32002D0813



Official Journal L 280 , 18/10/2002 P. 0062 - 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta’ Ottubru 2002

li tistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format ta’ informazzjoni ta’ notifika sommarja għal notifiki dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament għal għanijiet barra dak ta’ tqegħid fis-suq

(2002/813/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva 90/220/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Taħt il-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE, notifika minn qabel għandha tingħata lill-awtorità nazzjonali kompetenti tar-rilaxx ippjanat ta’ organiżmu modifikat ġenetikament (hawn iżjed "il quddiem imsejjaħ GMO), jew għaqda ta’ organiżmi tali, għal għanijiet barra dak ta’ tqegħid fis-suq."

(2) Fil-qafas stabbilit bid-Direttiva 2001/18/KE għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, l-awtorità għandha mbagħad tibgħat sommarju, skond format speċifiku, tan-notifika tal-Kummissjoni, li wara għandha tibgħat kopji lill-Istati Membri l-oħra.

(3) Dak il-format għandu jirrifletti l-ħtieġa li jagħmel kemm jista "jkun possibli l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti, ippreżentata f’manjiera standardizzata u faċli biex tiftiehem, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-informazzjoni hekk mogħtija ma tistax isservi bħala bażi għal stima ta’ riskju ambjentali."

(4) Il-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE kien ikkonsultat fit-12 ta’ Ġunju 2002 u ma tax opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet li jsir sommarju, biex jintbagħat lill-Kummissjoni, tan-notifiki rċevuti skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/18/EC, l-organiżmi modifikati ġenetikament maħtura minn Stati Membri taħt id-Direttiva għandhom jużaw il-Format ta’ Informazzjoni ta’ Notifika Sommarja stabbilit fl-Anness ma "din id-Deċiżjoni."

Artikolu 2

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-3 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Hansen

[1] ĠU L 106, 17.04.01, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

FORMAT TA' SOMMARJU TA' INFORMAZZJONI TAN-NOTIFIKA GĦAR-RILAXX INTENZJONAT TA' GMO GĦAL GĦANIJIET BARRA DAK TA' TQEGĦID FIS-SUQ

INTRODUZZJONI

Il-Format ta' Sommarju ta' Informazzjoni tan-Notifika għal rilaxx intenzjonat ta' GMO jew ta' għaqda ta' Gmos, kien stabbilit għall-għanijiet u skond il-proċeduri previsti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/18/KE.

Huwa rrikonoxxut li dan il-Format mhuwiex iddisinjat biex ikun fih l-informazzjoni kollha rekwiżita biex titwettaq stima ta' riskju ambjentali.

L-ispazju pprovdut wara kull mistoqsija mhux indikattiv tal-profondità ta' l-informazzjoni rekwiżita għall-għanijiet tal-Format ta' Sommarju ta' Informazzjoni tan-Notifika.

Il-Format ta' Sommarju ta' Informazzjoni tan-Notifika jikkonsisti f'Parti 1 u f'Parti 2.

Parti 1 tapplika għal prodotti li jikkonsistu fi jew fihom organiżmi modifikati ġenetikament barra minn pjanti ogħla u fiha t-taqsimiet li ġejjin:

A Informazzjoni Ġenerali

B Informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ organiżmi riċevituri jew parentali (ġenituri) li minnhom l-GMO ikun derivat

C Informazzjoni li għandha x'taqsam mal-modifikazzjoni ġenetika

D Informazzjoni dwar l-organiżmu(i) li minnu l-inserzjoni tkun derivata (donatur)

E Informazzjoni li għadha x'taqsam ma l-organiżmu imodifikat ġenetikament

F Informazzjoni li għandha x'taqsam mar-rilaxx

G Interazzjonijiet ta' l-GMO ma’ l-ambjent u l-impatt potenzali fuq l-ambjent

H Informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-immonitorjar

I Informazzjoni dwar trattament wara r-rilaxx u ta' l-iskart

J Informazzjoni dwar pjani ta' reazzjoni għal emerġenza

F'Parti 1 l-informazzjoni rreġistrata għandha, madankollu, tirrifletti b'mod adegwat (f'għamla kkondensata) l-informazzjoni ssottomessa lill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2001/18/KE taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-introduzzjoni ta' l-Anness IIIA.

Part 2 tapplika għal prodotti li jikkonsistu fi jew fihom pjanti ogħla modifikati ġenetikament. It-terminu "pjanti ogħla" jfisser pjanti li jappartienu lill-grupp tassonomiku Ġimnospermi u Anġjospermi. Parti 1 fiha t-taqsimiet li ġejjin:

A Informazzjoni Ġenerali

B Informazzjoni dwar il-pjanta modifikata ġenetikament

C Informazzjoni li gżandha x'taqsam mar-rilaxx sperimentali

D Sommarju ta' l-impatt ambjentali potenzali tar-rilaxx tal-GMPts

E Deskrizzjoni qasira ta' kull miżuri meħuda għall-amministrazzjoni (kontroll) ta' riskji

F Sommarju ta' provi ppjanati fil-qasam maħsuba biex tinkiseb data ġdida fuq l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa umana tar-rilaxx.

F'Parti 2 l-informazzjoni rreġistrata għandha, madankollu, tirrifletti b'mod adegwat (f'għamla kkondensata) l-informazzjoni ssottomessa lill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2001/18/EC taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-introduzzjoni ta' l-Anness IIIB.

PARTI 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

PARTI 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------