32002D0812



Official Journal L 280 , 18/10/2002 P. 0037 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta’ Ottubru 2002

li tistabilixxi skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif li għandu x’jaqsam mat-tqegħid fis-suq ta’ l-organiżmi modifikati ġenetikment bħala prodotti jew ġo fihom

(2002/812/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u T-tneħijja tad-Direttiva 90/220/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(h) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond il-Parti Ċ tad-Direttiva 2001/18/KE, trid tingħata notifika minn qabel lill-awtorità kompetenti nazzjonali dwar it-tqegħid ippjanifikat fis-suq ta’ organiżmu modifikat ġenetikament (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ GMO), jew għaqda ta’ dawn l-organiżmi.

(2) Din in-notifika tikkomprendi, fost ħwejjeġ oħra, sommarju tad-dossier relevanti, li l-awtorità kompetenti trid tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni trid tagħmel disposnibbli għall-pubbliku minnufih. Dan is-sommarju jrid ikun imfassal skond format partikolari.

(3) Dan il-format għandu jirrifletti l-ħtieġa li jgħin safejn huwa possibbli l-iskambju tat-tagħrif rilevanti, ippreżentat f’manjiera standardizzata u li tiftiehem bla xkiel, mingħajr preġudizzju għall-fatt illi t-tagħrif hekk ipprovvdut ma jistax iservi bħala bażi għal stima tar-riskju ambjentali.

(4) Il-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE ġie kkonsultat fit-12 ta’ Ġunju 2002 imma ma ta l-ebda opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tat-tfassil tas-sommrju tad -dossier sabiex jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti nazzjonali skond l-Artikolu 13(2)(h) tad-Direttiva 2002/18/KE, in-notifikatur għandu juża fl-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-3 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Hansen

[1] ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-FORMAT TAS-SOMMARJU TAT-TAGĦRIF FEJN GĦANDU X'JAQSAM IT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' GMO JEW GĦAQDA TA' GMOs BĦALA PRODOTT JEW FIHOM

DAĦLA

Il-format li ġej irid jiġi wżat għas-sommarju tad -dossier li jakkumpanja notifika, sabiex jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti nazzjonali, li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' GMO jew għaqda ta' GMOs jew bħala prodotti jew fihom.

Dan id-dokument, meta kkompletat, irid jippreżenta sommarju tat-tagħrif imdaħħal taħt il-punti korrispondenti tad-dossier sħiħ. Huwa magħruf, għalhekk, illi l-istima tar-riskju meħtieġa skond id-Direttiva 2001/18/KE ma tistax titwettaq biss fuq il-bażi ta' dan id-dokument.

L-ispazju pprovdut wara kull mistoqsija mhux indikattiv tal-profondità tat-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tal-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif.

Il-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif huwa mqassam fil-Parti 1 u l-Parti 2.

Il-Parti 1 tapplika għall-prodotti li jikkonsistu minn jew ikun fihom organiżmi oħra mmodidikati ġenetikament għajr il-pjanti ogħla u fiha t-taqsimiet li ġejjin:

A Tagħrif Ġenerali

B In-Natura ta' l-GMOs kontenuti fil-prodott

Ċ L-Imġiba prevista tal-prodott

D It-Tagħrif li għandu x'jaqsam mar-rilaxxi ta' qabel

E It-Tagħrif li għandu x'jaqsam mal-pjan tal-monitoraġġ

Il-Parti 2 tapplika għall-prodotti li jikkonsistu minn jew li jkun fihom il-pjanti ogħla modifikati ġenetikament. It-terminu "pjanti ogħla" ifisser il-pjanti li jappartjenu fit-tassonomija għall-gruppi Gymnospermae u Angiospermae. Il-Parti 2 fiha t-taqsimiet li ġejjin:

A. Tagħrif Ġenerali

B In-Natura ta' l-GMHP (Pjanti Ogħla Modifikati Ġenetikament) kontenuti fil-prodott

Ċ It-Tagħrif li għandu x'jaqsam mar-rilaxxi ta' qabel

D It-Tagħrif li għandu x'jaqsam mal-pjan tal-monitoraġġ

PARTI 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

PARTI 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------