiċjenti ta' dawn it-teknologiji ġodda, u l-involviment attiv u minn kmieni fl-attivitajiet imsemmija hawn fuq, ta' regolaturi, esperti fl-etika, pazjenti u s-soċjetà b'mod ġenerali

(ii) Il-ġlieda kontra l-mard prinċipali

Il-metodi ġenomiċi gћall-konoxxenza medika u t-teknoloġiji orjentati lejn l-applikazzjonijiet.

L-għan strateġiku ta' din il-politika huwa li jiġu żviluppati strateġiji aћjar għall-prevenzjoni u l-ġestjoni — bl-użu wkoll ta' teknoloġiji avvanzati għas-saħħa — ta' mard tan-nies u għal-ħajja u xjuħija fi stat ta' saħħa. Ser jikkonċentra esklussivament fuq l-integrazzjoni ta' trattament ġenomiċi mill-organiżmi rilevanti kollha għat-trattamenti mediċi aktar stabbiliti għall-investigazzjoni ta' determinanti ta' mard u tas-saħħa. L-enfasi ser tkun fuq riċerka translazzjonali immirata lejn il-kisba ta'għarfien bikri b' applikazzjoni klinika. Ħidmiet fir-riċerka ser iffokaw fuq dan li ġej:

- Il-ġlieda kontra l-mard kardjovaskolari, id-diabete, u l-mard rari: Il-miri huma li jittejjbu l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kawżi importanti ta' mewt u ta' stat ħażin ta' saħħa fl-Ewropa u t-tqegћid f'komunjoni tar-riżorsi ta'riċerka ta' l-Ewropa għall-kura ta' mard rari.

Ir-Riċerka ser tiffoka fuq: l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet u r-riżorsi kliniċi permez ta' sistemi mudell u strumenti avvanzati fil-ġenomika funzjonali biex isiru avvanzi ġodda fil-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' dan il-mard.

- Il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi u mediċini oħra: L-iskop huwa li tiġi affrontata l-akbar theddida għas-saħħa pubblika ikkawżata mill-aġenti patoġeni reżistenti għall-mediċini.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-isfruttament tal-konoxxenza fuq ġenomi mikrobiċi u fuq l-interazzjonijiet ta' l-aġenti patoġeni għall-iżvilupp ta'vaċċini u strateġiji terapewtiċi alternattivi biex jevitaw il-problema tar-reżistenza għall-mediċini antimikrobiċi u mediċini oћra; l-iżvilupp ta' strateġiji gћall-aћjar użu ta' l-antimikrobiċi. Appoġġ gћas-sistemi tal-Komunità Ewropea għas-sorveljanza ta' l-epidemiji l-kontroll fuq il-mard li jittieħed.

- L-istudju tal-moħħ u l-ġlieda kontra l-mard tas-sistema nervuża: L-għan huwa l-użu ta' l-informazzjoni fuq il-ġenoma biex ikun hemm fehma aћjar ta' tal-funzjonijiet u d-disfunzjonijiet tal-moħħ, sabiex jintefa' dawl ġdid fuq il-proċessi mentali, biex jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet u l-mard newroloġiku, u biex titjieb it-tiswija tal-moħħ.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-fehma tal-bażi molekulari u ċellulari tal-funzjonament tal-moħħ, il-ħsara, plastiċità u t-tiswija, tagħlim, il-memorja u l-konjizzjoni; l-iżvilupp ta' strateġiji għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kundizzjonijiet u l-mard newroloġiċi u mentali (bħallmarda ta' Alzheimer, il-marda ta' Parkinson u l-varjetà ġdida tal-marda Creutzfeldt Jakob), inklużi dawk li għandhom x' jaqsmu mad-dipendenza fuq id-drogi.

- L-istudju ta' l-iżvilupp uman u l-proċess tax-xjuħija: l-gћan huwa li wieħed jifhem aħjar l-iżvilupp uman, b'emfasi speċjali fuq il-proċess tax-xjuħija, sabiex tiġi żviluppata il-bażi ta' evidenza għat-titjib ta' l-istrateġiji għas-saħħa pubblika gћall-promozzjoni ta' ћajja b'saħħitha u xjuћija b'saћћitha.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-fehma ta' l-iżvilupp uman mill-konċepiment ser' l-adolexxenza; l-esplorazzjoni tad-determinanti molekulari u ċellulari gћall-xjuħija b'saħħitha inklużi l-interazzjonijiet tagћom mal-fatturi ambjentali, ta' l-imġieba u tal-ġeneru.

Il-ġlieda kontra l-kanċer

L-għan huwa li jiġi miġġieled il-kanċer bl-iżvilupp ta' strategiji mtejba orjentati lejn il-pazjent, mill-prevenzjoni għal dijanjosi aktar effettiva u aktar bikrija u kura aħjar b'effetti sekondarji minimi. Ir-riċerka għalhekk ser tikkonċentra fuq it-trasfriment tal-konoxxenza miksuba mill-ġenomika u oqsma oħra tar-riċerka bażika f'applikazzjonijiet li jtejbu il-prattiċi kliniċi u fis-saħħa pubblika.

It-trattament orjentat lejn il-pazjent ser jinkludi erba' komponenti konnessi ma' xulxin. Ir-riċerka ser tiffoka fuq:

- Il-ћolqien ta' faċilitajiet u l-iżvilupp ta' inizzjattivi għall-isfruttament tar-riċerka fuq il-kanċer fl-Ewropa; l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' gwidi empiriċi għal prattika klinika tajba u strateġiji mtejba għas-saħħa pubblika tat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka f' applikazzjonijiet żmien iqsar.

- Appoġġ għar-riċerka klinika, partikolarment il-provi kliniċi, bil-għan li jiġu konfermati interventi ġodda u mtejba.

- Appoġġ għar-riċerka "translazzjonali" bil-għan li tintuża l-konoxxenza bażika fl-applikazzjonijiet fil-prattika klinika u fis-saħħa pubblika.

- Kwistjonijiet oħra relatati mal-kanċer, bħax-xjuhija u l-kanċer, id-differenzi reġjonali, l-aspetti psiko-soċjali, il-kura palliattiva u l-gwidi b'apoġġ gћal gruppi.

Il-ġlieda kontra l-mard prinċiplali marbut mal-faqar

L-għan strateġiku ta' din il-linja hija l-ġlieda kontra l-emergenza globali kkawżata mit-tliett mardiet li jittieħdu prinċiplai- l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulosi — bl-iżvilupp ta' interventi effettivi kontra l-mard, partikolarment għall-użu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Huwa maћsub li l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għad ikunu msieħba prominenti fl-implimentazzjoni ta' din il-linja u, kief xieraq, jipparteċipaw direttament fl-attivitajiet speċifiċi, partikolarment permezz tal-programm ta' provi kliniċi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: l-iżvilupp ta' interventi minn kandidati promettenti (vaċċini, terapiji u mikrobiċidi tal-HIV) kontra l-mard fil-mira permezz ta' l-isponsorizzazjoni ta' riċerka mifruxa li tibda mir-riċerka bażika molekulari, bil-benefiċċju tal-ġenomika mikrobika, ser' l-isperimentazzjoni pre-klinika u l-prova tal-prinċipju (proof-of-orinciple); il-ћolqien ta' programm ta' provi kliniċi li jgħaqqad u jappoġġja l-attivitajiet mmirati ta' l-Ewropa f'interventi għall-użu f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; it-twaqqif ta' Sistema ta' Provi fil-Kura ta' l-AIDS fl-Ewropa biex tittejjeb il-koerenza u l-komplementarità tal-provi kliniċi fil-kura ta' l-AIDS ghall-użu fl-Ewropa.

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru f' din il-prijorità tematika ser jinkludu riċerka esploratorja mill-aktar avvanzata fil-konoxxenza fil-materji relatati fil-qrib ta' wieħed jew iżjed mill-argumenti fil-priorità tematika. Żewġ metodi komplementari ser ikunu utilizzati: wieħed riċettiv u miftuħ u l-ieħor pro-attiv.

1.1.2. Teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni

It-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (IST) qegħdin jibdlu l-ekonomija u lis-soċjetà. Mhux biss qegħdin joħolqu metodi ġodda ta' ћidma, u tipi ġodda ta' negozju, iżda qegħdin jipprovdu soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar tas-soċjeta bħall-kura tas-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà, il-mobilità u l-impjieg, u għandhom implikazzjonijiet ta' importanza kbira fuq il-ħajja tagħna ta' kull jum. Is-settur IST issa huwa wieħed mill-aktar importanti ta' l-ekonomija, b' fatturat annwi ta' 2000 biljun EURO, u li jipprovdi impjieg lil aktar minn 12-il miljun ruħ fl-Ewropa.

Il-prijorità tematika ta' l-IST ser tikkontribwixxi direttament gћar-realizzazjoni tal-politika Ewropea għas-soċjetà ta' l-informazzjoni kif ġie maqbul fil-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tas-sena 2000, fil-Kunsill Ewropew ta' l-2001, u riflessi fil-Pjan ta' Azzjoni' e-Europe. Dan jiżigura li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fit-teknoloġiji ġeneriċi u applikati fil-qalba ta' l-ekonomija tal-konoxxenza. Din għandha l-għan li żżid l-innovazzjoni u il-kompetitività fl-kummerċ u fl-industrija Ewropea u li jikkontribwixxi għal benefiċċji akbar għaċ-ċittadini Ewropej kollha.

Suċċessi bħal dawk miksuba fl-Ewropa fil-kommunikazzjoni bir-radju u ċellulari jew fl-elettronika għall-konsumatur, ma jistgħux jiġu ripetuti sakemm ma jkunx hemm sforz veru biex tinkiseb il-massa kritika fl-oqsma kruċjali tar-riċerka IST. L-azzjonijiet għalhekk ser jimmobilizzaw il-komunità ta' riċerkaturi madwar għanijiet fi żmien medju u fit-tul, b' hekk jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-ћidma pubblika u privata fuq skala Ewropea, biex jinbnew il-kapaċitajiet essenzjali u tissaħħaħ l-innovazzjoni. Dawn ser jinvolvu RTD ta' riskju għoli gћal żmien twil, bħall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' sistemi mobbli u bla wajers ta' wara t-tielet ġenerazzjoni.

Għalkemm saru avvanzi sostanzjali, għadna ‘l bogћod milli nieħdu vantaġġ sħiħ tal-potenzjal ta' servizzi bbażati fuq l-informazzjoni fil-ħajja reali. Ċerti prodotti u servizzi għadhom diffiċli biex jintużaw u mhux aċċessibli gћal ħafna nies, u d-"digital divide" qegħda tikber fl-Ewropa u mad-dinja kollha. Ir-riċerka ser tiffoka fuq il-ġenerazzjoni li ġejja ta' teknoloġiji li fihom il-kompjuters u n-networks ikunu ntegrati fl-ambjent ta' kuljum, b' hekk isiru aċċessibbli numru kbir ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz ta' interfaces umani faċli biex jintużaw. Din il-viżjoni ta' ambjent intelġenti tpoġġi lil minn jużahom, l-individwu, fiċ-ċentru ta' l-iżviluppi tal-ġejjieni għal soċjetà bbażata fuq l-informazzjoni inklużiva għal kullħadd.

Il-prijorità IST b'appoġġ għal pjan ta' azzjoni ta' l-e-Europe, ser tgħin biex tinbena soċjetà bbażata fuq l-informazzjoni u l-konoxxenza fl-Ewropa kollha, tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tar-reġjuni l-anqas żviluppati. Ser tinkludi wkoll attivitajiet li jgħaqdu l-azzjoni ta' l-UE mal-kuntest internazzjonali. L-għan huwa li jinkiseb kunsens fiż-żona tematika globali fejn xieraq, per eżempju, permezz ta' l-inizjattiva tas-Sistemi tal-Manifattura Intelliġenti (IMS) jew id-dijalogu dwar kwistjonijiet ta' affidibilità, biex tiġi ntegrata r-riċerka ta' l-Istati Assoċjati Ġodda fl-isforz ta' l-UE u biex jiġi faċilitata l-kooperazzjoni ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Barra dan ta' hawn fuq, il-qasam ta' prijorità tematika ser jappoġġja ir-riċerka li tinvestiga u tesperimenta fuq viżjonijiet futuri u teknoloġiji emerġenti l-aktar avvanzati fil-qasam ta' l-IST.

Fil-kuntest tal-prijoritajiet identifikati hawn taћt, iż-żona ta' prijorità tematika ser tinkludi wkoll l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ġejjieni ta' Géant u ta' GRID.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) Riċerka applikata ta' l-IST li tindirizza l-sfidi soċjali' u ekonomiċi l-kbar

L-għan huwa li tikber il-firxa u l-effiċjenza tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IST, li jindirizzaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi l-kbar, u biex jagħmluhom aċċessibbli fil-mod l-aktar affidabbli u naturali, f'kull ћin u kull mument, ghaċ-ċittadini, negozji u organizzazzjonijiet.

- Teknoloġiji għall-ћolqien ta' fiduċja u sigurtà: L-għan huwa li jiġu żviluppati teknoloġiji għall-isfidi kruċjali fis-sigurtà maħluqa mid-dinja "kompletament diġitali" u mill-ħtieġa li d-drittijiet ta' l-individwi u l-kommunitajiet jkunu garantiti.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq mekkaniżmi bażiċi tas-sigurtà u fuq l-interoperabilità tagћhom, il-proċessi dinamiċi tas-sigurtà, il-kriptografija avvanzata, it-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza, it-teknoloġiji li jippermettu l-ġestjoni ta' l-assi diġitali u t-teknoloġiji fil-qasam ta' l-affidabilità li jiffavorixxu l-funzjonijiet tan-negozji u l-organizzazzjonijiet f' sistemi dinamiċi u mobbli.

- Riċerka fil-qasam tal-problemi soċjali: Din ser tiffoka fuq "ambjent inteliġenti" sabiex jiġu nklużi numru ikbar ta' ċittadini fis-Soċjeta ta' l-Informazzjoni', gћal sistemi ta' appoġġ u ġestjoni tas-saћћa, sigurtà, mobilità u ambjent aktar effettivi, u gћall-preservazzjoni tal-wirt kulturali, barra min hekk se tkun sostnuta wkoll l-integrazzjoni ta' funzjonalitajiet moltepliċi f'dawn is-setturi differenti.

L-attivitajiet ta' ricerka fuq l-"e-inklużjoni" ser jikkonċentraw fuq sistemi li jgħinu l-aċċess għal kulħadd, gћal teknoloġiji mingћajr xkiel għal parteċipazzjoni sћiћa fis-soċjeta ta' l-informazzjoni fuq sistemi ta' assistenza li jirrestawraw il-funzjonijiet jew jikkompensaw għal diżabilitajiet u b' hekk jippermettu kwalità ta' ћajja għola għaċ-ċittadini bi bżonnijiet speċjali u għall-karrieri tagħhom. Fil-qasam tas-saħħa, ix-xogħol ser jiffoka fuq sistemi intelliġenti maћsuba sabiex jagħtu appoġġ lil professjonisti fil-qasam tas-saħħa, biex jipprovdu lill-pazjenti b-kura tas-saћћa u informazzjoni personalizzata, u biex tiġi stimulata il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard fil-popolazzjoni b'mod ġenerali. Ir-riċerka ser tindirizza wkoll sistemi intelliġenti maћsuba biex itejbu l-protezzjoni tal-persuni u tal-propjetà u biex tiġi garantita is-sigurta u protezzjoni ta' l-infrastrutturi ċivili.

Fil-qasam tal-mobilità, ir-riċerka ser tiffoka fuq l-infrastruttura tal-vetturi u tas-sistemi mobbli sabiex tiġi garantita s-sigurtà integrata, il-kumdità u l-effiċjenza u tippermetti servizzi ta' logistika avvanzata bbażati fuq l-info-mobilità u l-lokalizzazzjoni. Ir-riċerka fil-qasam ta' l-ambjent ser tiffoka fuq sistemi bbażati fuq il-konoxxenza għal-ġestjoni tar-riżorsi naturali u l-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tal-kriżi inkluż il-ћelsien umanitarju mill-mini. Fil-qasam tad-divertiment, ir-riċerka ser tiffoka fuq is-sistemi intelliġenti u mobbli u l-applikazzjonijiet fil-qasam tad-divertiment. Fil-qasam tat-turiżmu, ir-riċerka ser tindirizza il-qsim ta' l-għarfien u s-servizzi interattivi. Għal wirt kulturali, l-isforz ser jiffoka fuq sistemi intelliġenti għal aċċess dinamiku għall-preservazzjoni tar-riżorsi kulturali u xjentifiċi kemm dawk materjali kif ukoll dawk intellettwali.

- Riċerka li tindirizza l-isfidi tax-xogħol u tan-negozju: L-għan huwa li n-negozji, l-individwi, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u organizzazzjonijiet oħrajn ikunu pprovduti bill-mezzi biex jikkontribwixxu b'mod sħiħ u jibbenefikaw mill-iżvilupp ta' l-ekonomija mibnija fuq il-konoxxenza affidabbli, filwaqt li, fl-istess ħin, tittejjeb il-kwalità tax-xogħol u l-ħajja tax-xogħol u jkun sostnut it-tagħlim kontinwu matul il-ħajja kollha biex jittejjbu l-ispeċjalizzazzjonijiet fuq ix-xogħol. Ir-riċerka timmira wkoll lejn fehma aħjar tal-muturi soċjo-ekonomiċi u l-impatt tal-iżvilupp fl-IST.

Ir-riċerka fl-e-business u fl-e-government ser tkun immirata sabiex tipprovdi lill-organizzazzjonijiet Ewropej, privati u pubbliċi, u speċjalment l-SMEs, b'sistemi u servizzi interoperabbli biex jittejjbu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni, il-ħolqien tal-valur u prestazzjoni kompetittiva fl-ekonomija tal-konoxxenza u li ssostni ekosistemi ekonomiċi ġodda ("business ecosystems"). Ir-riċerka fil-ġestjoni tal-konoxxenza fil-qasam ta' l-organizzazzjoni gћandha l-għan li tkun ta' appoġġ għall-innovazzjoni tal-organizzazzjoni u r-responsività permezz tat-teћid, il-qsim, in-negozjazzjoni, u t-tixrid tal-konoxxenza. Ix-xogħol fil-kummerċ elettroniku u mobbli huwa mmirat għal applikazzjonijiet u servizzi interoperabbli u multimedjali li jiġu pprovduti fuq networks eteroġeneji. Huwa nkluż ukoll il-kummerċ ta' kull ћin u kull mument, il-kollaborazzjoni, il-volum tax-xogћol, u s-servizzi elettroniċi li jkopru ċ-ċiklu tal-ħolqien tal-valur kollu tal-prodotti u s-servizzi estiżi.

Riċerka fis-sistemi ta' l- eWork ser tiffoka fuq diżinji ġodda fil-post tax-xogħol li jinkorporaw teknologiji innovattivi li jiffaċilitaw il-kreattività u l-kollaborazzjoni, fuq iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u fuq l-estensjoni ta' l-opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd fil-kommunitajiet lokali. Ix-xogħol fuq l-eLearning ser jiffoka fuq aċċess gћat-tagħlim kif ukoll ta' ambjent ta' tagħlim avvanzat fl-iskola, fl-università, fil-post tax-xogħol u fit-tagħlim in ġenerali matul il-ħajja kollha, waqt li jittiehed vantaġġ mill-iżvilupp ta' ambjent intelliġenti.

- Is-soluzzjoni ta' problemi komplessi fix-xjenza, fl-inġinerija, fil-kummerċ, u għas-soċjetà: L-għan huwa li jiġu żviluppati teknoloġiji biex jiġu sfruttati r-riżorsi informatiċi u ta' ħażna li huma mifruxa f'postijiet imbegћda, u biex isiru aċċessibbli, b'mod uniformi, għas-soluzzjoni ta' problemi komplessi fix-xjenza, fl-industrija, fil-kummerċ u fis-soċjetà. L-oqsma ta' applikazzjoni jinkludu l-ambjent, l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, l-enġinerija industrijali, il-finanzi u l-mezzi ta' komunikazzjoni ġodda.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq mudelli informatiċi ġodda fosthom GRIDs ta' komputazzjoni u ta' informazzjoni, it-teknoloġiji "peer-to-peer" u l- "middleware" assoċjata magħom biex isir użu tar-riżorsi informatiċi u ta' ћażna fuq skala kbira u mifruxa sew u biex jiġu żviluppati pjattaformi aċċessibli, affidabbli u żguri. Ser tinkludi għodda kollaborattivi u metodi ta' pprogrammar ġodda, li li jinkoraġġixxu l-interoperabilità ta' l-applikazzjonijiet u ġenerazzjonijiet ġodda ta' gћodda ta' simulazzjoni, viżwalizzazzjoni u "datamining".

(ii) Teknoloġiji ta' kommunikazzjoni, informatika u software.

L-għanjiet huma il-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-qawwa Ewropea fl-oqsma bћall-kommunikazzjoni ċellulari, l-ettronika tal-konsumatur u s-software u s-sistemi embedded, u biex titjieb il-prestazzjoni, l-affidabbiltà, l-ispiża, il-funzjonalità u l-kapaċità ta' adattament tat-teknoloġiji tal-kommunikazzjoni u informatiċi sabiex jiġu soddisfatti l-ћtiġijiet dejjem jikbru ta' l-applikazzjonijiet. Ix-xogħol ser iwassal ukoll għall-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss (inkluż il-Protokoll ta' l-Internet, verżjoni 6).

- It-teknoloġiji tal-kommunikazzjoni u tan-networks: L-għan huwa li jiġu żviluppati il-ġenerazzjonijiet ta' sistemi u networks ċellulari u wireless li jippermettu l-aћjar konnessjoni minn kullimkien kif ukoll networks magћmula interament mill-fibra ottika biex tiżdied it-trasperanza u l-kapaċità tas-sistemi, soluzzjonijiet biex titjieb l-interoperabbiltà u l-adattabbiltà tan-networks, u teknoloġiji għal aċċess personalizzat għas-sistemi ta' sistemi awdjo-viżwali f' network.

Ix-xogħol fuq sistemi bbażati fuq l-art u fuq is-satelliti [4], ċellulari u wireless u s-sistemi ta' wara t-3G se jiffokaw fuq il-ġenerazzjoni ta' teknoloġiji li jmiss, b'hekk jiżguraw kooperazzjoni u ћidma uniformi fis-servizz u l-kontroll tat-teknoloġiji ta' kommunikazzjoni wireless multipli fuq pjattaforma IP (Internet Protocol) komuni kif ukoll it-teknoloġiji bbażati fuq użu effiċjenti ta' l-ispettru tal-frekwenzi, strumenti u teknoloġiji, biex jinbena apparat, sistemi u networks li jaqblu mal-protokolli.

Ir-riċerka fin-networks tal-fibra ottika kollha ser tiffoka fuq il-ġestjoni tal-kanali ta' kommunikazzjoni ta' wavelenght ottika li jippermettu flessibilità u ħeffa fl-użu tas-servizz u l-provvista u soluzzjonjiet għal fibra ottika gћall-LAN. Ir-riċerka gћal soluzzjonijiet gћal networks interoperabbli, inkluża l-ġestjoni tan-networks end-to-end tagћti appoġġ gћall-provvista ta' servizzi ġeneriċi u l-internetworking, u l-interoperazzjoni bejn in-networks u l-pjattaformi eteroġeneji. Din ser tkun tinkludi networks programmabbli li jipprovdu allokazzjoni flessibli u ta' dak il-ћin tar-riżorsi tan-network u kapaċitajiet ta' ġestjoni tas-servizz mtejba mill-klijenti.

Ir-riċerka ser tkun indirizzata wkoll lejn it-teknoloġiji li jippermettu aċċess personalizzat għal sistemi awdjo-viżwali magћquda f' network u applikazzjonijiet kif ukoll sistemi ta' pjattaformi ta' servizz minn medja għall-oħra, strutturi u għodda ta' televiżjoni diġitali li kapaċi jipproċaw, jagħmlu kowd, jistorjaw, jifhmu u juru sinjali u oġġetti mħallta multimedja 3D.

- Teknoloġiji ta' software, sistemi inkorporati u sistemi distribwiti: L-għan huwa l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ta' software, ambjenti għall-ħolqien ta' servizzi multifunzjonali kif ukoll għodda għall-kontroll ta' sistemi mxerrda komplessi għar-realizzazzjoni ta' kwadru ta' ambjent inteliġenti u biex tiġi milqgћu ż-żieda u diffuzjoni mistennija ta' applikazzjonijiet u servizzi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq teknoloġiji għas-software u s-sistemi, li jindirizzaw il-komponibbiltà, l-iskalabbiltà, l-affidabbiltà, ir-robustezza kif ukoll l-awtoadattament awtonomu. Din ser tinkludi l-middleware għall-ġestjoni, il-kontroll u l-użu tar-riżorsi distribwiti kompletament. Ix-xogħol fuq il-ħolqien ta' ambjenti ta' servizzi multifunzjonali u kwadri ta' komponenti ġodda jimmiraw lejn l-iżvilupp tal-funzjonalità tas-servizz, inkluża l-meta-informazzjoni, is-semantika u t-tassonomija ta' l-elementi li jagћmlu parti minnha.

Ser jiġu ttrattati strateġiji, algoritmi, u istrumenti ġodda għal disinn sistematiku u preċiż, il-ћolqien ta' prototipi u l-kontroll ta' sistemi complessi distribwiti. Ix-xogħol jinkludi s-sistemiinkorporati li jaћdmu fuq networks, riżorsi tar-rilevazzjoni distribwiti, informatiċi, u ta' ћażna u l-interkommunikazzjoni relatata. L-Allokazzjoni dinamika tar-riżorsi ser tkun element fondamentali kif ukoll it-teknika konjittiva għar-rikonoxximent ta' l-oġġetti u l-ġrajjiet ġeneriċi.

(iii) Komponenti u Mikrosistemi

- Mikro-, nano- u opto-elettronika: L-għan huwa it-tnaqqis tal-kost, it-titjib fil-prestazzjoni u fir-rekonfigurabbiltà, l-iskalabiltà, l-adattabbiltà u l-kapaċità ta' awtoaġġustament tal-komponenti mikroelettroniċi, nanoelettroniċi u optoelettroniċi u s-sistemi fuq chips. L-impatt ambjentali tas-sistemi IST ser jkun ikkunsidrat.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq l-espansjoni tal-limiti tal-proċess CMOS u t-teknoloġiji tat-tagħmir u t-titjib tal-funzjonalità ta' l-istrumenti, il-prestazzjoni u l-integrazzjoni tal-funzjonijiet. Ser tindirizza teknoloġiji ta' proċessi alternattivi, tipi ta' strumenti, materjli u arkitetturi biex tintlaћaq id-domandi tal-kommunikazzjoni u l-informatika. Enfasi partikulari ser titqiegħed fuq id-disinn ta' proġetti RF, b'sinjal mħallat, u b'enerġija baxxa. Ix-xogħol fuq komponenti funzjonali ottiċi, opto-elettroniċi, u fotoniċi, jindirizzaw l-apparat u s-sistemi għall-ipproċessar ta' l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, is-switching, il-ћażna, ir-rilevazzjoni u l-ћolqien ta' immaġni. Ir-riċerka fuq in-nano-apparat elettroniku, kif ukoll fuq l-apparat u t-teknoloġiji ta' l-elettronika molekolari, jimmiraw fuq dawk li jwegћdu funzjonalità wiesgħa u jkollhom potenzjal ta' integrazzjoni u fabrikazzjoni tal-massa.

- Micro- u nano- teknoloġiji, micro-sistemi, displays: L-għan huwa l-effiċjenza fin-nefqa, il-prestazzjoni u l-funzjonalità tas-subsistemi u l-microsistemi u żieda fil-livell ta' l-integrazzjoni u l-minjaturizzazzjoni li tippermetti titjib fl-interfacing ma' dak ta' madwarhom u mas-sistemi u servizzi fuq network.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq l-applikazzjonijiet u l-funzjonijiet ġodda li jieħdu vantaġġ mill-interazzjonijiet multidixxiplinari (l-elettronika, il-mekkanika, il-kimika, il-bioloġija, eċċ.) flimkien ma' l-użu ta' mikro u nanostrutturi u materjal ġdid. L-għan huwa li jiġu żviluppati mikrosistemi innovattivi, b'kost xieraq u affidabbli u moduli ta' subsistemi rekonfigurabbli u minjaturizzati. Ix-xogħol jinkludu wkoll dispays b'riżoluzzjoni għolja, li jqumu ftit, b'kontenut gћoli ta' informazzjoni kif ukoll sensors avvanzati li inkluża l-viżjoni b'kost baxx u s-sensors biometriċi, u l-apparat tattili. Ix-xogħol fuq in-nanoapparati u n-nanosistemi ser jindirizza l-isfruttament ta' fenomena, proċessi u strutturi bażiċi li jippromettu rilevazzjoni innovattiva jew imtejjba jew funzjonalità li twettaq kif ukoll l-integrazzjoni u l-fabbrikazzjoni tagħhom.

(iv) Teknoloġiji tal-konoxxenza u ta' l-interfaces.

L-għan huwa li jitjieb l-użu ta' l-applikazzjonijiet IST u s-servizzi u l-aċċess għall-konoxxenza li jinkorporaw fihom sabiex tiġi nkoraġġuta l-adozzjoni tagħhom b'mod aktar wiesgħa u l-użu tagħhom aktar mgћaġġel. Il-kwistjonijiet ta' l-integrazzjoni relatati mat- teknoloġiji tar-riċerka fil-multimedja ser jiġu ndirizzati wkoll.

- Teknoloġiji ta' l-informatika u kontenut diġitali: L-għan huwa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet awtomatizzati gћall-ћolqien u l-organizzazzjoni ta' spazji ta' konoxxenza virtwali (eż. memorji kollettivi, libreriji diġitali) sabiex jiġi stimulat kontenut radikalment ġdid u servizzi u applikazzjonijiet medjatiċi.

Ix-xogħol ser jiffoka fuq it-teknoloġiji b'appoġġ gћall-proċess ta' l-akkwist, u tal-modellazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, ir-rappreżentazzjoni u l-viżwalizzazzjoni, l-interpretazzjoni u l-qsim tal-konoxxenza. Dawn il-funzjonijiet ser jkunu integrati f' sistemi ġodda bbażati fuq is-semantika u fuq l-gћarfien tal-kuntest, inklużi l-istrumenti konjittivi u bbażati fuq l-aġenti. Ix-xogħol ser jindirizza r-riżorsi u l-ontoloġiji tal-konoxxenza estendibbli sabiex tiġi faċilitata l-interoperabilità tas-servizzi u sabiex ikunu jistgћu isiru l- applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-web Semantiku. Ir-riċerka ser tindirizza wkoll it-teknoloġiji b'appoġġ gћad-disinn, il-ħolqien, il-ġestjoni u l-pubblikazzjoni tal-kontenut multimedjatiku, kemm permezz tan-networks fissi u kemm dawk mobbli, bil-kapaċità ta' awtoadattament skond l-aspettativi ta' l-utenti. L-għan huwa li jkun inkoraġġut il-ħolqien ta' kontenut varjat u interattiv għal xandir personalizzat u gћal applikazzjonijiet avvanzati u affidabbli u ta' divertiment fil-qasam tal-media u l-intratteniment.

- Interfaces u surfaces intelligenti: L-għan huwa li jiġu pprovduti metodi aktar effettivi ta' aċċess gћal informazzjoni diffuża u modi ta' interazzjoni aktar sempliċi u naturali ma' l-intelliġenza ta' madwarna.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq interfaces u surfaces interattivi li jkunu naturali, adattabbli u multisensorjali, għal kwadru ambjent li jgħaraf il-preżenza, il-personalità u l-ħtiġijiet tagħna, u li jkun kapaċi li jirrispondi b'mod intelliġenti għad-diskors, ġesti jew sensi oħrajn. L-għan huwa li tinћeba l-komplessità tat-teknoloġijia permezz ta' appoġġ gћal interazzjoni uniformi bejn il-bniedem u l-istrument, oġġetti virtwali u fiżiċi u l-informazzjoni inkorporata fl-ambjenti ta' kuljum. Din tinkludi riċerka fuq ir-realta virtwali u intensifikata.

Ix-xogħol ser jindirizza wkoll it-teknoloġiji għall-aċċess u komunikazzjoni multilingwi u multikulturali li jiffavorixxi l-prestazzjoni f' waqtha ta' servizzi interattivi b'kontenut gћoli ta' informazzjoni fil-ћin u bi prezz vantaġġjuż u li jissodisfaw il-ħtiġijiet personali, professjonali u kommerċjali tal-membri ta' kommunitajiet lingwistikament u kulturalment differenti.

(v) Teknoloġiji futuri u emerġenti gћas-soċjeta ta' l-informazzjoni.

L-għan huwa li tingħata għajnuna lill-oqsma u l-kommunitajiet ġodda tax-xjenza u t-teknoloġija ġodda li għandhom x'jaqsmu ma' l-IST, li x'uħud minnhom jistgћu jakkwistaw rwol strateġiku fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-ġejjieni u jikkontribwwixxu għall-attivitajiet prinċipali fl-IST fil-ġejjieni. Biex ikun żguratli l-ideat ġodda u mhux mistennija jkunu aċċetati, massa kritika ta' riċerka fejn tkun meћtieġa konċentrazzjoni strateġika, u koperta uniformi tal-fruntiera ta' l-IST, żewġ strateġiji komplementari ser ikunu utilizzati: waħda riċettiva u miftuħa — l-oħra proattiva.

1.1.3. Nanoteknoloġiji u nanoxjenzi, materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza u proċessi u apparat tal-produzzjoni ġodda

It-tranżizzjoni doppja lejn soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza u ta' żvilupp sostenibbli titlob mudelli ġodda ta' produzzjoni u kunċetti ġodda ta' prodotti-servizzi. L-industrija Ewropea ta' produzzjoni b' mod ġenerali tgћaddi minn trattamenti bbażati fuq ir-riżorsi għal dawk ibbażati fuq il-konoxxenza, trattamenti aktar favur l-ambjent, minn kwantità għal kwalità, minn prodotti manifatturati fi kwantitajiet kbar b' użu wieħed, għal prodotti /servizii manifatturati fuq domanda speċifika għal użi diversi u li jiġu mgħollija għal grad ogħla; minn "materjali u tanġibbli" għal prodotti, proċessi u servizzi' intanġibbli b' valur miżjud.

Dawn it-tibdiliet huma assoċjiati ma' bidliet radikali fl-istrutturi industrijali, li jinvolvu preżenza aktar qawwija ta' intrapriżi innovattivi, b'kapaċitajiet fin-networks u b' ħila fit-teknoloġiji ibridi li jikkombinaw in-nanoteknoloġiji, ix-xjenzi tal-materjali, l-inġinerija, it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni, il-bioxjenzi u dawk ambjentali. Evoluzzjoni bħal din tinvolvi kollaborazzjoni qawwija li taqsam il-fruntieri xjentifiċi tradizzjonali. Żviluppi industrijali mill-aktar avvanzati jinvolvi wkoll sinerġija qawwija bejn it-teknoloġija u l-organizzazzjoni, li il-prestazzjoni tagħhom it-tnejn hija dipendenti ħafna fuq ћiliet ġodda.

Soluzzjonijiet teknoloġici ta' suċċess għandhom ikunu mfittxija aktar' l fuq fil-proċessi ta' disinn u produzzjoni; il-materjali u n-nano-teknoloġiji ġodda ġħandhom rwol kruċjali f'dan ir-rigward, bħala muturi ta' l-innovazzjoni. Din jeħtieġ bidliet fl-enfasi fl-attivitajiet ta' riċerka tal-Komunità minn żmien qasir għal żmien itwal u fl-innovazzjoni li gћandha timxi minn strateġiji ta' żieda għal dawk passi kbar quddiem. Ir-riċerka tal-Komunità ser tibbenefika ħafna minn dimensjoni internazzjonali.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) In-nanoteknoloġiji u in-nanoxjenzi

In-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi jirrapreżentaw metodu ġdid gћax-xjenza tal-materjali u l-inġinerija. L-Ewropa tgawdi pożizzjoni qawwija fin-nanoxjenzi, li teħtieġ li tissarraf f' vantaġġ tassew kompetittiv ġħall-industrija Ewropea. L-għanijiet hma tnejn: il-promozzjoni tal-ħolqien ta' l-industrija relatata għan-nanoteknoloġija Ewropea b'element qawwi ta' RTD, il-promozzjoni ta' l-adozzjoni tan-nanoteknoloġiji fis-setturi industrijali eżistenti. Ir-riċerka tista' tkun fuq żmien twil u b'riskju gћoli, iżda ser tkun orjentata lejn l-applikazzjoni industrijali. Politika attiva ta'inkoraġġiment għal kumpaniji ndustrijali u SMEs, inklużi l-impriżi ġodda, jiġu segwiti, fost l- oħrajn bil-promozzjoni ta' interazzjonijiet qawwija bejn l-industrija u r-riċerka f' konsorzji li jkunu qegħdin jaħdmu fuq proġetti b'massa kritika sostanzjali.

- Ir-riċerka interdixxiplinari fuq żmien twil indirizzata lejn l-gћarfien tal-fenomini, l-akkwist ta' ħila fuq il-proċessi u l-iżvilupp ta' strumenti ta' riċerka: Il-miri huma l-espansjoni tal-bażi ġenerika tal-konoxxenza tan-nanoxjenza u n-nanoteknoloġija orjentati lejn l-applikazzjonijiet, l-iżvilupp ta' strumenti ta' riċerka u teknika mill-aktar avvanzati.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: fenomini fuq skala molekulari u meżoskopika; materjali u strutturi li jinbnew waћidhom; mekkaniżmi u magni molekulari u bimolekolari; trattamenti multi-dixxiplinari u ġodda biex jiġu ntegrati żviluppi fil-materjali u proċessi inorganiċi, organiċi u bioloġiċi.

- Nanobioteknoloġiji: L-għan huwa li tiġi megћjuna r-riċerka fl-integrazzjoni ta' l-entitajiet bioloġici u dawk mhux bioloġici, bil-ftuћ ta' orizzonti ġodda f' ħafna applikazzjonijiet, bħall-iproċessar għal sistemi ta' analiżi medika u ambjentali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-mikrolaboratorji fuq chip, interfaces għall-entitajiet bioloġici, in-nanopartiċelli modifikati superfiċjalment, is-somministrazzjoni avvanzata tal-mediċini u oqsma oħra ta' integrazzjoni tan-nanosistemi jew nanoelettronika fl-entitajiet bioloġiċi (bħas-somministrazzjoni immirata ta' entitajiet bioloġikament attivi); l-ipproċessar, il-manipolazzjoni u l-individwazzjoni ta' molekuli jew komplessi bioloġiċi, l-individwazzjoni elettronika ta' l-entitajiet bioloġiċi, il-mikrofluidika, il-attivazzjoni u l-kontroll tal-iżvilupp taċ-ċelluli fuq substrati.

- Metodi ta' inġinerija fuq skala nanometrika sabiex jinħolqu materjali u komponenti: L-għan huwa li jiġu żviluppati materjali ġodda funzjonali u strutturali ta' prestazzjoni superjuri, permezz tal-kontroll tan-nanostruttura tagħhom. Dan ser jkun jinkludi it-teknoloġiji għall- produzzjoni u l-ipproċessar tagħhom.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: legi u komposti sintetiċi nanostrutturati, materjali polimeriċi funzjonali avvanzati, materjali funzjonali nanostrutturati kif ukoll l-introduzzjoni ta' sistemi molekulari ordinati jew nanopartiċelli f'substrati adattati.

- L-iżvilupp ta' apparat u strumenti tal-ġestjoni u ta' kontroll: L-għan huwa li tiġi żviluppata ġenerazzjoni ġdida ta' strumentazzjoni għall-analiżi u l-manifattura fin-nanoskala. Għan gwida ser jkun daqs jew riżoluzzjoni tal-grad ta' 10 nm

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: varjetà ta' metodi avvanzati għall-manifattura fuq skala nanometrika (metodi bbażati fuq il-litografija jew il- mikroskopija); metodi rivoluzzjonarji, metodoloġiji jew strumenti li jutilizzaw karatteristiċi awtoassemblanti tal-materja u l-iżvilupp ta' magni fuq skala nanometrika.

- Applikazzjonijiet f' oqsma bħas-saħħa u s-sistemi mediċi, il-kimika, l-enerġija l-ottika, l-ikel u l-ambjent: L-għan huwa li jitkattar il-potenzjal tan-nanoteknoloġiji fl-applikazzjonijiet rivoluzzjoanrji permezz ta' l-integrazzjoni ta' l-iżviluppi fir-riċerka fil-materjali u l-istrumenti teknoloġiċi f' kuntest industrijali.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: il-mudellazzjoni komputazzjonali, teknoloġiji avanzati ta' produzzjoni; żvilupp ta' materjali innovattivi b' karatteristiċi mtejba.

(ii) Materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza

Materjali ġodda, b' kontenut għoli ta' konoxxenza, li jipprovdu funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejjba, ser jkunu muturi ta' innovazzjoni ta' importanza kritika fit-teknoloġiji, l-istrumenti u s-sistemi, li jaġevolw l-żvilupp sostenibbli u l-kompettitività f'setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-mediċina, l-elettronika, il-fotonika u l-konstruzzjoni. Biex ikunu assigurati il-pożizzjonijiet qawwija ta' l Ewropa fis-swieq tat-teknoloġiji emerġenti, li huma mistennija jikbru bi tnejn jew tlett ordni ta' kobor fl-għaxar snin li ġejjin, l-operaturigћandhom jiġu mobilizzati permezz ta' alleanzi fl-RTD mill-aktar avvanzati, inkluża r-riċerka b'riskju gћoli u permezz ta' l-integrazzjoni bejn ir-riċerka fuq il-materjali u l-applikazzjonijiet industrijali.

- Żvilupp tal-konoxxenza fondamentali: L-għan huwa li tinkiseb fehma tal-fenomeni fiżjokimiċi u bioloġiċi komplessi relatati mall-kontroll u l-ipproċessar ta' materjali intelliġenti bl-għajnuna ta' strumenti sperimentali, teoretiċi u ta' modellazzjoni. Din tipprovdi l-bażi biex jiġu sinteżizzati strutturi akbar komplessi jew awto-assemblanti b' karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew bioloġiċi definiti.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: attivitajiet transdixxiplinarji u industrijali b'riskju gћoli biex jiġu diżinjati u żviluppati strutturi ġodda b'karatteristiċi definiti; żvilupp ta' inġinerija supramolekulari u makromolekolari, konċentrazzjoni fuq is-sintesi, l-isfruttament u l-użu potenzjali ta'molekuli ġodda komplessi ħafna u l-komposti tagħhom.

- Teknoloġiji assoċjati mal-produzzjoni, it-trasformazzjoni u l-ipproċessar ta' materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza, u l-biomaterjali: L-għan huwa l-iżvilupp u l-produzzjoni sostenibbli ta' materjali "inteliġenti" ġodda b'funzjonalitajiet speċjali u gћall-bini ta' makrostrutturi. Dawn il-materjali ġodda, li jservu applikazzjonijiet multisettorjali għandhom ikollhom karatteristiċi li jiġu sfruttati f' ċirkustanzi predeterminati kif ukoll propjetajiet ta' dimensjoni mtejba jew karatteristċi ta' barriera jew superfiċjali għal prestazzjoni aћjar.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: materjali ġodda; materjali maħduma li jissewwew waћedhom; teknoloġiji trasversali, inkluża x-xjenza u l-inġinerija tas-superfiċi (inklużi l-materjali katalitiċi).

- Appoġġ mill-inġinerija għall-iżvilupp tal-materjali: L-għan huwa li titneћћa d-differenza bejn "il-produzzjoni tal-konoxxenza" u "l-użu tal-konoxxenza", b'hekk jingħelbu d-djufijiet ta' l-industrija ta' l-UE fl-integrazzjoni tal-materjali u l-manifattura. Din tinkiseb bl-iżvilupp ta' strumenti ġodda li jippermettu l-produzzjoni ta' materjali ġodda f' kuntest ta' kompetitività sostenibbli.

Ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dan li ġej: aspetti inerenti fit-titjib tad-disinn tal-materjali, l-iproċessar u l-istrumenti; il-kontrolli, il-validazzjoni u l-up-scaling; l-integrazzjoni ta' trattamenti taċ-ċiklu tal-ħajja, ta' l-absolexxenza, il-biokompatibilità u l-ekoeffiċjenza; is-sostenn għall-materjal għall-kundizzjonijiet estremi.

(iii) Proċessi u strumenti ta' produzzjoni ġodda

Kunċetti ġodda ta' produzzjoni li huma aktar flessibbli, integrati, siguri u ndaf ser jiddependu fuq żviluppi rivoluzzjonarji fl-organizzazzjoni u t-teknoloġija, b'appoġġ għal prodotti, proċesssi u servizzi ġodda, u fl-istess ħin inaqqsu l-ispejjes interni u esterni. L-għan huwa li s-sistemi industrijali tal-ġejjieni jiġu mgħotija l-istrumenti meħtieġa għal disinn effiċjenti taċ-ċiklu tal-ħajja, il-produzzjoni, l-użu u l-irkupru u kif ukoll mudelli ta'organizzazzjoni adattati u ġestjoni aħjar tal-konoxxenza.

- L-iżvilupp ta' proċessi u sistemi ta' manifattura flessibli u intelliġenti: L-għan huwa li jiġi mћajjra t-tranżizzjoni ta' l-industrija lejn produzzjoni u organizzjoni tas-sistemi aktar ibbażati fuq il-konoxxenza u li l-produzzjoni tiġi kkunsidrata minn perspettiva aktar olistika, li tinkludi mhux biss il-"hardware" u s-"software", iżdaa wkoll in-nies u l-mod li bih jitgħallmu u jaqsmu l-informazzjoni.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: proċessi u sistemi ta' manifattura innovattivi, affidabbli, intelliġenti u b'kost xieraq, u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-fabbrika tal-ġejjieni: l-integrazzjoni ta' teknoloġiji ibridi bbażati fuq materjali ġodda u l-ipproċessar tagħhom, il-mikrosistemi u l-awtomazzjoni (inklużi is-simulazzjonijiet), l-apparat ta' produzzjoni bi preċiżjoni għolja, kif ukoll l-integrazzjoni ta' l-ICT, it-teknoloġiji ta' rilevazzjoni u kontroll, u r-robotika innovattiva.

- Ir-riċerka sistemika u l-kontroll tal-perikli: L-għan huwa li tingħata kontribuzzjoni gћal sistemi ndustrijali aktar sostenibbli u tnaqqis sostanzjali u li jista' jiġi mkejjel fl-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa, li jservi ta' rimedju gћall-kambjamenti ambjentali, permezz ta' trattamenti industrijali ġodda, kif ukoll it-titjib ta' l-effiċjenza fir-riżorsi u tnaqqis fil-konsum tar-riżorsi primarji.

Ir-Riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-iżvilupp ta' apparat u sistemi ġodda għal produzzjoni nadifa u ћielsa mill-perikli; li ma tniġġisx, ġestjoni ta' l-iskart sostenibbli u tnaqqis tal-periklifil-produzzjoni u l-manifattura, inklużi il-bioproċessi; żieda fir-risponsabbiltà tal-kumpaniji fuq il-prodotti, il-konsum tar-riżorsi u ġestjoni ta' l-iskart industrijali; l-istudju ta' l- interazzjoni bejn il-produzzjoni, l-użu, u l-konsum, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi.

- It-titjib taċ-ċiklu tal-ћajja tas-sistemi, prodotti u servizzi industrijali. Il-prodotti u l-produzzjoni għandhom isiru dejjem aktar orjentati lejn iċ-ċiklu tal-ħajja u lejn is-servizzi, fliemkien mal-ħtiġijiet ta' l-intelliġenza, il-kost xieraq, is-sigurta u l-indafa. L-isfidi prinċipali huma għalhekk kunċetti ndustrijali ġodda bbażati fuq metodi taċ-ċiklu tal-ħajja u l-ekoeffiċjenza, li għandhom jippermettu prodotti ġodda, innovazzjoni fl-organizzazzjoni u ġestjoni effiċjenti ta' l-informazzjoni u t-trasformazzjoni tagħha f'konoxxenza li tista' jintuża fil-katina tal-valur.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: sistemi innovattivi ta' servizz gћall-prodotti li jagħmlu l-aħjar użu mill-katina tal-valur "disinn-produzzjoni-servizz-tmiem il-ћajja" permezz tat-teknoloġiji ibridi u strutturi ta' organizzazzjoni ġodda.

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru fi ħdan dan il-qasam ta' prijorità tematika ser jinkludu riċerki esploratorji minn ta' quddiem nett fil-konoxxenza fuq suġġetti relatati mill-qrib ma' wieħed jew iżjed mill-argumenti fi ħdanha. Żewġ metodi komplementari ser ikunu utliżżati: wieħed riċettiv u miftuħ u l-ieħor proattiv.

1.1.4. L-aeronawtika u l-ispazju

F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, il-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali eċċezzjonali ta' l Ewropa fl-aeronawtika u l-isfruttament ta' l-ispazju taw kontribuzzjoni kbira fil-livell tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha, l-iżvilupp u t-tkabbir ta' l-ekonomiji tagħha, kif ukoll lejn dawk barra mill-Ewropa, u kkontribwew ukoll għal aktar konoxxenza xjentifika bażika. Il-benefiċċji ekonomiċi li jġibu magћom jidru fl- impjiegi ta' sengħa kbira u l-bilanċ pożittiv fil-kummerċ, u jista' jkollhom effett qawwi ta' lieva fit-titjib tal-kompetittività ta' setturi ekonomiċi oħra relatati.

Għalkemm l-aeronawtika u l-ispazju huma dominji distinti, dawn jaqsmu diversi karatteristiċi komuni, minћabba li huma setturi b'kontenut estremament intensiv ta' R & D (riċerka u żvilupp), bi żmien ta' żvilupp twil u ħtiġijiet ta' investiment kbar. Kompetizzjoni qalila, importanza strategika, u restrizzjonijier ambjentali dejjem eħrex jingћaqdu sabiex joћolqu l-ħtieġa li jkun hemm sforz kontinwu lejn livelli għola ta' eċċellenza teknoloġika permezz tal-konsolidazzjoni u l-konċentrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' RTD (riċerka, teknoloġija u żvilupp), bl-għan aħħari li jingћata servizz aћjar lis-soċjetà.

Ir-riċerka fl-aeronawtika ser tkun ippjanata skond Agenda ta' Riċerka Strateġika (SRA) maqbula minn kull min huwa involut fil-livell Ewropew fil-kuntest tal-Kunsill Konsultattiv dwar ir-Riċerka fl-Aeronawtika fl-Ewropa, li ser iservi wkoll ta' bażi għall-ippjanar għall- programmi nazzjonali. Ir-riżultat ser jkun livell għola ta' komplementarità u kooperazzjoni bejn l-isforzi nazzjonali u tal-Komunità f'dan il-qasam. L-Istrateġija Ewropea għall-Ispazju ser isservi bħala punt ta' referenza fl-ippjanar tar-riċerka dwar l-ispazju, bil-għan li tlaqqa' l-operaturi prinċipali fuq proġetti ta' interess komuni u kollegamenti mill-qrib ikunu assigurati mill-attivitajiet ta' RTD imwettqa minn operaturi oħrajn, bħall-aġenziji spazjali, Eurokontroll u l-industrija. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli rilevanti tat-Trattat ser tkun esplorata biex issostni dawn l-inizzjattivi, skond il-bżonn.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) l-Aeronawtika

Fir-rapport tagħhom "Viżjoni 2020", dawk li huma minn ta' quddiem f'dan is-settur fl-Ewropa ġibdu l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu utilizzati l-attivitajiet ta' riċerka tal-Komunità u dawk nazzjonali madwar viżjoni komuni u agenda strateġika għar-riċerka. Konformement ma' dan, ir-riċerka ser tikkonċentra fuq dawn l-erba' punti prinċipali. L-għan tal-ħidma tar-riċerka ser ikunu l-ajrupalni tat-trasport kummerċjali (inklużi ajruplani u helicopters reġjonali u kummerċjali) inklużi s-sistemi u l-komponenti tagħhom, kif ukoll l-elementi tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, kemm abbord kif ukoll dawk ibbażati fuq l-art.

- It-tisħiħ tal-kompetittività: L-għan huwa li t-tlitt setturi ta' l-industrija tal-manifattura aeronawtika: l-oqsfa, il-magni u t-tagħmir, ikunu jistgћu iżidu l-kompetittività tagħhom, billi jitnaqqsu, fi żmien qasir u fit-tul, rispettivament, l-ispejjes ta' żvilupp ta' l-ajruplani b' 20 % u 50 %, u l-ispejjes ta' operazzjoni diretti b' 20 % u 50 %, u tittejjeb il-kumdità tal-passiġġieri.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq: sistemi u proċessi ta' disinn integrat gћar-realizzazzjoni tal-kunċett ta' intraprisa estiża b' diversi siti, kif ukoll gћall-teknoloġiji ta' produzzjoni aktar inteliġenti; konfigurazzjonijiet ta' ajruplani ġodda; sistemi mekkani, elettriċi u idrawliċi; kondizzjonijiet ambjentali fil-kabina mtejjba u l-użu ta' servizzi multimedjali sabiex tittejjeb il-kumdita tal-passiġġieri.

- It-titjib fl-impatt ambjentali kawżat mill-emissjonijiet u l-ħsejjes. Dwar l-emissjonijiet, l-iskop huwa li jintlaħqu l-miri ta' Kyoto u li ż-żieda fit-traffiku ta' l-ajru tal-ġejjieni tiġi kkumpensata permezz tat-tnaqqis fil-konsum ta' karburanti u l-emissjonijiet ta' CO2 b'50 % fi żmien twil u ta' NOX, b' 20 % u 80 %, fi żmien qasir u fi żmien twil, rispettivament. F'dak li gћandu x'jaqsam mal-ħsejjes, biex ikun limitat il-fastidju kawżat mill-ħsejjes barra il-konfini ta' l-ajruport, il-mira hija tnaqqis fil-livell tal-ħsejjes b' 4-5 dB fi żmien qasir u 10 dB fuq żmien twil.

Dwar l-emissjonijiet, ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: kunċetti ta' kombustjoni u propulsjoni b'emissjoni baxxa, teknoloġiji tal-magni u sistemi ta' kontroll relatati, kunċetti aerodinamiċi b'reżistenza baxxa, strutturi ta' l-ajruplani ħfief u materjali li jifilħu temperatura għolja, kif ukoll proċeduri ta' operazzjoni mtejjba gћal waqt it-titjiriet. Ir-riċerka fuq il-ħoss ser tiffoka fuq dan li ġej: teknoloġiji tal-magni u tal-propulsuri, l-aeroakustika għat-tnaqqis tal-ћoss ikkawżati mill-istrutura ta' l-ajruplan, sistemi avvanzati ta' kontroll tal-ħoss, kif ukoll proċeduri ta' operazzjoni tat-titjiriet ġodda fil-viċinanzi ta' l-ajruporti.

- Titjib fis-sigurtà ta' l-ajruplani: L-għan huwa li jinkiseb tnaqqis doppju fir-rata ta' l-inċidenti fi żmien qasir u b' ħames darbiet fi żmien twil, sabiex ikun hemm kumpens għaż-żieda fil-movimenti fit-trasport bl-ajru.

Dwar is-sigurtà preventiva, ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: investigazzjoni tal-mudelli tas-sigurtà sistemiċi, sistemi li jittolleraw aħjar id-diffetti u disinn tal-kabina magћmul madwar il-bniedem li jippermetti li l-ekwipaġġ jagħraf sitwazzjoni kontrollabbli. Riċerka fuq il-mitigazzjoni ta' l-inċidenti ser tiffoka fuq materjali u strutturi mtejba kif ukoll fuq sistemi avvanzati ta' sigurtà.

- Tkabbir tal-kapacità operazzjonali u tas-sigurtà tas-sistema tat-trasport bl-ajru: L-għan huwa li jiġi utilizzat aħjar l-ispazju ta' l-ajru u ta' l-ajruport, u konsegwentement jitnaqqas id-dewmien fit-titjitiet, permezz ta' sistema Ewropea ta' ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru integrata b'mod uniformi, li tiffaċilita il-kisba ta' l-inizjattiva "Sema Waħda Ewropea".

Ir-riċerka ser tiffoka fuq għajnunijiet ta' awtomazzjoni abbord u fuq l-art, sistemi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza kif ukoll proċeduri ta' operazzjoni tat-titjiriet li jippermettu l-introduzzjoni tal-kunċett ġdid ta' titjir ħieles fis-sistema ATM Ewropea tal-ġejjieni.

(ii) L-ispazju

L-għan huwa li jkun hemm kontribut għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Ewropea għall-Ispazju, notevolment bl-isforzi ta' l-ESA u ta' l-Istati Membri biex jimmiraw u jiffokaw fuq għadd żgħir ta' azzjonijiet konġunti li jkunu ta' interess komuni. L-enfasi tkun mixħuta fuq attivitajiet li jikkumplementaw dawk ta' l-aġenziji spazjali (l-integrazzjoni ta' sistemi/ servizzi terrestri u ta' l-ispazju għad-dimostrazzjoni ta' servizzi end-to-end). Dan jinkludi l-oqsma ta' attivitajiet li ġejjin:

- Galileo: Is-sistema ta' Navigazzjoni tas-Satelliti GALILEO, żviluppata mill Joint Undertaking b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Aġenzija Spazjali Ewropea, ser tkun topera bis-sħiħ ser mill-2008. L-użu tas-servizzi pprovduti minn din l-infrastruttura ser jkun mifrux fuq varjetajiet kbira ta' attivitajiet tas-soċjetà Ewropea. Id-disponabbiltà ta' servizzi ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ћin preċiżi ser jkollha impatti qawwija f'ħafna oqsma.

Huwa importanti li l-Ewropa tikseb il-kompetenzi u l-konoxxenza meħtieġa sabiex tiġi sfruttata bl-aћjar mod din it-teknoloġija emerġenti.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: żvilupp ta' kunċetti multisettorjali, sistemi u għodda, tagħmir ta' l'utenti inklużi r-riċevituri, li jiddependu fuq servizz ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ћin preċiż; id-diffuzjoni ta' servizzi ta' livell għoli ta' kwalità koerenti u uniformi fl-ambjenti kollha (fl-ibliet, ġewwa u barra, fuq l-art, fil-baħar, fl-ajru, eċċ.), f'sinerġija mal-provvista ta' servizzi oħra (bћat-telekommunikazzjoni, is-sorveljanza, l-osservazzjoni, eċċ.).

- GMES: L-għan huwa li tiġi stimulata l-evoluzzjoni ta' servizzi ta' l-informazzjoni satellitari, bl-iżvilupp ta' teknoloġiji li jikkollegaw il-provvista mad-domanda, u biex tinbena kapaċità Ewropea fil-qasam tal-monitoraġġ ta' l-ambjent u s-sigurtà, partikolarment fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli u biex tittieħed konsiderazzjoni tal-ħtġijiet ta' l-utenti u d-dispozizzjonijiet kif indikati fil-Pjan ta' Azzjoni GMES KE għall-perijodu inizjali (2001-2003).

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: is-sensuri, id-data, u l-mudelli ta' informazzjoni, żviluppati fl-Ewropa jew x'imkien ieħor, kif ukoll l-iżvilupp ta' prototipi ta' servizzi operazzjonali li jilqgħu tipi speċifiċi ta' domanda (per eżempju, l-ambjent globali, l-użu ta' l-art, il-deżertifikazzjoni, il-ġestjoni tad-diżastri). Ir-riċerka, inkluża dik fuq l-akkwist tad-data, l-assemblaġġ u l-kwalifikazzjoni tal-mudelli li jikkombinaw data spazjali u terrestri f'sistema ta' informazzjoni operazzjonali integrata, tuża d-data satellitari eżistenti, per eżempju dik provduta minn Envisat, il-proġetti futuri ta' EarthWatch u sistemi oħrajn.

- Telekommunikazzjoni bis-satellita: Il-kommunikazzjonijiet bis-satellita għandhom ikunu integrata mal-firxa akbar tas- sistemi tat-telekommunikazzjoni, partikolarment is-sistemi ta' fuq l-art [5].

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa f' dan il-qasam ta' prijorità tematika ser jinkludu riċerka esploratorja mill-aktar avvanzata fil-konoxxenza ta' suġġetti relatati mill-qrib ma' argument wieħed jew iżjed, fi ħdana. Se jkunu użati żewġ trattamenti kumplementari: wieħed reċittiv u miftuħ — l-ieħor proattiv.

1.1.5. Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel

L-għan ta' dan il-qasam ta' prijorità huwa li jiġu assigurati is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej billi ikun hemm gћarfien aħjar ta' l-influwenza tal-konsum ta' l-ikel u l-fatturi ambjentali fuq is-saħħa tal-bniedem u biex ikun provdut ikel ta' bla periklu, ta' kwalità għolja, u tajjeb gћas-saħħa, inkluż il-frott tal-baħar, li jiddipendu fuq sistemi ta' produzzjoni kompletamentari, ikkontrollati u integrati li jiġu mill-biedja, l-akwakultura u s-sajd. Billi jerġu' jindirizzaw it-trattament kllassiku mill-gћelieqi gћal fuq il-mejda', l-għan ta' dan il-qasam ta' prijorità tematika huwa li jassigura li il-protezzjoni tal-konsumatur tkun il-mutur ewlieni biex jiġu żviluppati ktajjen tal-produzzjoni ta' l-ikel u l-għalf, dak li jissejjaħ' mill-gћelieqi gћall-mejda', li jiddipendi partikolarment fuq l-għodda tal-bioteknoloġija li jżommu in kunsiderazzjoni l-aħħar riżultati fir-riċerka fil-ġenomika.

Dan it-trattament li jara lill-konsumatur finali bħala l-mutur huwa rifless fis-seba' għanjiet tar-riċerka speċifika. Tingћata prijorità lill-metodi ta' riċerka integrati li jqasmu diversi għanjiet speċifiċi. Minħabba li intrapriżi żgħar jikkonstitwixxu l-biċċa l-kbira tas-settur ta' l-ikel, is-suċċess ta' l-attivitajiet li jsiru ser jiddipendu fuq l-adattazzjoni tal-konoxxenza u tal-proċessi għall-karatteristiċi ta' dawn l-intrapriżi.

Prijoritajiet ta'ricerka

- L-epidemjoloġija ta' mard irrelatat mal-ikel, u l-allerġiji: l-għan huwa li jeżamina l-interazzjonijiet komplessi bejn il-konsum tal-ikel u s-sistema tal-immunità tal-metaboliżmu, l-isfond ġenetiku u l-fatturi ambjentali biex jidentifikaw l-elementi ta' riskju u jiżviluppw bażi tad-data Ewropej.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: studji epidemjoloġiċi fuq l-effett tad-dieta, il-fatturi tal-kompożizzjoni ta' l-ikel u ta' l-istil tal-ħajja, fuq is-saħħa tal-konsumaturi u gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, bħat-tfal, u l-prevenzjoni jew l-iżvilupp ta' mard speċifiku, allerġiji u l-kundizzjonijiet; il-metodoloġiji gћall-kejl u l-analiżi tal-kompożizzjoni ta' l-ikel u l-konsum fid-dieta, il-valutazzjoni tar-riskju, il-mudelli epidemjoloġiċi u ta'intervent; l-impatt tal-varjabbiltà ġenetika li tuża l-avvanzi fil-ġenomika funzjonali.

- L-impatt tal-ikel fuq is-saħħa: L-għan huwa tinћoloq bażi xjentifika għat-titjib fis-saħħa permezz tad-dieta, u l-iżvilupp ta' ikel tajjeb gћas-saħħa, jiġu kkunsidrati, per eżempju, prodotti ġodda, prodotti tal-biedja organika, l-ikel funzjonali, il-prodotti li fihom organiżmi ġenetikament modifikati, u dawk ta' żviluppi reċenti fil-bioteknoloġija, permezz ta' gћarfien aħjar tal-metaboliżmu ta' l-ikel u billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet maћluqa mill-proteomika u l-bioteknoloġija.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: ir-relazzjoni in ġenerali bejn id-dieta u s-saħħa; il-propjetajiet ta' l-ikel ta' ġid gћas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; l-effetti tal-komponenti ta' l-ikel, il-patoġeni, il-kontaminanti kimiċi u l-aġenti tat-tip prion fuq is-saħħa; id-dispozizzjonijiet dwar in-nutrijenti u l-istrateġiji li jinkoraġġixxu interventi għas-saħħa; dak li jinfluenza l-attidudni tal-konsumaturi lejn il-prodotti u l-produzzjoni l-ikel; metodoloġiji biex jitqiesu ir-riskji u l-benefiċċji tan-nutrijenti u tal-kompożizzjonijiet bioattivi; il-partikolaritajiet ta' gruppi differenti tal-popolazzjoni, partikolarment ix-xjuħ u t-tfal.

- Proċessi ta' "rintraċċabbiltà" matul il-katina kollha tal-produzzjoni: L-għan huwa li jiġu msaħħa l-bażi xjentifiċi u teknoloġiċi li jassiguraw rintraċċabbiltà totali per eżempju ta' l-organiżmi ġenetikament modifikati, fosthom dawk ibbażati fuq żviluppi reċenti tal- bioteknoloġija mil-oriġini tal-materja prima sal-prodotti ta' l-ikel fis-suq, and u b' hekk tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fil-provvista ta' l-ikel.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-armonizazzjoni tat-teknoloġiji u tal-metodoloġiji li jiggarantixxu r-rintraċċabbiltà totali matul il-katina ta' l-ikel kollha; iż-żieda fl-iskala, l-implimentazzjoni u l-validazzjoni tal-metodi fi ktajjen ta' l-ikel sћaћ; il-garanzija ta' l-awtentiċità; il-validità tat-tikketti; l-applikazzjoni tal-HACCP fil-katina ta' l-ikel kollha.

- Metodi ta' analiżi, skoperta u kontroll: L-għan huwa li tingħata kontribuzzjoni lil iżvilupp, it-titjib, il-validazzjoni u l-armonizzazzjoni fit-teħid ta' kampjuni affidabbli u strateġiji, b'kost xieraq, ta' kejl tal-kontaminanti kimiċi u l-mikro-organiżmi patoġeniċi eżistenti jew emerġenti (bħall-virus, il-batterji, il-varjetajiet ta' ћmira, il-fungi, il-parassiti, u l-aġenti ġodda tat-tip prion inkluż l-iżvilupp ta' testijiet dijanjostiċi, għall-BSE u l-"iscrapie" sabiex tiġi kkontrollata is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel u l-għalf u biex jiġi garantit il-ġbir ta' data preċiża għall-analiżi tar-riskji.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-metodi u l-istandards għall-analiżi u s-sejba tal-patoġeni u l-kontaminanti kimiċi li jinsabu fl-ikel, inklużi l-aspetti prenormattivi; il-modellazzjoni u trattamenti biex jiġu perfezzjonati l-istrateġiji eżistenti fil-prevenzjoni u l-kontroll; it-testijiet esplorattivi u ta' mappar ġeografiku tal-priuni; il-movimenti u l-lonġevità tal-priuni.

- Metodi ta' produzzjoni u teknoloġiji favur l-ambjent u l-ikel tajjeb għas-saħħa: L-għan huwa li jiġu żviluppati metodi ta' agrikoltura b'anqas intervent mill-bniedem (il-biedja u l-akwakultura) ibbażati fuq sistemi bħal produzzjoni integrata, metodi b'intervent aktar baxx inkluża l-biedja organika u l-użu tax-xjenzi u l-bioteknoloġiji tal-pjanti u l-annimali u proċessi ta' trasformazzjoni perfezzjoanti mmirati lejn il-produzzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel nutrittivi, funzjonali u varjati, u ta' għalf, li jilћqu l-aspettattivi tal-konsumaturi, u jtejbu il-kwalità ta' l-ikel u għalf permezz ta' teknoloġiji innovattivi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-żvilupp ta' sistemi integrati ta'produzzjoni, il-biedja b'anqas intervent mill-bniedem, il-biedja organika u l-produzzjoni ibbażata fuq il-GMO (l-organiżmi modifikati ġenetikament) kif ukoll il-metodi ta' proċessar u teknoloġiji ta' distribuzzjoni innovattivi, għal kwalità ta' l-ikel aћjar u aktar nutrittiva, u għalf ta' livell ogħla, valutazzjoni komparattiva tas-sigurtà, il-kwalità, l-impatt ambjentali u l-aspetti kompettitivi tà metodi differenti ta' produzzjoni u l-ikel; avvanzi fit-trobbija ta' l-annimali, ġestjoni aћjar ta' l-iskart u tal-ћajja ta' l-annimali mill-istalla sal-biċċerija, l-applikazzjoni tax-xjenzi u l-bioteknoloġiji tal-pjanti u ta' l-annimali, fosthom l-applikazzjoni tal-ġenomika, għall-iżvilupp ta' kwalità ogħla tal-materja prima ta' l-ikel u ta' ikel nutrittiv.

- L-impatt tal-għalf fuq is-saħħa tal-bniedem: L-għan huwa li jitjieb l-gћerfien tar-rwol ta' l-għalf ta' l-annimali, inklużi l-prodotti li fihom organiżmi ġenetikament ġenetikament u l-użu ta' subprodotti ta' nisel differenti għal dak l-għalf, fis-sigurtà tal-ikel biex jitnaqqas l-użu ta' materja prima mhux mixtieqa u biex jiġu żviluppati risorsi alternattivi ġodda ta' għalf ta' l-annimali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: studji epidemjoloġiċi tal-mard miġjub mill-għalf ta' l-annimal; l-influwenza tal-materja prima, inkluż l-iskart tal-prodotti marġinali ta' oriġini differenti, il-metodi ta' proċessar, l-addittivi u l-mediċini veterinarji użati fl-għalf ta' l-annimali fuq is-saħħa ta' l-annimali u tal-bniedem; ġestjoni ta' l-iskart aћjar, biex tiġi assigurata l-esklużjoni ta' materjali meqjusa ta' riskju għoli u kundannati mill-katina ta' l-ikel; proteini ġodda, risorsi ta' xaħam u ta' enerġija li mhix laħam jew fertilizzant magħmul mill-għadam imfarrak ta' l-annimali għall-aћjar trobbija ta' l-annimali, għall-potenzjal riproduttiv u l-kwalità tal-prodott ta' l-ikel.

- Ir-riskji gћas-saħħa kawżati minn fatturi ambjentali: L-għan huwa li jiġu identifikati l-fatturi ambjentali li huma ta' ћsara għas-saħħa, li jkun hemm gћarfien tal-mekkaniżmi involuti u jiġi stabbilit kif gћandhom jiġu evitati jew minimizzati dawn l-effetti u riskji.

(a) Riskji (kimiċi, bioloġiċi u fiżiċi).

(b) L-invidwazzjoni ta' sustanzi awtorizzati, inkluż l-impatt ta' diżastri lokali ambjentali u tat-tniġġis fuq is-sigurtà ta' l-ikel, b'enfasi fuq ir-riskji kumulattivi u l-impatti fuq is-saħħa tat-tniġġis, il-kanali ta' trasmissjoni gћall-bniedem, l-effetti fuq żmien twil u l-espożizzjoni gћal dożi żgħar, l-istrateġiji ta' prevenzjoni, kif ukoll l-impatt fuq gruppi partikolarment sensittivi, u speċjalment it-tfal.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-identifikazzjoni ta' l-aġenti li jikkawżaw il-perikli ambjentali u alimentari fosthom il-kontaminanti, u l-mekkaniżmi fiżjoloġiċi; gћarfien ta' metodi ta' individwazzjoni, il-valutazzjoni ta' l-espożizzjonijiet kumulattivi, dożi baxxi u kombinati, l-effetti fi żmien twil; definizzjoni u protezzjoni tas-sottogruppi suxxettibbli; il-kawżi ambjentali u l-mekkaniżmi responsabbli għaż-żieda fl-allerġiji; l-impatt ta' dawk l-elementi ta' ћsara endokrina; it-tniġġis kimiku kroniku u l-espożizzjoni ambjentali mħallta, it-trasmissjoni ta' mard marbut ma' l-ilma (parassiti, virus, batterji, eċċ.).

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fil-qasam tal-prijorità tematika ser jinkludu riċerki esploratorji rivoluzzjonarji fil-konoxxenza ta' suġġetti relatati mill-qrib ma' waħda jew iżjed mill-kwistjonijiet fi ħdanu. Se jiġu wżati żewġ trattamenti komplementari: wieħed riċettiv u miftuħ u l-ieħor proattiv.

1.1.6. Żvilupp sostenibbli, il-kambjament globali u l-ekosistemi

It-trattat jikkonferma li l-żvilupp sostenibbli huwa għan ċentrali tal-Komunità Ewropea. Dan kien enfażizzat mill-Kunsill Ewropew f' Goteborg u huwa rifless fl-Strateġija ta' l-Unjoni għall-iżvilupp sostenibbli, inkluż is-Sitt Programm ta' Azzjoni fuq l-Ambjent. F' dan il-kuntest, il-bidla globali, is-sigurtà fl-enerġija, it-trasport sostenibbli, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali ta' l-Ewropa, u l-interazzjoni mal-attivitajiet tal-bniedem jimmotivaw din it-tema ta' prijorità ta' riċerka. L-attivitajiet mwettqa fi ħdan din il-prijorità jimmiraw lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi meħtieġa biex l-Ewropa tkun tista' timplimenta mudell sostenibbli ta' żvilupp fi żmien qasir u fi żmien twil, l-integrazzjoni soċjali tiegħu, id-dimensjonijiet ekonomiċi u ambjentali, u li ssir kontribuzzjoni sostanzjali gћall-isforzi internazzjonali biex jitnaqqsu jew biex jikkoreġu it-tendenzi ta' dannu attwali, biex ikun hemm gћarfien u kontroll tal-bidla globali u jinżamm il-bilanċ ta' l-ekosistemi.

1.1.6.1. Sistemi enerġetiċi sostenibbli

L-għanjiet strateġiċi jindirizzaw it-tnaqqis tal-gassijiet serra, ta' l-emissjonijiet ta' tniġġis, is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija, l-użu ikbar ta' l-enerġija li tiġġedded, kif ukoll biex l-industrija Ewropea ssir aktar kompetittiva. Biex jintlaħqu dawn l-għanjiet fi żmien qasir jeħtieġ sforz ta' riċerka fuq skala kbira jiġi nkoraġġit l-użu ta' teknoloġiji fi stat ta' żvilupp u biex jiġu nkoraġġita l-bidla fl-istruttura tad- domanda għall-enerġija u fil-konsum billi titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-integrazzjoni ta' l-enerġija li tista' tiġġedded fis-sistema tal-enerġija. L-implimentazzjoni fuq żmien twil ta' żvilupp sostenibbli jeħtieġ ukoll sforz qawwi fl-RTD biex tiġi assigurata d-disponibbilità ekonomikament attraenti ta' l-enerġija u jingћelbu l-barrieri potenzjali għall-użu ta' risorsi ta' enerġija li tiġġedded u trasportaturi u teknoloġiji ġodda bħall-idroġenu u ċelluli kombustibbli ndaf.

Prijoritajiet ta' ricerka

(i) L-attivitajietta' ricerka b'impatt fi żmien qasir u fi żmien twil

L-attività tal-Komunità fl-RTD hija waħda mill-istrumenti ewlenin li jistgħu jkunu ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' strumenti leġislattivi ġodda fil-qasam ta' l-enerġija u biex issir bidla sostanzjali fis-sistemi attwali ta' żvilupp li m'humiex sostenibbli, karatterizzati minn dipendenza dejjem tikber fuq il-karburanti fossili importati, domanda għall-enerġija dejjem tikber, konġestjoni dejjem tikber tas-sistemi tat-trasport, u emissjonijiet CO2 dejjem jiżdiedu, billi tiġi proposta soluzzjoni teknika ġdida li tista’ tibdel pożittivament l-imġieba tal-konsumaturi/utenti, speċjalment fl-ambjent urban.

L-għan huwa li jinћolqu soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u b'kost xieraq malajr kemm jista' jkun permezz tad-dimostrazzjoni u azzjonijiet oħra ta' riċerka mmirati lejn is-suq, li involvu lill-konsumaturi/utenti permezz ta' proġetti pilota, u li jindirizzaw mhux biss il-kwistjonijiet tekniċi iżda wkoll dawk organizzattivi, istituzzjonali, finanzjari u soċjali.

- L-enerġija nadifa, partikolarment ir-risorsi ta' enerġija li tiġġedded u l-integrazzjoni fis-sistema ta' l-enerġija, inkluża l-ħażna, id-distribuzzjoni u l-użu.

L-għan huwa li jitpoġġew fis-suq teknoloġiji perfezzjoanti ta' enerġija li tiġġedded fis-sistemi u fil-ktajjen ta' provvista, per eżempju billi jsostnu l-partijiet involuti u kommessi li jistabbilixxu "Kommunitajiet Sostenibbli" li jutilizzaw persentaġġ għoli ta' enerġija li tiġġedded. Azzjonijiet bħal dawn ser jadottaw metodi tekniċi u/jew soċjoekonomiċi innovattivi jew perfezzjonati ta' "elettriku aћdar", sћana, jew biokarburanti u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi ta' distribuzzjoni jew tal-ktajjen tal-provvista, inkluża il-konnessjoni mad-distribuzzjoni ta' l-enerġija konvenzjonali fuq skala kbira.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: nefqa aktar effiċjenti, il-prestazzjoni u affidabbiltà tar-rissorsi ġodda ta' enerġija ewlenin u li jiġġeddu; l-integrazzjoni ta' l-enerġija li tiġġedded u l-konnessjoni effettiva tar-risorsi deċentralizzati, il-ġenerazzjoni konvenzjonali fuq skala kbira u aktar nadifa; il-validazzjoni ta' kunċetti ġodda ta' ħażna ta' l-enerġija, id-distribuzzjoni u l-użu.

- L-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, fosthom dawk li jitwettqu bl-użu ta' materja prima li tiġġedded.

L-għan tal-Komunità huwa t-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija bi 18 % sas-sena 2010 twettaq l-impenji ta' l-UE li tikkombatti t-tibdil fil-klima u li ttejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija. L-attivitajiet ta' riċerka ser jiffokaw partikolarment fuq' bini ekoloġiku' biex li-jiffranka l-enerġija u jћares l-ambjent kif ukoll il-kwalità tal-ħajja ta' l-okkupanti. L-attivitajiet ta' poliġenerazzjoni ser jikkontribwixxu għall-mira tal-Komunità tirdoppja s-sehem tal-ġenerazzjoni (CHP) fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-UE minn 9 % għal 18 % ser l-2010, u li ttejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni ta' l-elettriku kkombinata, s-servizzi ta' riskaldament u ta' refriġerazzjoni, bl-użu ta' teknoloġiji ġodda bħaċ-ċelluli kombustibbli bl-integrazzjoni ta' risorsi ta' enerġija li tiġġedded.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: Iffrankar u effiċjenza fil-kuntest urban, partikolarment fil-bini, bl-aћjar sfruttament u validazzjoni ta' kuncetti u teknoloġiji ġodda, inklużi s-sistemi ta' riskaldament u enerġija kombinati u fis-sistemi ta' riskaldament u refriġerazzjoni fid-distretti; l-opportunitajiet offruti mill-produzzjoni fuq il-post u l-użu ta' enerġija li tiġġedded biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu ta' enerġija fil-bini.

- Karburanti alternattivi

Il-Kummissjoni qed timmira li tissostitwixxi ta' 20 % tad-diesel u l-petrol b'karburanti alternattivi fis-settur tat-trasport fit-torqoq ser s-sena 2020. L-għan huwa li titjieb is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija permezz ta' dipendenza mnaqqsa fuq l-idrokarburi likwidi mportati u r-riżoluzzjoni tal-problema ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasporti. Konformi mal-kommunikazzjoni dwar il-karburanti alternattivi għat-trasport fuq l-art, l-RTD f'perjodu qasir ser tikkonċentra fuq tlitt tipi ta' karburanti alternattivi li potenzjalment jistgħu jiksbu sehem sostanzjali tas-suq: Il-biokarburanti, il-gas naturali u l-idroġenu.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-integrazzjoni ta' karburanti alternattivi fis-sistema tat-trasport, partikolarment it-trasport urban nadif; il-produzzjoni, ħażna u distribuzzjoni bla-periklu u b'kost raġonevoli, (inkluża l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-karburanti) ta' karburanti alternattivi; l-aħjar użu ta' karburanti alternattivi fil-kunċetti ġodda ta' vetturi li jużaw enerġija b'mod effiċjenti; l-strateġiji u l-istrumenti biex jinġieb il-proċess tat-trasformazzjoni tas-suq tal-karburanti alternattivi.

(ii) Attivitajiet ta' riċerka li jkollhom impatt fi żmien medju u fiż-żmien twil

Fiż-żmien medju u fi żmien twil l-għan huwa li jiġu żviluppati risorsi ta' enerġija ġodda u li jiġġeddu, u trasportaturi ġodda bħall- idroġenu b'kost xieraq u ndaf u li jintegraw tajjeb fil-kuntest ta' provvista u ta' domanda sostenibbli ta' enerġija għal tul ta' żmien għal applikazzjonijiet kemm fissi kif ukoll dawk tat-trasport. Barra dan l-użu kontinwu ta' karburanti kombustibili teħtieġ soluzzjoni, b'kost xieraq, għall-eliminazzjoni ta' CO2. L-għan huwa li jitnaqqas aktar l-effett ta' l-emissjonijiet serra lilhin mid-data stabbilita fi Kyoto ta' l-2010. L-iżvilupp fil-ġejjieni fuq skala kbira ta' dawn it-teknoloġiji ser jiddependi fuq titjib sostanzjali ta' l-ispiża u aspetti oħra tal-kompetittività meta mqabbla mar-risorsi konvenzjonali ta' l-enerġija, fil-kuntest soċjoekonomiku u istituzzjonali ġenerali li fihom huma jkun jintużaw.

- Ċelloli kombustibili, inklużi l-applikazzjonijiet tagħhom: dawn jirrappreżentaw teknoloġija emerġenti li mistennija li fi żmien twil, tissostitwixxi l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta' kombustjoni attwali fl-industrija, fil-bini u t-trasport fuq l-art, billi dawn huma aktar effiċjenti, in ibiġġsu inqas u jistgћu ikunu orћos: F'dak li jirrigwarda l-prezz, il-mira għal prezz fi żmien twil huija 50 euro/kW għat-trasport fuq l-art u 300 euro/kW għal applikazzjonijiet fissi li servu fit-tul u għal ċelloli kombustibbli/elettrolizzaturi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: tnaqqis fil-kost ta' produzzjoni tal-karburanti kombustibbli u fl-applikazzjonijiet fil bini, it-trasport u produzzjoni deċcentralizzata ta' l-elettriku; materjali avvanzati li għandhom x' jaqsmu ma ċelloli kombustibili ta' temperatura baxxa u għolja għall-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

- Teknoloġiji ġodda għat-trasportaturi u l-ћażna ta' l-enerġija, partikolarment l-idroġenu: L-għan huwa li jiġu żviluppati kunċetti ġodda għall-provvista ta' enerġija sostenibbli fuq żmien twil fejn l-idroġenu u l-enerġija nadifa jkunu kkunsidrati t-trasportaturi ewlenin ta' l-enerġija. Fir-rigward ta' l-H2, għandhom jiġu żviluppati il-mezzi neċessarji bil-għan li jiġi assigurat l-użu tiegħhu mingħajr periklu bi spiża ekwivalenti għal dik tal-kombustibbli konvenzjonali. Fir-rigward ta' l-elettriku, gћandhom jiġu ntegrati bl-aћjar mod ir-riżorsi ta' enerġija ġodda deċentralizzati u partikolarment dawk li jiġġeddu, fi ħdan sistemi ta' distribuzzjoni Ewropej, reġjonali u lokali konnessi ma' xulxin biex tkun garantita provvista mingћajr perikli, affidabbli u ta' kwalità għolja.

Ir-riċerka ser tiffoka fuqdan li ġej: il-produzzjoni nadifa u b'kost raġonevoli ta' l-idroġenu; infrastruttura gћall-idroġenu inkluż it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-utilizazzjoni tiegћu; fir-rigward ta' l-elettriku l-attenzjoni gћandha tkun fuq il-fuq kunċetti ġodda, għall-analiżi, l-ippjanar, il-kontroll u s-superviżjoni tal-provvista u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku u fuq teknoloġiji li jagћmlu l-ħażna ta' l-elettriku possibi, u fuq networks ta' trasmissjoni u distribuzzjoni interattivi.

- Kunċetti ġodda u avvanzati fit-teknoloġiji ta' l-enerġija li tiġġedded: It-teknoloġiji ta' l-enerġija li tiġġedded għandhom il-potenzjali li f'i żmien twil, jagħtu kontribut kbir lill-provvista ta' l-enerġija lid-dinja u l-UE. L-attenzjoni ser tkun fuq dawk it-teknoloġiji b'potenzjal ta' enerġija sostanzjali għal ġejjieni u li jkollhom ħtieġa ta' riċerka fuq żmien twil, permezz ta' azzjonijiet b' valur miżjud Ewropew gћoli partikolarment biex jingħeleb l-ostakolu ewlieni li huwa l-kost ta' l-investiment f'dan il-qasam, u sabiex dawn it-teknoloġiji isiru aktar kompetittivi mal-karburanti konvenzjonali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: fil-qasam fotovoltajku: il-katina kollha tal-produzzjoni mill-materja prima sas-sistema PV, kif ukoll fuq l-integrazzjoni tas-sistema PV fis-sistemi PV ta' daqs MW fl-ambjent domestiku u fuq skala kbira għall-produzzjoni ta' l-elettriku. Fir-rigward tal-biomassa, ser jiġu ndirizzati l-barrieri fil-katina tal-provvista u l-użu fl-oqsma li ġejjin: il-produzzjoni, it-teknoloġiji tal-kombustjoni, it-teknoloġiji tal-gassifikazzjoni għall-elettriku u l-produzzjoni ta' H2/syngas u l-biokarburanti għat-trasport. Għal oqsma oħra ta' kunċetti ġodda u avvanzati fit-teknoloġiji li jiġġeddu, l-isforz ser ikun konċentrat fuq l-integrazzjoni ta' aspetti speċifiċi ta' l-attivitajiet RTD fil-livell Ewropew li jeħtieġu żmien twil ta' riċerka.

- Il-qbid u s-sekwestru tal-C02, relatat ma' impjanti li jużaw karburanti aktar nodfa: Fil-qbid u s-sekwestru tal-CO2 b'kost adegwat jeћtieġ li jkun inkliż l-użu tal-karburanti fossili f'xenarju ta' provvista ta' enerġija sostenibbli, bi tnaqqis tan-nefqa gћal 30 euro fi żmien medju u 20 euro jew inqas fi żmien twil għal kull tunnellata metrika ta' CO2 għal rati ta' qabda ta' l fuq minn 90 %.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-iżvilupp ta' trattamenti olistċi għal sistemi ta' konversjoni ta' l-enerġija bbażata fuq il-karburanti fossili bi ftit li xejn emissjonijiet, sistemi ta' separazzjoni tal-CO2 b'kost baxx, kemm qabel l-kombustjoni u wara kif ukoll l-ossikarburanti u l-kunċetti ġodda; żvilupp ta' alternattivi gћall-eliminazzjoni tal-CO2 li jkunu bla periklu b' kost adegwat u li jћarsu l-ambjent, partikolarment il-ħażna ġeoloġika, u l-azzjonijiet ta' esplorazzjoni gћall-istima tal-potenzjal tal-ħażna kimika u użi innovattivi tal-CO2 bħal riżorsa.

1.1.6.2. Trasport fil-wiċċ sostenibbli [6]

Il-White Paper. "Il-politika Ewropea tat-trasport għal-2010: żmien ta' gћażla" tipprevedi tkabbir fid-domanda għat-trasport sal-2010 fl-Unjoni Ewropea ta' 38 % għall-merkanzija u 24 % għat-trasport tal-passiġieri (sena bażi 1998). L-infrastrutturi ta' trasport li huma diġa konġestjonati ser ikollhom jassorbu it-traffiku addizzjonali, u t-tendenza turi li l-proporzjon assorbit mill-modalitajiet l-inqas sostenibbli x'aktarx ser tikber. L-għan huwa għalhekk il-ġlieda kontra l-konġestjoni kif ukoll deċelerazzjoni jew il-korrezzjoni ta' dawn it-tendenzi rigward din il-qasma fil-modalitajiet b' integrazzjoni aћjar u bilanċ ġdid fil-modalitajiet ta' trasport differenti, it-titjib fis-sigurtà tagħhom, il-prestazzjoni u l-effiċjenza, it-tnaqqis ta' l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-garanzija ta' żvilupp ta' sistema ta' trasport Ewropea li tkun ġenwinament sostenibbli, filwaqt li tkun sostnuta l-kompetittività ta' l-industrija Ewropea fil-produzzjoni u l-operazzjoni tal-mezzi u s-sistemi ta' trasport.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) L-iżvilupp ta'sistemi ta' trasport li jћarsu l-ambjent u kompetittivi. L-għan huwa li titnaqqas il-kontribuzzjoni mit-trasport fil-wiċċ (bil-ferrovija, bil-baћar) gћall-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet oħrajn ta' periklu gћall-ambjent, inkluż l-istorbju, filwaqt li tiżdied is-sigurtà, il-kumdità, il-kwalità, l-effiċjenza ekonomika u enerġetika tal-vetturi u tal-bastimenti. Se ssir emfasi fuq trasport urban nadif u użu razzjonali tal-karozza fl-ibliet.

- It-teknoloġiji u l-kunċetti ġodda għall-modi kollha ta' trasport bl-art, il-ferrovija u f'wiċċ l-ilma.

Ir-Riċerka ser tiffoka fuq: effiċjenza għolja ta' sistemi ta' propulsjoni u tal-komponenti tagħhom, ibbażati fuq fjuwils alternattivi u li jiġġeddu, meta wieħed jikkunsidra l-infrastruttura; żvilupp ta' sistemi u komponenti ta' propulsjoni ta' emissjoni, partikolarment dawk iċ-ċelluli ta' fjuwils integrati, kombustjoni ta' idroġenu u l-infrastruttura ta'kif jiġi pprovdut il-fjuwil tagħhom lis-sistema tat-trasport; kunċetti integrati għat-trasport urban nadif u użu razzjonali tal-karozza f'lokali urbani.

Kunċetti u teknoloġiji avvanzati gћall-mezzi ta' trasport fil-wiċċ (bil-ferrovija, fit-triq jew bil-baћar).

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: sistemi ta' propulsjoni b'effiċjenza u l-komponenti tagћom bbażati fuq karburanti alternattivi u rinnovabbli, wara li jittieћed kont ta' l-infrastuttura ta' riforniment; l-iżvilupp ta' sistemi ta' propulsjoni u komponenti bla emissjonijiet jew bi ftit li xejn, partikolarment dawk li jintegraw iċ-ċelloli tal-karburanti, il-kombustjoni ta' l-idroġenu u l-infrastruttura ta' riforniment tagћom fis-sistema ta' trasport; kunċetti integrati gћal trasport urban integrat u użu razzjonali tal-karozzi fiż-żoni urbani.

- Teknika avvanzata ta' proġettazzjoni u produzzjoni.

Ir-riċerka se tikkonċentra fuq dan li ġej: Teknika avvanzati ta' proġettazzjoni u produzzjoni speċifikament fuq fejn għandu x' jaqsam it-trasport, partikolarment għall-ambjenti ta' produzzjoni li ma hemmx bħalhom, li jwasslu għal kompetitività aħjar permezz ta' kwalità, sigurtà, reċiklaġġ, kumdità u tħaddim li ma jqumux wisq ta' vetturi (karozzi u ferroviji) u bċejjeċ tal-baħar favur l-ambjent.

(ii) Biex it-trasport bil-ferrovija u bil-baħar isir aktar fis-sgur, aktar effettiv u aktar kompetittiv. Il-mira hija li jiġi assigurat trasport ta' passiġġieri u merkanzija, waqt li jkunu kkunsidrati id-domanda għat-trasport u l-ħtieġa li jiġu mfassla mill-ġdid modi tat-trasport, waqt li tiżdied is-sigurtà tat-trasport konformi mal miri tal-politika Ewropea għat-trasport (per eżempju, għat-trasport fit-toroq l-għan huwa li jiġi mnaqqas bin-nofs in-numru ta' mwiet).

- Tfassil mill-ġdid u integrazzjoni ta' modi differenti ta' trasport.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: sistemi tat-trasport interoperabbli, li jippermettu l-interkonnettività tas-sistemi ta' trasport, partikolarment għajnuna biex jintlaħqu kompetittiva tal-ferroviji u l-integrazzjoni ta' sistema Ewropea ta' informazzjoni dwar it-traffiku tal-vapuri; servizzi tat-trasport intermodali, teknoloġiji (per eżempju, l-armonizzazzjoni ta' l-unitajiet ta' tagħbija) u sistemi, u ġestjoni avvanzata tal-mobilità u loġistika tat-trasport;

- Tkabbir tas-sigurtà fit-toroq, fil-ferroviji u ġarr bil-baħar u l-iskansar tal-konġestjoni tat-traffiku.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: strateġiji u teknoloġiji biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq u s-sigurtà marittima; kunċetti u sistemi għal interazzjoni avvanzata bejn il-vettura u l-bniedem, bejn vettura u vettura u bejn il-vettura u l-infrastruttura; l-integrazzjoni fuq skala kbira u pjattaformi ta' validazzjoni għal sistemi ta' trasport intelliġenti (per eżempju, il-prezzijiet tat-trasport, ġestjoni tat-trasport u tat-traffiku u informazzjoni dwar it-trasport), inklużi applikazzjonijiet għan-navigazzjoni bis-satelliti, tipi ġodda ta' vetturi u proċeduri operazzjonali biex iżidu l-kapaċità u s-sigurtà filwaqt li jirrispettaw l-ambjent (partikolarment fl-inħawi urbani u sensittivi).

1.1.6.3. Tibdil globali u ekosistemi

Il-bidla globali tinkludi l-kambjamenti komplessi u dinamiċi f' perijodi differenti ta' żmien fil-komponenti fiżiċi, kimiċi, u bioloġiċi tas-sistema tad-dinja (jiġifieri, l-atmosfera, l-oċeani u l-art) partikolarment dawk influenzati mill-attivitajiet tal-bniedem. Il-miri ta' dan il-qasam ta' prijorità huma:

(i) li tissaħħaħ il-kapaċità ta' gћarfien, osservazzjoni u tbassir tal-bidla globali u l-iżvilupp ta' strateġiji għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-addattament, b'komunikazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-programmi ta' riċerka internazzjonali rilevanti u fil-kuntest tal- konvenzjonijiet rilevanti bħall-Protokol ta' Kyoto u l-Protokol ta' Montreal;

(ii) il-preservazzjoni ta' l-ekosistemi u l-protezzjoni tal-biodiversità li jikkontribwixxu għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ta' l-art u tal-baħar. Rigward il-bidla globali, l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata u sostenibbli ta' l-ekosistemi ta' l-agrikoltura u tal-foresti huma ta' importanza partikolari għall-preservazzjoni ta' dawn l-ekosistemi u ser jikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp sostenibbli tal- Ewropa. Dawn l-għanjiet jinkisbu bl-aħjar mod permezz ta' attivitajiet li jimmiraw lejn l-iżvilupp ta' metodi komuni u integrati meħtieġa biex ikun implimentat żvilupp sostenibbli filwaqt li jkunu meqjusa l-aspetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-impatt tal-bidla globali fuq il-pajjiżi u r-reġjuni kollha tad-dinja. Dan jippromwovi il-konverġenza ta' l-isforzi ta' riċerka Ewropej u nazzjonali għal definizzjonijiet komuni ta' x'inhu sostenibbli u metodi ta' stima, u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jitwettqu strateġiji komuni li jaffrontaw il-problemi tal-kambjament globali.

Prijoritajiet ta' ricerka

- L-impatt u l-mekkaniżmi ta' l-emissjonijiet ta' l-effett serra u l-kontaminati atmosferiċi fuq il-klima, it-tnaqqis fl-ożon u l-bjar li jassorbu l-karbonju (l-ibћra u l-gћadajjar interni, il-foresti u l-ħamrija). L-għan huwa li jkunu osservati u deskritti il-proċessi ta' l-bidla globali, relatati ma l-emissjonijiet ta' gasijiet li joћolqu l-effett serra u tal-kontaminanti atmosferiċi minn gћejun differenti, fosthom dawk li jirriżultaw mill-provvista ta' l-enerġija, it-trasport u l-biedja, sabiex jitjieb it-tbassir u l-valutazzjoni ta' l-impatt globali u reġjonali tagћom, l-evalwazzjoni ta' l-possibilitajiet ta' mitigazzjoni u t-titjib ta' l-aċċess tar-riċerkaturi Ewropej għall-faċilitajiet u l-pjattaformi ta' riċerka dwar il-bidla globali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-gћarfien u l-kwantifikazzjoni tal-kambjamenti fiċ-ċikli tal-karbonju u tan-nitroġenu; ir-rwol ta' l-gћejun kollha tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra u l-kontaminanti atmosferiċi u l-bjar fejn jiġu assorbiti fil-biosfera; l-effetti tagħhom fuq id-dinamika u l-varjabilità tal-klima, il-kimika tal-oċeani u ta' l-atmosfera, u l-interazzjonijiet ta' bejniethom; livelli futuri tal-ożonu stratosferiku u r-radjazjoni ultravjola; it-tbassir tat-tibdil u ta' l-impatti klimatiċi globali; il-fenomeni assoċjati (per eżempju, l-oxxillazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, El Nino u kambjamenti fil-livell tal-baħar u ċ-ċirkolazzjoni ta' l-oċeani); u strateġiji ta' mitigazzjoni u ta' adattament.

- Iċ-ċiklu ta' l-ilma, inklużi l-aspetti li għandhom x 'jaqsmu mal-ħamrija: l-għan huwa li jkun hemm gћarfien tal-mekkaniżmi u valutazzjoni ta' l-impatt tal-bidla globali u partikolarment tat-tibdil fil-klima fuq iċ-ċiklu ta' l-ilma, il-kwalità u d-disponibbiltà ta' l-ilma, kif ukoll il-funzjonijiet u l-kwalità tal-ħamrija sabiex tinћoloq bażi għall-istrumenti tal-ġestjoni għas-sistemi ta' l-ilma sabiex jiġu mnaqqsa l-impatti rilevanti.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-komponenti taċ-ċiklu idroloġiku — l-interazzjonijiet ta' bejn l-art, l-oċean u l-atmosfera, id-distribuzzjoni ta' l-ilma taћt l-art u fuq wiċċ l-art, l-ekosistemi ta' l-ilma ħelu u tal-artijiet mistgħadra, il-funzjonament tal-ħamrija u l-kwalità ta' l-ilma; il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ta' l-ilma u tas-sistemi tal-ħamrija għall-bidla globali; l-strateġiji ta' ġestjoni, l-impatti tagħhom u t-teknoloġiji ta' mitigazzjoni; ix-xenarji possibli fid-domanda u d-disponibbiltà ta' l-ilma.

- Il-biodiversità u l-istrateġiji ta' l-ekosistemi: Il-miri huma l-iżvilupp ta' gћarfien aħjar tal-funzjonament tal-biodiversità ta' l-ekosistemi tal-baħar u ta' l-art, il-fehma u t-tnaqqis ta' l-impatti negattiv ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuqhom biex tkun garantita ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u terrestri u l-ekosistemi tal-baħar (inklużi is-sistemi tal-ilma ħelu) kif ukoll il-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-valutazzjoni u t-tbassir tal-kambjamenti fil-biodiversità, l-istruttura, il-funzjoni u d-dinamika tal-ekosistemi u servizzi tagħhom, b' enfasi fuq il-funzjonament ta' l-ekosistemi tal-baħar; ir-relazzjoni bejn is-soċjetà, l-ekonomija, il-biodiversità u l-ambjenti naturali ta' l-annimali, tas-siġar u tal-ħaxix; il-valutazzjoni integrata tal-kawżi li jaffettwaw il-funzjonament u l-biodiversità li jaffettwaw l-ekosistemi, u l-possibilitajiet ta' mitigazzjoni; il-valutazzjoni tar-riskji, tal-ġestjoni, ta' l-għażliet ta' konservazzjoni u ta' riabilitazzjoni fir rigward ta' l-ekosistemi ta' l-art u tal-baħar.

- Mekkaniżmi ta' deżertifikazzjoni u diżastri naturali: L-għan huwa li jkun hemm gћarfien tal-mekkaniżmi ta' deżertifikazzjoni u diżastri naturali (bħal dawk ikkawżati minn attività siżmika u volkanika), inklużi il-konnessjonijiet tagħhom mal-bidla fil-klima sabiex jitjieb il-valutazzjoni u t-tbassir tar-riskju u ta' l-impatti relevanti, u l-metodoloġiji ta' appoġġ fit-teћid tad-deċiżjonijiet.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-valutazzjoni integrata fuq skala kbira tad-degradazzjoni u deżertifikazzjoni ta' l-art u l-ħamrija fl-Ewropa u l-prevenzjoni relatata u l-istrateġiji ta' mitigazzjoni; it-tbassir, fuq perjodi twal tal-perikli idroġeoloġiċi; il-monitoraġġ tal- perikli naturali, l-istrateġiji ta' mappament u ta'ġestjoni; preparazzjoni aħjar għad-diżastri u l-mitigazzjoni tagħhom.

- Strateġiji ta' ġestjoni sostenibbli ta' l-art, inkluża l-kosta, l-art agrikola u l-foresti: L-għan huwa li jingħata kontribut gћall- istrateġiji u għodda għall-użu sostenibbli tal-art, b' enfasi fuq il-kosta, l-artijiet agrikoli u l-foresti, inklużi l-kunċetti integrati għall-użu tar-riżorsi agrikoli u tal-foresti għal ħafna skopijiet, u l-katina integrata tal-injam u l-forestrija sabiex ikun garantit żvilupp sostenibbli fil- livell ekonomiku, soċjali u ambjentali; ser jkunu ndirizzati l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-multifunzjonalità tal-biedja u l-forestrija.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-iżvilupp ta' l-għodda meħtieġa għall-ġestjoni integrata tal-kosta (ICZM); evalwazzjoni ta' l-aspetti pożittivi u negattivi taħt sistemi differenti ta' produzzjoni għall-biedja u l-forestrija, l-iżvilupp ta' strateġiji għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jqisu l-karatteristiċi reġjonali, il-kuncetti ta' strateġiji għall-ġestjoni sostenibbli u l-użu tal-foresti u r-riżorsi agrikoli għal aktar minn skop wieћed; il-kost xieraq tal-processi godda li jћarsu l-ambjent u t-teknoloġiji ta' reċiklaġġ fi ħdan il-katina integrata tal-forestija u l-injam.

- It-tbassir u l-modellazzjoni operazzjonali, inklużi is-sistemi ta' osservazzjoni tal-bidla globali fil-klima: L-għan huwa li jsiru osservazzjonijiet sistematiċi tal-parametri atmosferiċi, terrestri u ta' l-oċeani fosthom dawk tal-klima sabiex jiġi perfezzjonat it-tbassir ta' l-ambjent marin, terrestri u atmosferiku, jiġu kkonsolidati l-osservazzjonijiet magћmula fuq żmien twil għall-modellazzjoni u partikolarment it-tbassir, it-twaqqif ta' bażi ta' data Ewropej komuni u ssir kontribuzzjoni għall-programmi internazzjonali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-osservazzjonijiet tal-parametri marittimi, terrestri u atmosferiċi bażiċi meħtieġa għall-istrateġiji ta' riċerka u ġestjoni tal-bidla globali, u tal-ġrajjiet estremi; networks kbar ta' osservazzjoni/monitoraġġ/evalwazzjoni/ppjanar/modellazzjoni (li jieħdu in kunsiderazzjoni l-iżviluppi tal-GMES u li jagћtu dimensjoni Ewropea lill- G3OS [7].

- Ir-riċerka komplementari ser tiffoka fuq dan li ġej: l-iżvilupp ta' metodoloġiji avvanzati għall-valutazzjoni tar-riskji tal-proċessi, it-teknologiji, miżuri u politika, il-valutazzjoni tal-kwalità ambjentali, fosthom indikaturi affidabbli tas-saħħa tal-popolazzjoni u l-kondizzjonijiet ambjentali u l-evalwazzjoni r-riskju fejn jirrigwardja l-espożizzjoni ta' ġewwa jew ta' barra. Ser tkun ukoll meћtieġa r-riċerka prenormattiva rilevanti fuq il-kejl u l-ittestjar għal dawn il-finijiet.

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru f'dan il-qasam ta' prijorità tematika ser jinkludu riċerka esploratorja avvanzata fis-suġġetti relatati mill-qrib ma wieħed jew iżjed mill-materji li tinkludi. Żewġ trattamenti komplementari ser jkunu użati: wieħed reċittiv u miftuħ — l-ieħor proattiv.

1.1.7. Iċ-ċittadini u l-gvern f'soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza

Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona gћaraf li t-transizzjoni lejn soċjetà Ewropea bbażata fuq il-konoxxenza ser jaffetwaw l-aspetti kollha tal-ħajja tan-nies. L-għan aħħari huwa li tiġi pprovduta bażi soda ta' konoxxenza għall-ġestjoni ta'din it-transizzjoni, li ser tkun tiddependi fuq il-politika, programmi u azzjonijiet, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll id-deċiżjonijiet minn ċittadini ndividwali, familji u unitajiet soċjali oħrajn, li jkunu nformati.

Minħabba il-komplessità, il-kobor u l-interdipendenza ta' dawn l-isfidi u l-kwistjonijiet involuti, il-metodi ta' riċerka adottati għandhom ikunu bbażati fuq integrazzjoni qawwija tar-riċerka, kooperazzjoni multidixxiplinarja u transdixxiplinarja, u fuq il-mobilizzazzjoni tax-xjenzi socjali u fuq l-komunitajiet ta' l-istudji umanistiċi fl-Ewropa. L-attivitajiet ser jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' l-isfidi soċjali fi żmien medju u fi żmien twil li jiġu mir-riċerka fix-xjenzi soċjali u umanistċi u jassiguraw il-parteċipazzjoni attiva ta' l-elementi essenzjali tas-soċjetà u d-diffuzjoni mmirata tax-xogħol imwettaq. Sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta' riċerka komparattiva transnazzjonali u interdixxiplinari, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ppresservata d-diversità tal-metodoloġiji ta' riċerka fl-Ewropa, huwa essenzjali li jkun hemm ġabra u analiżi ta' data aћjar u komparabbli b'mod iktar ġenwin u żvilupp koordinat ta' l-istatistika u l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi partikolarment fil-kuntest tas-soċjetà tal-konoxxenza li qed titfaċċa fil-livell Ewropew.

Ser tkun assigurata l-koordinazzjoni adegwata tar-riċerka soċjoekonomika u ta' l-elementi ta' prospettiva tal-programmi speċifiċi.

Prijoritajiet ta' riċerka

(i) Soċjetà bbażata fuq l-informatika u l-koezjoni soċjali

It-twaqqif ta' soċjetà Ewropea informata huwa għan politiku ċar għall-Komunità Ewropea. Ir-riċerka tfittex li tipprovdi l-bażi ta' fehim meħtieġ biex jiġi assigurat li dan iseħħ b' mod li jaqbel ma' kondizzjonijiet u aspirazzjonijiet speċifiċi Ewropej.

- Titjib fil-ġenerazzjoni, fid-distribuzzjoni u l-użu tal-konoxxenza u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. L-għan huwa li jitjieb b'mod sinjifikanti l-gћarfien tal-karatteristiċi tal-konoxxenza u r-rwol tagћha bħala ġid pubbliku u privat, u li jipprovdi l-bażi għat-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-karatteristiċi tal-konoxxenza u l-funzjonament tagħha fejn jirrigwardja l-ekonomija u s-soċjetà, kif ukoll għall-innovazzjoni u għall-attivitajiet imprenditorjali; u t-trasformazzjoni ta' l-istituzzjonijiet ekonomiċi u soċjali; id-dinamika tal-produzzjoni tal-konoxxenza, id-distribuzzjoni u l-użu, ir-rwol tal-kodifikazzjoni tal-konoxxenza u l-impatt tal-ICTs; l-importanza ta' l-istrutturi territorjali u l-istrutturi soċjali f'dawn il-proċessi.

- Għażliet u possibilitajiet għall-iżvilupp ta' soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza. L-għan huwa li jiġi żviluppat gћarfien integrat ta' kif soċjetà bbażata fuq l-nformazzjoni tista' tippromwovi l-għanjiet soċjeli ta' l-UE stabbiliti fis-summit ta' Lisbona u l-Kunsilli Ewropei li saru wara ta' żvilupp sostenibbli, koeżjoni soċjali u territorjali u kwalità tal-ħajja aħjar, b' konsiderazzjoni xierqa għal għażla minn mudelli soċjali fl-Ewropa u li jagħtu każ tal-problemi relatati maż-żieda fl-età medja tal-popolazzjoni.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-karatteristiċi ta' soċjetà bbażata fuq l-informazzjoni konformi ma' mudelli soċjali Ewropej u l-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-ħajja; il-koeżjoni soċjali u territorjali, ir-relazzjonijiet bejn is-sessi u bejn il-ġenerazzjonijiet u s-sistemi soċjali; l-implikazzjonijiet tal-kambjamenti fix-xogħol u fl-impjiegi, u s-suq tax-xogħol; aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u tagħlim kontinwu.

- Il-varjetà ta' toroq lejn soċjetà tal-konoxxenza. L-għan huwa li jiġu pprovduti perspettivi komparattivi ma' l-Ewropa kollha u b' hekk tiġi pprovduta bażi mtejba għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji ta' tranżizzjoni lejn soċjetà tal-konoxxenza fil-livelli nazzjonali u reġjonali.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: il-globalizazzjoni f'dak li jirrigwardja l-pressjoni għall konverġenza; l-implikazzjonijiet għad diversitajiet reġjonali; l-sfidi għas-soċjetajiet Ewropej mill-varjetà ta' kulturi u aktar aċċess gћall-informazzjoni; ir-rwol tal-medja f' dan il-kuntest.

(ii) Iċ-ċittadinanza, id-demokrazija u forom ġodda ta' gvern

Ix-xogħol ser jidentifika il-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw il-bidliet fil-metodi ta' ggvernar u ċ-ċittadinanza, partikolarment fil-kuntest ta' iżjed integrazzjoni u globalizazzjoni u mill-perspettivi ta' l-istorja u l-wirt kulturali kif ukoll l-impatt ta' dawn il-bidliet u possibilitajiet jissaћћaћ l-iggvernar demokratiku, jiġu risolti l-konflitti, jiġu mħarsa d-drittijiet tal-bniedem u jingħata każ tad-diversità kulturali u ta' l-identità.

- L-implikazzjonijiet ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tkabbir fil-Gvern u għaċ-ċittadin. L-għan huwa li jiĠU Cċarati l-interazzjonijiet ewlenin bejn l-integrazzjoni Ewropea u t-tkabbir, u l-kwistjonijiet tad-demokrazija, l-arranġamenti istituzzjonali u l-ġid taċ-ċittadini.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: ir-relazzjoni bejn l-integrazzjoni, it-tkabbir u t-tibdil istituzzjonali fil-kuntest ta' l-evoluzzjoni storika tagћom u b'perspettiva komparattiva; l-implikazzjonijiet ta' kuntest globali li qed jinbidel u r-rwol ta' l-Ewropa; il-konsegwenzi ta' Unjoni Ewropea mkabbra għal-ġid taċ-ċittadini tagħha.

- Artikolazzjoni ta' l-oqsma ta' responsabbiltà u forom ġodda ta' gvern. L-għan huwa li jiġi mgħejun l-iżvilupp ta' forom ta' gvern b' livelli differenti affidabbli, leġittimi, u robusti biż-żejjed u flessibbli biex jaffrontaw il-bidla fis-soċjetà, inkluża l-integrazzjoni u t-tkabbir, u sabiex tkun garantita l-effettività u l-leġittimità tad-deċiżjonijiet politiċi.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-artikolazzjoni tar-responsabiltà bejn livelli territorjali differenti u bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati; l-iggvernar demokratiku, l-istituzzjonijiet reppreżentattivi u r-rwoli ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; il-privatizzazzjoni, l-interess pubbliku, il-metodi regolatorji ġodda, it-tmexxija tal-kumpaniji; l-implikazzjonijiet għas-sistemi legali.

- Kwistjonijiet konnessi mar-riżoluzzjoni tal-konflitti u r-restawr tal-paċi u l-ġustizzja. L-għan huwa li jingħata appoġġ lil iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali u soċjali fil-qasam tar-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-identifkazzjoni tal-fatturi li jwasslu għal suċċess jew falliment fil-prevenzjoni tal-konflitti, u jiġu żviluppati possibilitajiet aħjar għall-medjazzjoni fil-kunflitti.

— Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: l-identifikazzjoni bikrija tal-fatturi li jwasslu għall-kunflitt interni u internazzjonali; analiżi komparattivi tal-proċeduri ta' prevenzjoni u ta' medjazzjoni fil-konflitti u t-twettieq tal-ġustizzja f'oqsma differenti, inkluż il-ћarsien tad-drittijiet fondamentali; ir-rwol ta' l-Ewropa fl-oqsma reġjonali u internazzjonali f' dawn il-materji.

- Forom ġodda ta' ċittidinanza u identitajiet kulturali. L-għan huwa li jiġi mћeġġeġ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika Ewropea, biex ikun hemm gћarfien tal-perċezzjonijiet u l-impatt tad-dispozizzjonijiet rigward iċ-ċittadinanza u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa u biex jiġu identifikati fatturi li jippermettu l-mobilità u l-koeżistenza ta' identitajiet multipli.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej: ir-relazzjonijiet bejn forom ġodda ta' ċittadinanza inklużi id-drittijiet ta' min mhux ċittadin; it-tolleranza, id-drittijiet tal-bniedem, ir-razziiżmu u x-xenofobja; ir-rwol tal-mezzi ta' komunikazzjoni fl-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea; l-evoluzzjoni ta' ċittidinanza u identitajiet f-kuntest ta' diversitajiet kulturali u diversitajiet oħrajn fl-Ewropa, l-evalwazzjoni tal-movimenti tal-popolazzjoni; id-dijalogu soċjali u kulturali fost il-popli fl-Ewropa u reġjuni oħra tad-dinja; l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta' soċjetà Ewropea bbażata fuq il-konoxxenza.

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru fi ħdan dan il-qasam ta' prijorità tematika ser jinkludu riċerka esploratorja mill-aktar avvanzata fil-konoxxenza fuq is-suġġetti relatati mill-qrib ma' waħda jew iżjed mill-kwistjonijiet li tinkludi. Se jkun użati żewġ metodi komplementari: wieħed reċettiv u miftuħ — l-ieħor proattiv.

1.2. ATTIVITAJIET SPEĊIFIĊI LI JKOPRU QASAM TA' RIĊERKA AKBAR

L-attivitajiet taħt dan l-intestatura ser jikkumplementaw ir-riċerka fi ħdan l-oqsma tematiċi ta' prijorità u jinkludu dan li ġej:

- Appoġġ għal politika u antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiji ta' l-UE;

- Attivitajiet ta'riċerka speċifici għall-SMEs;

- Attivitajiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali.

1.2.1. Appoġġ għall-poltika u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiji

Dawn l-attivitajiet għandhom rwol distint fi ħdan l-arkitettura globali tal-Programm Kwadru 2002-2006. Huma jinvolvu arranġamenti ta' l-implimentazzjoni komuni, u l-massa kritika meħtieġa, biex tiġi assigurata kondotta ta' riċerka effiċjenti u l-flessibbli essenzjali għall-għanjiet fondamentali tar-riċerka tal-Komunità li tkopri varjetà ta' ћtiġijiet li ma jistgħux jiġu sodisfatti mill-prijoritajiet tematiċi. Dawn ser ikollhom l-għanjiet speċifiċi li ġejjin:

- Li tissaћћaћ il-formulazzjoni u l-implementazzjoni tal-politika tal-Komunità, li jaffettwaw l-interessi tal-membri tal-Unjoni futuri possibbli kif ukoll l-Istati Membri eżistenti, u jiġu evalwati l-effetti tagħhom;

- Li jiġu esplorati l-problemi u opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u emerġenti, inklużi partikolarment dawk l-oqsma ta' riċerka interdixxiplinarji u multidixxiplinarji, fejn azzjoni Ewropea hija xierqa minħabba l-potenzjal li jiġu żviluppati pożizzjonijiet strateġiċi avvanzati fil-konoxxenza u fis-swieq ġodda, jew biex jiġu antiċipati il-kwistjonijiet ewlenin li qed tћabbat wiċċha magћom is-soċjetà Ewropea.

Karatteristka komuni ta' dawn l-attivitajiet hija li ser ikunu implimentati f'perspettiva ta' diversi snin li tagћti importanza b'mod dirett lill-opinjonijiet tal-persuni nvoluti ewlenin (kief xieraq: min ifassal il-politika, gruppi industrijali li jagħmlu użu minn dawn l-attivitajiet, gruppi ta' riċerka avvanzata, eċċ.) Dawn ser jkunu implimentati flimkien ma' mekkaniżmu ta' programmazzjoni flessibli li għandu jkunu implimentat matul il-programm, li permezz tiegћu jiġu stabbiliti l-prijoritajiet speċifiċi, li jikkorrespondu ma' ħtiġijiet identifikati u li jaqgħu taħt il-miri ndikati hawn fuq.

Il-prijoritajiet stabbiliti b'dan il-mod ser ikunu suċċessivament inseriti fil-programm ta' xogħol għall-programm speċifiku, flimkien mal-prijoritajiet li joħorġu minn għanjiet f' partijiet oħra tal-programm, u aġġornati regolarment. Dan iwassal gћal allokazzjoni progressiva tal-budget relatat ma' dawn l-attivitajiet għall-prijoritajiet speċifiċi identifikati, matul il-perjodu ta' esekuzzjoni.

L-programmazzjoni ser tkun mwettqa mill-Kummissjoni, u ser tkun ibbażata fuq konsultazzjonijiet estensivi mal-gruppi nteressati fl-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-Programm Kwadru, rigward il-kwistjonijiet li għandhom ikunu nklużi.

L-ewwel allokazzjoni li ser ssir ser tkun ta' EUR 340 miljuni għall-attivitajiet ta' riċerka msemmija hawn taћt, deċiża fuq il-bażi ta' ħtiġijiet evidenti presentement, is-somma ta' 215 miljun euro li tifdal ser tkunu allokata matul l-implimentazzojoni tal-programm speċifiku, fejn ser tingћata l-importanza mistћoqqa għall-ħtieġa li tinzamm il-flessibbiltà meħtieġa gћall "appoġġ għal politika u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi".

(i) Riċerka orjentata lejn il-politika

L-attivitajiet taħt din l-intestatura ser jipprovdu, partikolarment, appoġġ għall-.

- politika agrikola komuni (CAP), u l-politika komuni tas-sajd (CFP);

- żvilupp sostenibbli, partikolarment l-għanjiet tal-politika tal-Komunità dwar l-ambjent fosthom dawk stabbiliti fis-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent; l-enerġija (il-Green Paper"Lejn Strateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Provvista tal-Enerġija" ); u t-trasport (il-White Paper dwar il-politika Ewropea fit-trasport);

- Materja oħra tal-politika tal-Komunità, jiġifieri is-saħħa (partikolarment is-saħħa pubblika), l-iżvilupp reġjonali, il-kummerċ, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-suq intern u il-kompetittività, il-politika soċjali u l-impiegi, it-taħriġ fl-edukazzjoni u l-kultura, l-ugwaljnza ta' bejn in-nisa u l-irġiel, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħolqien ta' spazju għall-ħelsien, is-sigurtà u l-ġustizzja, ir-relazzjonijiet barranin fosthom dawk il-miżuri li jsaħħu t-tkabbir, u inklużi il-metodi u l-għodda statistiċi meħtieġa;

- L-għanjiet tal-politika tal-Komunità li joħorġu mix-xejriet politiċi li joriġinaw mill-Kunsill Ewropew, dwar, per eżempju, il-politika ekonomika, is-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, kif ukoll e-Europe, u l-impriżi.

Dan jistgħu jinkludu riċerka u kejl prenormattiv u l-ittestjar fejn meħtieġ għall-ħtigijiet tal-politika tal-Komunità. Ser tingћata l-importanza meћtieġa lill-konnessjonijiet bejn l-oqsma differenti tal-politika.

Programmazzjoni gћal diversi snin

Il-programmazzjoni ta' dawn l-attivitajiet minn sena gћal sena ser tagћti importanza lill-opinjonijiet tal-kumitati xjentifiċi rilevanti li jkollhom x'jaqsmau mal-politika konċernata. Il-programmazzjoni ser ikun immexxi bl-għajnuna ta' Grupp ta' Utenti magћmul minn Servizzi tal-Kummissjoni differenti, li jistgħu jirrikorru, fejn xieraq, għal struttura ta' konsultazzjoni ndipendenti komposta minn esperti xjentifiċi u industrijali ta' livell għoli. Dan il-grupp ser jiġġudika suġġerimenti mressqa dwar il-kwistjonijiet li għandhom ikunu nklużi fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

- il-kontribuzzjoni tagħhom fit-tfassil u l-iżvilupp tal-politika (per eżempju, il-konnessjonijiet mal-proposti leġiżlattivi bi preparazzjoni jew ma' limiti ta' żmien prinċipali f'dan il-qasam);

- il-kontribuzzjoni potenzjali tagħhom lejn il-kompettittvità tal-UE, it-tisħiħ tal-bażi xjentifika u teknoloġiċi u t-twettieq tal-Qasam tar-Riċerka Ewropea, inkluża l-integrazzjoni effettiva tal-pajjiżi kandidati;

- il-valur miżjud Ewropew, b'attenzjoni partikolari lejn ir-riċerka mwettqa fl-Istati Membri fl-oqsma rilevanti;

- ir-rilevanza xjentifika u s-sostennibbiltà tar-riċerka u t-trattamenti proposti;

- il-garanzija ta' tqassim xieraq tal-kompiti, u sinerġija bejn dawn l-attivitajiet u l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt bħala appoġġ għall-politika tal-Komunità.

Il-programmazzjoni tista' tinbidel permezz ta' proċedura ta' emerġenza bbażata fuq l-istess kriterji ta' evalwazzjoni fl-eventwalità ta' kriżi li toћloq ħtiġijiet ta' riċerka urġenti u mhux previsti.

Prijoritajiet inizjali ta' riċerka

Prijoritajiet ta' riċerka orjentati lejn il-politika u li jirispondu għall-ħtiġijiet immediati huma bbażati fuq suġġerimenti għal suġġetti magħmula mis-servizzi tal-politika tal-Kummissjoni, mibnija fuq il-parir, kief xieraq, tal-kumitati xjentifiċi rilevanti, kif ukoll l-għanjiet aktar wiesgħa ta' l-Unjoni kif deċiżi fil-konklużjomijiet suċċessivi tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew.

Dawn ġew miġbura fil-linji ta' azzjoni li ġejjin, fi struttura li tutilizza bl-aћjar mod is-sinerġiji bejn id-diversi ħtiġijiet tal-politika u l-kontributi xjentifiċi, u li tirrigwarda u tikkomplementa l-prijoritajiet tematiċi:

- Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali ta' l-Ewropa. Ir-riċerka taħt dan l-intestatura tirrispondi għall-ħtiġijiet ta' politika relatati, partikolarment mal-modernizzazzjoni u s-sostennibbiltà tal-politika komuni dwar il-biedja u s-sajd u l-promozzjoni ta' żvilupp rurali, inkluża l-forestrija. Ir-riċerka ser tiffoka fuq:

il-modernizzazzjoni u sostennibbiltà tal-biedja u l-forestrija, inkluż ir-rwol multifunzjonali tagћhom sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni taż-żoni rurali;

strumenti u metodi ta' valutazzjoni għal ġestjoni sostenibbli tal-biedja u l-ġestjoni tal-forestrija;

il-modernizzazzjoni u s-sostennibbiltà tal-politika tas-sajd, inklużi s-sistemi ta' produzzjoni bbażati fuq l-akwakultura;

metodi ta' produzzjoni ġodda u li jћarsu aktar l-ambjent biex titjieb is-saħħa u l-ġid ta' l-annimali inkluża r-riċerka fuq il-mard ta' l-annimali bħall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, id-deni tal-ħnieżer, żvilupp ta' vaċċini markaturi;

il-valutazzjoni ambjentali (il-ħamrija, l-ilma, l-ajru, il-ћoss, inklużi l-effetti tas-sustanzi kimiċi);

valutazzjoni tat-teknoloġiji ambjentali b'appoġġ gћad-deċiżjonijiet politiċi, partikolarment dwar teknoloġiji effettivi iżda b'kost baxx fil-kuntest tal-ћarsien tal-leġiżlazzjoni ambjentali.

- Il-garanzija tas-saħħa, sigurtà u opportunitajiet gћall-poplu ta' l-Ewropa. Ir-riċerka f'din il-kategorija tilqa' il-ħtiġijiet tal-politika relatati partikolarment ma' l-implimentazzjoni ta' l-Aġenda Soċjali Ewropea inklużi l-materji ta' politika soċjali tal-ġejjieni, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur u l-ħolqien ta' Żona ta' Ħelsien, Sigurtà u Ġustizzja. Ir-riċerka ser tiffoka fuq:

id-determinanti tas-saħħa u l-fornitura ta' servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u sostenibbli u sistemi ta' pensjonijiet (partikolarment fil-kuntest tax-xjuћija u l-bidla demografika);

Kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, inkluża l-epidemjoloġija li jikkontribbwixxu għall-prevenzjoni tal-mard u azzjonijiet kontra l-mard rari u li jittieħed emerġenti, l-allerġiji, proċeduri għal donazzjonijiet tad-demm u ta' l-organi mingћajr periklu, u metodi ta' sperimentazzjoni mhux fuq l-annimali;

L-impatt tal-kwistjonijiet ambjentali fuq is-saħħa (inkluża s-sigurtà fuq ix-xogħol u l-metodi ta' valutazzjoni tar-riskji u tat-tnaqqis tar-riskji ta' diżasrti naturali gћall-poplu);

Kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-ħajja li jolqtu nies bi bżonnijiet speċjali jew b'diżabilità (inklużi faċilitajiet ta' aċċess ugwali);

Riċerka komparattiva tal-fatturi fil-bażi tal-migrazzjoni u l-movimenti tar-refuġjati, inkluża l-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin;

Mezzi perfezzjonati li jantiċipaw it-tendenzi u l-kawżi tal-kriminalità, ta' valutazzjoni ta' l-effettività tal-prinċipji li fuqhom titmexxa l-prevenzjoni tal-kriminalità; il-valutazzjoni ta' sfidi ġodda dwar l-użu illegali tad-droga;

Kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni ċivili (inkluża l-biosigurtà u l-protezzjoni kontra riskji li jirriżultaw minn attakki terroristiċi), u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

- Tisћiћ tal-potenzjal u l-koeżjoni ekonomiku ta' Unjoni Ewropea ikbar u iktar integrata. Ir-riċerka f'din il-kategorija tirrispondi, partikolarment, gћall-ħtiġijiet ta' sensiela ta' deċiżjoniet politiċi dwar il-kompetittività, id-dinamiżmu u l-integrazzjoni ta' l-ekonomija Ewropea, fil-kuntest tat-tkabbir, tal-globalizazzjoni u tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-Ewropa mal-kumplament tad-dinja. Ir-riċerka ser tiffoka fuq dan li ġej:

It-tqegħid ta' bażi għall-integrazzjoni Ewropea, żvilupp sostenibbli, il-kompetitività u l-politika dwar il-kummerċ (inklużi mezzi aħjar sabiex issir valutazzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u l-koezjoni);

L-iżvilupp ta' għodda, indikaturi u parametri operazzjonali għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' sistemi ta' trasport u enerġija sostenibbli (ekonomiċi, ambjentali u soċjali);

Analiżi globali tas-sigurtà u s-sistemi ta' validazzjoni għat-trasport u r-riċerka fuq ir-riskji fl-inċidenti u s-sigurtà tas- sistemi ta' mobilità;

It-tbassir u l-iżvilupp ta' politika innovattiva għas-sostennibbiltà fiż-żmien medju u fiż-żmien twil;

Kwistjonijiet relatati mas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (bħall-ġestjoni u l-protezzjoni ta' l-assi diġitali, u l-aċċess inklussiv lejn is-soċjetà ta' l-informazzjoni);

Il-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-istrateġiji assoċjati dwar il-konservazzjoni;

Kwalità aћjar, iktar aċċessibbiltà u diffuzjoni ta' l-istatistika Ewropea.

Ser tkun garantita strateġija koordinata fit-trattament tal-materji ta' riċerka li huma komuni għal oqsma ta' politika differenti, partikolarment dwar il-kejl u l-istima ta' l-impatt tal-kambjamenti demografiċi u b'mod aktar ġenerali fl-iżvilupp ta' statistika u indikaturi rilevanti għall-politika. Dawk responsabbli gћall-politika għandhom ikollhom ukoll informazzjoni tajba u f'waqtha rigward ir-riżultati tar-riċerka orjentata lejn il-politika.

(ii) Ir-riċerka ser tesplora problemi u opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi emerġenti

Ir-riċerka taħt dan it-intestatura ser tilqa' l-ħtiġijiet f'oqsma ġodda li leġitimament jaqgħu taћt ir-riċerka tal-Komunità u li jikkomċernaw jew l-oqsma tematiċi ta' prijorità jew jaqgћu barra minnhom, partikolarment minћabba li huma interdixxiplinari u/jew multidixxiplinari. Ir-riċerka tilqa' wkoll żviluppi kbar mhux mistennija. Billi tlaqqa' flimkien riżorsi mill-UE kollha din gћandha tqiegħed ir-riċerka Ewropea f'pożizzjoni minn ta' quddiem, u tiftaħ it-triq jew toħloq żviluppi ġodda xjentifiċi u teknoloġiċi. Din gћandha tistimula il-kurrent ta' idejat bejn l-akkademia u l-industrija, u tippermetti li l-Ewropa tutilizza b' mod aħjar il-partrimonju ta' riċerka tagћha fl-isforz sabiex tinћoloq soċjetà dinamika bbażata fuq il-konoxxenza.

Dawn l-oqsma ta' attività ser jkunu sostnuti fil-bidu:

- Ir-riċerka li tivvaluta malajr l-iskoperti, jew fenomeni ġodda osservati, li jistgħu jindikaw riskji emerġenti jew problemi ta' importanza kbira għas-soċjetà Ewropea, u l-identifikazzjoni ta' risposti adegwati.

- Ir-riċerka fl-oqsma ta' informazzjoni emerġenti u fuq teknoloġiji futuri, partikolarment f'oqsma transdixxiplinari, li innovattivi ħafna u li jinvolvu riskji (tekniċi) għoljin. Din ser tkun miftuħa għal kull idea ġdida li jkollha potenzjal industrijali u/jew socjali kbir, jew għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' riċerka Ewropea fi żmien twil.

Il-proposti ser ikunu meqjusa fuq il-bażi ta' l-eċċellenza fir-riċerka, il-potenzjal ghal impatt fil-ġejjieni, u partikolarment fl-ewwel settur imsemmi, l-innovazzjoni.

Programmazzjoni gћal diversi snin

Kwistjonijiet speċifiċi fil-kategoriji msemmija hawn fuq li fuqhom ser tkun konċentrata r-riċerka matul l-implimentazzjoni tal-programm ser ikunu magħżula permezz ta' programmazzjoni gћal diversi snin skond l-urġenza jew il-potenzjal tagħhom li jkollhom rilevanza gћas-soċjetà, gћall-industrija, jew gћall-ekonimika fil-futur filwaqt li jittieћed kont ta' l-attivitajiet ta'riċerka li jkunu għaddejjin taħt dan l-intestatura. Il-valutazzjoni tat-temi ser ssir bl-appoġġ ta' struttura ta' konsultazzjoni indipendenti magħmula minn esperti xjentifiċi u ndustrijali ta' livell għoli u ser jinkorporaw il-kriterji li ġejjin:

- il-kontribuzzjoni potenzjali tal-kwistjonijiet tar-riċerka proposti għall-innovazzjoni u l-kompetitivita tal-UE, it-tisħiħ ta' bażi xjentifika u teknoloġiċi u t-twettieq tal-Qasam tar-Riċerka Ewropea, inkluża l-integrazzjoni effettiva tal-pajjiżi kandidati;

- ir-rilevanza xjentifika u l-gћażla taż-żmien tat-temi ta' riċerka u l-israteġiji proposti.

Il-programmazzjoni tista' tkun alterata permezz ta' proċedura ta' emerġenza bbażata fuq l-istess kriterji ta' evalwazzjoni f' każ ta' kriżi li tagħti lok għal ħtiġijiet ta' riċerka urġenti u mhux mistennija. Jistgћu isiru studji ta' prospettiva li jgћijnu sabiex jiġu deċiżi l-prijoritajiet.

(iii) L-implimentazzjoni

L-attivitajiet programmati ser jitwettqu permezz ta' sejħiet għal proposti, preċeduti, fejn xieraq, b' sejħa għal turija ta' interess, partikolarment fil-qasam ta' l-esplorazzjoni ta' oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u dawk emerġenti.

- Essenzjalment huma ser jieħdu l-forma ta'.- proġetti speċifiċi ta' riċerka mmirati ġeneralment fuq skala limitata, mwettqa permezz ta' sħubijiet fuq skala adattata għall-ħtiġijiet li li jkun hemm bżonn;

- azzjonijiet ta' koordinazzjoni, u t-twaqqif ta' infrastruttura ta' attivitajiet ta' riċerka mwettqa fil-livell nazzjonali fejn il-miri jistgħu jintlaħqu billi jiġu mobilizzati il-kapaċitajiet li jeżistu fl-Istati Membri, pajjiżi kandidati u stati assoċjati oћra.

F'ċerti każi ġustifikati, fejn il-miri segwiti jistgħu jintlaħqu aħjar b'dan il-mod, jista' jsir użu limitat mis-sistemi ta' eċċellenza u proġetti integrati.

Il-proposti ser ikunu magħżula mill-Kummissjoni wara evalwazzjoni minn esperti ndipendenti.

Jistgћu jintużaw ukoll azzjonijiet speċifiċi ta' appoġġ biex jiġu implimentati dawn l-azzjonijiet.

1.2.2. Attivitajiet ta' riċerka orizzontali li jinvolvu l-SMEs

Għanjiet

Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom rwol kruċjali fil-kompetitività u l-ħolqien ta' impjiegi fl-Ewropa, mhux biss għaliex huma jirrapreżentaw il-maġġoranza kbira ta' l-intrapriżi fl-Ewropa, iżda wkoll għaliex huma font ta' dinamiżmu u bidla fis-swieq ġodda, partikolarment dawk fit-teknoloġija l-aktar avvanzata. Għalkemm huma komunità eteroġenja, huma gћandhom aktar kompetizzjoni minћabba t-twettieq tas-suq intern Ewropew u l-ħtieġa kostanti ta' innovazzjoni u biex jiġu akkommodati l-avvanzi fit-teknoloġija. Barra minndan, għadd dejjem jikber ta' SMEs kemm jeħtieġu kif ukoll iridu li jisfruttaw l-opportunitajiet fis-suq internazzjonal fit-tfittxija għal swieq ġodda u opportunitajiet ta' kummerċ.

Fil-bicca l-kbira, l-SMEs ser jipparteċipaw fl-attivitajiet implimentati taħt l-oqsma ta' prijorità tematika ta' riċerka fi ħdan networks ta' eċċellenza, proġetti ntegrati u proġetti ta' riċerka speċifika mmirata. Flimkien ma' dan, ser jiġu stabbiliti skemi speċifiċi għall-SMEs fil-forma ta' azzjonijiet fuq riċerka kollettiva u kooperattiva. Dawn ser jindirizzaw primarjament il-Komunità kbira ta' SMEs li gћandhom potenzjal innovattiv iżda b'kapaċità ta' riċerka limitata. Madankollu, l-iskema ta' riċerka kooperattiva ser tħalli lok fejn l-SMEs innovattivi ikunu jistgћu jikkooperaw ma' universitajiet u ċentri ta' riċerka.

Kollox ma' kollox, minbarra l-attivitajiet orizzontali għall-SMEs, mill-inqas 15 % tal-budget li għandu x' jaqsam mas-seba' prijoritajiet tematiċi taħt dan il-programm ser ikunu allokati lil SMEs.

(i) Riċerka Kollettiva

Ir-riċerka kollettiva hija forma ta' riċerka minn min jaħdem fuq l-RTD f' isem għaqdiet industrijali jew raggruppamenti industrijali sabiex jespandu l-bażi ta' konoxxenza ta' komunitajiet kbar ta' SMEs u b' hekk itejbu l-i standard ġenerali tal-kompetitività tagћhom. Billi dawn isiru fuq skala Ewropea, permezz ta' proġetti sostanzjali ta' tul ta' ħafna snin, dan huwa mod effiċjenti ta' kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet teknoloġiċi ta' setturi mportanti tal-komunità industrijali.

Minћabba li hija bbażata fuq skemi li jeżistu f' ħafna Stati Membri, din il-miżura tfittex li tħalli raggruppamenti ta' industrijali jidentifikaw u jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom li jkunu komuni għal għadd kbir ta' SMEs fil-livell Ewropew. Din għandha tippermetti titjib fil-bażi ġenerali tat-teknoloġija Ewropea ta' setturi sħaħ ta' l-industrija. Permezz ta' kollegament bejn il-gruppi ta' industriji f' pajjiżi differenti u l-finanzjament ta' proġetti akbar b' responsabbiltà akbar għall koordinaturi tal-proġetti, din ser tikkontribwixxi għall-istrutturar tal-kwadru ta' riċerka kollettiva konformi mal-miri tal-Qasam tar-Riċerka Ewropea.

Il-proġetti ta' riċerka kollettivi jistgħu jkopru, per eżempju:

- Ir-riċerka mmirata biex tindirizza l-problemi/sfidi komuni (eż., biex tissodisfa l-ħtiġijiet regolatorji, il-prestazzjoni ambjentali);

- ir-riċerka prenormattiva (riċerka biex tipprovdi bażi xjentifika għan-normi u l-i standards Ewropej);

- riċerka mmirata biex issaħħaħ il-bażi teknoloġika ta' settur(i) partikulari;

- l-iżvilupp ta' "għodda teknoloġika" (e.ż, id-dijanjosi, it-tagħmir ta' sigurtà).

Il-proġetti ser ikunu mmexxija, fuq il-bażi ta' linji-gwida preċiżi, minn assoċjazzjonijet industrijali jew raggruppamenti oħrajn stabbiliti fil-livell Ewropew, jew minn ta' l-inqas żewġ assoċjazzjonijiet/formazzjonijiet industrijali nazzjonali nwaqqfa f' pajjiżi Ewropej differenti. Gruppi ta' Interess Ekonomiku Ewropew li jirrappreżentaw l-interessi tal-SMEs huma eliġibbli wkoll. "Grupp ristrett" ta' SMEs assoċjati ma kull proġett ser jimmonitoraw il-progress mill-fażi tad-definizzjoni tar-riċerka sakemm jitqassmu ir-riżultati miksuba.

Hija ppjanata strateġija f'żewġ fażi fl-identifikazzjoni tal-materji u fl-għażla tal-proposti (sejħiet għal proposti ġenerali u, wara li dawk magħżula fl-ewwel evalwazzjoni ikunu żviluppati fi proposta(i) kompleta(i), l-evalwazzjoni u l-għażla fost dawn). Il-livell ta' finanzjament u arranġamenti kuntrattwali ta' proġetti ta' riċerka kollettivi jiddependi fuq l-għanjiet tagħhom:

- il-proġettimmirati lejn it-tisћiћ tal-kompetitività ta' settur industrijali speċifiku gћandhom jibbenefikaw minn kontribuzzjoni massima mill-Komunità ta' 50 % ta' l-ispejjes totali eliġibbli. F' każi bħal dawn, il-parti kontraenti (il-raggruppamenti industrijali) tkun il-propjetarja tar-riżultati;

- dawk il-proġetti b'kontenut leġiżlattiv jew ta "ġid pubbliku" sostanzjali (eż., il-ћarsien ta' l-ambjent, it-titjib tas-saħħa pubblika), għandhom ċans li jiksbu finanzjament akbar. F' każi bħal dawn, l-enfasi ewlenija ser tkun fuq id-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ma' l-Ewropa kollha.

Fil-każi kollha, it-tqassim tar-riżultati fost l-SMEs ikun mistenni permezz ta', eżempju, taħriġ speċjali u attivitajiet ta' dimostrazzjoni u azzjonjiet ta' ("adozzjoni").

(ii) Riċerka kooperattiva

Ir-Riċerka Kooperattiva hija skema li biha għadd limitat ta' SMEs minn pajjiżi differenti li jkollhom problemi jew ħtiġijiet speċifiċi, jiddelegaw ir-riċerka meħtieġa lil persna speċjalizzata fl-RTD, filwaqt li jibqgћu propjetarji tar-riżultati. Il-proġetti huma relattivament qosra u jistgħu jindirizzaw kull suġġett jew qasam ta' riċerka, minћabba li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet u l-problemi speċifiċi tal-SMEs konċernati. Intrapriżi oħra (mhux SMEs) u l-utenti aћћarin ikunu jistgħu jieћdu seħem fil-proġetti ta' riċerka kooperattiva, taħt kondizzjonijiet li jassiguraw li ma jassumux rwol dominanti, u li jkollhom aċċess ristrett għar-riżultati.

Dawn l-attivitajiet jistgħu wkoll isiru minn SMEs innovattivi u fl-oqsam tat-teknologija avvanzata f'kooperazzjoni ma' ċentrti ta' riċerka u universitajiet.

Ir-riċerka kooperattiva ser tkun implimentata permezz ta' sejħa miftuħa għal proposti.

L-informazzjoni u l-konsulenza dwar il-possibbiltajiet ta' involviment tal-SMEs ser jkunu garantiti permezz ta' punti ta' dħul mwaqqfa mill-Kummissjoni, u bl-użu ta' l-iskema nazzjonali ta' punti ta' kuntatt. Din l-attività ser tkun ukoll responsabbli għall-koordinazzjoni ta' infrastruttura dedikata ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-SMEs fl-Istati Membri u l-iStati Assoċjati, li jipprovdu lill-SMEs fil-livell reġjonali u nazzjonali bl-informazzjoni u l-għajnuna dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm Kwadru, inkluż fis-sistemi ta' eċċellenza u proġetti integrati. Koordinazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' Intelliġenza Ekonomika u Teknoloġika u mas-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni, implimentati taħt it-intestatura "Riċerka u Innovazzjoni" , ser jassiguraw li l-SMEs jibbenefikaw mill-istrumenti u attivitajiet ipprevduti.

1.2.3. Miżuri speċifiċi biex isaħħu il-kooperazzjoni internazzjonali

L-għan ġenerali ta' l-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali mwettqa taħt il-Programm Kwadru huwa huwa l-gћajnuna biex il-Qasam tar-Riċerka Ewropea jinfetaћ gћall-bqija tad-dinja. Dawn l-attivitajiet jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni partikolari tal-Programm Kwadru għal dan il-proċess ta' ftuħ, li ser jeħtieġ sforz konġunt mill-Komunità u mill-Istati Membri.

Taħt din l-intestatura, l-attivitajiet konċernati għandhom dawn l-għanijiet partikolari:

- Li tingħata għajnuna lir-riċerkaturi, negozji u organizzazzjonijiet ta' riċerka Ewropej fl-UE u fil-pajjiżi assoċjati fil-Programm Kwadru biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni u l-kompetenzi li jeżistu f'imkejjen oħra tad-dinja.

- Li tingћata għajnuna sabiex tiġi garantita partiċipazzjoni qawwija u kooerenti fl-inizzjattivi ta' riċerka fl-Ewropa mmexxija f'livell internazzjonali sabiex jingћelbu l-fruntieri tal-konoxxenza jew sabiex jiġu riżolti l-kwistjonijiet globali prinċipali, per eżempju, dwar is-saħħa u l-ambjent.

- Li jingћata appoġġ, fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi, għall-implimentazzjoni tal-politika barranija tal-Komunità u tal-politika tagħha fuq l-għajnuna għall-iżvilupp.

Barra mill ftuħ ta' l-attivitajiet tas-seba' prijoritajiet tematiċi għall-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ser jieħdu l-forma ta' attivitajiet speċifiċi.

Mwettqa b' appoġġ għall-politika barranija tal-Komunità u tal-politika tagħha fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, dawn l-attivitajiet speċifiċi ser jikkonċernaw tlitt gruppi ta' pajjiżi: il-pajjiżi terzi tal-Mediterran fosthom il-Balkani tal-Punent, ir-Russja u pajjiżi oħra tal-NIS, u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Dawn ser jsiru b'mod li jikkomplementaw il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi u l-entitajiet f'dawk il-pajjiżi fin-networks ta'eċċellenza u l-proġetti integrati li huma miftuħa għalihom u li fihom huma ser jieħdu sehem b' modi divers skond it-temi u l-pajjiżi.

Il-prijoritajiet ta' riċerka f'din il-kategorija ta' attivitajiet huma definiti fuq il-bażi ta' l-interessi u għanjiet tas-sħubija politika tal-Komunità mal-gruppi differenti ta' pajjiżi, kif ukoll il-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali partikolari tagћhom.

Huma jistgħu jkopru partikolarment:

- fil-każ ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-problemi tas-saħħa u tas-saħħa pubblika, is-sigurtà tal-ikel, u l-isfruttament razzjonali tar-riżorsi.

- fil-każ ta' pajjiżi terzi tal-Mediterran, b'appoġġ għall-iżvilupp tas-sħubija Ewromediterranja, il-materji relatati ma' l-ambjent, is-saħħa u l-ilma, kif ukoll il-protezzjoni tal-wirt kulturali. Ser jittieћed kont ukoll ta' l-aspetti ta' żvilupp rurali sostennibbli, fejn ikun xieraq. Flimkien ma' dan, fil-każ tal-Balkani tal-Punent, b'appoġġ għall-istabbilità tar-reġjun, il-kwistjonijiet relatati mal-kumpens għall-konsegwenzi tal-gwerra fuq l-ambjent, is-saħħa u l-faċilitajiet agrikoli u industrijali.

- fil-każ tar-Russja u pajjiżi oħra tal-NIS, l-istabilizzazzjoni tal-potenzjal ta' R & D, kwistjonijiet relatati mal-kambjamenti fis-sistema tal-produzzjoni industrijali, l-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa u l-aspetti relatati mas-sigurtà.

Dawn l-attivitajiet ser jiġu esegwiti permezz ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u proġetti ta' dimostrazzjoni ta' proporzjonijiet limitati, azzjonijiet biex jikkoordinaw l-inizzjattivi nazzjonali u, fejn jeħtieġ, miżuri speċifiċi ta' appoġġ.

L-attivitajiet ta' kooperazzjoni mar-Russja u pajjiżi oħra tal-pajjiżi NIS ser jitwettqu partikolarment permezz ta' l-istruttura INTAS imwaqqfa b'mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri.

Fit-tlitt każi kollh kemm huma, wieħed mill-għanjiet ewlenin huwa l-gћajnuna sabiex gћat-tisћiћ, l-istabbilizzazzjoni, l-iżvilupp jew l-adattament tas-sistemi ta' riċerka lokali.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-attivitajiet tal-Programm kwadru huwa mmirati lejn it-tisћiћ tal-koordinazzjoni u l-komplementarità ma' l-attivitajiet mwettqa permezz ta' strumenti finanzjari, fil-każ tal-pajjiżi terzi Mediterranji, bћall-Programm MEDA, fil-każ tar-Russja u pajjiżi oħra NIS il-Programm Tacis u fil-każ tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw l-EDF (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) u il-Fond ALA (L-America Latina /l-Asja). Dawn l-attivitajiet jistgħu jgħinu l-promozzjoni ta' l-żvilupp tar-riżoesi umani fir-riċerka f' dawk il-pajjiżi, infrastrutturi u kapaċitajiet ta' riċerka relatati ma' l-innovazzjoni u l-sfruttament tar-riżultati.

2. TISĦIĦ TAL-PEDAMENTI TAŻ-ŻONA TAR-RIĊERKA EWROPEA

It-twaqqif taż-Żona tar-Riċerka Ewropea jiddipendi fuq it-titjib tal-koerenza u l-koordinazzjoni tar-riċerka u l-attivitajiet u l-politika ta' innovazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u Ewropew.

L-gћan ta' l-azzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam huwa li tistimola u ssaħħaћ il-koordinazzjoni tal-programmi u l-azzjonijiet konġunti li jsiru fil-livell nazzjonali jew reġjonali kif ukoll fost l-organizzazzjonijiet Ewopew b'hekk tgħin biex tiġi żviluppata l-bażi komuni tal- konoxxenza meħtieġa għall-iżvilupp koerenti tal-politika. L-attivitajiet jistgħu ikunu implimentati f'kull qasam ta' teknoloġija u xjenza, inkluż fl-oqsam tal-prijoritajiet tematiċi

2.1. APPOĠĠ GĦALL- KOORDINAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET

Koordinazzjoni ta' l-attivitajiet nazzjonali

L-għan huwa li jkunu inċentivati u sostnuti dawk l-inizzjattivi ta' diversi pajjiżi, f' oqsma ta' interess strateġiku komuni, biex tiġi żviluppata sinerġija bejn l-attivitajiet tagħhom eżistenti permezz tal-koordinazzjoni ta' l-implimentazzjoni tagħhom, il-ftuħ reċiproku u aċċess reċiproku għar-riżultati tar-riċerka, kif ukoll biex jiġu stabbiliti u implimentati l-attivitajiet konġunti.

L-attivitajiet konċernati għandhom jiġu mifhuma bħala programmi jew partijiet ta' programmi, strumenti, pjanijiet jew inizzjattivi oħra meħuda fil-livell nazzjonali jew reġjonali u li jinvolvu finanzjament pubbliku li jsostni x-xogħol ta' RTD, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' riċerka, u l-promozzjoni ta' l-innovazzjoni. L-attivitajiet jistgħu jsiru direttament mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-aġenziji tar-riċerka fil- livelli nazzjonali jew reġjonali jew fl-oqsfa ta' kooperazzjoni Ewropea, partikolarment l-iskema kollaborativa EUROCORES tal- Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza.

Sforzi biex jiġu nkoraġġiti l-attivitajiet ta' koordinazzjoni, b' avviċinament minn isfel għal fuq, ser ikunu esegwiti fil-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija, fosthom fi sferi u dixxiplini, fl-oqsma bħal:

- is-saħħa: is-saħħa ta' gruppi importanti tal-popolazzjoni; il-mard u kundizzjonijiet prinċipali (eż., il-kanċer, id-diabete u l-mard relatat mad-diabete, il-mard deġenerattiv tas-sistema nervuża, il-mard psikjatriku, il-mard kardjovaskolari, l-epatite, l-allerġiji, it-telf tal-vista, il-mard infettiv), il-mard rari; mediċini alternattivi jew mhux konvenzjonali; u l-mard prinċipali marbut mal-faqar f' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; il-kura għall-uġigħ; l-attivitajiet involuti ser ikunu implimentati, per eżempju, permezz ta' koordinazzjoni tar-riċerka u l-istudji komparattivi, l-iżvilupp ta' databases Ewropej u networks interdixxiplinari, l-iskambju tal-prattika klinika u koordinazzjoni ta' l-isperimentazzjoni klinika.

- Il-bioteknoloġija: l-applikazzjonijiet f'setturi differenti min dawk tas-saħħa jew ta'l-ikel.

- l-ambjent: l-ambjent urban (inkluż żvilupp urban sostenibbli u l-wirt kulturali, inkluż, per eżempju, il-kunċett ta' "ekositi"); l-ambjent marin u l-ġestjoni ta' l-art u tal-ħamrija; ir-riskji sismiċi.

- l-enerġija: l-impjanti tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku ("b' emissjonijiet qrib iż-żero"), il-ћażna ta' l-enerġija, it-trasport u d-distribuzzjoni.

Il-Komunità ser tinkoraġġixxi u tgħin dawk l-inizzjattivi mmirati lejn attivitajiet u programmi biex jinbnew kollegamenti nazzjonali u reġjonali, billi ssostni:

- il-koordinazzjoni ta' attivitajiet indipendenti inkluż il-ftuħ reċiproku tagћhom;

- il-preparazzjoni u t-tmexxija ta' l-attivitajiet konġunti.

Għal dan il-għan, il-Komunità gћandha l-ћsieb li:

- tappoġġja dawk il-proposti magħżula wara s-sottomissjoni tagħhom wara sejħa miftuħa għal proposti (żewġ evalwazzjonijiet fis-sena). Fejn ikun xieraq, jistgћu jiġu publikati sejħiet għal espressjoni ta' interess, segwiti minn sejħiet immirati.

Il-proposti jistgħu jkopru per eżempju studji u pjanijiet strateġiċi, il-konsultazzjoni tal-komunità ta' riċerka u ta' innovazzjoni, sejħiet konġunti għal proposti u "peer review panels", skambju u diffuzjoni ta' informazzjoni u riżultati, monitoraġġ u evalwazzjoni tal- programmi, l-iskambju tal-personal.

Il-proposti ser jkuu evalwati wara li jittieћed kont partikolarment ta' l-aspetti li ġejjin: l-ammont ta' riżorsi mobilitati, ir-rilevanza u l-impatt xjentifiku u teknoloġiku, it-titjib mistenni fl-użu tar-riżorsi tar-riċerka fil-livell Ewropew u fejn ikun appropjat il-kontribuzzjoni tagħhom għal promozzjoni ta' l-innovazzjoni.

- Żvilupp ta' sistema integrata ta' informazzjoni, li tkun faċilment aċċessibbli, tkun tista' tintuża faċilment u li tkun aġġornata regolarment, biex tipprovdi informazzjoni relevanti lil:

- min ifassal il-politika u min imexxi l-programmi: informazzjoni fuq il-programmi nazzjonali u reġjonali ta' riċerka, strumenti, attivitajiet ta' riċerka li jkunu qed isiru jew li jkunu ppjanati biex ikunu jistgћu jiġu identifikati opportunitajiet ta' koordinazzjoni, ta' konnessjonijiet f' network jew inizzjattivi konġunti;

- il-komunita ta'riċerka: informazzjoni fuq programmi nazzjonali, reġjonali jew konġunti li fihom huma jistgħu jieħdu sehem.

Koordinazzjoni fil-livell Ewropew

L-għan huwa li tissaħħaћ il-komplementarità u s-sinerġija bejn l-azzjonijiet tal-Komunità li jsiru fl-ambitu tal-Programm Kwadru u dawk ta' organizzazzjonijiet Ewropej ta' kooperazzjoni xjentifika oћra kif ukoll fost dawn l-organizzazzjonijiet stess. B'aktar koordinazzjoni u kollaborazzjoni id-diversi strutturi ta' kooperazzjoni Ewropej ser jikkontribwixxu aktar effettivament għall-koerenza ġenerali ta' l-isforzi ta' riċerka Ewropej u t-twaqqif ta' Żona ta' Riċerka Ewropea. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-attivitajiet internazzjonali tista tkun sostnuta fejn ikun hemm raġuni tajba.

- Attivitajiet ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mwettqa fl-ambitu ta' strutturi ta' kooperazzjoniEwropej oћra.

COST huwa mekkaniżmu stabbilit minn isfel għal fuq (bottom-up) li jifaċċilita l-koordinazzjoni u l-iskambji bejn xjentzjati u gruppi ta' riċerka ffinanzjati minn pajjiżhom f'oqsma differenti. Sabiex COST ikompli jaqdi ir-rwol intergovernattiv tiegћu u sabiex jiggarantixxi kontribuzzjoni ekonomikament ġustifikata mill-benefiċċji li joffri gћall- koordinazzjoni tar-riċerka fi ħdan iż-Żona ta' riċerka Ewropea, hemm bżonn li l-ġestjoni tiegћu tkun aġġornata għall-kuntest il-ġdid. Dan jitlob it-twaqqif mill-Istati Membri tal-COST ta' organizzazzjoni adattata li wara tkun tista' tirċievi l-appoġġ finanzjarju maћsub f'dan il-programm.

Hija ppjanata wkoll aktar koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Fondazzjoni Ewopea tax-Xjenza, COST, u l-Programm Kwadru fl-oqsma ta' interess komuni.

Ser tissaћћaћ il-koordinazzjoni ma' l-EUREKA biex titjieb il-koerenza strateġika u l-komplementarità tal-finanzjamenti, partikolarment fl-oqsma ta' prijorità tematika. Ser jiġu organizzati wkoll azzjonijiet ta' informazzjoniu komunikazzjoni konġunta fejn ikun hemm bżonn.

- Kollaborazzjoni u inizzjattivi konġunti ta' organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni xjentifikata Ewropej.

Fir-rigward ta' l-organizzazzjonijiet tematiċi Ewropej, bħal CERN, ESA, ESO, ENO, EMBL, ESRF, ILL [8], il-Komunità ser tinkoraġġixxi u ssostni dawk l-inizzjattivi speċifiċi li jkollhom l-għan li jsaћћu l-koerenza u s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom u bejnhom u l-azzjonijiet tal-Komunità, partikolarment permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji konġunti u azzjonijiet fuq kwistjonijiet ta' interess komuni.

2.2. ŻVILUPP KOERENTI TAL-POLITIKA TA' RIĊERKA U INNOVAZZJONI

L-għan ta' l-attivitajiet li għandhom isiru f'dan il-qasam huwa li jkun mћeġġeġ l-iżvilupp koerenti ta' politika ta' riċerka u innovazzjoni fl-Ewropa bis-saħħa ta' l-identifikazzjoni bikrija ta' l-sfidi u l-oqsma ta' interess komuni kif ukoll billi min ifassal il-politika nazzjonali, reġjonali u Komunitarja jkollhu l-konoxxenza u l-għodda meћtieġa fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jistgħu ikunu ta' gћajnuna fit-tfassil tal-politika.

L-attivitajiet li għandhom isiru għal dan il-għan ser iseћћu fl-oqsma li ġejjin:

- Analiżi u studji; xogħol relatatat mal-prospettiva, l-istatistika u l-indikaturi tax-xjenza u t-teknoloġija

Dawn l-attivitajiet ser jinkludu studji, analiżi u attivitajiet ta' prospettiva relatati ma' attivitajiet xjentifċi u teknoloġiċi u l-politika ta'riċerka u innovazzjoni fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

L-attivitajiet ta' prospettiva ser jinkludu b'mod partikolari l-iżvilupp ta' pjattaformi ta' djalogu tematiku u bażi ta' konoxxenza għal min juża u jipproduċi l-analiżi prospettiva, l-sfruttament tal-prattiċi tajbin relatati mal-metodoloġija, kif ukoll il-preparazzjoni ta' xenarji fi żmien qasir u fi żmien twil fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa.

Ix-xogħol fuq l-indikaturi jinvolvi aktar żvilupp ta' indikaturi adegwati u armonizzati, wara li jittieћed kont tad- dimensjonijiet differenti tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà, per eżempju, biex tkun tista' tiġi konfrontata l-prestazzjoni xjentifika u teknoloġika ta' l-Istati Membri u r-reġjuni.

- Valutazzjoni kompatarattivi (Benchmarking) tal-politika ta' riċerka u innovazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u Ewropew.

L-ewwel eżerċizzju ta' benchmarking nazzjonali, li beda fl-2000, gћandu jitlesta ser nofs l-2002. Fid-dawl ta' dan l-eżerċizzju, il-metodoloġija taċ-ċikli ta' "benchmarking" li jmiss, inklużi l-indikaturi, ser jkunu adattati u l-eżerċizzji ser jiġu estiżi ġeografikament billi jinfetħu għall-pajjiżi fil-proċess li jidħlu fl-UE u l-pajjiżi assoċjati, u ser jiġu estiżi biex jinkludu temi oħrajn. Attenzjoni speċjali ser tingħata gћad-diffuzjoni u l-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-aħjar prattiċi f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri u l-operaturi fir-riċerka.

Ix-xogħol ta' "benchmarking" li qed isir fil-qasam ta' l-innovazzjoni (il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-politika ta' innovazzjoni fl-Ewropa, l-iżvilupp ta' "tabella ta' valutazzjoni ta' l-innovazzjoni" u l-organizzazzjoni ta' "peer reviews" tal-politika ta' innovazzjoni minn "clubs" tematiċi magћmula minn dawk li jfasslu l-politika) ser tkun estiża sabiex dawn jinfetħu ġeografikament, f'dak li jirrigwarda s-soċjeta bħala riżultat ta' l-involviment tal-partijiet involuti, u f'dak li jirrigwarda r-reġjuni.

- Iż-żamma tat-taġħrif xjentifiku fl-Ewropa

Il-mappament ta' l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa L-attivitajiet ta' mappament ta' l-eċċellenza se jkunu estiżi skond żewġ linji-gwida, b hekk jiżdied l-għadd ta' temi koperti u ir-riżultati jkunu aġġornati regolarment.

It-titjib tar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni fir-rigward tar-ricerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa.

- Ser tingћata attenzjoni speċjali gћad-diffuzjoni b'mod wiesgћa ta' l-informazzjoni disponibbli kif ukoll gћall- koordinazzjoni tal-mappament bl-attivitajiet li jippromwovu l-integrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka fl-Ewropa.

Il-ћsieb huwa li jiġu eżaminati u analizzati l-ostakoli regolatorji u amministrattivi, li jiġu identifikati u disseminati dawk il-prattiċi ta' ġestjoni tajbin u li tingħata għajnuna biex jiġu fformulati trattamenti ġodda. Dawn li ġejjin huma uħud mill-oqsma kkonċernati: il-propjetà intellettwali u industrijali; relazzjonijiet pubbliċi/privati fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni; l-isfruttament u d-diffuzjoni ta' l-informazzjoni; ir-regoli li jiggvernaw l-aċċess għal prodotti jew servizzi ġodda fis-suq; mekkaniżmi għal finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-inkoraġġiment ta' l-invesitment, partikolarment mis-settur privat.

[1] Sabiex tiġi garantita implimentazzjoni koerenti tal-programmi ta' dan it-tip, gћal kull laqgћa tal-kumitata tal-programm kif stabbilit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborsa, skond il-linji-gwida stabbiliti tagћha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieћed minn kull Stat Membru, kif ukoll ta' espert/konsulent minn kull Stat Membru gћall-dawk il-punti fl-aġenda fejn Stat Membru jkun jeћtieġ kompetenza speċifika.

[2] Ir-riċerka rigward it-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista' tiġi finanzjata.

[3] Il-kawżi, il-manifestazzjonijiet kliniċi, il-konsegwenzi u t-trattament tal-mart u l-kundizzjonijiet li ta' spiss ivarjaw bejn in-nisa, l-irġiel u t-tfal. Gћalhekk, l-attivitajiet kollha finanzjati taћt din il-priorità tematika gћandhom jikkunsidraw il-possibilità ta' differenzi ta' dan it-tip fil-protokolli ta' riċerka tagћom.

[4] L-attività fuq il-komunikazzjoni bis-satelllliti hija magћmula b'koordinazzjoni ma "l-attivitajiet fil-priorità 4" L-Aeronawtika u l-Ispazju.

[5] Meta wieћed iqis ir-relazzjoni mill-qrib bejn is-satelliti ta' komunikazzjoni u t-teknoloġiji ta' fuq l-art, ix-xogћol relatat huwa preżentat fil-kuntest ta' l-azzjonijiet relevanti taż-żona ta' priorità tematika "Teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni".

[6] "It-trasport superfiċjali" huwa mifhum li jkopri it-trasport fit-triq, bil-ferrovija, u fuq l-ilma; it-trasport fuq l-ilma jkopri it-trasport bil-baћar u n-navigazzjoni interna.

[7] Is-Sistemi ta' Osservazzjonji Globali (3: Is-Sistema ta' Osservazzjoni tal-Klima Globali (GCOS), Is-Sistema ta' Osservazzjoni ta' l-Oċeani Globali (GOOS), Is-Sistema ta' Osservazzjoni Terrestri Globali GTOS)).

[8] CERN: L-Organizzazzjoni Ewropea gћar-Riċerka Nukleari; ESA: L-Aġenzija Spazjali Ewropea; ESO: L-Osservatorju Ewropew ta' Nofsinhar; ENO: L-Osservatorju Ewropew tat-Tramuntana; EMBL: Il-Laboratorju Ewropew tal-Bioloġija Molekolari; ESRF: Il-Faċilità Ewropea tar-radjazzjoni sinchroton; ILL: L-Istitut Laue-Langevin.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ANALIŻI INDIKATTIVA TA' L- AMMONT

Tipi ta' attivitajiet | Ammont (miljuni ta' EUR) |

L-IFFOKAR U L-INTEGRAZZJONI TAR-RIĊERKA TAL-KOMUNITÀ | 12585 |

Oqsma ta' prijorità tematika ta' ricerka | 11285 |

Ix-xjenzi tal-ħajja, il-ġenomika u l-bioteknoloġija għas-saħħa | 2255 |

— Il-ġenomika avvvanzata u l-applikazzjonijiet tagħha għas-saħħa | 1100 |

— Il-ġlieda kontra l-mard serju | 1155 |

Teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-Informazzjoni | 3625 |

In-nanotekmoloġiji u n-nanoxjenzi, il-materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza, u Proċessi ta' produzzjoni u strumenti ġodda | 1300 |

L-aeronawtika u l-ispazju | 1075 |

Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel | 685 |

Żvilupp sostenibbli, il-bidla globali u l-ekosistemi | 2120 |

— Sistemi sostenibbli ta' l-enerġija | 810 |

— It-trasport sostenibbli fuq l-art u fuq il-baħar | 610 |

— Il-bidla globali u l-ekosistemi | 700 |

Iċ-ċittadini u l-gvern f' soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza | 225 |

Attivitajiet speċifiċi dwar qasam aktar wiesgħa ta' riċerka | 1300 |

Appoġġ għal politika u l-previżjoni ta' ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi | 555 |

Attivitajiet ta' riċerka orizzontali li jinvolvu l-SMEs | 430 |

Miżuri speċifiċi li jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali | 315 |

IT-TISĦIĦ TAL-PEDAMENTI TAŻ-ŻONA TA' RIĊERKA EWROPEA | 320 |

Appoġġ għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet | 270 |

Appoġġ għall-iżvilupp koerenti tal-politika | 50 |

Total | 12905 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

MEZZI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

Sabiex jiġi mplimentat il-programm speċifiku, u skond id-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il- Programm Kwardru multiannwali 2002-2006 tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attiviajiet ta' dimostrazzjoni mmirati lejn il-ħolqien taż-Żona ta' Riċerka Ewropea (Nru 1513/2002/KE) u konformement mar-Regolament (KE) Nru. …/2002 fuq ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet u għad-diffuzjoni tar-riżultati tar-riċerka, il-Kummissjoni ser tirrikorri gћall-diversi strumenti.

Rigward l-oqsma ta' prijorità tematika, l-importanza ta' l-istrumenti ġodda (proġetti integrati u networks ta' eċċellenza) hija rikonoxxuta bħala mezz ta' prijorità ġenerali biex jintlaħqu il-miri ta' massa kritika, is-simplifikazzjoni tal-ġestjoni u l-valur miżjud Ewropew kontribwit mir-riċerka tal-Komunità fir-rigward dak li diġà mbeda fil-livell nazzjonali, u ta' l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet ta' riċerka.

Madankollu, id-daqs tal-proġetti mhuwiex kriterju ta' esklużjoni, u l-aċċess għal strumenti ġodda huwa garantit għall-SMEs u għal intraprizi żgħar oħra.

L-istrumenti ġodda ser jintużaw mill-bidu tas-Sitt Programm Kwadru f' kull tema u, fejn xieraq, bħala mezz ta' prijorità, filwaqt li jinżamm l-użu ta' proġetti speċifiċi mmirati u azzjonijiet ta' koordinazzjoni.

Il-Kummissjoni ser tevalwa il-proposti skond il-kriterji ta' evalwazzjoni elenkati fl-istrumenti legali msemmija hawn fuq.

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità ser tingħata skond l-istrumenti legali msemmija hawn fuq u konformement mal-kwadru tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka.

F'ċerti każi, meta proġett jirċievi l-ogћla livell ta' kofinanzjament awtorizzat taħt il-programm kwadru jew għotja ġenerali, tista' tingћata kontribuzzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali, konformi mar-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 260/99 [1].

F' każ ta' parteċipazzjoni ta' l-intraprizi mill-pajjiżi kandidati assoċjati, kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjarji ta' qabel is-sћubija tista' tingħata taħt kondizzjonijiet simili. Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet mill-Mediterran jew minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, tista' tkun ikkunsidrata kontribuzzjoni tal-programm MEDA u ta' l-istrumenti finanzjarji ta' l-għajnuna tal-Komunità għall-iżvilupp.

Fit-twettiq tal-programm, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-għajnuna teknika. Fl-2004 gћandha ssir evalwazzjoni minn esperti indipendenti ta' l-effiċjenza ta'kull wieħed minn dawn it-tlitt tipi ta' strumenti fl-esekuzzjoni tas-Sitt Programm Kwadru.

L-azzjonijiet taħt l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jikkontribwixxu għall-għanjiet xjentifiċi u teknoloġiċi elenkati fl-Anness I jistgħu ikunu sostnuti finanzjarjament mill-programm speċifiku, skond id-Deċiżjonijiet relevanti taħt l-Artikolu 172 tat-Trattat.

A. STRUMENTI ĠODDA

A.1. Networks ta' eċċellenza

In-networks ta' eċċellenza huma implimentati fis-seba' oqsma ta' prijorità tematika tal-Programm Kwadru u, f' każi ġustifikati, fl-oqsma ta' riċerka li jsostnu l-politika u jantiċipaw il-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi.

L-għan tan-networks ta'eċċellenza huwa li jsaħħu u jiżviluppaw l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika tal-Komunità permezz ta' l-integrazzjoni, fil-livell Ewropew, tal-kapaċitajiet fir-riċerka li attwalment jeżistu jew qed jitfaċċaw kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali. Kull network ser jimmira wkoll li jġib' l quddiem il-konoxxenza f'qasam partikulari billi jiġbor massa kritika ta' kompetenza. Dawn gћandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-kapaċitajiet ta' eċċcellenza fl-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, l-intrapriżi, fosthom l-SMEs, u l-organizzazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi. L-attivitajiet konċernati ser ikunu ġeneralment diretti lejn riżultati multidixxiplinari fuq żmien twil, milli għal riżultati prestabbiliti f' termini ta' prodotti, proċessi jew servizzi.

Network ta'eċċellenza ser jkun implimentat minn programm konġunt ta' attivitajiet li jinvolvi xi wħud jew, fejn ikun xieraq, il-kapaċitajiet ta' riċerka u l-attivitajiet kollha tal-parteċipanti fil-qasam rilevanti biex tintlaħaq massa kritika ta' kompetenza u valur miżjud Ewropew. Programm konġunt ta' attivitajiet jista' jimmira li joħloq ċentru virtwali ta'eċċellenza awtonomu li jista' jwassal gћall-iżvilupp tal-mezzi meħtieġa biex tinkiseb integrazzjoni permanenti tal-kapaċitajiet ta' riċerka. Programm konġunt ta' attivitajiet neċessarjament jinkludi dawk immirati lejn l-integrazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet relatati mad-diffuzjoni ta'l-eċċellenza u diffuzjoni tar-riżultati barra n-network.

Fit-twettieq ta' l-għanjiet tiegħu, in-network għalhekk ser jwettaq:

- attivitajiet ta' riċerka integrati magћmula mill-parteċipanti,

- l-attivitajiet ta' integrazzjoni li jikkonsistu partikolarment fl-:

- adattament ta' l-attivitajiet ta' riċerka tal-parteċipanti sabiex isaħħu il-komplementarità tagħhom,

- l-iżvilupp u l-utilizazzjoni ta' l-informazzjoni elettronika u l-mezzi ta' kommunikazzjoni, u żvilupp ta' metodi ta' xogħol virtwali u interattivi,

- l-iskambji ta' personal għal perijodi qosra, medji u twal, il-ftuħ ta' postijiet tax-xogħol gћal riċerkaturi minn membri oħra tan-network, jew it-taħriġ tagħhom,

- l-iżvilupp u l-użu ta' infrastrutturi ta' riċerka konġunti, u addattament tal-faċilitajiet eżistenti gћal użu komuni,

- ġestjoni u sfruttament konġunt ta' l-konoxxenza miksuba, u l-azzjonijiet li jippromwovu l-innovazzjoni,

- l-attivitajiet ta'diffuzjoni ta' l-eċċellenza jinvolvu, kif xieraq:

- it-taħriġ tar-riċerkaturi,

- Il-kommunikazzjoni fir-rigward tal-kisbiet ta' l-infrastruttura u d-diffuzjoni tal-konoxxenza,

- is-servizzi li jsostnu l-innovazzjoni teknoloġika fl-SMEs, immirati partikolarment lejn l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda,

- l-analiżi ta' kwistjonijiet soċjali/xjentifiċi relatati mar-riċerka mwettqa min-network.

Fit-twettieq ta' xi attivitajiet, (bħat-taħriġ tar-riċerkaturi), in-network jiggarantixxi li l-pubbliċità billi jippubblika sejħiet għal applikazzjonijiet.

Id-daqs tan-network jista' jvarja skond l-oqsma u s-suġġetti involuti. Bħala indikazzjoni, l-għadd ta' parteċipanti m'għandux ikun inqas minn nofs tuzzana. Il-medja, f'termini finanzjari, il-kontribuzzjoni tal-Komunità gћan-network ta' eċċellenza tista' tkun ta' diversi miljuni ta' euro fis-sena.

Il-proposti tan-network għandhom jikkonsistu fl-elementi li ġejjin:

- deskrizzjoni ġenerali tal-programm konġunt ta' attivitajiet, u l-kontenut tiegħu għall-ewwel perijodu, maqsum f' attivitajiet ta' riċerka, attivitajiet ta' integrazzjoni, u attivitajiet ta' tixrid ta' l-eċċellenza,

- ir-rwol tal-parteċipanti, li jidentifika l-attivitajiet u r-riżorsi li dawn ser jintegraw,

- l-operazzjoni tan-network (koordinazzjoni u tmexxija ta' l-attivitajiet),

- il-pjan għad-diffuzjoni ta' l-informazzjoni u l-perspettivi dwar l-isfruttament tar-riżultati.

Din is-sħubija tista' tevolvi meta jkun meћtieġ, fil-limiti ta' l-ewwel kontribuzzjoni tal-Komunità, bis-sostituzzjoni tal-parteċipanti jew b' żieda ta' oħrajn ġodda. Fil- biċċa l-kbira tal-każi, din issir bill-pubblikazzjoni ta' sejħa kompetittiva.

Il-programm ta' attivitajiet ser jkun aġġornat kull sena u jkun fiħ orjentazzjoni mill-ġdid ta' ċerti attivitajiet jew it-tnehdija ta' oħrajn ġodda li ma jkunux ippjanati fil-bidu, u li jistgħu jinvolvu parteċipanti ġodda. Il-Kummissjoni tista' tagћmel sejħiet għal proposti bl-iskop li tiġi allokata l-kontribuzzjoni addizzjonali sabiex tkopri, per eżempju, estensjoni ta' l-attivitajiet integrati tal-infrastruttura eżistenti jew l-integrazzjoni ta' parteċipanti ġodda.

Il-kontribuzzjoni finanzjara tal-Komunità ser tieħu l-forma ta' għotja b' risq l-integrazzjoni, li l-ammont tagħha jkun stabbilit skon il-valur tal-kapaċitajiet u r-riżorsi li l-parteċipanti kollha jipproponu li jntegraw. Din gћandha tikkomplementa r-riżorsi użati mill-parteċipanti sabiex iwettqu il-programm konġunt ta' attivitajiet. Dan għandha tkun biżżejjed sabiex tkun ta' inċentiv gћall-integrazzjoni mingħajr ma toħloq dipendenza finanzjarja li tista' tqiegħed fil-periklu l-eżistenza tan-network

A.2. Proġetti ntegrati

Il-proġetti ntegrati ser ikunu implimentati fis-seba' oqsma ta' prijorità tematika tal-Programm Kwadru u, f' każi ġustifikati, f' oqsma ta' riċerka li jsostnu l-politika u jantiċipaw il-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi.

Il-proġetti ntegrati huma mfassla biex jagħtu spinta akbar lill-kompetitività tal-Komunità jew biex jindirizzaw ħtiġijiet ewlenin tas-soċjetà billi jimmobilizzaw massa kritika ta' riċerka u riżorsi u l-kompetenza għall iżvilupp teknoloġiku. Kull proġett integrat ser ikun assenjat għanjiet xjentifiċi u teknoloġiċi spjegati ċar u għandhom ikunu diretti lejn il-ksib ta' riżultati speċifiċi applikabbli f' termini ta', per eżempju, prodotti, proċessi jew servizzi. Taħt dawn l-għanjiet tista' tiġi inkluża riċerka li tieħu aktar żmien fit-tul jew dik aktar "riskjuża".

Proġetti ntegrati ser jikkomprendu set koerenti ta' azzjonijiet komponenti li jistgħu jvarjaw fid-daqs u fl-istruttura skond ix-xogħolijiet li jridu jsiru, kull wieħed minnhom b' aspetti differenti tar-riċerka meħtieġa biex jinkisbu l-għanjiet ġenerali, u li jifformaw total koerenti w implimentat f' koordinazzjoni intima.

Huma ser jiġu mwettqa fuq il-bażi ta' finanzjament totali li preferibbilment jinvolvu mobilizzazzjoni sinifikattiva ta' finanzjament mis-settur pubbliku u dak privat, fosthom finanzjament mill-EIB u skemi ta' kollaborazzjoni bħal Eureka.

L-attivitajiet kollha mwettqa fil-kuntest ta' proġett integrat ser ikunu spjegati fl-infrastruttura ġenerali ta' "pjan ta' implimentazzjoni" li jkun fiha attivitajiet dwar:

- ir-riċerka, u kief xieraq, żvilupp teknoloġiku u/jew għad-dimostrazzjoni,

- it-tmexxija, it-diffuzjoni u trasferiment ta' informazzjoni bl-għan li tiġi mħajra l-innovazzjoni,

- l-analiżi u valutazzjoni tat-teknoloġiji kkonċernati, kif ukoll il-fatturi dwar l-sfruttament tagħhom.

Fit-tfittxija għall-għanjiet tiegħu, għandu mnejn ikun fih ukoll dawk l-attivitajiet li għandhom x' jaqsma ma:

- it-taħriġ ta' riċerkaturi, ta' studenti, ta' inġinjera u esekuttivi industrijali, partikolarment għall-SMEs,

- appoġġ għall-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, partikolarment mill-SMEs,

- l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni, u dijalogu ma' l-pubbliku rigward l-aspetti tar-riċerka dwar ix-xjenza u s-soċjetà mwettqa fi ħdan il-proġett.

L-attivitajiet kombinati ta' proġett integrat jista' jirrapreżenta kobor finanzjarju li jasal min għadd ta' miljuni ta' ewro ser għexieren ta' miljuni ta' ewro. Madankollu, id-daqs tal-proġett mhuwiex kriterju għall-esklużjoni, u l-aċċess għal strumenti ġodda huwa assigurat għall-SMEs u l-imprizioħra żgħar.

Proposti għal proġetti ntegrati għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

- l-għanjiet xjentifiċi u teknokoġiċi tal-proġett,

- il-linji ewlenin u l-iskadenzi tal-pjan ta' esklużjoni, li jenfasizzaw l-espressjoni ċara tal-komponenti differenti,

- l-istadji ta' implimentazzjoni u r-riżultati mistennija f' kull wieħed minnhom,

- ir-rwol tal-parteċipanti fi ħdan il-konsorzju u l-kapaċitajiet speċifiċi ta' kull wieħed minnhom,

- it-twaqqif u t-tmexxija tal-proġett,

- il-pjan għat-diffuzjoni ta' informazzjoni u l-sfruttament tar-riżultati,

- l-istima globali tal-infieq imbassar għall-attivitajiet differenti, li jinkludu pjan finanzjarju li jidentifika id-diversi kontribuzzjoniijiet u l-oriġini tagħhom.

Is-sħubija tista' tevolvi meta jkun meħtieġ, fil-parametri tal-ewwel kontribuzzjoni tal-Komunità, bis-sostituzzjoni tal-parteċipanti jew biż-żieda ta' oħrajn ġodda. Fil-maġġoranza tal-każi, din issir bill-pubblikazzjoni ta' sejħa kompetittiva.

Il-pjan ta' implimentazzjoni jkun aġġornat kull sena. Dan l-aġġornament jista' jġib miegħu ir-rijorjentazzjoni ta' ċerti attivitajiet u t-tnidija ta' oħrajn ġodda. Fit-tieni każ, u fejn kontribuzzjoni addizzjonali tal-Komunità tkun meħtieġa, il-Kummissjoni tidentika dawn l-attivitajiet u l-parteċipanti li jwettquhom, permezz ta' sejħa għal proposti.

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità tieħu s-sura ta' għotja għall-baġit, ikkalkulata bħala persentaġġ tal-baġit allokat mill-parteċipanti biex iwettqu l-proġett, adattata skond it-tip ta' attività.

B. STRUMENTI OĦRA

B.1. Proġetti speċifiċi ta' riċerka mmirata

Proġetti speċifiċi ta' riċerka mmirata jkollhom l-għan li jtejbu il-kompetitività Ewropea. Huma ikunu iffokati sew u jieħdu waħda minn żewġ suriet, jew taħlita flimkien tat-tnejn:

(a) proġett ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku provdut biex jikseb informazzjoni ġdida jew biex itejjeb konsiderevolment jew biex jiżviluppa prodotti, proċessi jew servizzi ġodda biex jissodisfaw ħtiġijiet oħra tas-soċjetà u l-politika tal-Komunità;

(b proġett ta' dimostrazzjoni provdut biex jipprovdi l-vijabbilità ta' teknoloġiji ġodda li joffru potenzjal ta' vantaġġ ekonomiku imma li ma jistgħux ikunu direttament ikkumerċjaliżżati.

B.2. Proġetti kollettivi ta' riċerka għall-SMEs

Implimentati fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija, dawn il-proġetti jitwettqu minn entititajiet ta'riċerka għall-benefiċċju tal-għaqdiet jew formazzjonijiet industrijali, f' oqsma u fuq suġġetti ta' interess għal għadd kbir ta' SMEs li jkollhom ma' wiċċhom komuni problemi.

B.3 Proġetti kooperattivi ta' riċerka għall-SMEs

Implimentati fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija, dawn il-proġetti jitwettqu għall-benefiċċju ta' għadd ta' SMEs fuq temi ta' interess komuni.

B.4. Azzjonijiet ta' koordinazzjoni

Azzjonijiet ta' koordinazzjoni huma provduta biex jippromwovu u jsaħħu l-inizzjattivi koordinati wiesgħa ta' operaturi fl- innovazzjoni tar-riċerka u operaturi qegħdin jistinkaw għall-integrazzjoni mtejba. Ser ikopru attivitajiet bħal l-organizzazzjoni ta'konferenzi, laqgħat, it-twettiq ta' studji, l-iskambji ta' personal, l-iskambju u t-diffuzjoni ta' prattiċi tajba, twaqqif ta' sistemi ta' informazzjoni u ta' gruppi ta' esperti, u jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jinkludu appoġġ tad-definizzjoni, it-twaqqif u t-tmexxija ta' inizzjattivi konġunti jew komuni.

B.5. Azzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ

Azzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ ser jikkumplementaw l-implimentazzjoni tal-Programm kwadru u jistgħu jintużaw bħala għajnuna bi preparazzjoni ta' attivitajiet futuri tal-politika tal-Komunità għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku inklużi l-attivitajiet ta' immonitorjar u ta' valutazzjoni. Partikolarment, huma ser jinvolvu konferenzi, seminars, studji u analiżi, għotjiet xjentifiċi u kompetizzjoni ta' livell għoli, gruppi ta' ħaddiema u gruppi ta' esperti, għajnuna u diffuzjoni operazzjonali, attivitajiet ta' informazzjoni u kommunikazzjoni, jew a taħlita ta' dawn, kief xieraq f' kull każ.

Azzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ ikunu wkoll implimentati biex jistimulaw, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjonita' SMEs, gruppi żgħar ta' riċerka, ċentri ta' riċerka reċentment żviluppata u mbiegħda, kif ukoll dawk l-organizzazzjonijiet mill-pajjizi kandidati fl-attivitajiet tal-oqsma ta' prijorità tematika, partikolarment permezz tal-sistemi ta' eċċellenza u l-progetti ntegrati. L-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet ser tiddipendi fuq l-strutturi speċifiċi ta' informazzjoni u għajnuna, fosthom l-infrastruttura ta' punti ta' kuntatt nazzjonali, stabbilit mill-Istati Membri u l-pajjiżi msieħba f' livell lokali, reġjonali u nazzjonali u għandu l-għan li assigura tranżizzjoni lixxa mill-Ħames għas-Sitt Programm kwadru.

[1] GU L 161, 26.6.1999.

--------------------------------------------------