32002D0732

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li tirrelata mas-subsistema ta' l-infrastruttura tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej ta' veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2002)1948)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 245 , 12/09/2002 P. 0143 - 0279
CS.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
ET.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
HU.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
LT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
LV.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
MT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
PL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
SK.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288
SL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 149 - 288


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Mejju 2002

li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li tirrelata mas-subsistema ta' l-infrastruttura tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej ta' veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2002)1948)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/732/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tar-rettikolat trans-Ewropew ferrovjarju ta' veloċità għolja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja hija suddiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Dawn is- subsistemi huma deskritti fl-Anness II tad-Direttiva.

(2) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta minn speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (TSI).

(3) Skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, abbozzi ta' TSIs għandhom jitfasslu mill-korp konġunt rappreżentattiv.

(4) Il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE ħatar l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabilità Ferrovjarja (AEIF) bħala l-korp konġunt rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(h) tad- Direttiva.

(5) L-AEIF ingħatat mandat sabiex tfassal abbozz tat-TSI għas-subsistema nfrastrutturali skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Dan il-manat gie stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva.

(6) L-AEIF fasslet abbozz tat-TSI, flimkien ma' rapport introduttorju li jikkontjeni analiżi tal-benifiċċji ta' l-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva.

(7) L-abbozz tat-TSI ġie eżaminat mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, fil-kwadru tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva, fid-dawl tar-rapport introduttorju.

(8) Kif speċifikat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/48/KE, il- kondizzjonijiet sabiex tintlaħaq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja tikkonċerna d-disinn, il-kostruzzjoni, it-titjib u l-operazzjoni ta' l-infrastrutturi u tal-materjal ċirkolanti li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-sistema li għandha titqiegħed fis-servizz wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Fir-rigward ta' l-infrastrutturi diġà fis-servizz fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-TSI, it-TSI għandu jiġi applikat miż-żmien meta huwa mahsub xogħol fuq dawn l-infrastrutturi. Madankollu, il-grad li għalih it-TSI huwa applikat ivarja skond l-iskop u l-limitu tax-xogħolijiet previsti u l-ispejjeż u l-benefiċċji ġenerati mill-applikazzjonijiet intiżi. Sabiex dawn ix-xogħolijiet parzjali jwasslu għal li tintlaħaq interoperabilità kompleta, għandhom jiġu sostnuti minn strateġija koerenti ta' implimentazzjoni. F'dan il-kuntest, għandha ssir distinzjoni bejn it-titjib, ir-rinnovament u s-sostituzzjoni relatata mal-manutenzjoni.

(9) Huwa rikonoxxut li d-Direttiva 96/48/KE u t-TSIs ma japplikawx għal rinnovamenti jew sostituzzjoni relatata mal-manutenzjoni. Huwa mixitieq madankollu li t-TSIs għandhom japplikaw għal rinnovamenti, kif ikun il-każ għat-TSIs għas-sistema ferrovjarja konvenzjonali taħt id-Direttiva 2001/16/KE. Fl-assenza ta' ħtieġa obbligatorja u b'kont meħud tal-limitu tax-xogħol ta' rinnovament, Stati Membri huma nkoraġġuti, meta jistgħu jagħmlu dan, li japplikaw it-TSIs għal rinnovamenti u sostituzzjoni relatata mal-manutenzjoni.

(10) Fil-verżjoni kurrenti tagħha, it-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, jkopri fatturi speċifiċi għas-sistema ta' veloċità għolja; bħala regola ġenerali, ma tindirizzax l-aspetti komuni tas-sistemi ferrovjarja ta' veloċità għolja u konvenzjonali. L-interoperabilità ta' din ta' l-aħħar hija s-suġġett ta' Direttiva oħra [2]. Mogħti l-fatt li l-verifika ta' l-interoperabilità għandha tiġi stabbilita b' referenza għat-TSIs, skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE, huwa neċessarju, tul il-perjodu transitorju bejn il-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjonijiet li jadottaw il-"ferrovija konvenzjonali" TSIs, sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li għandu jkun hemm konformità maħhom b'żieda mat-TSI anness. Għal dawn ir-raġunijiet huwa neċessarju li kull Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-regoli tekniċi nazzjonali rilevanti li jintużaw sabiex tiġi ottenuta l-interoperabilità u jiġu sodisfatti l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 96/48/KE. B'żieda, ladarba dawk ir-regoli huma nazzjonali, huwa neċessarju li kull Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-korpi li huwa jaħtar għat-twettieq tal-proċedura għall-istima tal-konformità jew l-adattabilità għall-użu kif ukoll il-proċedura ta' verifika wżata għall-verifika ta' l-interoperabilità ta' subsistemi fis-sens ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE. Stati Membri għandhom japplikaw, sa fejn huwa possibbli, l-prinċipji u l-kriterji previsti fid-Direttiva 96/48/KE għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(2) fil-każ ta' dawk ir-regoli nazzjonali. Għal dak li jirrigwarda l-korpi responsabbli għal dawk il-proċeduri, l-Istati Membri jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, minn korpi notifikati taħt l-Artikolu 20 tad-Direttiva 96/48/KE. Il-Kummissjoni twettaq analiżi ta' din l-informazzjoni (regoli nazzjonali, proċeduri, korpi responsabbli mill-proċeduri ta' implimentazzjoni, durata ta' dawn il-proċeduri) u, meta approprjat, jiddiskutu mal-Kumitat in-neċessità ta' kwalunkwe miżura li għandha tittieħed.

(11) It-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, ma timponix l-użu ta' teknoloġiji speċifiċi jew soluzzjonijiet tekniċi ħlief meta dan huwa strettament neċessarju għall-interoperabilità tar-rettikolat ferrovjarju trans-Ewropew ta' veloċità għolja.

(12) It-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, huwa bbażat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli magħrufa fiż-żmien tal-preparazzjoni ta' l-abbozz korrispondenti. Żviluppi fit-teknoloġija jew ħtiġiet soċjali jistgħu jagħmluh neċessarju li tiġi emendata jew issupplimentata t-TSI. Meta approprjat, proċedura ta' reviżjoni jew aġġornament tinbeda skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 96/48/KE.

(13) F' xi każijiet, it-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, tippermetti għażla bejn soluzzjonijiet differenti, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati soluzzjonijiet interoperabili definittivi jew transitorji li huma kompatibbli mas-sitwazzjoni eżistenti. B'żieda, d-Direttiva 96/48/KE tipprovdi għal disposizzjonijiet speċjali ta' implimentazzjoni f'ċerti każijiet speċifiċi. Barra minn hekk, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva, Stati Membri għandhom jitħallew ma japplikawx ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi. Għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri jassiguraw li jiġi ppubblikat u aġgornat reġistru ta' l-infrastruttura kull sena. Dan ir-reġistru jistabilixxi l-karatteristiċi ewlenin ta' l-infrastruttura nazzjonali (eż il-parametri bażiċi) u l-konkordanza tagħhom mal-karatteristiċi preskritti mit-TSIs applikabbli. Għal dan l-iskop, it-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, jindika preċiżament liema nformazzjoni għandha tidher fir-reġistru.

(14) L-applikazzjoni tat-TSI li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni għandha tieħu kont tal-kriterji speċifiċi li jirrelataw għall-kompatibilità teknika u operazzjonali bejn l-infrastrutturi u l-materjal ċirkolanti li għandu jitqiegħed fis-servizz u r-rettikolat li fih għandhom jiġu integrati. Dawn il-ħtiġiet ta' kompatibilità jinvolvu analiżi teknika u ekonomika komplessa li għandha ssir abbażi ta' każ b'każ. L-analiżi għandha tieħu kont ta':

- l-interfaċċi bejn is-subsistemi differenti msemmija fid-Direttiva 96/48/KE,

- il-kategoriji differenti tal-linji u tal-materjal ċirkolanti msemmi f' dik id-Direttiva, u

- l-ambjenti tekniċi u operazzjonali tar-rettikolat eżistenti.

Din hija r-raġuni għaliex huwa essenzjali li tiġi stabbilita strateġija għall-implimentazzjoni tat-TSI li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, li għandha tindika stadji tekniċi sabiex ikun hemm moviment mill-kondizzjonijiet preżenti tar-rettikolat għal sitwazzjoni fejn ir-rettikolat huwa interoperabbli.

(15) Il-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-TSI li tirrelata għas-subsistema ta' l-"Infrastruttura" tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE hija hawnhekk adottata mill-Kummissjoni. It-TSI hija stabbilita fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. It-TSI hija kompletament applikabbli għall-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja kif definita fl-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE, b'kont meħud ta' l-Artikolu 2 u ta' l-Artikolu 3 hawn taħt.

Artikolu 2

1. Fir-rigward ta' l-aspetti li huma komuni għas-sistemi ferrovjarji konvenzjonali ta' veloċità għolja, iżda mhux koperti mit-TSI anness, il-kondizzjonijiet li ghandu jkun hemm konformità magħhom għall-verifika ta' l-interoperabilità fis-sens ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE huma r-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistema kkonċernata b'din id-Deċiżjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min notifika ta' din id-Deċiżjoni:

- il-lista ta' regoli tekniċi applikabbli msemmija taħt l-Artikolu 2(1),

- l-istima ta' konformità u proċeduri ta' verifika li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli,

- il-korp li hija taħtar għat-twettiq ta' dawk il-proċeduri ta' konformità ta' stima u kontroll.

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

- "titjib" ifisser xogħol ewlieni għall-modifika ta' subsistema jew parti ta' subsistema li tbiddel l-operazzjoni tas- subsistema,

- "rinnovament" ifisser xogħol maġġuri sabiex jissostitwixxi subsistema jew parti minn subsistema li ma tbiddilx l-operazzjoni tas-subsistema,

- "sostituzzjoni relatata mal-manutenzjoni" tfisser sostituzzjoni ta' komponenti b'partijiet ta' funzjoni identika u operazzjoni fil-kuntest ta' manutenzjoni ta' tbassir jew ta' korrezzjoni.

2. Fil-każ ta' titjib, l-entità kontraenti tisottometti dossier li jiddeskrivi l-proġett lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru jeżamina d-dossjer u, b'kont meħud ta' l-istrateġija ta' implimentazzjoni fil-Kapitolu 7 tat-TSI anness, (meta approprjat) tiddeċiedi jekk l-iskala tax-xogħol teħtieġ il-bżonn ta' awtorizzazzjoni ġdida għat-tqeghid fis-servizz taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE. Din l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz hija neċessarja kull meta l-livell ta' sigurtà jista' jiġi effettwat oġġettivament mix-xogħol ikkontemplat.

Meta awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE hija neċessarja, l-Istat Membru jiddeċidi jekk:

(a) il-proġett jinkludi applikazzjoni kompleta tat-TSI, f'liema każ, is-subsistema tkun soġġetta għall-proċedura ta' verifika KE fid-Direttiva 96/48/KE; jew

(b) applikazzjoni kompleta tat-TSI għadha mhix possibbli. F' dan il-każ, is-subsistema ma tkunx f'konformità sħiħa mat-TSI u l-proċedura ta' verifika KE fid-Direttiva 96/48/KE għandha tiġi applikata biss fir-rigward tal-partijiet tat-TSI li huma applikati.

F' dawn iż-żewġ każijiet, l-Istat Membru jinforma lill-Kumitat, stabbilit skond id-Direttiva 96/48/KE, bid-dossier li jinkludi l-partijiet mit-TSI applikati u l-grad ta' interoperabilità li tintlaħaq.

3. Fil-każ ta' rinnovament u sostituzzjoni relatata mal-manutenzjoni, l-applikazzjoni tat-TSI aness hija volontarja.

Artikolu 4

Il-partijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 20011290/KE [3] dwar il-parametri bażiċi tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja m'għadx għandhom effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSI anness.

Artikolu 5

It-TSI anness għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 235, tas-17.9.1996. p. 6.

[2] Id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 110, ta' l-20.4.2001, p. 1).

[3] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ISPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTER-OPERABBILTÀ LI GĦANDHA X' TAQSAM MAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

IL-KONTENUT

1. DAĦLA

1.1. L-ISKOP TEKNIKU

1.2. L-ISKOP ĠEOGRAFIKU

1.3. IL-KONTENUT TA' DAN IT-TSI

2. ID-DEFINIZZJONI TAS-SUB-SISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA / L-ISKOP TA' L-APPLIKAZZJONI

3. IL-ĦTIĠIET ESSENZALI

4. ID-DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

4.1. IL-PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

4.1.1. Il-qies standard minimu ta' l-infrastruttura (il-Parametru 1)

4.1.2. Ir-Raġġ minimu tal-liwja (il-Parametru 2)

4.1.3. Il-qies standard tal-binarju (il-Parametru 3)

4.1.4. Il-għoti massimu tat-tensjoni lill-binarju (il-Parametru 4)

4.1.5. It-tul minimu tal-pjattaforma (il-Parametru 5)

4.1.6. Il-għoli tal-pjattaforma (il-Parametru 6)

4.1.7. Il-karatteristiċi tal-limiti marbuta mal-ħoss ta' barra (il-Parametru 17)

4.1.8. Il-karatteristiċi tal-limiti marbuta mal-vibrazzjonijiet ta' barra (il-Parametru 18)

4.1.9. Il-karatteristiċi marbuta ma' l-aċċess għall-persuni b'diżabbilità (il-Parametru 22)

4.1.10. Il-varjazzjonijiet massimi tal-pressa fil-mini (il-Parametru 23)

4.1.11. Il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla (il-Parametru 24)

4.1.12. Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji (il-Parametru 25)

4.2. L-INTERFACES TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

4.3. IT-TWETTIQ SPEĊIFKAT TAX-XOGĦOL

4.3.1. Il-linji mibnija apposta għall-veloċita qawwija

4.3.2. Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija

4.3.3. L-ispeċifikazzjonijiet li japplikaw għall-elementi sabiex jinkisbu l-livelli maħsuba tat-twettiq tax-xogħol

5. IL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

5.1. ID-DEFINIZZJONI TAL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

5.2. ID-DESKRIZZJONI TAL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

5.2.1. Il-binarju

5.2.2. Is-sistema tar-rbit tal-binarji

5.2.3. Il-fallakki tar-rfid u l-fallakki li jżommu

5.2.4. Il-bdil u l-qsim tal-binarji

6. L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ U/JEW KEMM JIXIRQU GĦALL-UŻU

6.1. IL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

6.1.1. Il-konformità u kemm ikunu jixirqu għall-proċeduri ta' l-istima ta' l-użu (il-Moduli)

6.1.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.2. IS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

6.2.1. Il-proċeduri ta' l-istimi (il-moduli)

6.2.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.3. IL-VERIFIKA TAL-KE U T-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

6.3.1. Il-verifika tal-konformità tal-binarju

7. L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TSI TA' L-INFRASTRUTTURA

7.1. L-APPLIKAZZJONI TA' DAN IT-TSI GĦAL-LINJA TA' VELOĊITÀ QAWWIJA GĦALBIEX TIDDAĦĦAL GĦAS-SERVIZZ

7.2. L-APPLIKAZZJONI TA' DAN IT-TSI GĦAL-LINJI TA' VELOĊITÀ QAWWIJA LI JKUNU DIĠÀ FIS-SERVIZZ

7.2.1. It-tipoloġija tax-xogħol

7.2.2. Il-Parametri u l-ispeċifikazzjonijiet li jirrigwardaw l-inġinerija ċivili

7.2.3. Il-parametri u l-karatteristiċi li jirrigwardaw is-superstruttura

7.2.4. Il-parametri u l-karatteristiċ li jirrigwardaw tagħmir varju

7.2.5. Il-veloċità bħala kriterju tal-migrazzjoni

7.2.6. Il-każ ta' l-apparat tal-kxif tal-hotboxes

7.3. KAŻI SPEĊIFIĊI

7.3.1. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Ġermaniż (il-każ P)

7.3.2. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Awstrijakk

7.3.3. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Daniż

7.3.4. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Spanjol network

7.3.5. Il-karatteristiċi prinċipali tan-network Finlandiż (il-każijiet P)

7.3.6. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Britanniku (il-każijiet P)

7.3.7. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Grieg

7.3.8. Il-karatteristiċi partikolari ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq (il-każijiet P)

7.3.9. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Olandiż

7.3.10. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Portuġiż

7.3.11. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Spanjol (il-każijiet P)

7.4. IL-KAŻIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SUBSISTEMA FIL-MIRA

7.5. IR-RAKKOMMANDAZZJONIJIET

7.5.1. Il-karatteristiċi marbuta mal-ġarr tal-persuni b'diżabbilta (BP 22)

ANNESS A IL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

ANNESS B L-ISTIMA TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

ANNESS Ċ IL-PROĊEDURI TA' L-ISTIMI (IL-MODULI)

ANNESS D ID-DEFINIZZJONI TAL-FAŻIJIET GĦALL-ISTIMA AS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

ANNESS E IL-KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA LI JIDHRU FIR-REĠISTRU TA' L-INFRASTRUTTURA

ANNESS G IL-QISIEN STANDARD KINEMATIĊI GA, GB U GC

ANNESS H IR-REGOLAMENTI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-POSIZZJONI TAT-TQEGĦID TAL-LIWJIET S

ANNESS I IT-TREN DINAMIKU UNIVERSALI

ANNESS K1 IL-BINARJI TAL-FERROVIJI TAL-QIEGĦ ĊATT SIMMETTRIĊI TA' 46KG KULL METRU U FUQHOM - IL-GRADI TA' L-AZZAR

ANNESS K2 IL-BINARJI TAL-FERROVIJI TAL-QIEGĦ ĊATT SIMMETTRIĊI TA' 46KG KULL METRU U FUQHOM - IL-PROFILI TAL-BINARJI

ANNESS L1 IL-BINARJI TAL-QLIB U TAL-QSIM UŻATI F'GĦAQDA MAL-FERROVIJI TAL-BINARJI BIL-QIEGĦ ĊATT 46 KG GĦAL KULL METRU - IL-GRADI TA' L-AZZAR

ANNESS L2 IL-BINARJI TAL-KONTROLL UŻATI F'GĦAQDA MAL-FERROVIJI TAL-BINARJI BIL-QIEGĦ ĊATT 46 KG GĦAL KULL METRU U FUQHOM - IL-PROFILI TAL-BINARJI

ANNESS M IL-QIES STANDARD UK1

ANNESS N IL-QIES STANDARD FIN 1.

ANNEX O IL-QIES STANDARD IRL 1.

1. DAĦLA

1.1. L-ISKOP TEKNIKU

Dan it-TSI jirrigwarda s-subsistema ta' l-infrastruttura, li hija waħda mis-subsistemi elenkati fl-Anness II(1) mad-Direttiva 96/48/KE.

Dan it-TSI huwa parti minn sett ta' sitt TSIs, li jkopru t-tmien subsistemi kollha ddefiniti fid-Direttiva. L-ispeċifikazzjonijiet li jirigwardaw is-sub-sistemi "utenti" u "ambjent", li huma meħtieġa għalbiex jiżguraw l-inter-operabbiltà tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija skond il-ħtiġiet essenzali, huma dikjarati fit-TSIs interessati.

Iktar tagħrif dwar is-subsistema ta' l-infrastruttura tingħata fil-Kapitolu 2.

1.2. L-ISKOP ĠEOGRAFIKU

L-iskop ġeografiku ta' dan it-TSI huwa s-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija kif deskritta fl-Anness mad-Direttiva 96/48/KE.

Għandu jsir riferiment b'mod partikolari għal-linji tan-network trans-Ewropew tal-ferroviji deskritt fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jew f'kull aġġornament ta' l-istess Deċiżjoni b'riżultat tar-reviżjoni pprovvduta fl-Artikolu 21 ta' din id-Deċiżjoni.

1.3 IL-KONTENUT TA' DAN IT-TSI

Skond l-Artikolu 5(3) u l-Anness I(1)(b) tad-Direttiva 96/48/KE, dan it-TSI:

(a) jispeċifika l-ħtiġiet essenzali tas-subsistemi u l-interfaces tagħhom (il-Kapitolu 3);

(b) jistabbilixxi l-parametri bażiċi deskritti fl-Anness II(3) ta' din id-Direttiva, li huma meħtieġa sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzali (il-Kapitolu 4);

(ċ) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jiġu kkonformati magħhom għalbiex jinkiseb it-twettiq speċifikat tax-xogħol għal kull waħda mill-kategoriji tal-linji li ġejjin (il-Kapitolu 4):

- il-kategorija I: linji ta' veloċità qawwija mibnija apposta mgħammra għal-veloċitajiet daqs jew ogħla minn 250 km fis-siegħa;

- il-kategorija II:, linji ta' veloċità qawwija miżjuda fil-grad apposta mgħammra għal veloċitajiet sa 200 km fis-siegħa;

- il-kategorija III: linji ta' veloċità qawwija miżjuda fil-grad apposta li għandhom karatteristiċi speċjali b'riżultat tal-kostrizzjonijiet topografiċi, tal-konfigurazzjoni jew tal-pjanifikazzjoni ta' l-ibliet, li għalihom trid tiġi addattata l-veloċità f'kull każ.

(d) jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni f'ċerti każijiet speċifiċi (il-Kapitolu 7);

(e) jistabbilixxi l-kostitwenti u l-interfaces ta' l-interoperabbiltà li jridu jkunu koperti bl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa sabiex jiksbu l-inter-operabbiltà fis-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġiet esenzali (il-Kapitolu 5);

(f) jiddikjara f'kull każ taħt konsiderazzjoni, liema mill-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE jew, meta approprjat, liema proċeduri speċifiċi jridu jintużaw sabiex jiġu stmati jew il-konformità jew kemm jixraq l-użu tal-kostitwenti ta' l-interoperabbiltà, kif ukoll il-verifika tal-KE tas-subsistemi (il-Kapitolu 6).

2. ID-DEFNIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA / L-ISKOP TA' L-APPLIKAZZJONI

2.1. Is-subsistema ta' l-infrastruttura tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija tikkonsisti mill-impjant fiss kollu li jservi għalbiex iwettaq il-funzjonijiet li ġejjin, skond il-ħtiġiet essenzali:

- ir-restrizzjoni tal-vetturi għall-mogħdija tagħhom, inklużi l-ġarr u l-gwida tagħhom fi spazju mhux ostakolat, flimkien mat-tagħmir ta' sigurtà metieġ għalbiex jiggarantixxi din il-funzjoni,

- it-tlugħ u l-inżul tal-pasiġġieri mit-treni imwaqqfa fl-istazzjonijiet.

L-impjant fiss għalhekk jinkludi, fost ħwejjeġ oħra:

- il-binarju sempliċi, bl-esklużjoni tal-punti u tal-qsim tal-binarji (il-post fejn żewġ linji tal-ferrovija jaqsmu lil xulxin), li jaġixxi bħala t-triq ta' gwida,

- il-punti u l-qsim tal-binarji li jservu għalbiex jimmodifikaw il-mogħdija tal-vetturi,

- l-istrutturi, p.e. il-pontijiet u l-mini, li jippermettu, skond kondizzjonijiet speċifiċi, il-qsim ta' ostakoli,

- it-tagħmir tas-sigurtà u protettiv meħtieġ sabiex iżomm l-ntegrità tas-subsistema,

- l-infrastrutturi assoċjati fl-istazzjonijiet (il-pjattaformi, iż-żoni ta' l-aċċess, eċċ.).

Dan l-impjant fiss jikkorrispondi ma' l-"istallazzjonijiet fissi" ddefiniti fl-Anness I mar-Regolament tal-KEE Nru 2598/70 tat-18 ta Diċembru 1980, għajr għall-istallazzjonijiet tas-sinjalazzjonijiet u tat-telekomunkazzjonijiet li huma bla ħsara għal TSIs speċifiċi, li huma mibnija fuq il-linji ddefiniti fl-Artikolu 10(2) u l-Anness I mad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996.

2.2. L-aspetti tas-subsistema ta' l-infrastruttura li għandhom x'jaqsmu ma' l-inter-operabbiltà tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija huma deskritti hawn taħ, bil-prinċipji addattati li jirrigwardawhom:

Il-binarju sempliċi tal-linja

Il-binarju sempliċi tal-linja jikkostitwixxi t-triq gwida fiżika għall-vetturi, li l-karatteristiċi tiegħu jgħin lill-vetturi inter-operabbli jimxu skond il-kondizzjonijiet mixtieqa tas-sigurtà u bit-twettiq speċifikat tax-xogħol.

L-elementi li ġejjin tal-binarju sempliċi tal-linja huma involuti fl-inter-operabbiltà tas-subsistema ta' l-infrastruttura:

(a) L-istruttura tal-qies standard tal-binarji u tad-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

L-interfaces li jirrigwardaw u s-subsistemi tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija, is-subsistemi tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni: il-qies standard tat-tagħbija tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija, il-qies standard ta' l-ispazju ħieles ta' l-impjant fiss u l-qies standard ta' l-ispazju ħieles tal-pantografi.

Dawn l-interfaces jiddefinixxu d-distanza bejn l-involukri tal-vettura, il-pantografu u l-istrutturi tal-ġnub tal-linja, u bejn il-vetturi nfushom huma u għaddejjin. Minbarra l-ħtiġiet neċessarji għabiex jipprevjienu lill-vetturi milli jisfrattaw il-qies standard ta' l-istruttura, dawn l-interfaces jippermettu wkoll id-devjazzjoni tal-forzi ajrudinamiċi laterali li jaffettwaw lill-vetturi u, b'mod reċiproku, lill-impjant fiss.

Il-linji tan-network eżisitenti tal-ferroviji Ewropej jippreżentaw firxa wiesgħa ta' qisien standard ta' l-istruttura minħabba l-kuntest storiku li kien jipprevali meta nbnew. Sabiex eventwalment tinkiseb l-armonizzazzjoni ta' din is-sitwazzjoni, huwa propost qies standard ta' l-istruttura fil-mira għall-kostruzzjoni futura, filwaqt li jitħalla l-wisa' għall-użu tal-qisien standard eżistenti meta l-konformità mal-qies standard fil-mira jkun jinvolvi modifikazzjonijiet eċċesivi.

Skond l-Artiklu 5(4) tad-Direttiva 96/48/KE, dan ma jipprevjenix l-adozzjoni ta' qisien standard ikbar ta' l-istruttura li jistgħu jkunu meħtieġa għalbiex jiħaddmu treni oħra.

(b) Il-qies standard tal-binarji u t-triq ta' gwida

Id-distanza bejn iż-żewġ linji ta' binarju, kif ukoll il-għamliet tar-roti u tal-binarji li jiġu f'kuntatt reċiproku, huma ddefiniti f'dettal kbir sabiex tiżgura l-kompatibbiltà ta' l-infrastruttura mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Iktar minn hekk, din il-kompatibbiltà tqis il-linji eżistenti li jagħmlu parti kbira min-network inter-operabbli.

(ċ) It-tagħbija tal-binarji

Il-forzi eżerċitati fuq il-binarju, li jistabblixxu kemm il-kondizzjoni fejn tidħol is-sigurtà kontra li vettura taqbeż il-binarji u kemm il-karatteristiċi ta' l-abbiltà tal-binarju li jiflaħ għalihom, joħorġu biss mill-kuntatt bejn ir-roti u l-binarji u mit-tagħmir tal-brejkijiet assoċjat magħhom meta dan jaġixxi direttament fuq il-binarju.

Dawn il-forzi jinkludu:

- forzi vertikali - statiċi, minħabba l-piż tal-vettura mifrux fuq il-qagħda tar-roti, kważi statitiċi fil-liwjiet, minħabba t-trasferiment tat-tagħbijiet vertikali b'riżultat ta' l-aċċelerazzjonijiet laterali mhux ikkumpensati mill-posizzjoni mżerżqa tal-binarju, u dinamiċi, minħabba l-ġeometrija tal-binarju u l-imġieba tal-vettura,

- forzi laterali, li jkunu kważi statiċi fil-liwjiet, minħabba l-aċċelerazzjonijiet laterali mhux ikkumpensati mill-posizzjoni mżerżqa tal-binarju, u dinamiċi, minħabba l-ġeometrija tal-binarju u l-imġieba tal-vetturi,

- forzi lonġitudinali minħabba l-aċċelerazzjonijiet u d-deċelerazzjonijiet tal-vettura meta tibbrejkja u taċċelera.

Għal kull waħda minn dawn it-tliet tipi ta' tagħbija, kriterju karatteristiku jew iktar ta' l-interazzjoni mekkanika bejn il-vettura u l-binarju huma ddefiniti bħala l-limiti li ma jridux jinqabżu mill-vettura u, bil-maqlub, bħala t-tagħbijiet minimi li l-binarju jrid ikun kapaċi jiflaħ. Skond l-Artkolu 5(4) tad-Direttiva 96/48/KE, dawn il-kriterji mhumiex impediment għall-għażla ta' valuri ogħla tal-limiti kif approprjat biex jitħaddmu treni oħra. Dawn il-kriterji karatteristiċi tas-sigurtà ta' l-interazzjoni bejn il-vettura u l-binarju huma l-interfaces mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-trenijet.

Il-bdil u l-qsim tal-binarji

B'żieda ma' dawk diġà msemmija rigward binarju sempliċi ta' linja, l-elementi li ġejjin dwar it-tagħmir għall-bdil tal-binarju huma marbuta ma' l-inter-operabbiltà tas-subsistema ta' l-infrastruttura:

(a) Il-punti speċifiċi tal-kuntatt tar-roti mal-linji tal-binarju fil-bdil u l-qsim tal-binarji u t-tagħbijiet mekkaniċi fuq il-binarju tal-bidla, li jippermettu l-kontroll tar-riskju tal-qbiż tal-binarji, jikokstitwixxu interfaces mas-subsistema tal-magni u l-vagun tat-treni.

(b) Is-sistemi tal-kmand, tal-kontroll u tal-lokkjar, li jiżguraw li r-roti jsegwu l-mogħdija korretta meta jkunu għaddejjin minn fuq is-sockets, jikkostitwixxu interface mas-subsistema ta' l-operat.

Ix-xogħlijiet ta' l-inġinerija ċivili u l-istrutturi tal-ġnub tal-linji

B'żieda ma' l-effetti msemmija hawn fuq dwar binarju sempliċi ta' linja, it-traffiku ta' veloċità qawwija għandu effett kritiku fuq l-imġieba dinamika fuq il-pontijiet ta' taħt il-ferroviji, fuq il-forzi ajrudinamiċi li jaġixxu fuq uħud mill-istallazzjonijiet tal-ġnub tal-linji u fuq il-varjazzjonijiet tal-pressa fil-mini.

Il-komponenti li ġejjin ta' l-inġinerija ċivili u l-istruttura tal-ġnub tal-linji huma rilevanti għall-inter-operabbiltà tas-subsistema ta' l-infrastruttura:

(a) L-effetti mekkaniċi dinamiċi

Dawn jiddependu, fejn jirrigwarda l-istrutturi li jappoġġjaw it-tagħbijiet tal-ferroviji, fuq il-frekwenza tar-ripetizzjoni tat-tagħbija fuq il-fusien tal-vettura, u jikkostitwixxu interface mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-treni.

(b) It-tagbijiet ajrudinamiċi fuq l-istrutturi tal-ġnub tal-linji

Dawn jiddependu mill-karatteristiċi ajrudinamiċi tas-settijiet ta' treni inter-operabbli u għalhekk jikkostitiwxxu interfaces mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-treni.

(ċ) Il-varjazzjonijiet tal-pressa fil-mini

Il-varjazzjonijiet fil-pressa li l-passiġġieri jkollhom jifilħu għalihom kif il-vetturi jgħaddu minn ġol-mini huma funzjonai, prinċipalment, tal-veloċità li t-treni ikunu għaddejjin biha, tal-firxa tas-sezzjoni transversali (cross-section) tagħha, tat-tul u tal-għamla ajrudinamika tal-sett tat-tren u t-tul u l-firxa tas-sezzjoni transversali tal-mina. Dawn huma limitati għal valur aċċettabbli mill-punt tal-vista tas-saħħa tal-passiġġier u għalhekk jikkostiwixxu interface mal-magni u l-vaguni tat-treni.

L-infrastruturi assoċjati fl-istazzjonijiet

Is-subsistema ta' l-infrastruttura tinkludi l-mezzi li jippermettu lill-passiġġieri li jitilgħu fuq it-treni: il-pjattaformi ta' l-istazzjonijiet u l-fittings u l-oġġetti tat-twaħħil. L-elementi li ġejjin huma involuti fl-inter-operabbiltà tas-subsistema

- il-għoli u t-tul tal-pjattaformi,

- l-effetti tal-pressa meta t-treni jgħaddu minn ġo stazzjonijiet taħt l-art.

Dawn l-interfaces għandhom x'jaqsmu mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-treni.

It-tagħmir tal-protezzjoni u tas-sigurtà

Is-sigurtà tal-ġnub tal-linji, l-intrużjoni tal-vettura u l-apparat li josserva d-differenza fis-sħana/pressa tal-hotbox, li jinvolvu interfaces mal-magni u l-vetturi tat-treni, u s-subsistemi tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni u ta' l-operat.

Inklużi wkoll fl-iskop tat-TSI hemm:

- l-arranġamenti meħtieġa għalbiex jiżguraw il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet, li jżommu mal-ħtiġiet essenzali,

- l-arranġamenti meħtieġa ġewwa l-infrastruttura sabiex jiżguraw il-konservazzjoni ta' l-ambjent, li jżommu mas-subsistema ta' l-ambjent,

- ċerti arranġamenti ddisinjati għalbiex jiżguraw is-sigurtà tal-passiġġieri fl-eventwalità li t-treni ta' veloċità qawwija jiffunzjonaw ħażin, skond il-ħtiġiet ta' l-operat tas-subsistema.

3. IL-ĦTIĠIET ESSENZALI

3.1. Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, is-sub-sistemi tagħha u l-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà tagħha jridu jwettqu l-ħtiġiet essenzali ddikjarati f'termini ġenerali fl-Anness III ma' din id-Direttiva.

3.2. Il-ħtiġiet essenzali jirrigwardaw:

- is-sigurtà,

- il-fiduċja u d-disponibbiltà,

- is-saħħa tal-bniedem,

- il-protezzjoni ta' l-ambjent,

- il-kompatibbiltà teknika.

Skond id-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet essenzali jistgħu jkunu ta' natura ġenerali u japplikaw għan-network trans-Ewropew kollu tal-ferroviji ta' veloċità qawwija jew ikollhom karatterstiċi speċjali li jkunu speċifiċi għal kull subsistema u l-kostitwenti tagħha. It-twettiq tal-ħtiġiet essenzali jrid jirriżulta, għas-subsistema ta' l-infrastruttura, mill-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-Kapitolu 4 għas-subsistema u fil-Kapitolu 5 għall-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà, kif muri minn riżultat pożittiv tal-proċeduri ta' stima deskritti fil-Kapitolu 6.

3.3. Fil-każ tas-subsistema ta' l-infrastruttura, il-karatteristiċi speċifiċi huma dawn li ġejjin, b'żieda mal-konsiderazzonijiet iddikjarati fl-Anness III mad-Direttiva:

IS-SIGURTÀ

Skond l-Anness III mad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet ġenerali tas-sigurtà li huma rilevanti għas-subsistema ta' l-infrastruttura huma dawn li ġejjin:

"1.1.1. Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-assemblaġġ, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti kritiċi tas-sigurtà, u b'mod iktar partikolari tal-komponenti involuti fil-movimenti tat-treni iridu jkunu hekk illi jiggarantixxu s-sigurtà fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti tan-network, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet speċifiċi ddegradati.

1.1.2. Il-parametri involuti fil-kuntatt tar-rota mal-binarji jridu jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-istabbiltà neċessarji għalbiex jiggarantixxu l-moviment fis-sigurtà bil-veloċità massima awtorizzata.

1.1.3. Il-komponenti wżati jridu jifilħu għal kull tagħbija speċifikata normali jew eċċezzjonali matul il-perjodu kollu taż-żmien fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sigurtà ta' kull falliment aċċidentali jridu jkunu limitati b'mezzi approprjati.

1.1.4. Id-disinn ta' l-istallazzjonijiet fissi u tal-magni u l-vaguni tat-treni u l-għażla tal-materjali wżati jridu jkunu mmirati għalbiex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan fl-eventwalità ta' nar."

Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet ġenerali, l-infrastruttura trid, fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti għan-network:

- tippermetti li t-treni jimxu mingħajr ir-riskju tal-qbiż tal-binarji jew tal-kolliżjonijiet bejniethom jew ma' vetturi oħra jew ma' ostakoli fissi, u li tevita riskji mhux aċċettabbli assoċjati mal-prossimità tal-provvista tas-sistema tal-ġibda bl-elettriku,

- tiflaħ mingħajr falliment it-tagħbijiet vertikali, laterali u lonġitudinali, sewwa jekk statiċi u sewwa jekk dinamiċi, eżerċitati mis-settijiet tat-treni, fl-ambjent speċifikat tal-binarji u filwaqt li tikseb it-twettiq tax-xogħol meħtieġ.

- tippermetti l-monitoraġġ u l-manutenzjoni ta' l-istallazzjonijiet meħtieġa għalbiex iżommu l-komponenti kritiċi f'kondizzjoni ta' sigurtà,

- ma jkunx fiha materjali b'tendenza li jiġġeneraw dħaħen noċivi fil-każ ta' nar; din il-ħtieġa tirrigwarda biss lil dawk l-elementi ta' l-infrastruttura fi spazji magħluqa (mini, qtugħ imgħotti u stazzjonijiet ta' taħt l-art). Dan huwa meħtieġ sabiex jindirizza l-ħtiġiet tas-saħħa tal-bniedem.

B'żieda ma' dan, il-ħtiġiet li ġejjin speċifiċi għas-subsistema huma rilevanti għas-subsistema ta' l-infrastruttura:

"2.1.1. iridu jittieħdu l-passi approprjati għalbiex jiġu pprevenuti l-aċċess jew l-intrużjoni mhux mixtieqa ġo l-istallazzjonijiet fuq il-linji li minn fuqhom it-treni jgħaddu b'veloċità qawwija.

Iridu jittieħdu passi li jillimitaw il-perikli li għalihom ikunu esposti l-persuni, b'mod partikolari fl-istazzjonijiet li minnhom it-treni jgħaddu b'veloċità qawwija.

L-infrastrutturi li għalihom il-pubbliku jkollu aċċess iridu jkunu ddisinjati u magħmula hekk illi jillimitaw kull riskju għas-saħħa tal-bniedem (l-istabbiltà, in-nar, l-aċċess, l-evakwazzoni, il-pjattaformi, eċċ.).

Iridu jiġu stabbiliti disposizzjonijiet approprjati għalbiex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sigurtà f'mini twal ħafna."

Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet ġenerali, is-subsistema ta' l-infrastruttura trid, fil-livell li jikkorrispondi ma'l-għanijiet stabbiliti għan-network:

- tiżgura illi l-aċċess għall-istallazzjonijiet, għajr għaż-żoni tal-pjattaforma aċċessibbli għall-passiġġieri, ikun normament possibbli biss għall-personal awtorizzat,

- tippermetti l-kontroll tar-riskju ta' l-intrużjoni minn persuni jew vetturi mhux mixtieqa ġewwa l-fond tal-ferrovija,

- tiżgura illi ż-żoni aċċessibbli għall-passiġġieri fil-kors ta' l-operat normali tal-linja jkunu lokati 'l bogħod biżżejjed mill-binarji li jġorru t-treni li jimxu b'veloċità qawwija jew issegregati b'mod xieraq minn dawn il-binarji sabiex jipprekludu kull riskju għas-sigurtà tagħhom, u jkunu pprovvduti bil-passaġġi ta' l-aċċess meħtieġ għalbiex jevakwaw il-passiġġieri, b'mod partikolari fl-istazzjonjiet ta' taħt art,

- jippermettu lill-passiġġieri b'diżabbiltà l-mezzi approprjati għall-aċċess u għall-evakwazzjoni lejn/minn żoni pubbliċi magħmula aċċessibb1i għalihom, b'mezzi approprjati,

- jiżguraw illi l-passiġġieri jistgħu jinżammu ħielsa miż-żoni ta' riskju fl-eventwalità li tren ta' veloċità qawwija jieqaf barra mill-korsa tiegħu 'il-barra miż-żoni ta' l-istazzjon ipprovvdut għal dan l-iskop.

- jiżġuraw illi f'mini twal jittieħdu miżuri speċjali għalbiex jitnaqqsu jew jiġu kkontrollati r-riskji tan-nar u li jiffaċilitaw l-evakwazzjoni tal-passiġġieri.

Il-konformità ma' dawn il-ħtiġiet tas-sigurtà għandhom jitqiesu li jkun ġew sodisfatti meta l-proċeduri ta' l-istima deskritta fil-Kapitolu 6 juru illi l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-Kapitoli 4 u 5 li japplikaw għall-parametri li ġejjin, jiġu mwettqa l-elementi u l-kostitwenti u li jingħata qies tal-konsegwenzi possibbli tal-falliment ta' l-elementi li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà msemmija hawn taħt.

Il-parametri rilevanti għat-tagħmir tas-sigurtà

Il-parametri elenkati hawn taħt u kkaratterizzati fil-Kapitolu 4 ta' dan it-TSI, li għandhom x'jaqsmu mar-riskji ta' kolliżjoni jew il-qbiż tal-binarji, huma rilevanti għall-ħtieġa tas-sigurtà:

(a) il-qisien minimi standard tal-binarji ta' l-infrastruttura (il-Parametru 1 - 4.1.1. u 4.3.3.1)

L-istruttura magħżula tal-qisien standard tal-binarji għandha tippermetti:

- fuq il-linji l-ġodda mibnija għall-veloċità qawwija, tiżgura li t-treni ta' veloċità qawwija jgħaddu b'marġini suffiċjenti ta' spazju vojt għall-bidliet tekniċi previsti tad-disinn fil-futur imbiegħed,

- fuq il-linji eżistenti, tiżgura illi dawn l-istess settijiet ta' treni jistgħu jgħaddu b'marġini mnaqqsa, sabiex l-implimentazzjoni tal-modifiki meħtieġa tkun tista' tiddaħal f'fażijiet maż-żmien.

(b) Ir-raġġ minimu tal-liwja (il-Parametru 2 - 4.1.2 u 4.3.3.8)

Ir-raġġ minimu tal-liwja ta' l-allineament tal-binarju, meħud flimkien mal-posizzjoni mżerżqa tal-binarju, jiddefinixxi d-defiċjenza massima tal-posizzjoni mżerżqa għall-veloċità tal-ġiri mogħtija. Id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa hija fiha nfisha waħda mill-elementi li jistabblixxu t-tagħbija fuq il-binarju.

L-infrastruttura għandha tqis l-abbiltajiet tat-twettiq tax-xogħol u l-limitazzjnijiet tekniċi tal-magni u l-vaguni tat-treni. Fil-kuntest taż-żamma tal-veloċitajiet potenzali, huma rilevanti l-kapabbiltà ta' l-aċċelerazzjoni u l-ħtiġiet ta' l-applikazzjoni tal-brejkjiet u tal-waqfien.

Ir-raġġ minimu tal-liwjiet għandu għalhekk jiġi ddefinit hekk illi l-limiti tal-posizzjoni mżerżqa u d-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa ddefiniti fl-elementi ta' l-inter-operabbiltà jiġu mqabbla mal-veloċità massima tal-linja.

(ċ) It-tagħbija massima fuq il-binarju (il-Parametru 4 - 4.1.4 u 4.3.3.16)

Il-forzi laterali u vertikali huma determinanti kritiċi kemm ta' l-imġieba dinamika tal-vetturi fuq il-binarju u kemm ta' l-imġieba ta'l-għeja tas-superstruttura tal-binarju.

Dawn il-forzi vertikali u laterali għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin sabiex jiżguraw il-mixi fis-sigurtà bil-veloċità massima awtorizzata:

(1) fejn jirrigwarda l-forzi statiċi vertikali: l-infrastruttura għandha tkun iddisinjata li tiflaħ għall-inqas it-tagħbija massima fuq il-fusien iddefinita fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni għall-vetturi inter-operabbli, irrispetivament mit-tip jew mill-veloċità massima ta' dawn il-vetturi,

(2) fejn jrrigwarda l-forsi dinamiċi u kważi statiċi vertikali u laterali: l-infrastruttura għandha tkun iddisinjata li tiflaħ għall-inqas it-tagħbijiet massimi li jikkorrispondu mal-kriterji karatteristiċi tas-sigurtà ta' l-interazzjonijiet bejn il-vettura/binarju kif iddefiniti bil-limiti li ġejjin li japplikaw għat-traffiku miexi bil-veloċità

- il-forzi dinamiċi vertikali: jiġi impost limitu fuq dawn il-forzi dinamiċi totali bħala funzjoni tat-tagħbija nominali fuq it-rota,

- il-forzi dinamiċi laterali:il-forza laterali totali eżerċitata mill-posizzjoni tar-rota fuq il-binarju, li tista' tikkawża l-binarju li jiġi mċaqlaq fis-saborra, ma għandhiex taqbeż il-valur tal-limitu, li huwa funzjoni tat-tagħbija nominali fuq il-fus (il-limitu PRUD'HOMME).

Il-proporzjon tal-forzi dinamiċi laterali u vertikali ta' rota fuq il-binarju ma tridx taqbeż il-koeffiċjent tal-qbiż tal-binarju.

Dawn il-limiti jqisu l-forzi kważi statiċi li jirriżultaw mid-defiċjenzi permissibbli tal-posizzjoni mżerżqa, b'ta l-aħħar isservi sabiex tiddefinixxi l-parametri li għandhom x'jaqsmu mar-raġġi tal-liwja, u l-kondizzjonijiet permissibbli għall-ġeometrija tal-binarju, ikkunsidrati f'dan it-TSI (il-Kapitolu 4). Dawn il-parametri huma mniżżla bħala l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tat-testijiet ta' l-aċċettazzjoni tal-vettura.

Barra minn hekk, il-ġeometrija tal-kuntatt tar-rota mal-binarju għandha tkun hekk illi tippromwovi l-ġiri stabbli tal-karrijiet li jerfgħu il-vaguni (bogies), li jinvolvi li tiġi limitata l-koniċità ekwivalenti skond il-veloċità tal-ġiri. Il-konformità ma' dan il-valur tal-koniċità ekwivalenti jrid jinkiseb, safejn u sakemm jirrigwarda l-infrastruttura, minn għażla ddokumentata approprjata tal-qies tal-wisa' tal-binarju, tal-posizzjoni mżerżqa tal-binarju u tal-profil tal-ras tal-binarju, fuq il-linja tal-binarju sempliċi kif ukoll bl-istess mod fuq il-postijiet fejn il-linja taqleb għal oħra.

(3) fejn jirrigwarda l-forzi lonġitudinali u t-tagħbijiet minn tagħmir assoċjat tas-sistema tal-brejkijiet: Il-forzi tas-sistema tal-brejkijiet tista', minn banda waħda, tikkawża l-binarju li jiżloq fis-sistemi ta' l-irbit tal-binarji u/jew li r-roti jiżżerżqu, u mill-banda l-oħra jikkawżaw li togħla t-temperatura tal-binarju meta, fil-każ meta l-brejkijiet jitlifu l-adeżjoni tagħhom, l-enerġija tiġi ddissipata fil-binarju. Huwa għalhekk kruċjali li jiġi limitat l-isforz tal-brejkijiet. Il-kriterji tas-sigurtà kkunsidrati li għandhom x'jaqsmu, minn banda waħda ma' l-aċċelerazzjoni u d-deċelerazzjoni massimi totali ttrasferiti għall-binarju mill-qawwa tat-tren u mis-sistemi tal-brejkijiet u, mill-banda l-oħra għall-għoli massimu tat-temperatura li jista' jiġi ġġenerat fil-binarju bis-sistemi tal-brejkijiet li ma jużawx adeżjoni. Il-kondizzjoni ta' l-aħħar tegwalja għall-limitazzjoni ta' l-ammont ta' l-enrġija kinetika li x'aktarx tiġi ddissipata fil-binarju minn dawn is-sistemi tal-brejkijiet.

L-elementi tas-subsistema rilevanti għall-ħtieġa tas-sigurtà

L-elementi li ġejjin tas-subsistema huma kritiċi għas-sigurtà u l-karatteristiċi ddettaljati tagħhom iridu jissidisfaw il-ħtiġet iddefiniti fil-Kapitolu 4 ta dan it-TSI:

L-istabbiltà waqt il-ġiri tal-karrijiet li jgħabbu l-vaguni (bogies) tistabbilixxi t-tagħbijiet laterali applikati għall-binarju. Hija ddefinita mill-elementi li ġejjin:

- il-qies ta' bejn il-binarju (4.3.3.10),

- l-inklinazzjoni tal-binarju (4.3.3.11),

- il-profil tar-ras tal-binarju (4.3.3.12),

- il-koniċità ekwivalenti (4.3.3.9).

L-elementi li ġejjin jistabilixxu wkoll il-livell tal-forzi vertkali (4.3.3.16), il-forzi laterali (4.3.3.17) u l-forzi longitudonali eżerċitati fuq il-binarju u fuq il-bdil u l-qsim tal-binarji:

- il-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.7),

- id-defiċjenza ta' posizzjoni mżerżqa (4.3.3.8),

- il-kwalità ġeometrika tal-binarju (4.3.3.18),

- ir-resistenza tal-binarju u tal-postijiet tal-bdil u tal-qsim tal-binarji għall-forzi tal-brejkijiet u ta' l-aċċelerazzjoni (4.3.3.21),

- l-effetti tar-rjieħ inkroċjati (4.3.3.23).

Il-ġiri fuq binarji turnout b'veloċità qawwija jeħtieġ disinn u lokazzjoni b'mod partikolari sodi tat-turnouts fl-allineament, kif ġej:

- minħabba d-diskontinwità tal-liwja li tiġri fuq binarju diverġenti, id-definċjenza fil-posizzjoni mżerżqa trid tkun limitata apposta,

- il-binarji tal-qlib tal-linji u l-partijiet ta' quddiem li jitbandlu tal-qsim komuni u ta' għamla maqrut tal-binarji jridu jkunu mgħammra b'sistemi li jsakkru,

- il-profili tal-binarji tal-bidla, u d-dimensjonijiet funzjonali (dawk li jaqblu u dawk li jħallu l-ispazji vojta) tal-qlib u tal-qsim tal-binarji jridu jkunu jaqblu mal-profili tar-roti u t-tolerazzjoniiet dimensjonali tal-mod kif ikunu mqiegħda r-roti.

L-elementi li ġejjin tas-subsistema jikkontrollaw il-passaġġ tal-vetturi fuq il-bdil u l-qsim tal-binarji:

- id-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa fil-bdil u l-qsim tal-binarji (4.3.3.8b),

- il-bdil u l-qsim tal-binarji (4.3.3.19 u 4.3.3.20).

L-istrutturi għandhom ikunu ddisinjati kontra l-effetti ta' kif jitgħabbew il-ferroviji hekk li:

- iwettqu l-kriterji tas-saħħa u tat-tagħwiġ meħtieġa bi tweġiba għall-azzjonijiet kemm tat-treni ta' veloċità qawwija u kemm tal-vetturi tal-manutenzjoni. Il-mudelli tad-disinn tat-tagħbija għal dawn l-istrutturi għandhom iqisu dawn il-kondizzjonjiet,

- iwettqu bmod kontinwu l-ħtiġiet tas-sigurtà tal-binarji u tal-kuntatt tar-roti mal-binarju, b'mod partikolari taħt l-effetti dinamiċi tat-treni ta' veloċità qawwija. Kriterju tal-limitazzjoni għalbiex jikkaratterizza l-vetturi inter-operabbli rigward dawn l-azzjonijiet jiġi għalhekk iddefinit, li jiżgura illi l-istrutturi ddisinjati skond l-istandards ta' l-EVN jaċċettaw dawn il-vetturi.

L-elementi tas-subsistema rilevanti għall-istrutturi huma:

- it-tagħbijiet vertikali fuq l-istrutturi (4.3.3.13),

- it-tagbijiet orizzontali transversi fuq l-istrutturi (4.3.3.14),

- it-tagħijiet lonġtudnali fuq l-istrutturi (4.3.3.15).

L-aċċess għall-vetturi fil-fondi tal-ferroviji, jew l-intrużjoni fihom, jistgħu jippreżentaw riskju għat-taffiku, li n-natura u l-kritikalità tagħhom hija komuni għat-tipi kollha ta' treni, sewwa jekk ikunu interoperabbli u sewwa jekk le. Meta dan ir-riskju jitqies li jkun sostanzjali, għandha tiġi stallata protezzjoni xierqa, bħall-istekkar madwar l-artijiet tal-ferrrovija, balavostri protettivi fuq il-pontijiet tat-toroq u/jew l-apparat li jikxef l-intrużjoni tal-vetturi tat-triq.

Il-kontroll tar-riskji ta' l-aċċess jew ta' l-intrużjoni mhux mixtieqa tal-persuni jew tal-vetturi huwa s-suġġett tar-regolamenti nazzjonali ta' kull wieħed mill-Istati Membri interessati, li jinfurzahom skond ir-riskju speċifiku tas-sit ikkunsidrat. L-element rilevanti għal dan ir-riskju huwa:

- l-aċċess u l-intrużjonijiet fl-istallazzjonijiet tal-linji (4.3.3.25)

Il-konstitwenti rilevanti għall-ħtieġa tas-sigurtà

Il-komponenti elenkati hawn taħt huwa kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà ttrattati fil-Kapitolu 5 ta' dan it-TSI li jidħlu fl-intestatura ta' l-interfaces li għandhom x'jaqsmu mal-ħtiġiet tas-sigurtà:

- il-binarju (il-kostitwent 5.2.1),

- is-sistemi tar-rbit tal-binarji (il-kostitwent 5.2.2) u l-fallakki li jrifdu l-binarji u dawk li jżommuhom (il-kostitwent 5.2.3),

- il-qlib u l-qsim tal-binarji (il-kostitwent 5.2.4).

IL-FIDUĊJA U D-DISPONIBBILTÀ

Skond l-Anness III mad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet ġenerali li jirrigwardaw il-fiduċja u d-disponibbiltà li huma rilevanti għas-sistema ta' l-infrastruttura huma dawn li ġejjin:

"1.2. Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li huma involuti fil-movimenti tat-treni iridu jiġu organizzati, imwettqa u kkwantifikati f'manjiera hekk li żżomm l-operat tagħhom skond il-kndizzjonijiet maħsuba galihom."

Għalbiex tintlaħaq din il-ħtieġa, iridu jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-interfaces kritiċi għas-sigurtà li l-karatteristiċi tagħhom hija probabbli li tinbidel fil-kors ta' l-operat tas-sistema iridu jkunu l-punt fokali tal-pjani tal-monitoraġġ u tal-manutenzjoni li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet tal-monitoraġġ u li jikkorreġu dawn l-elementi.

Din il-ħtieġa tirrigwarda b'mod partikolari l-elementi li ġejjin tas-subsistema, diġà indirizzata mill-ħtieġa tas-sigurtà:

- il-qies ta' bejn il-binarju (4.3.3.10),

- il-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.7),

- il-kwalità ġeometrika tal-binarju (4.3.3.18),

- il-qlib u l-qsim tal-binarji (4.3.3.19 u 4.3.3.20).

- l-infrastruttura trid tkun iddisinjata f'manjiera hekk li tippermetti l-manutenzjoni ħafifa mar-riżorsi li jixirqu t-twettiq tal-pjan tal-manutenzjoni. Il-prodotti wżati għalbiex jagħmlu l-interfaces kritiċi tas-sigurtà jrid ikollhom il-karatteristiċi adegwati rigward l-użu, u l-vetturi tas-servizz, il-vetturi ta' l-ispezzjoniii u tal-manutenzjoni meħtieġa għalbiex iwettqu l-pjan tal-manutenzjoni jridu jkunu kapaċi li jimxu u jaħdmu fuq il-linji. Din il-ħtieġa tirrigwarda l-elementi li ġejjin:

- il-grad ta' l-azzar tal-binarju (il-kostitwent 5.2.1),

- l-istrutturi, it-tagħbijiet statiċi vertikali (4.3.3.13).

IS-SAĦĦA

Skond l-Anness III mad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet ġenerali li jappartjienu għas-saħħa tal-bniedem li huma rilevanti għas-subsistema ta' l-infrastruttura huma dawn li ġejjin:

"1.3.1. Il-materjali li jikkostitwixxu, fil-mod tagħhom ta' l-użu, riskju għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom, ma jridux jintużaw fl-infrastrutturi tat-treni u tal-ferroviji.

1.3.2. Il-għażla, it-tqegħid fil-post u l-użu ta' dawn il-materjali jridu jsiru għalbiex jirrestrinġu l-emissjoni tad-dħaħen jew il-gassijiet ta' ħsara u perikolużi, b'mod partikolari fl-eventwalità ta' nar."

Dawn il-ħtiġiet ġenerali għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tan-nar ta' l-elementi varji tas-subsistema ta' l-infrastruttura. Mogħtija d-densità baxxa tat-tagħbija tan-nar tal-prodotti li jiffurmaw l-infrastruttura (ix-xogħol ta' l-inġinerija tal-binarji u dik ċivili), din il-ħtieġa tirrigwarda biss il-każ tal-faċilitajiet ta' taħt l-art li jirċievu l-passiġġieri fis-servizz normali. Għalhekk ma ssir l-ebda ħteġa fejn jirrigwarda l-prodotti li jiffurnamw l-interfaces tal-binarji u tax-xogħlijiet ta' l-inġinerija ċivili għajr dawn il-faċilititajiet speċifiċi.

Rigward dan ta' l-aħħar, id-direttivi komunitarji dwar is-saħħa, li japplikaw b'mod ġenerali għall-istrutturi li jridu jiġu applikati, irrispetivament minn jekk dawn l-istrutturi jidħlux jew le fl-inter-operabbiltà tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija.

Minbarra l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet ġenerali, għandhom ikunu limitati l-varjazzjonijiet tal-pressjoni li għalihom il-passiġġieri u l-personal tal-ferroviji x'aktarx li jkunu ssoġġettati meta jimxu fil-mini, il-qatgħat imgħottija u l-istazzjonjiet ta' taħt l-art, u l-veloċitajiet ta' l-arja li għalihom jistgħu jiġu esposti l-passiġġieri; iridu jiġu pprevenuti r-riskji ta' xokkijiet elettriċi fiż-żoni tal-pjattaformi u ta' l-istazzjonijiet aċċessibbli għall-passiġġieri.

- Għalhekk, iridu jittieħdu miżuri, jew permezz ta' għażla soda ta' sezzjoni transversali ta' l-arja ta' l-istrutturi interessati, jew permezz ta' mezzi awżiljarji, għalbiex jintlaħaq kriterju tas-saħħa, imsejjes fuq il-varjazzjoni massima tal-pressa esperjenzata fil-mina meta jgħaddi t-tren,

- Iridu jittieħdu miżuri, fl-istazzjonijiet ta' taħt l-art, jew permezz tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li jnaqqsu l-varjazzjonijiet tal-pressa li tkun ġejja minn minn mini li jkunu jmissu magħhom jew permezz ta' mezzi awżiljarji, għalbiex jillimitaw il-veloċitajiet ta' l-arja għal valur aċċettabbli għall-bniedem,

- Iridu jittieħdu miżuri fl-ispazji aċċessibbli għall-passiġġieri sabiex jipprevjienu r-riskji mhux aċċettabbli tax-xokkijiet elettriċi.

L-elementi tas-subsistema rilevanti għall-ħtieġa tas-saħħa

- ix-xogħlijiet taħt il-livell ta' l-art bħall-mini u l-qtugh imgħottija (4.3.3.6),

- il-pjattaformi tal-passiġġieri (4.3.3.26),

- l-istazzjonijiet ta' taħt l-art (4.3.3.27)

IL-PROTEZZJONI TA' L-AMBJENT

Skond l-Anness III tad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet ġenerali li jappartjienu għall-protezzjoni ta' l-ambjent li huma rilevanti għas-subsistema ta' l-infrastruttura huma dawn li ġejjin:

"1.4.1. Ir-riperkussjonijiet fuq l-ambjent dwar kif tiġi stabbilita u titħaddem is-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija jridu jiġu stmati u meqjusa fl-istadju tad-disinn tas-sistema skond id-disposizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ,

1.4.2. Il-materjali wżati fit-treni u l-infrastruttura jridu jipprevjienu l-emissjoni ta' dħaħen u gassjiet li huma ta' ħsara u perikolużi għall-ambjent, b'mod partikolari fil-każ ta' nar."

Minbarra l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet ġenerali, il-ħoss fuq barra u l-vibrazzjonijiet ittrasamessi lil siti qrib l-infrastruttura ta' ferrovija ta' veloċità qawwija jridu jinżammu ġewwa l-limiti xierqa għalbiex jipproteġu l-popolazzjonijiet ta' mad-dwar.

Il-parametri rilevanti għall-ħtieġa ambjentali

- Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-ħoss ta' barra (il-Parametru 17, 4.1,7 u 4.2.3.1.2).

- Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-vibrazzjonijiet ta' barra (il-Parametru 18, 4.1.8 u 4.2.3.1.2).

IL-KOMPATIBBILTÀ TEKNIKA

Skond l-Anness III mad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġiet ġenerali li jappartjienu għall-kompatibbiltà teknika li għandhom x'jaqsmu mas-subsistema ta' l-infrastruttura huma dawn li ġejjin:

"1.5. Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-infrastruttura u ta' l-istallazzjonijiet fissi jridu jkunu kompatibbli ma' xulxin u ma' dawk tat-treni li jridu jintużaw fuq is-sistema trans-Ewqropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija.

Jekk iż-żamma ma' dawn il-karatteristiċi tiġi ppruvata diffiċli fuq ċerti sezzjonijiet tan-network, jistgħu jiġu implimentati soluzzjonijiet temporanji li jiżguraw il-kompatibbiltà fil-futur."

Għalbiex tintlaħaq din il-ħtieġa, iridu jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-qisien standard ta' l-istrutturi, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji, l-allineament tal-binarju, il-qies standard tal-binarju u l-pendil massimu tat-tlugħ u l-inżul kif ukoll it-tul u l-għoli tal-pjattaformi tal-linji tan-network Ewropea inter-operabbli tal-ferroviji għandhom ikunu hekk illi jiżguraw il-kompatibbiltà reċiproka tal-linji u l-kompatibbiltà mal-vetturi inter-operabbli,

- it-tagħmir li jista' jinħtieġ fil-futur għalbiex jippermetti treni oħra għajr it-treni ta' veloċità qawwija li jgħaddu fuq il-linji tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, ma jridx jimpedixxi l-mixi tas-settijiet tat-treni inter-operabbli,

- il-karatteristiċi tat-trasmissjoni ta' l-elettriku tas-superstruttura tal-binarju jridu jkunu kompatibbli ma' l-elettrifikazzjoni u mas-sistemi tal-kontroll tal-kmand u s-sistemi tas-sinjalazzjoni wżati.

Il-parametri rilevanti għall-ħtieġa tal-kompatibbiltà teknika

— Il-qies minimu ta' bejn l-istrutturi ta' l-infrastruttura (il-parametru 1 - 4.1.1 u 4.3.3.1):

minbarra l-ħtieġa tas-sigurtà diġa msemmija, il-qies ta' l-istruttura ta' l-infrastruttura għandu jippermetti l-operazzjoni korretta tal-pantografu f'kuntatt mat-tagħmir fil-għoli tal-linja,

— Ir-raġġ minimu tal-liwja (il-parametru 2 - 4.1.2 u 4.3.3.8):

minbarra l-ħtieġa tas-sigurta diġà msemmija, il-għażla tar-raġġi tal-liwjiet tal-linji, u għalhekk ir-raġġ minimu tal-liwjiet, tistabbilixxi l-kobor tal-movimeti laterali - kemm l-amplitudini massima u kemm l-amplitudini medja fil-ħidma - tas-sospensjonijiet tal-vettura. Li jiġi stabbilit dan il-parametru f'termini ta' valuri medji u massimi jippermetti l-ottimizzazzjoni tad-disinn tas-sospensjoni,

— Il-qies standard tal-binarji (il-parametru 3 - 4.1.3 u 4.3.3.10):

id-distanza bejn il-binarji (il-qies standard) għandu jiġi ffissat fil-valur standard tar-riferiment ta' 1435 mm, il-valur l-iktar misjub komuni fin-networks Ewropej,

— It-tul minimu tal-pjattaformi (il-parametru 5 - 4.1.5):

it-tul minimu tal-pjattaformi fl-istazzjonijiet tas-sistema trans-Ewropea tas-settijiet ta' treni ta' veloċità qawwija għandu jkun kompatibbli mat-tul tas-settijiet tat-treni li jieqfu fihom biex iservu lill-passiġġieri,

— Il-għoli tal-pjattaformi (il-parametru 6 – 4.1.6 u 4.3.3.6):

il-għoli minimu tal-pjattaformi fl-istazzjonijiet tas-sistema trans-Ewropea tas-settijiet ta' treni ta' veloċità qawwija għandu jkun kompatibbli mal-għoli tat-turġien tas-settijiet tat-treni li jieqfu fihom biex iservu lill-passiġġieri,

— Il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla (il-parametru 24 - 4.1.11 u 4.3.3.4):

il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla tal-linji tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija għandhom ikunu kompatibbli mal-karatteristiċi tal-qawwa u tal-brejkijiet speċifikati għas-settijiet tat-treni inter-operabbli, mingħajr ma jirriżultaw la fit-tnaqqis mhux aċċettabbli tal-veloċità fil-pendili għat-telgħa u lanqas fir-riskju li ma jikkonformawx mad distanzi tal-waqfien fil-pindili għan-niżla,

— Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji (il-parametru 25 - 4.1.12 u 4.3.3.2):

id-distanzi minimi taċ-ċentri tal-binarji għandhom jiġu ffissati għal valur kompatibbli mar-reżistenza tal-body tal-vetturi inter-operabbli għall-forzi ajrudinamiċi meta t-treni jinkroċjaw.

L-elementi rilevanti għall-ħtieġa tal-kompatibbiltà teknika

— Id-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.8):

id-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa - funzjoni tar-raġġ tal-liwja tal-binarju u l-posizzjoni mżerżqa - hija element ta' l-interface ta' l-allineament tal-binarju li jistabbilixxi l-livell ta' l-aċċelerazzjoni laterali mogħti lill-vettura,

— L-apparat tal-kxif tal-kaxxa taħraq (hotbox) (4.3.3.24):

meta l-apparat tal-kxif tal-hotbox ikun meħtieġ fuq l-linji inter-operabbli sabiex jimxu treni oħra (bl-apparat tal kxif tal-kaxxa tal-hot axlebox jiġi mibni ġol-vetturi tal-magni u l-vaguni inter-operabbli ta' veloċità qawwija), is-sistemi ta' l-apparat tal-kxif użati la jridu jintroduċu kostrizzjoni għall-ħidma ta' veloċità qawwija u lanqas ma jiġu ddistrubati bil-mixi tat-treni inter-operabbli,

— Il-karatteristiċi ta' l-elettriku tas-superstruttura (4.3.3.28):

il-karatteristiċi ta' l-elettriku tal-binarju għandhom ikunu hekk illi jgħaddi b'mod adegwat il-kurrent tar-ritorn tal-ġbid (is-subsistema ta' l-enerġija) u jamministraw kull funzjoni oħra assoċjata ma' ċerti tipi ta' sistemi tal-kontroll tat-treni (is-subsistema tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni). Il-proprjetajiet tas-sistema tat-twaħħil tat-treni trid ukoll tkun kompatibbli mal-ħtieġa ta' l-aħħar.

3.4 Il-konformità tas-subsistema ta' l-infrastruttura u l-kostitwenti tagħha mal-ħtiġiet essenzali tiġi vverifikata skond id-disposizzjonijiet iddikjarati fid-Direttiva 96/48/KE.

4. ID-DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

Is-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, li għaliha tapplika d-Direttiva 96,48/KE u li minnha tagħmel parti s-subsistema ta' l-infrastruttura, hija sistema integrata li teħtieġ li l-parametri, l-interfaces u t-twettiq tax-xogħol bażiċi jiġu vverifikati b'mod partikolari għalbiex jiżguraw illi s-sistema hija inter-operabbli rigward il-ħtiġiet essenzali.

Min-naħa ta' l-inter-operabbiltà, is-subsistema ta' l-infrastruttura hija kkaratterizzata mill-ħtiġiet tal-parametri, l-interfaces u t-twettiq tax-xogħol li ġejjin:

4.1. IL-PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

Il-parametri bażiċi tas-subsistema ta' l-infrastruttura kif tirrigwarda l-linji ta' veloċità qawwija hija deskritta u ddikjarata f'dan il-kapitolu. Il-ħtiġiet partikolari għalbiex jiżguraw il-kompatibbiltà tal-linji miżjuda fil-grad u li jikkonnettjaw huma ddettaljati fil-Punt 4.3.

Il-parametri bażiċi għalbiex tinkiseb l-inter-operabbiltà huma dawk elenkati fl-Annes II mad-Direttiva 96/48/KE. Disgħa minnhom għandhom x'jaqsmu ma' l-infrastruttura:

- il-qies standard minimu ta' l-infrastruttura (1),

- ir-raġġ minimu tal-liwja (2),

- il-qies standard tal-binarju (3),

- it-tagħbija massima tal-binarju (4)

- it-tul minimu tal-pjattaforma (5),

- il-għoli tal-pjattaforma (6),

- il-karatteristiċi tal-konfini fejn jidħol il-ħoss ta' barra (17),

- il-karatteristiċi tal-konfini fejn jidħlu l-vibrazzjonijiet ta' barra (18),

- il-karatteristiċi marbuta ma' l-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà (22).

B'żieda ma' dawn il-parametri bażiċi, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawn li ġejjin:

- il-varjazzjoni massima tal-pressa fil-mini (23),

- il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla (24),

- id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji (25).

Ċertu numru ta' interfaces huwa assoċjat mal-parametri bażiċi. Il-lista sħiħa ta' l-interfaces u ta' l-elementi li jikkarattwerizzawhom hija mogħtija fil-Punt 4.2.

4.1.1. Il-qies standard massimu ta' l-infrastruttura (il-Parametru 1)

Il-qies standard minimu ta' l-infrastruttura li jrid jintuża għal-linji ta' veloċità qawwija li trid tinbena għandu jikkonforma mal-profil kinematiku tar-riferiment tal-GC (irreferi għall-Anness G).

Il-qies standard mnimu ta' l-infrastruttura tal-linji eżistenti ta' veloċità qawwija, tal-linji miżjuda fil-grad u tal-linji tal-konnessjoni jeħtieġu biss li jinġiebu għall-GC fuq dawk il-linji li għalihom studju ekonmiku juri l-vantaġġi ta' dan l-investment.

Id-disposizzjonijiet li japplikaw għall-element tal-"qies standard minimu ta' l-ispazju vojt" (4.3.3.1) huma ddefiniti fil-Punt 4.3.3 għall-kategoriji tal-linji differenti interessati u fil-Punt 7.3 għal-linji b'karatteristiċi speċifiċi.

4.1.2. Ir-raġġ minimu tal-liwja (il-Parametru 2)

Meta jkun qegħdin jiġu ddisinjati l-linji għall-ħidma ta' veloċità qawwija, ir-raġġ minimu tal-liwja magħżula għandu jkun hekk illi, għall-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.7) iffissata għal-liwja taħt konsiderzzjoni id-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.8) ma taqbiżx, waqt il-ġiri bil-veloċità massima li għaliha l-linja tkun ippjanata, il-valuri indikati fil-Punt 4.3.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat".

Fuq il-binarji fejn isiru biss movimenti bil-mod tas-settijiet tat-treni inter-operabbli (il-binarji ta' l-istazzjonijiet u l-binarji tal-passaġġi, il-binarji ta' l-imħażen u tal-mistrieħ), ir-raġġ minimu oriżżontali tad-disinn għal kull liwja iżolata ma għandhiex tkun inqas minn 150 m. Fil-ħidma attwali, saħansitra meta jitħallew varjazzjonijiet għall-allineament, ir-raġġ minimu effettiv laterali ma għandux ikun inqas minn 125 m. Rigward il-profil ta' l-allineament vertikali, ir-raġġ tal-liwja ma għandux ikun inqas minn 600 m fuq quċċata u 900 m f'ħofra. Id-dettalji tal-ħtiġiet li jirrigwardaw dan l-parametru rigward il-linji vvjaġġati b'veloċità baxxa huma mogħtija fil-punt 4.3.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat" taħt l-element "Il-binarji tat-teħid tal-mistrieħ: ir-raġġ massimu oriżżontali u vertikali tal-liwja, il-pendili għat-telgħa u għan-niżla, id-distanza bejn il-binarji" (4.3.3.5).

4.1.3. Il-qies standard tal-binarji (il-Parametru 3)

Id-distanza nominali ta' bejn il-binarji (il-qies standard) fis-subsistema ta' l-infrastruttura għandha tkun ta' 1435 mm. Tikkorrispondi mad-distanza ta' bejn in-naħat attivi tar-ras tal-ferrovija, imkejla f'għoli ta' 14.5 mm (± 0,5 mm) taħt il-wiċċ tal-mixi.

Fl-istadju tad-dissin u, iktar tard, tal-kostruzzjoni u tal-ħidma, il-qies standard tal-binarji għandu jinżamm fil-limiti speċifikati fil-Punt 4.3.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat" fejn jirrigwarda l-element tal-"qies standard u t-tolleranzi ta' bejn il-binarji" (4.3.3.10).

4.1.4. Il-qawwa massima li taġixxi fuq il-binarju (il-Parametru 4)

Il-forzi vertikali

Il-binarji, il-bidliet u l-qsim tal-binarji għandhom ikunu ddisinjati galbiex mil-inqas jifilħu l-forzi li ġejjin:

- it-tagħbija massima statika fuq il-fus permissibbli għat-treni inter-operabbli, kif iddefinita bit-tolleranzi aċċettabbli tagħha fil-Punt 4.1.2 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

It-tagħbija massima statika tal-P0 għal fus immotorizzat ma għandhiex taqbeż:

- Fil-każ tal-magni u l-vaguni tat-treni iddisinjati għalbiex joperaw fuq linji mibnija apposta għal veloċità qawwija b'veloċitàjiwet egwali jew ikbar minn 250 km fis-siegħa:

il-PO < jew ≤ 17 t/il-fus meta l-V > 150 km fis-siegħa;

il-PO < jew ≤ 18 t/il-fus meta l-V > 250 km fis-siegħa;

fejn il-V ≤ l-veloċità massima tas-servizz.

It-tagħbija statika tal-P0 għal fus mhux immotorizzat ma għandħiex taqbeż is-17 t,

- Fil-każ tal-magni u l-vaguni tat-treni iddisinjati għalbiex joperaw fuq linji mibnija miżjuda fil-grad apposta għal veloċità qawwija b'veloċitajiet egwali għal jew ikbar minn 250 km fis-siegħa:

ir-regoli tekniċi fl-użu fuq dawn il-linji huma applikabbli u jridu jiġu stabbliti fir-Registru ta' l-Infrastruttura.

Dawn il-valuri massimi jridu jiġu kkunsidrati b'tolleranza ta' 2 % għal tagħbija medja fuq il-fus tas-sett intier tat-tren. Barra minn hekk, għal kull tagħbija individwali fuq il-fus hija aċċettabbli tolleranza ta' 4 %.

B'żieda ma' dan, id-differenza fit-tagħbija statika bejn kull naħa ta' l-istess vettura ma' għandiex taqbeż is-6 %.

- it-tagħbija dinamika massima ta' fuq ir-rota, kif iddefiniti fil-Punt 4.1.1 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni, li tista' tiġi eżerċitata mis-settijiet tat-treni inter-operabbli, ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:

- il-180 kN għall-vetturi meta l-veloċità massima tkun ikbar minn 200 km fis-siegħa imma inqas minn 250 km fis-siegħa jew egwali għaliha,

- il-170 kN għall-vetturi meta l-veloċità massima tkun ikbar minn 250 km fis-siegħa imma inqas minn 300 km fis-siegħa jew egwali għaliha,

- il-160 kN għall-vetturi meta l-veloċità massima tkun ikbar minn 300 km fis-siegħa.

Is-superstruttura tal-binarji għandha tqis ukoll il-karatteristiċi tekniċi (it-tagħbija ta' fuq il-fus, il-veloċità) tat-treni inter-operabbli li jistgħu jiġu awtorizzati fuq il-linja.

L-ispeċifikazzjonijiet tar-reżistenza tal-binarji għat-tagbijiet vertikali huma mogħtija fil-Punt 4.3.3 taħt l-elementi "Ir-reżistenza tal-binarji u tal-l-bdil u tal-qsim tal-binarji għall-forzi vertikali" (4.3.3.16) u "l-ebusija tal-binarji": (4.3.3.22).

Il-forzi laterali

Il-binarji, il-bdil u l-qsim tal-binarji għandhom ikunu kapaċi jifilhu mill-inqas il-forzi laterali li ġejjin, li huma ddefiniti fil-Punt 4.1.1 tat-TSI tal-magni u l-vaguni:

- il-forza massima laterali totali dinamika eżerċitata minn sett ta' roti fuq il-binarju:

P

3

li hija t-tagħbija statika massima fuq kull fus, f'kN ijiet, tal-vetturi ammessi għal fuq il-linja (il-vetturi tas-servizz, it-treni ta' veloċità qawwija u treni oħra). Dan il-limitu huwa speċifiku għar-riskju tal-qalba laterali tal-binarji mogħtija s-saborra taħt forzi dinamiċi laterali,

- il-proporzjon tal-forzi laterali ta' rota għal dawk vertikali:

≤ 0,8

, bil-Y u l-Q jkunu rispettivament il-forza dinamika laterali u vertikali tar-rota fuq il-binarju. Dan il-limitu jikkaratterizza r-riskju li r-rota tirkeb il-binarju.

Is-superstruttura tal-binarji għandha tqis ukoll il-karatteristiċi tekniċi (it-tagħbija ta' fuq il-fus, il-veloċità) tat-treni inter-operabbli li jistgħu jiġu awtorizzati li jgħaddu fuq il-linja.

L-ispeċifikazzjonijiet tar-reżistenza tal-binarji għall-forzi laterali huma ddikjarati fil-Punt 4.3.3 għall-elementi ta' "Ir-reżistenza tal-binarju u tal-qlib u l-qsim tal-binarji għall-forzi laterali" (4.3.3.17)

Il-forzi lonġitudinali

Il-binarji, il-bdil u l-qsim tal-binarji għandhom jifilħu għall-forzi lonġitudinali ddefinti fil-Punt 4.1.1 tat-TSI tal-magni u l-vagunitat-treni, li jikkorrispondu għall-aċċelerazzjonijiet u d-deċelerazzjonijiet massimi ta 2,5 m/s2 eżerċitati mit-treni inter-operabbli ta' veloċità qawwija, kif ukoll mill-effetti taż-żieda fit-temperatura li tmur magħhom. Is-superstruttura tal-binarji għandha wkoll tiflaħ il-forzi lonġitudinali tat-treni mhux inter-operabbli maħsuba li jimxu fuq il-linja (il-vetturi tas-servizz u treni oħra) li jikkorrispondu ma' l-aċċelerazzjonijiet u d-deċelerazzjonijiet ta' hawn fuq.

L-ispeċifikazzjonijiet tar-reżistenza tal-binarji għall-forzi lonġitudinali huma mogħtija fil-Punt 4.3.3 għall-element ta'-"Ir-reżistenza tal-binarji u tal-bdil u l-qsim tal-binarji għall-forzi tal-brejkijiet u tal-bidu tal-mixi" (4.3.3.21).

4.1.5 It-tul minimu tal-pjattaforma (il-Parametru 5)

It-tul tal-pjattaformi għandu jħalli l-aċċess u l-egress tal-passiġġieri permezz tal-bibien tat-treni inter-operabbili li għalihom jista' jkollhom aċċess, fil-ħidma kummerċjali normali.

Sakemm jiġu osservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3 ta' dan it-TSI, it-tul utli tal-pjattaformi aċċessibbli għall-pubbliku għandhom ikunu mill-inqas 400 m fuq il-linji l-ġodda li jridu jinbnew u għall-linji miżjuda fil-grad tal-veloċità qawwija. Fuq l-linji eżisenti ta' veloċità qawwija u fuq il-linji miżjuda fil-grad tal-veloċità qawwija, jirrigwardaw biss dawk l-istazzjonijet fejn it-treni ta' veloċità qawwija jieqfu skond il-kondizzjonjiet normali tas-servizz. Meta, fuq dawn il-linji, tkun diffiċli l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 7 "L-Implimentazzjoni" għalbiex jiżdied it-tul tal-pjattaformi eżistenti, il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jagħmel uħud mill-pjattaformi fl-istazzjonijiet disponibbli għas-sewrvizz kummerċjali lill-operaturi li għandhom imbagħad jorganizzaw is-servizz tagħhom kif approprjat.

4.1.6 Il-għoli tal-pjattaformi (il-Parametru 6)

Il-karatteristiċ tal-pjattaformi għandhom ikunu kompatibbi ma' l-arranġamenti tat-tlugħ abbord il-magni u l-vaguni tar-treni inter-operabbli.

Sakemm ikunu osservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3, huma permessi żewġ valuri għall-għoli tal-pjattaforma: 550 u 760 mm.

Dawn il-valuri jistgħu jinbidlu skond it-twettiq tax-xogħol mistenni mil-linji, skond id-disposizzjonijiet tal-Punt 4.3.3 "It-twettiq tax-xogħol speċifikat" (4.3.326: - il-pjattaformi tal-passiġġieri).

4.1.7 Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-ħoss minn barra (il-Parametru 17)

Il-livell tal-ħoss iġġenerat mis-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija għandha tibqa' aċċettabbli għall-mad-dwar tagħha u miżmuma fil-limiti xierqa għalbiex jiġu pproteġuti l-popolazzjonijiet tal-mad-dwar u l-attivitajiet tagħhom.

L-istudju ta' l-impatt ambjentali meħtieġ li jitwettaq minn qabel skond id-Direttva tal-Kunsill 85/337/KEE u ddikjarata fil-4.3.3.1.1 hawn taħt, irid juri li l-livelli tal-ħoss ipperċepiti minn ta' mad-dwar matul l-infrastruttura l-ġdida jew miżjuda fil-grad (jew il-livelli tal-ħoss iġġenerati mit-treni inter-operabbli jew il-livelli globali ekwivalenti għall-ħsejjes kollha tat-traffiku, jiddependu fuq il-kriterji applikati) ma jridux jaqbżu l-livelli ddefiniti bir-regoli nazzjoniali li jkunu qegħdin jiġu applikati, wara li jitqiesu l-karatteristiċi ta' l-emissjonijiet tal-ħsejjes tat-treni inter-operabbli kif iddefinit fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

4.1.8. Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-vibrazzjonijiet ta' barra (il-Parametru 18)

It-tħaddim tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija fi stat normali tal-manutenzjoni ma għandux jirriżulta f'livell ta' vibrazzjonijiet miġrura bl-art li ma jkunux aċċettabbli għall-mad-dwar tagħha u l-attivitajiet lokali.

L-istudju ta' l-impatt ambjentali meħtieġ li jitwettaq minn qabel skond id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE u ddikjarat fil-4.2.3.1.1 hawn taħt, irid juri li l-livelli tal-vibrazzjonijiet mistennija matul l-infrastruttura l-ġdida jew miżjuda fil-grad matul il-pasaġġ tat-treni inter-operabbli ma jaqbżux il-livelli ddefiniti bir-regoli nazzjoniali li jkunu qegħdin jiġu applikati, wara li jitqiesu l-karatteristiċi tat-treni inter-operabbli kif iddefiniti fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

4.1.9 Il-karatteristiċi marbuta ma' l-aċċess għall-persuni b' diżabbiltà (il-Parametru 22)

Bil-għoli possibbli taż-żewġ pjattaformi (550 mm u 760 mm) speċifikat fit-TSI ta' l-infrastruttura, mhux probabbli li l-aċċess tal-livell mill-pjattaforma għal fuq it-tren irid jinkiseb kullimkien fuq in-network. Irid ikun għalhekk meħtieġ li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi u mekkaniċi għalbiex din il-probema tingħeleb rigward il-persuni b' diżabbiltà. Jista' jiġi adottat numru ta' soluzzjonijiet disponibbli fuq in-network trans-Ewropea ta' veloċità qawwija li jinkludu:

- soluzzjonijiet tal-magni u l-vaguni tat-treni:

- rampa integrata għabiex isservi ta' pont għal-fuq il-magna u l-vaguni tat-treni,

- lift integrat għal-fuq il-magni u l-vaguni tat-treni.

- soluzzjonijiet ta' l-infrastruttura:

- pjattaforma li togħla,

- pjattaforma mgħollija b'mod parzjali.

- soluzzjonijiet operattivi:

- rampa li tinġarr imqiegħda mill-personal operattiv,

- lift mobbli imqiegħed mill-personal operattiv.

Fuq il-linji ta' veloċità qawwija li jridu jinbnew, għandhom isiru d-disposizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess ħafif għal fuq il-pjattaformi u t-treni mill-persuni b'diżabbiltà u, safejn u sakemm raġjonevolment applikabbli, mingħajr assistenza speċjali.

Fuq il-linji miżjuda fil-grad u tal-konnessjoni, meta l-istazzjonjiet eżistenti mhux dejjem jippermettu aċċess ħafif għal fuq il-pjattaformi, trid tkun meħtieġa l-assistenza tal-personal li jħaddem l-istazzjon.

(Ara wkoll l-4.3.3.26,il-pjattaformi tal-passiġġieri).

4.1.10. Il-varjazzjonijiet massimi tal-pressa fil-mini (il-Parametru 23)

Il-mini għandhom ikunu ddisinjati hekk illi l-varjazzjoni massima tal-pressa (iddefinita bħala d-differenza bejn il-valuri qċaċet estremi tal-pressa pożittiva u negattiva) matul tren inter-operabbli ma għandhiex tkun iktar minn 10000Pascal matul il-passaġġ ta' tren minn ġo mina bil-veloċità massima permessa għall-istruttura. Din il-kondizzjoni għandha tapplika b'mod egwali meta treni ta' kull tip awtorizzati għall-użu tal-mina (it-treni ta' veloċità qawwija, it-treni tas-servizz u treni oħra) jgħaddu mill-mina.

L-ispeċifikazzjonjiet li jirrigwardaw il-firxa ħielsa tas-sezzjoni transversali tal-mina huma mogħtija fil-Punt 4.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat" rigward l-element il-"mini u l-qtugħ imgħotti" (4.3.3.6).

4.1.1. Il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla (il-Parametru 24)

Sakemm ikunu osservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3 ta' dan it-TSI, il-pendili għat-telgħa u għan-niżla tal-linji l-ġodda ta' veloċità qawwija għandhom jiġu limitati għal 35 mm/m.

Il-kondizzonijiet li japplikaw għal dan il-parametru fuq il-linji ta' veloċità qawwija li jridu jinbnew, il-linji miżjuda fil-grad u tal-konnessjoni huma speċifikari fil-Punt 4.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat" (4.3.3.4).

4.1.12. Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji (Il-Parametru 25)

Il-għoti ta' l-ispazju bejn iċ-ċentri tal-binarji fuq il-linji l-ġodda ta' veloċità qawwija għandu jkun mill-inqas 4,5 m.

Jistgħu jiġu adottati valuri differenti għal din id-dimensjoni fuq il-linji l-ġodda li għad iridu jinbnew u l-linji tagħhom tal-konnessjoni kif ukoll fuq il-linji eżistenti miżjuda l-grad skond it-twettiq tax-xogħol mistenni ta' dawn il-linji. Dawn il-varjazzjonijiet huma speċifikati fil-Punt 4.3.3 "It-twettiq tax-xogħol speċifikat" (4.3.3.2).

4.2. L-INTERFACES TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

4.2.1. Min-naħa tal-kompatibbiltà teknika, l-interfaces tas-subsistema ta' l-infrastruttura ma' subsistemi oħra, li wħud minnhom huma speċifikati mill-parametri bażiċi ddefiniti fit-taqsima ta' qabel, huma dawn li ġejjin:

L-interfaces mas-subsistema tal-magni u l-vaguni tat-treni:

- il-qisien u l-ispazji vojta: dan l-interface jikkonsisti mill-qisien u l-ispazji vojta kollha meħtieġa sabiex it-treni ikunu jistgħu jimxu: il-qisien standard ta' l-istrutturi u tal-pajjatformi, il-qies standard tat-tagħbija tal-magni u l-vaguni tat-treni, l-ispazju vojt tal-pantografu u d-distanza ta' bejn iċ-ċentri tal-binarji,

- it-trasferiment tat-tagħbijiet fiżiċi bejn il-vettura u l-infrastruttura, fi tliet direzzjonijiet - laterali, verikali u lonġitudnali - sewwa jekk permezz tal-kuntatt tar-rota mal-binarju jew permezz tas-sistemi tal-brejkijiet abbord il-vetturi, li ma jużawx l-adeżjoni tar-roti,

- l-allineament tal-binarju, li l-karatteristiċi tiegħu jiddefdinixxi l-kondizzjonijiet ta' l-operat tas-sospensjonijiet tal-vettura,

- l-effetti ajrudinamiċi reċiproċi bejn l-ostakoli fissi u l-vetturi, u bejn il-vetturi nfushom meta jinkroċjaw,

- l-effetti tal-pressa meta jgħaddu minn ġol-mini u l-istazzjonijiet ta' taħt l-art, u l-effetti tal-veloċità ta' l-arja fl-istazzjonijiet ta' taħt l-art,

- l-aċċessibbilità tat-treni, fl-istazzjonijiet u fuq il-binarji miftuħa għall-arja fl-eventwalità li l-passiġġieri jkunu jridu jiġu evakwati,

- kull sistema ta' monitoraġġ stallata fuq l-art.

L-interfaces mas-subsistema ta' l-enerġija:

- il-qies ta' bejn l-istrutturi ffissati għall-arbli tal-linja ta' 'l fuq mill-art,

- l-ispazju vojt ta' l-elettriku għal-linji 'l fuq mill-art u l-pantografu u l-inċidenza tiegħu fuq l-istrutturi,

- it-trasmissjoni tal-kurrenti tal-ġbid mill-binarju.

L-interfaces mas-"subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni":

- il-qies standard ta' l-istrutturi rigward l-elementi ta' din is-subsistema stallata matul il-binarji jew fissi ma' l-istrutturi,

- it-trasmissjoni tal-kurrenti tas-sinjalazzjoni minn ġol-binarju.

L-interfaces mas-subsistema ta' l-operat:

- l-aċċessibbiltà tat-treni fl-istazzjonijiet fl-eventwalità ta' evakwazzjoni fuq linja miftuħa għall-arja,

- it-tiskir tal-bdil tal-binarji għalbiex iqiegħed fiż-żgur it-treni fuq il-mogħdijiet tagħhom iddisinjati,

- il-provvediment tat-tiswija f'każ ta' ħsara u tal-mezzi għalbiex it-treni/magni/vaguni jerġgħu jitqiegħdu fuq il-binarji.

L-interfaces mas-"subsistema tal-manutenzjoni":

- l-arranġament tal-linji żgħar tal-ġnub tas-servizz għall-mistrieħ tat-treni.

L-interfaces mas-"subsistema ta' l-ambjent":

- il-vibrazzjonijiet iġġenerati fl-ambjent ta' fuq in-naħa tal-linja,

- il-ħsejjes iġġenerati fl-ambjent ta' fuq in-naħa tal-linja.

4.2.2. L-interfaces ta' hawn fuq huma kkaratterizzati bl-elementi li ġejjin, li jirrigwardaw il-ħtiġiet applikabbli għall-kisba tal-livelli tat-twettiq tx-xogħol speċifikati għal kull kategorija ta' linja tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija huma ddikjarati fil-Punt 4.3.3 "It-Twettiq tax-xogħol speċifikat":

- il-qies minimu ta' bejn l-istrutturi (4.3.3.1)

- id-distanza bejn il-linji taċ-ċentru bejn il-binarji (4.3.3.2),

- l-effetti ajrudinamiċi dwar l-infrastruttura (4.3.3.3),

- il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla (4.3.3.4),

- ir-raġġ minimu orizzontali u vertikali tal-liwjiet fil-binarji tal-mistrieħ tat-treni (4.3.3.5),

- ix-xogħlijiet taħt il-livell ta' l-art bħall-mini u l-qtugh imgħottija (4.3.3.6),

- il-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.7),

- id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa (4.3.3.8),

- il-koniċità ekwivalenti (4.3.3.9),

- il-qies standard tal-binarju u t-tolleranzi (4.3.3.10),

- l-inklinazzjoni tal-binarju (4.3.3.11),

- il-profil tar-ras tal-binarju (4.3.3.12),

- it-tagħbijiet vertikali fuq l-istrutturi (4.3.3.13).

- it-tagħbijiet orizzontali transveri fuq l-istrutturi (4.3.3.14),

- it-tagħbijiet lonġitudinali fuq l-istrutturi (4.3.3.15),

- ir-reżistenza tal-binarji, il-bdil u l-qsim tal-binarji għat-tagħbijiet vertikali (4.3.3.16),

- ir-reżistenza tal-binarji, tal-bdil u ta' l-qsim tal-binarji għat-tagħbijiet laterali (4.3.3.17),

- il-kwalità ġeometrika tal-binarju (4.3.3.18),

- is-sockets u l-qsim tal-binarji: għamliet ta' nofs settijiet talqlib u l-qsim tal-binarji (4.3.3.19),

- is-sockets u l-qsim tal-binarji: il-kondizzjonijiet funzjonali (4.3.3.20).

- ir-reżistenza tal-binarju u tal-bdil tal-binarji għall-forzi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet u tal-bidu tal-mixi (4.3.3.21),

- l-ebusija tal-binarju (4.3.3.22),

- l-efetti ta' l-irjieħ laterali (4.3.3.23)

- l-apparat li jikxef il-hotboxes (4.3.3.24),

- l-aċċess għall-istallazzjonijiet tal-linji jew l-intrużjoni fihom (4.3.3.25),

- il-pjattaformi tal-passiġġieri (4.3.3.26),

- l-istazzjonijiet ta' taħt l-art b'veloċità qawwija (4.3.3.27),(4.3.3.27)

- il-karatteristiċi tat-trasmissjoni ta' l-elettriku tas-soprastruttura (4.3.3.28).

4.2.3. Il-kondizzjonijiet regolatorji u opeattivi

Sabiex jiggarantixxu l-koerenza tas-sistema tans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwja, dawn l-interfaces huma bla ħsara għad-disposizzjonijiet regolatorji u operattivi li ġejjin:

4.2.3.1. Il-kondizzjonijiet regolatorji

4.2.3.1.1. Il-protezzjoni ta' l-ambjent

Il-ħtiġiet Komunitarji bħall-protezzjoni ta' l-ambjent huma ddikjarati fit-testi leġislattivi u regolatorji mgħoddija b'liġi mill-Istati Membri għalbiex jinfurzawhom; it-testi li jridu jiġu kkonformati magħhom fid-disinn tal-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja fit-territorju ta' kull Stat interessat.

L-istudji dwar l-impatt fuq l-ambjent:

Bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE li tirrigwarda l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent, matul id-disinn ta' linja mibnija apposta għall-veloċità qawwija, l-impatti ambjentali tal-proġetti jridu jiġu indirizzati fi studju preliminari skond il-ħtiġiet tal-leġislazzjoni nazzjonli ta' l-Istat interessat magħmula liġijiet għalbiex japplikaw id-disposizzjonijiet Komuntarji.

L-istudju ta l-impatt irid jiddikjara:

- il-miżuri meħuda għalbiex jiżguraw illi l-ispeċifikazzjonijiet ta' dan it-TSI li għandhom x'jaqsmu mal-parametru "Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-ħoss ta' barra" ddikjarat fil-Punt 4.1.7 jiġu kkonformati miegħu. Il-livelli tal-ħoss ipperċepiti mill-ġirien matul infrastrutturi ġodda jew miżjuda fil-grad (jew il-livelli tal-ħoss iġġenerati mit-treni inter-operabbli jew il-livelli globali tal-ħoss ekwivalenti tat-traffiku kollu li jiddependu fuq il-kriterji applikabbli) għandhom ikunu kkalkolati wara li jitqies il-livell massimu ta' l-emissjoni tat-treni interoperabbli kif iddefinit fil-4.1.8 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tal-treni, u jekk għandu ikun il-każ, tat-traffiku mistenni mit-tipi kollha tat-treni għaddejja fuq il-linja.

- il-miżuri meħuda għalbiex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet ta' dan it-TSI li għandhom x'jaqsmu mal-parametru "Il-karatteristiċi tal-konfini marbuta mal-vibrazzjonijiet ta' barra" ddikjarat fil-Punt 4.1.8 jiġu kkonformati miegħu.

4.2.3.1.2. Il-protezzjoni min-nar

Il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni ta' l-istazzjonijiet ta' taħt l-art tal-linji ta' veloċità qawwja għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet iddikjarati fid-Direttiva 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 u d-dokument interpretattiv tagħha li jirrigwarda il-Ħtieġa Essenzali Nru 2 għas-Sigurtà "Is-Sigurtà min-Nar". Din il-ħtieġa tindirizza l-arranġamenti li japplikaw għall-bini u l-pjattaformi ta' l-istazzjon aċċessibbli għall-passiġġieri u b'mod partikolari l-oġġetti li għandhom x'jaqsmu mad-dwal u t-tagħmir li jissinjala l-ħruġ ta' emerġenza. L-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri għandha tqis it-tagħbija tan-nar irrappreżentata minn kull tren ta' veloċità qawwija mwaqqaf fl-istazzjon.

Il-prodotti wżati fil-kostruzzjoni ta' l-istazzjonjiet ta' taħt l-art fuq il-linji ta' veloċità qawwija għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards Ewropej imfassla għalbiex jipproteġu l-faċilitajiet ta' kontra n-nar, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/106/KEE jew, jekk ta' l-ewwel ikun nieqes, skond ir-regolamenti li jikkorrispondi ma' dawn il-ħtiġiet f'dan it-TSI.

4.2.3.1.3. Il-mini t-twal

Għandhom jittieħdu l-miżuri approprjati għalbiex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sigurtà fil-mini t-twal. Fl-assenza ta' disposizzjonijiet attivi Komunitarji, il-leġislazzjoni applikabbli għandha tkun dik iddefinita minn kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu jipproċedi l-proġett ta' infrastruttura, jew bi ftehim bejn l-Istati Membri interessati fil-każ ta' proġett internazzjonali. Fejn l-ebda regoli nazzjonali ma ġew introdotti, l-entità aġġudikanti jew il-Manager ta'l-Infrastruttura għandu jissottometti l-proposta tiegħu għad-disposizzjonijiet li jridu jiġu adottati, lill-Awtorità Nazzjonali ta'l-Istat Membru kkonċernat, biex il-miżuri mittieħda jkunu jistgħu jiġu vverifikati.

Id-disposizzjonijiet meħuda mill-entità aġġudikanti għandhom jippermettu l-moviment ħieles tas-settijiet tat-treni inter-operabbli bħal dawk deskritti fil-Punti 4.3.11, 4.3.13 u 4.3.14 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni. Il-karatteristiċi tal-magni u l-vaguni tat-treni hekk speċifikati huma msejsa fuq it-twettiq tax-xogħol li ġej:

- l-abbiltà ti tinżamm veloċità ta' mill-inqas 80 km fis-siegħa għal 15-il minuta b'nar abbord,

- il -preżenza ta' apparat li jikxef in-nar f'żoni speċifiċi tat-tren,

- il-preżenza ta' allarm, għad-disposizzjoni tal-passiġġieri, li ma jwaqqafx it-tren,

- ir-reżistenza għan-nar tal-materjali (is-sorsi possibbli tat-tqabbid tan-nar, it-tagħbija tan-nar u l-proprjetajiet tad-dħaħen/eżalazzjonijiet),

- l-adozzjoni ta' miżuri li jevitaw il-propagazzjoni tad-dħaħen u l-eżalazzjonijiet (il-waqfien tas-sistema tal-kondizzjonament ta' l-arja) u li jipproteġu lill-passiġġieri.

- is-sistema tal-komunikazzjoni abbord li tgħaqqad l-ekwipaġġ tat-tren u l-passiġġieri.

Dawn il-karatteristiċi huma l-bażi għalbiex jiġu ddefiniti d-disposizzjonijiet li jridu jiġu adottati skond il-karatteristiċi tas-sistema nfisha (it-tul, it-tip ta' mina: binarju singolu jew doppju, is-sezzjoni transversali, eċċ.) skond ir-regoli nazzjonali sabiex jiżguraw il-livell tas-sigurtà għall-magna u l-vaguni tat-tren inter-operabbli bil-veloċità ddedikata tiegħu.

B'żieda ma' dan, jekk il-pjattaformi jinbnew f'żoni speċifiċi tal-mina sabiex jipprovdu egress ħafif jew lejn żoni protetti tas-salvataġġ, jew għal mogħdija laterali ddefinita skond ir-regoli nazzjonali applikabbli, il-għoli tagħhom għandu jkun bejn il-550 u s-760 mm hekk li jiżguraw il-kompatibbiltà ma' l-aċċess għall-magna u l-vaguni tat-tren. Dawn iż-żoni speċifiċi għandhom jiġu indikati fir-Registru ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata.

4.2.3.2. Il-kondizzjonijiet operattivi

4.2.3.2.1. Il-Kummisjoni

Dan l-aspett huwa ttrattat fil-Kapitolu 6.

4.2.3.2.2. Il-pjan tal-manutenzjoni

Għandu jitfassal pjan tal-manutezjoni mill-Manager ta' l-Infrastruttura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu sabiex jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifikati ta' l-interfaces tas-subsistema ta' l-infrastruttura fil-limiti speċifikati tagħhom.

Il-pjan tal-manutenzjoni jrid mill-inqas ikun fih id-dokumenti li ġejjin:

- sett tal-valuri tal-limiti tas-sigurtà (il-valuri tal-limitu li jwasslu għal-limitazzjoni tal-veloċitajiet tat-treni) għall-parametri li ġejjin tal-kwalità ġeometrika tal-binarju: il-livell lonġitudinali, il-livell inkroċjat, l-allineament u l-qies standard tal-binarji, kif iffissati għas-sistemi li jkejlu l-ġeometrija tal-binarji wżati mill-Manager ta' l-Infrastruttura jew mir-rappreżentant tiegħu.

Dawn il-valuri jridu jkunu egwali l-iktar għal dawk speċifikati fl-istandards u r-regolamenti li ġejjin:

- għal-livell lonġitudinali, il-liwja tal-linja u tal-binarju, il-valuri indikati taħt "il-kwalità tal-ġeometrija tal-binarji" (4.3.3.18) fil-Punt 4.3.3,

- għad-dimensjoni medja tal-qies standard tal-binarju ta' ikbar minn 100 m, il-valuri indikati taħt 'il-qies standard tal-binarju (4.3.3.10) fil-Punt 4.3.3 għal-linji b'livelli differenti ta' twettiq tax-xogħol,

- indikazzjoni tal-frekwenza tal-kontrolli u tat-tolleranzi fuq il-valuri mkejla ta' l-istandards geometriċi u tal-mezzi wżati sabiex jiġu kkontrollati, b'għal dawn ta' l-aħħar indikazzjoni tar-regoli ta' l-ekwivalenza mal-valuri kkwotati fil-Punt 4.3.3,

- il-miżuri meħuda (ir-restrizzjoni tal-veloċità, iż-żmien tat-tiswija meta jinqabżu l-valuri stabiliti,

- ir-regoli li irrigwardaw l-marġini tas-sigurtà għall-qlib u l-qsim tal-binarji tal-linji, li jikkonformaw mal-ħtiġiet iddikjarati taħt "il-qlib u l-qsim tal-binarji" fil-Punt 4.3.3 (43.3.20),

- indikazzjoni tal-frekwenza li fiha l-binarji jridu jiġu spezzjonati u tal-mezzi ta' l-ispezzjoniii użati,

- indikazzjoni tal-frekwenza li fiha l-binarju (is-sistemi tar-rbit tal-binarju u tal-fallakki li jifirdu l-binarju) iridu jiġu spezzjonati.

4.2.3.2.3. Eċċessjoni għall-każ tat-tlestija tax-xogħol

L-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema ta' l-infrastruttura u tal-kostitwenti inter-operabbli tagħha ddefniti fil-Kapitoli 4 u 5 tat-TSI japplikaw għal-linji f'kondizzjoni normali tal-funzjonament jew fil-każ ta' funzjonijiet ħżiena mhux mistennija li jeħtieġu l-applikazzjoni tal-pjan tal-manutenzjoni.

F'ċerti sitwazzjonijiet li jinvolvu xogħlijiet ippjanati minn qabel, jista' jkun meħtieġ li dawn id-disposizzjonijiet jiġu sospiżi b'mod tempranju, għalbiex jippemettu t-tlestija tal-modifiki għas-subsistema ta' l-infrastruttura.

Dawn l-eċċezzjonijiet temporanji għar-regoli tat-TSI għandhom jiġu ddefiniti mill-Manager ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata, li għandu joqgħod attent li ma jridu jirriżultaw l-ebda riskji għas-sigurtà tat-treni għaddejja billi japplika d-disposizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

- l-eċċezzjonijiet permessi għandhom ikunu temporanji u ppjanati f'waqthom,

- l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fuq il-linja għandhom jagħtu avviż ta' dawn l-eċċezzjnijiet temporanji, tal-lokazzjoni ġeografika tagħhom, tan-natura tagħhom u l-mezzi tas-sinjalazzjoni, permezz ta' avviżi li jiddeskrivu, meta meħtieġa, it-tip tas-sinjali speċifiċi wżati. Kampjun ta' dan l-avviż għandu jiġi magħqud mar-Registru ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata,

- kull eċċezzjoni għandha tinkludi miżuri kumplimntarji tas-sigurtà, sabiex jiġi żgurat illi tissokta tintlaħaq il-ħtieġa tal-livell tas-sigurtà. Dawn il-miżuri kumplimentarji jistgħu, b'mod partiklari, jikkonsistu fi:

- il-monitoraġġ approprjat tax-xogħlijiet involuti,

- restrizzjonijiet temporanji tal-veloċità fuq is-sezzjoni tal-linja, li ma għandhomx jippermettu veloċità ogħla milli approprjata fiċ-ċirkostanzi.

4.2.3.2.4. L-ispazju laterali għall-passiġġieri fl-eventwalità tal-qbiż tal-binarju barra minn stazzjon

Fuq il-linji ġodda mibnija għall-veloċità qawwija, għandu jiġi pprovvdut spazju biżżejjed matul kull binarju miftuħ għat-treni ta' veloċità qawwija; dan l-ispazju jrid jippermetti lill-passiġġieri li jinżlu minn fuq it-tren fuq in-naħa tal-binarji ta' biswit il-binarji tal-linja ta' mal-ġenb jekk dawn ta' l-aħħar ikunu għadhom imħaddma matul l-evakwazzjoni mit-tren. Meta l-binarji jinġarru fuq strutturi ta' l-inġinerija, in-naħa ta' l-ispazju vojt lil hemm mill-binarji għandu jkun fihom ħajt protettiv tal-parapett li jippermetti lill-passiġġieri li joħorġu fis-sigurtà.

Fuq il-linji eżistenti, miżjuda fil-grad għll-veloċità qawwija, għandu jiġi pprovvdut spazju vojt simili laterali fil-lokazzjonijiet kollha fejn dan il-provvediment ikun prattikabbli raġjonevolment. Meta ma jistax jiġi pprovvdut spazju vojt biżżejjed, iż-żewġt itruf taż-żona tal-moviment ristrett għandu jiġi ssinjalat fuq is-sit u l-operaturi għandhom jiġu mgħarrfa b'din is-sitwazzjoni speċifika billi tissemma fir-Reġistru ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata.

Id-disposizzjonijiet partikolari li japplikaw f'mini twal ħafna huma speċifikati fil-Punt 4.2.3.1.3.

4.2.3.2.5. L-avviżi mogħtija lill-impriżi tal-ferroviji; il-mezzi tat-tiswija tal-ħsara wara l-qbiż tal-binarji

Il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jgħarraf lill-impriżi tal-ferroviji interessati mil-proċeduri li bihom jistgħu jiġu informati dwar restrizzjonijiet temporanji tat-twettiq tax-xogħol li jaffettwa l-infrastruttura, li jista' jirriżulta minn avvenimenti mhux previsti normalment.

Il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jagħti avviż ukoll lill-impriżi tal-ferroviji li jkun beħsiebhom joperaw linja tan-network trans-Ewropew tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, dwar il-mezzi disponibbli għat-tiswija tal-ħsarat u l-operati tal-qbiż tal-binarji, dwar il-lokazzjoni taċ-ċentri responsabbli mill-ġestjoni tal-linji interssati, u mill-proċeduri li japplikaw għalbiex iħaddmuhom. L-impriżi tal-ferroviji għandhom jagħtu avviż lill-Manager ta' l-Infrastruttura dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-ħidmiet tat-tiswija jew tal-qbiż tal-binarji għat-treni tagħhom. Dan ta' l-aħħar għandu jiżgura illi l-personal inkarigat minn dan ix-xogħol ta' tiswija jkun irċieva tagħrif biżżejjed dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi rilevanti għat-tipi ta' treni inter-operabbli li kull ċentru jkollu jittratta, jiddependi mil-linji koperti.

4.2.3.2.6. Ir-Reġistru ta' l-Infrastruttura

Għal kull sezzjoni tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, għandu jitfassal dokument waħdieni, imsejjaħ ir-"Reġistru ta' l-Infrastruttura", mill-entità aġġudikanti jew mir-rappreżentant awtorizzat tagħha, jew mill-Manager ta' l-Infrastruttura. Dan id-dokument jikkompila l-karatteristiċi tal-linji interessati għas-subsistemi kollha li jinkludu t-tagħmir fiss.

Jippermetti:

- lill-Istat Membru li jkun responabbli mit-tqegħid tas-subsistema għas-servizz li jipprovdi dokument li jiddeskrivi, għal kull linja tan-network trans-Ewropew ta' veloċità qawwija, il-parametri prinċipali li jirregolaw l-operat tagħhom,

- lill-Manager ta' l-Infrastruttura, li jipprovdi registru dokumentarju li jissommarizza l-linji interessati, li jippermetti t-traċċjar ta' l-evoluzzjonijiet futuri fl-implimentazzjoni tat-TSI,

- lill-impriżi tal-Ferroviji li jipprovdu s-servizzi fuq il-linja jew li jkunu qegħdin ifittxu li jipprovduhom li jkunu mgħarrfa dwar il-karatteristiċi prinċipali tagħha u dwar il-parametri jew l-ispeċifikazzjonjiet ta' l-inter-operabbiltà, li jiddependu fuq il-għażla speċifika tal-Manager ta' l-Infrastruttura.

Rigward is-subsistema ta' l-infrastruttura, dan id-dokument għandu jindika għal kull sezzjoni omoġenja tal-linja u għal kull tagħmir partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali jew partikolari li jkunu ġew adottati, li jeħtieġu li jiġu mifhuma għat-tħaddim tal-linja. Dawn huma elenkati fl-Anness E.

L-entità aġġudikanti jew il-Manager ta' l-Infrastruttura għandhom iwaħħlu dan id-dokument bħala appendiċi mad-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-subsistema ta' l-infrastruttura bħala parti mill-fajl tekniku deskritt fl-Anness V mad-Direttiva 96/48/KE, sabiex jiksbu l-awtrozzazzjoni għad-dħul fis-servizz mill-Istat Membru.

4.3. IT-TWETTIQ SPEĊIFIKAT TAX-XOGĦOL

Il-ħtiġiet li jridu jiġu sodisfatti mill-elementi li jikkaratterizzaw l-interfaces tas-subsistema ta' l-infrastruttura jridu jaqblu mal-livelli tat-twettiq speċifiku tax-xogħol għal kul waħda mill-kategoriji li ġejjin tal-linji tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, kif rilevanti:

- il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija,

- il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija,

- il-linji b'karatteristiċi speċjali, miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija.

Fil-każ tas-subsistema ta' l-infrastruttura, dawn il-livelli tat-twettiq tax-xogħol huma deskritti fil-paragrafi li ġejjin, flimkin ma' kull kondizzjoni partkolari li tista' tiġi permessa f'kull każ għall-parametri u l-interfaces interessati.

Il-livelli kollha tat-twettiq tax-xogħol u l-ispeċifikazzjonijiet kollha tat-TSI preżenti huma mogħtija għal-linji mibnija bil-qies standard Ewropew tal-binarji, kif iddefinit fil-Punt 4.1.3 għal-linji inter-operabbli. Il-linji mibnija fuq valur ieħor tal-qies standard tal-binarji huma deskritti, skond il-każijiet speċifiċi, fl-Punt 7.3.

Dawn il-livelli tat-twettiq tax-xogħol huma deskritti għas-subsistema taħt il-kondizzjonijiet normali tas-servizz, u għall-istati li jirriżultaw mill-ħidmiet ta' manutenzjoni. Il-konsegwenzi, jekk ikun hemm minnhom, tat-tlestija tax-xogħlijiet ta' modifika, jew ta' manutezjoni tqila, li jistgħu jeħtieġu eċċezzjonijiet temporanji safejn u sakemm jirrigwarda t-twettiq tax-xogħol tas-subsistema, huma ttrattati fil-Punt 4.2.3.2.3.

Il-livelli speċifikati tat-twettiq tax-xogħol għal-linji li jirrappreżentaw każijiet speċifiċi huma ddefdiniti fil-Punt 7.3.

4.3.1. Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Sabiex isir l-aħjar użu tat-twettiq tax-xogħol tas-settijiet tat-treni inter-opeabbli, il-linji tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija mibnija apposta għall-veloċità qawwija għandhom ikunu ddisinjati għalbiex jippermettu l-passaġġ tat-treni ta' tul ta' 400 metru u tagħbija massima ta' 1000 tunnellata metrika b'veloċità ta' iktar minn 250 km fis-siegħa jew egwali għaliha, kapaċi li jidħlu fil-qies ta' bejn il-binarji ta' l-infrastruttura ddefinita fil-Punt 4.1.1 hawn fuq. Il-parametri u l-elementi speċifikati fil-Punti 4.1 u 4.3.3 jippermettu l-bini ta' infrastruttura li fuqha jistgħu jiġu permessi veloċitajiet ta' sa 300 km fis-siegħa, sakemm jitwettqu l-kondizzjonijiet iddikjarati f'din is-sezzjoni.

Skond l-Anness I mad-Diretiva 96/48/KE, il-veloċità tas-settijiet tat-treni inter-operabli tista' tiġi miżjuda għal iktar minn 300 km fis-siegħa, bil-kondizzjonijiet meħtieġa għal dan it-twettiq tax-xogħol ikunu pprovvduti fl-istadju tad-disinn tal-parametri u l-interfaces interessati. meta dawn jinvolvu xi modifiki li jkollhom x'jaqsmu mal-veloċità tal-ġiri.

Il-livelli tat-twettiq tax-xogħol tat-treni ta' veloċità qawwija jistgħu jittejbu wkoll billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħalma hi l-inklinazzjoni tal- body tal-vettura. Jistgħu jiġu permessi kondizzjonijiet speċjali għall-mixi ta' dawn it-treni, sakemm dawn ma jinvolvux restrizzjonijiet għat-treni ta' veloċità qawwija mhux imgħammra bl-inklinazzjoni.

Fil-każijiet li ġejjin jistgħu jiġu adottati ħtiġiet differenti minn dawk deskritti għal-livelli bażiċi tat-twettiq tax-xogħol, kif speċifikat hawn taħt għal kull parametru jew element interessati:

- jekk, fuq ċerti sezzjonijiet tal-linji ta' veloċità qawwija meta għal raġunijiet tekniċi ma tistax tinkiseb il-veloċità massima prevista għas-settijiet tat-treni inter-operabbli, jiġu adottati livelli iktar baxxi tat-twettiq tax-xogħol fejn jirrigwarda l-veloċità massima tal-linja.

- jekk, b'riżultat ta' l-adozzjoni ta' karatteristiċi partikolari tal-kostruzzjoni tas-subsistema li jiksbu l-istess livell ta' twettiq tax-xogħol, jistgħu jiġu adottati ħtiġiet speċifiċi għal ċerti parametri jew interfaces,

- jekk, sabiex jiġi permess li jimxu t-treni ta' veloċità qawwja ta' twettiq ogħla tax-xogħol, per eżempju b'veloċitajiet li jaqbżu t-300 km fis-siegħa, ikun meħtieġ li jsiru konċessjonijiet speċjali lil dawn it-treni li jaffettwaw ċerti parametri jew interfaces; l-adozzjoni ta' dawn il-konċessjonijiet għandha tkun subordinata f'dan il-każ għaż-żamma tal-kondizzjonjiet li japplikaw għal treni oħra ta' veloċità qawwija ddefiniti fil-Punti 4.1 u 4.3.3.

Dawn il-ħtiġiet li jiddifferixxu minn dawk meħtieġa għalbiex jinkisbu l-livelli bażiċi tat-twettiq tax-xogħol tan-network tal-ferroviji għandhom jiġu applikati għal kull parametru jew interface rilevanti f'manjiera uniformi fuq kull sezzjoni tal-linja ta' veloċità qawwija li trid tinbena jew tkun qiegħda tiġi ppjanata. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati fir-"Reġistru ta' l-Infrastruttura", li jibni l-karatteristiċi tal-linji kollha tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija.

Dawn il-ħtiġiet speċjali skond kif jirrelataw mal-parametri u l-interfaces varji interessati huma deskritti fil-Punt 4.3.3.

4.3.2. Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija,

Il-linji tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija huma ddisinjati għalbiex jippermettu settijiet tat-treni ta' 400 m fit-tul u li jiżnu sa iktar minn 1000 tunnellata metrika li jimxu b'veloċitajiet taħt il-250 km fis-siegħa. Fuq dawn il-linji, ma jistgħux jiġu sfruttati l-livelli tat-twettiq tax-xogħol tas-settijiet tat-treni inter-operabbli ddisinjati apposta għall-veloċitàa qawwija.

Il-parametri u l-elementi speċifikati sabiex jinkisbu dawn il-livelli ta' twettiq tax-xogħol tan-network tal-ferroviji jservu biex jibnu l-infrastruttura li tippermetti veloċitàjet qawwija taħt il-250 km fis-siegħa.

Kondizzjonijiet dfferenti minn dawk deskritti għal dawn il-livelli bażiċi ta' twettiq tax-xogħol huma speċifikati fis-subsezzjoni li ġejja, għal kull parametru jew interface interessati u jistgħu jintużaw fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija li fuqhom il-veloċità tal-ġiri tas-settijiet tat-treni inter-operabbli tkun inqas mill-veloċità massima tad-disinn - jiġu adottati livelli iktar baxxi tat-twettiq tx-xogħol skond kif jinteressa l-veloċità massima tal-linja.

It-twettiq tax-xogħol tat-treni ta' veloċità qawwija, madankollu, jista' jittejjeb billi jiġu adottati s-sistemi ta'skop speċjali, bħalma hi l-inklinazzjoni tal-body, u jistgħu jiġu permessi kondizzjonijiet speċjali għall-mixi tat-treni hekk imgħammra fuq linji miżjuda fil-grad, sakemm dawn ma jirriżultawx f'li jiġu miġrura restrizzjonijiet fuq l-istess linji mit-treni ta' veloċità qawwija mhux imgħammra hekk.

Kull applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet trid tiġi ppubblikata fir-"Reġistru ta' l-Infrastruttura", li jibni l-karatteristiċi tal-linji kollha tan-network trans-Ewropew tal-ferroviji ta' veloċità qawwija.

Il-kondizzjonijiet speċjali huma deskritti fil-Punt 4.3.3. taħt l-elementi rilevanti.

4.3.3. L-ispeċifikazzjonijiet li japplikaw għall-elementi sabiex jinkisbu l-livelli maħsuba tat-twettiq tax-xogħol

Il-paragrafi li ġejjin jiddikjaraw, għall kull element u kull parametru, il-ħtiġiet li jridu jintlaħqu għalbiex jinkisbu l-livelli tat-twettiq tax-xogħol speċifikati għal kull kategorija ta' linja.

4.3.3.1. Il-qies standard minimu ta' l-ispazji vojta

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Fl-istadju tad-disinn, l-ostakoli kollha (l-istrutturi, il-provvista ta' l-enerġija u t-tagħmir tas-sinjalazzjoni) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:

- il-qies standard ta' l-istruttura minima ffissat għal kull waħda minnhom fuq il-bażi tal-profil kinematiku tar-riferiment tal-GC ddefinit fl-Anness G ma' dan it-TSI,

- il-qies standard li jiddikjara l-ispazju vojt tal-pantografi, iffisat għal kull ostakolu: għajr għall-każijiet speċifiċi deskritti fil-Punt 7.3, id-definizzjoni ta' l-ispazju vojt tal-pantografu, li jrid jiġi miżjud bl-ispazji vojta ta' l-iżolazzjoni elettrika, jagħmel riferiment għat-tip ta' l-elettrifikazzjoni magħżula għal-linja l-ġdida, għall-għoli tal-katenarju fid-disinn u għat-tip tal-pantografu assoċjat, ilkoll kif iddefiniti fil-Punti 4.1.2.1, 4.1.2.2, 4.1.2.3 u 4.3.2.3, tal-Figura 4.1 u ta' l-Annessi H u J tat-TSI ta' l-enerġija.

Il-linji eżistenti ta' veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Fuq il-linji eżistenti ta' veloċità qawwija, fuq il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u fuq il-linji tal-konnessjoni tagħhom, jista' jiġi applikat il-qies standard minimu ta' l-istruttura ffissat għal kull waħda minnhom fuq il-bażi tal-profil kinematiku tar-riferiment tal-GC, fil-każ ta' xogħol ta' modifika, jekk studju ekonomiku juri l-vantaġġi ta' dan l-investiment. Jekk le, jista' jiġi applikat il-qies standard ta' l-istrutturi ffissat għal kull waħda minnhom fuq il-bażi tal-profil kinematiku tar-riferiment tal-GB jekk jippermettu l-kondizzjonijiet ekonomiċi, jew tista' tinżamm struttura eżistenti iktar żgħira. L-istudju ekonomiku mill-entità aġġudikanti jew mill-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennja li jirriżultaw mill-qies standard imkabbar fejn jidħlu l-linji l-oħra inter-operabbli konnessi mal-waħda interessata.

Għajr għal meta jiġu applikati l-każijiet speċifiċi deskritti fil-Punt 7.3, jew l-arranġamenti ddikjarati fit-Taqsima 7 ta' hawn taħt, irid jiġi permess spazju vojt xieraq għall-qies standard tal-pantografu, li jrid jiġi miżjud bl-ispazju vojt ta' l-iżolazzjoni elettrika, fuq is-sistemi elettrifikati interessati sabiex jippermetti l-passaġġ tat-tipi tal-pantografu probabbli li jiġi wżat fuq is-sistema elettrifikata interessata, kif deskritt fil-Punti 4.1.2.1, 4.1.2.2, 4.1.2.3 u 4.3.2.3, tal-Figura 4.1 u ta' l-Annessi H u J tat-TSI ta' l-enerġija.

4.3.3.2. Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Fl-istadju tad-disinn, id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji fuq il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija għandha tiġi ffissata għal 4,50 m.

Dan il-valur jista' jiġi adattat għal dawk murija fit-tabella li ġejja, sabiex tixraq il-livelli maħsuba tat-twettiq tax-xogħol għal-linji:

| Il-Veloċità tat-treni li ma jinklinawx | Id-Distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji |

Il-Linji ġodda | il-V ≤ 250 km fis-siegħa; | 4,00 m |

250 km fis-siegħa < il-V ≤ 300 km fis-siegħa; | 4,20 m |

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Sakemm il-ħtiġiet tal-Punt 7.3 jiġu kkonformati magħhom, fl-istadju tad-disinn, id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji hija ffissata għall-valuri li ġejjin:

| Il-Veloċità tat-tren. | Id-Distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji |

Il-Linji miżjuda fil-grad | il-V ≤ 230 km fis-siegħa; | stabbilit fuq il-bażi tal-profit kinematiku miżmum tar-riferiment |

230 km fis-siegħa < il-V < 250 km fis-siegħa | 4,00 m |

4.3.3.3. L-effetti ajrudinamiċi fuq l-infrastruttura

4.3.3.3.(a) L-effetti ajrudinamiċi fuq l-istrutturi

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għal veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Għandhom jitqiesu l-effetti ajrudinamiċi (is-slipstream) ikkawżati mill-passaġġ tal-vetturi f'moviment meta tiġi ddisinjata l-linja, meta jiġi kkunsidat it-tip ta' strutturi qrib il-binarju, kif deskritt fil-Punt 6.6 ta' l-ENV 1991-3 standard. Il-karatteristiċi ajrudinamiċi għas-settijiet tat-treni ta' veloċità qawwija fil-Punt 4.2.13 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni huma hekk illi t-treni jistgħu jiġu kkunsidrati allineati sewwa għall-kurrenti ta' l-arja (streamlined) fis-sens ta' l-istandard imsemmi hawn fuq u li jkollhom inqas effett ajrudinamiku minn tren konvenzjonali.

Is-saħħa minima ta' l-istrutturi qrib il-binarju għandha tiġi ċċekkjata rigward il-ħidma tat-tren ta' veloċità qawwja biss, billi jiġi applikat, meta reilevanti, il-koeffiċjent k1 iddefinit fil-Punt 6.6.2 ta' l-ENV 1991-3 standard, għat-treni bil-vaguni allineati għall-kurrent ta' l-arja. L-istrutturi magħluqa ta' tul inqas minn 20 metru għandhom jiġu studjati skond id-disposizzjonijiet tal-Punt 6.6.6 ta' dan l-istandard.

Il-proċeduri tal-kontroll huma stabbiliti fil-Punt 6.6 ta' l-ENV 1991-3 standard.

4.3.3.3.(b) Il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-effetti ajrudinamiċi

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Punt 4.2.3.2.4 li jirrigwrda l-evakwazzjoni tal-passiġġieri, il-Manager ta' l-Infrastruttura jista' jiddefinixxi fil-liberta l-mezzi tal-protezzjoni għall-personal awtorizzat rigward l-aċċess għall-linja ta' mal-ġnub, billi jsegwu r-regoli nazzjonali. Il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jqis l-effetti ajrudinamiċi ġġenerati mit-treni kif deskritt fil-Punt 4.2.13 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni, li jiddefinixxi lil ta' l-ewwel għall-veloċità massima permissibbli ta' kull tip ta' tren inter-operabbli, ta' sa 300 km fis-siegħa. Rigward it-treni li jkollhom il-permess għal veloċitajiet iktar qawwja minn dan il-limitu, huwa għall-Manager ta' l-Infrastruttura li jistabbilixxi l-mezzi kumplimetarji ta' protezzjoni (id-distanzi miżjuda għall-protezzjoni, il-ħitan tal-protezzjoni…) li jiġġudika approprjati.

4.3.3.4. Il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla

Il-linji mbnija apposta għall-veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Sakemm ikunu osservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3, pendili għat-telgħa sa 35 (permil) jistgħu jiġu permessi għall-binarji prinċipali fil-fażi tad-disinn, sakemm jiġu osservati l-ħtiġiet "involukri" li ġejjin:

- iż-żurżieqa tal-profil medju għaddejja fuq 10 km tkun inqas minn 25 (permil) jew egwali għaliha,

- it-tul massimu tal-pendil kontinwu ta' 35 (permil) ma jaqbiżx is-6000 m.

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Fuq dawn il-linji, il-pendili għat-telgħa u għan-niżla huma ġeneralment inqas mill-valuri permessi fuq il-linji ta' veloċità qawwija li għad iridu jinbnew. Iż-żieda fil-grad introdotta għall-ħidma tat-treni inter-operabbli għandha tikkonforma mal-valuri preċedenti għall-pendili tal-linji, għajr meta l-kondizzjonijiet speċifiċi tat-tagħbija jeħtieġu valuri ogħla; meta dan huwa hekk, il-valuri tal-pendili għat-telgħa u għan-niżla aċċettabbli għandhom iqisu l-karatteristiċi li jillimitaw il-magni u l-vaguni tat-treni fil-ġibda u fl-applikazzjoni tal-brejkijiet, kif iddefinit fil-Punti 4.3.3, 4.3.4, 4.3.5 u 4.3.9 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Meta jintgħażel il-valur massimu tal-pendilu, għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll, għall-linji interoperabbili kollha, għall-kapaċità mistennija tat-treni mhux interoperabbili li jistgħu jkunu awtorizzati li jaħdmu fuq il-linja, bl-applikazzjoni tal-Punt 5 (4) tad-Direttiva.

4.3.3.5. Il-binarji tal-mistrieħ tat-treni: ir-raġġ minimu orizzontali u vertikli tal-liwja, il-pendili għat-tegħa u għan-niżla, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Fuq il-binarji fejn is-settijiet tat-renijiet inter-operabbli jimxu biss b'veloċità baxxa (il-binarji ta' l-istazzjonijiet u tal-passaġġ, il-binarji ta' l-imħażen u tal-postjiet tal-mistrieħ) ir-ragg minimu orizzontali tad-disinn għal kull liwja iżolata ma għandux ikun inqas minn 150 m. Jekk jitħalla għall-varjazzjonijiet ta' l-allineament fil-prattika, ir-raġġ minimu effettiv ma għandux ikun inqas minn 125 m.

L-allineamenti orizzontali tal-binarji li jkun fihom suċċessjoni ta' liwjiet u liwjiet b'lura f'direzzjonijiet opposti għandhom jiġu ddisinjati għall-ħriġet ta' l-Anness H).

L-allineament vertikali għall-binarji tal-mistrieħ u tas-servizz ma għandhomx jinkludu liwjiet ta' raġġ inqas minn 600 m fuq ħotba jew ta' 900 f'ħofra.

Il-pendili għat-telgħa u dawk għan-niżla tal-binarji tal-mistrieħ tat-treni maħsuba għall-parkeġġ tat-treni ma għandhomx ikunu iktar minn 2 mm/m. Bla ħsara għall-ħtiġiet tal-Punt 7.3, dawn il-binarji għandhom jippermettu għal treni fil-mistrieħ 400 m tul kif iddefinit fil-Punt 4 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni bit-tolleranzi assoċjati magħhom, u fil-każ li jrid jintuża trolley għall-iskarigu tat-toilet, id-distanza minima taċ-ċentru tal-binarju għal binarju qrib tiegħu għandu jkun mill-inqas 6 m u għandha tiġi provvduta mogħdija tal-mixi għat-trolleys.

4.3.3.6. Ix-xogħlijiet taħt il-livell ta' l-art bħalma huma l-mini u l-qtugh imgħottija

Il-mini għandhom ikunu ddisinjati hekk illi l-varjazzjoni massima tal-pressa (id-differenza bejn il-valuri massimi tal-qċaċet extremi pożittivi u negattivi tal-pressa, wara li jitnaqqsu l-varjazzjonijiet tal-pressa naturali minħabba d-differenza fl-altitudni bejn id-dħul u l-ħruġ tal-mina) matul tren inter-operabbli ma għandhomx jaqbżu l-10000Pascal matul iż-żmien meħud mit-tren biex jgħaddi minn ġol-mina, bil-veloċità massima tad-disinn.

Il-karatterstiċi massimi ajrudinamiċi tas-settijiet tat-treni inter-operabbli li jridu jitqiesu huma ddefiniti bid-disposizzjonijiet iffissati fil-Punt 4.1.13 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni. Dawn il-karatteristiċi huma msejsa fuq iż-żoni li ġejjin tas-sezzjoni transversali tat-tren, li jistgħu jiġu applikati b'mod indipendenti għal kull vettura tal-magna jew vettura tal-karru:

- 12 m2 għall-vetturi ddisinjati għal-qies standard tat-tagħbijiet tal-GC,

- 11 m2 għall-vetturi ddisinjati għal-qies standard tat-tagħbijiet tal-GB,

- 10 m2 għall-vetturi ddisinjati għal-qisien standard iżgħar tat-tagħbijiet.

Dawn il-karatteristiċi jippermettu li tiġi kkalkolata, skond veloċità tal-ġiri mogħtija, is-sezzjoni transversali tal-mina meħtieġa għalbiex tikkonforma mal-kriterji tas-saħħa. Fil-każ meta l-entità aġġudikanti, jew il-Manager ta' l-Infrastruttura, iridu jagħmlu użu mill-karatteristiċi tal-konstruzzjoni li jnaqqsu l-varjazzjoni fil-pressa (il-għamla ta' l-enttratura tal-mina, ix-xaftijiet, eċċ.), jew fil-każ ta' mini mhux kritiċi (mini qosra ħafna jew twal ħafna), għandu jkollhom studju speċjali magħmul għalbiex juri li jiġu mwettqa l-kriterji ta' hawn fuq.

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Iż-żona ħielsa tas-sezzjoni transversali tal-mina għandha tiġi stabbilita hekk li tikkonforma mal-varjazzjoni massima tal-pressa indikata hawn fuq, wara li jitqiesu t-tipi kollha tat-traffiku ppjanat li jgħaddi min ġol-mina bil-veloċità massima li biha l-vetturi rispettivi jkunu awtorizzati li jsuqu.

Il-linji eżistenti ta' veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għal veloċità qawwija u l-lini tal-konnessjoni

Fuq dawn il-linji, il-varjazzjoni massima meħtieġa tal-pressa tista' tintlaħaq, fost mezzi oħra, b'veloċitajiet imnaqqsa kif iddefiniti billi jiġu applikati l-proċeduri ddikjarati qabel għat-treni li attwalment ikunu għaddejjin minn ġol-mina.

B'żieda ma' dan, il-qies standard tal-mina għandu jkun kompatibbli mal-qisien standard ta' l-istruttura u mal-karatteristiċi ġeometriċi tat-tagħmir ta 'l fuq mil-linja u tal-pantografu / l-interazzjoni 'l fuq mill-linja kif indikati mill-element tal-"qies standard" (4.3.3.1).

4.3.3.7. Il-posizzjoni mżerżqa tal-binarji

L-ispeċifikazzjoniet li ġejjin japplikaw għall-linji inter-operabbli li l-qies standard tal-binarji tagħhom jikkonforma ma' dak iddefinit fil-Punt 4.1.3.

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-posizzjoni mżerżqa tal-linji l-ġodda ta' veloċità qawwija matul id-disinn għandha tkun limitata għal 180 mm. Fuq il-binarji li jkunu jaħdmu, hija permessa tolleranza tal-manutenzjoni ta' ± 20 mm, bla ħsara għall-posizzjoni massima mżerżqa ta' 190 mm.

Dan il-valur jista' jiġi mgħolli għal massimu ta' 200 mm fuq il-binarji riservati biss għat-traffiku tal-passiġġieri.

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Il-posizzjoni mżerżqa magħżula għaż-żieda fil-grad tal-linji eżistenti matul id-disinn għandha tkun limitata għal 180 mm. Fuq il-binarji li jkunu jaħdmu, hija permessa tolleranza tal-manutenzjoni ta' ± 20 mm, bla ħsara għal-posizzjoni massima mżerżqa ta' 190 mm.

Dan il-valur jista' jiġi mgħolli għal massimu ta' 200 mm fuq il-binarji riservati biss għat-traffiku tal-passiġġieri.

Il-ħtiġiet tal-ħidma tal-manutenzjoni ta' dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (il-Pjan tal-Manutenzjoni) fuq it-tolleranzi tas-servizzi.

4.3.3.8. Id-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa

L-ispeċifikazzjoniet li ġejjin japplikaw għall-linji inter-operabbli li l-qies standard tal-binarji tagħhom jikkonformaw ma' dak iddefinit fil-Punt 4.1.3.

4.3.3.8.(a) Id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fuq il-binarju priċipali tal-bdil u l-qsim tal-binarji

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-valur tad-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa magħżul fil-fażi tad-disinn għal dawn il-linji għandu jkun limitat għall-valuri murija fit-tabella li ġejja, skond il-veloċità massima tal-linja:

| Il-Firxa tal-veloċità (km fis-siegħa) | Il-valur tal-limitazzjoni (mm) |

Il-Linji ta' veloċità qawwija | 250 ≤ V ≤ 300 | 100 |

300 < V | 80 |

Matul id-disinn, għandu jsir il-mod kif jiġi stabbilit ir-raġġ permess tal-liwja għall-arranġament fil-pjanta, imsejjes fuq l-elementi ta' hawn fuq tad-disinn (il-posizzjoni mżerżqa u d-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa).

Valuri ogħla tad-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa minn dawk murija fit-tabella ta' hawn fuq jistgħu jiġu permessi għal-linji li l-kostruzzjoni taghom tinvolvi kostrizzjonijiet topografiċi diffiċli ħafna. Dawn huma ddikjarati hawn taħt f' paragrafu speċifiku fuq is-suġġett ta' hawn taħt.

Fuq il-linji, li r-raġġi tagħhom ġew iddefiniti fuq il-bażi tal-valuri tad-definċjenza fil-posizzjoni mżerżqa fit-tabella ta' hawn fuq, it-treni inter-operabbli ta' veloċità qawwija imgħammra b'mekkaniżmi speċjali (il-mejl) jistgħu jiġu ammessi għall-ġiri b'valuri ogħla ta' defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa, sakemm l-adozzjoni ta' dawn il-valuri għal dawn it-treni ma ġġibx restrizzjonijiet għal treni inter-operabbli oħra. Il-valur massimu tal-posizzjoni mżerżqa għandu jiġi ffissat, fil-każ tat-treni imgħammra b'mekkaniżmi partikolari (it-treni li jmilu, fost l-oħrajn), għal kull linja inter-operabbli, billi jiġu applikati r-regolamenti nazzjonali għat-tip ta' tren interessat; il-valur applikat għandu jiġi ppubblikat fir-Reġistru ta' l-Infrastuttura tal-linja interessata. L-approvazzjoni ta' dawn it-treni għalbiex jidħlu fis-servizz għandha tkun bla ħsara għall-ħtiġiet tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa tad-disinn permessa għat-treni ta' veloċità qawwija fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad u fuq il-linji tal-konnessjoni għandha tkun limitata għall-valuri fit-tabella ta' hawn taħt, skond il-veloċità massima tal-linja:

| Il-Firxa tal-veloċità (km fis-siegħa) | Il-valur tal-limitazzjoni (mm) |

Il-Linji miżjuda fil-grad | V ≤ 160 | 160 |

160 < V ≤ 200 | 150 |

200 < V ≤ 230 | 140 |

230 < V < 250 | 130 |

Fl-istadju tad-disinn, għandu jiġi stabbilit ir-raġġ permessibbli tal-liwja ta' l-arranġament fil-pjanta, fuq il-bażi ta' l-elementi ta' hawn fuq (il-posizzjoni mżerżqa u d-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa).

L-istess valuri jistgħu jiġu applikati fuq il-linji eżistenti ta' veloċità qawwja.

Valuri ogħla tad-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa minn dawk fit-tabella ta' hawn fuq jistgħu jiġu permessi għal-linji li l-kostruzzjoni tagħhom tinvolvi kostrizzjonijiet topografiċi diffiċli ħafna. Dawn huma ddikjarati hawn taħt f'paragrafu speċifiku fuq is-suġġett.

Fuq il-linji li r-raġġi tagħhom ġew iddefiniti fuq il-bażi tal-valuri tad-definċjenza fil-posizzjoni mżerżqa fit-tabella ta' hawn fuq, it-treni inter-operabbli ta' veloċità qawwija imgħammra b'mekkaniżmi speċjali (il-mejl) jistgħu jiġu ammessi għall-ġiri b'valuri ogħla ta' defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa, sakemm l-adozzjoni ta' dawn il-valuri għal dawn it-treni ma ġġibx restrizzjonijiet għal trenijit inter-operabbli oħra. Il-valur massimu tal-posizzjoni mżerżqa għandu jiġi ffissat, fil-każ tat-treni imgħammra b'mekkaniżmi partikolari (it-treni li jmilu, fost l-oħrajn), għal kull linja inter-operabbli, billi jiġu applikati r-regolamnenti nazzjonali għat-tip ta' tren interessat; il-valur applikat għandu jiġi ppubblikat fir-Reġistru ta' l-Infrastuttura tal-linja interessata. L-approvazzjoni ta' dawn it-treni għalbiex jidħlu fis-servizz għandha tkun bla ħsara għall-ħtiġiet tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Il-linji mibnija apposta jew miżjuda fl-grad għall-veloċità qawwija li jkollhom karatteristiċi speċjali

Jekk, minħabba kostrizzjonijiet topografiċi diffiċli b'mod speċjali, ir-raġġi tal-liwja ta' l-arranġament ta' linja fil-pjanta jipprevjienu l-konformità mal-valuri tad-defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa ddikjarati fil-paragrafi preċedenti, jistgħu jiġu adottati valuri ogħla għal dan l-interface.

Mod li jfakkar dawn il-valuri massimi tal-limitazzjoni huwa mogħti fit-tabella li ġejja:

| Il-Firxa tal-veloċità (km fis-siegħa) | Il-valur massimu tal-limitazzjoni (mm) |

Il-Linji b'karatteristiċi speċjali | V ≤ 160 | 180 |

160 < V ≤ 230 | 165 |

230 < V ≤ 250 | 150 |

250 < V ≤ 300 | 130 [1] |

Fuq il-linji li r-raġġi tagħhom ġew iddefiniti fuq il-bażi tal-valuri tad-definċjenza fil-posizzjoni mżerżqa fit-tabella ta' hawn fuq, it-treni inter-operabbli ta' veloċità qawwija imgħammra b'mekkaniżmi speċjali (il-mejl) jistgħu jiġu ammessi għall-ġiri b'valuri ogħla ta' defiċjenza fil-posizzjoni mżerżqa, sakemm l-adozzjoni ta' dawn il-valuri għal dawn it-treni ma ġġibx restrizzjonijiet għal trenijit inter-operabbli oħra. Il-valur massimu tal-posizzjoni mżerżqa għandu jiġi ffissat, fil-każ tat-treni imgħammra b'mekkaniżmi partikolari (treni li jmilu, fost l-oħrajn), għal kull linja inter-operabbli, billi jiġu applikati r-regolamnenti nazzjonali għat-tip ta' tren interessat; il-valur applikat għandu jiġi ppubblikat fir-Reġistru ta' l-Infrastuttura tal-linja interessata. L-approvazzjoni ta' dawn it-treni għalbiex jidħlu fis-servizz għandha tkun bla ħsara għall-ħtiġiet tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

4.3.3.8.(b) Id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa fuq il-linji diverġenti tal-qlib tal-binarju

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Matul id-disinn tal-proġett, il-valuri massimi tad-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa fuq binarju diverġenti għandhom ikunu:

- 120 mm għall-bdil tal-binarji li jippermettu il-lħuq ta' veloċitajiet ta' 30 km fis-siegħa ≤ V ≤ 70 km fis-siegħa,

- 150 mm għall-bdil tal-binarji li jippermettu il-lħuq ta' veloċitajiet ta' 70 km fis-siegħa < V ≤ 170 km fis-siegħa,

- 85 mm għall-bdil tal-binarji li jippermettu il-lħuq ta' veloċitajiet ta' 170 km fis-siegħa < V ≤ 230 km fis-siegħa.

Tista' tiġi aċċettata tolleranza ta' 10 mm fuq dawn il-valuri għall-bdil eżistenti tal-binarji imqiegħda fuq linji li jridu jiġu miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija.

4.3.3.9. Il-koniċità ekwivalenti

L-interface tar-rota/binarju huwa fundamentali għalbiex jispjega l-imġieba dinamika tal-mixi ta' vettura ta' ferrovija. Irid għalhekk jiġi mifhum illi, fost il-parametri li bihom huma kkaratterizzati, il-wieħed imsejjaħ il-"koniċità ekwivalenti" jaħdem rwol essenzali ġaladarba jippermetti apprezzament sodisfaċenti tal-kuntatt tar-rota mal-binarju fuq binarju tanġenzali u l-liwjiet ta' raġġ kbir.

Il-moviment kinematiku ta' sett ta' roti ħielsa, mingħajr inerzja, għaddej fuq binarju, li jkollu veloċità konstanti il-

, huwa deskritt bl-ekwazzjoni differenzali li ġejja:

2tan γ/e r

= 0

fejn:

il-y huwa l-moviment laterali tas-sett tar-roti fuq il-binarju

il-e huwa l-qies standard tal-binarju

il-r0 huwa r-raġġ tar-rota meta s-sett tar-roti jiġi ċċentrat fuq il-binarju

il-γ huwa l-angolu tal-profil koniku tar-roti

Meta l-γ ikun kostanti, is-soluzzjoni ta' din l-ekwazzjoni differenzali hija sinewave b'wavelength ta' λ:

λ = 2π

r

e

Il-formola ta' Klingel

Meta r-roti ma jkollhomx profil koniku, il "koniċità ekwivalenti" hija ddefinita bħala t-tanġent ta' l-angolu tal-konu (it-tan γe) ta' sett ta' roti bir-roti kkonikati li l-moviment laterali tagħhom ikollu l-istess wavelength kinematiku bħas-sett tar-roti mogħti (imma biss għall-binarju tanġenzali u fuq liwjiet ta' raġġ kbir).

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Fuq il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija, il-koniċità ewkwivalenti għandha tkun inqas mill-valuri tal-limitazzjoni murija fit-tabella li ġejja, jiddependi mill-veloċità massima tat-traffiku:

Il-Firxa tal-veloċità (km fis-siegħa) | Il-Valur tad-disinn | Fis-servizz, wara li jitqies il-ħafa tar-rota u tal-binarju |

230 < V ≤ 250 | 0,25 | 0,30 |

250 < V ≤ 280 | 0,20 | 0,25 |

V > 280 | 0,10 | 0,15 |

Il-koniċità ekwivalenti mhix rilevanti għat-treni imgħammra b'fusien li r-roti tagħhom iduru b'mod indipendenti.

Il-konformità ma' dawn il-valuri tal-koniċità ekwivalenti, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-fus (il-profil tar-rota u d-distanza bejn l-uċuh attivi tar-rota kif iddefinit fil-Punt 4.2.10 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni), għandha tinkiseb permezz tal-għażla ddokumentata approprjata, kemm fuq il-binarju sempliċi u kemm permezz tal-bdil tal-binarji, tat-tliet elementi li ġejjin: il-qies standard u t-tolleranzi tal-binarju (4.3.3.10), l-inklinazzjoni tal-binarju (4.3.3.11) u l-profil tar-ras tal-binarju (4.3.3.12).

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Fuq il-linji miżjuda fil-grad apposta għal-veloċità qawwija, għandhom jiġu permessi l-valuri massimi li ġejjin tal-koniċità:

N.B.:

Għall-veloċitajiet ta' V ≤ 160 km fis-siegħa, ma hi speċifkata l-ebda koniċità ekwivalenti.

Il-Firxa tal-veloċità (km fis-siegħa) | Il-Valur tad-disinn | Il-valur fis-servizz, wara li jitqies il-ħafa tar-rota u tal-binarju |

160 < V ≤ 200 | 0,30 | 0,40 |

200 < V ≤ 230 | 0,25 | 0,35 |

230 < V ≤ 250 | 0,25 | 0,30 |

4.3.3.10. Il-qies standard tal-binarju u t-tolleranzi

Il-qies standard tal-binarju huwa d-distanza bejn l-uċuh tal-qies standard tar-rjus tal-binarju mkejjel f'għoli ta' 14,5 mm ((± 0,5 mm) taħt il-wiċċ tal-mixi tal-binarju.

Għall-kalkolu tal-koniċità ekwivalenti, saiex titqies il-bidla fil-punti tal-kuntatt hekk kif ir-rota tavvanza, il-qies standard tal-binarju għandu jittieħed bħala l-medju li jiżżerżaq tal-qies standard imkejjel fuq distanza ta 100 m.

L-istudji tad-disinn tal-grupp tal-komponenti li jikkonsisti fi: il-binarji, is-sistemi tar-rbit u l-apparat li jiflaħ il-binarji għandhom jgħinu lill-qies standard tal-binarju li jiġi ffissat għall-valuri li ġejjin:

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-qies standard tal-binarju ikbar minn 100 m fuq il-linji prinċipali u l-qlib u l-qsim tal-linji fil-linji prinċipali mibnija apposta għall-veloċità qawwja għandu jkun ġewwa l-firxiet murija fit-tabella ta' hawn taħt:

Il-firxa tal-veloċità | standardIl-qies medju (mm) fuq 100 m |

Il-Valur tar-riferiment teoretiku | Fis-servizz, fuq binarju dritt u fil-liwjiet tar-raġġ R > 10000 m | Fis-servizz, f'liwjiet tar-raġġ R ≤ 10000 m |

230 km fis-siegħa < V ≤ 250 km fis-siegħa | 1435 – 1437 | 1433 –1442 | 1433 –1445 |

250 km fis-siegħa < V ≤ 280 km fis-siegħa | 1435 –1437 | 1434 –1440 | 1434 –1443 |

V > 280 km fis-siegħa | 1435 –1437 | 1434. – 1440 | 1434 –1443 |

Il-valur tar-riferiment teoretiku tal-qies standard tal-binarju huwa l-valur tad-disinn li jingħażel mill-entità aġġudikanti, jew mill-Manager ta' l-Infrastruttura, jiddependi mit-tip tal-binarju magħżul jew mis-sistemi tal-bdil u tal-qsim tal-binarji magħżula. Dan il-valur tar-riferiment għandu jiġi wżat, għall-kalkoli tal-koniċità ekwivalenti, bħala li jiddefinixxi l-posizzjonijiet teoretiċi tal-binarji.

Il-valuri ffissati għall-binarju fis-servizz għandhom jiġu applikati bħala l-valuri tal-limitazzjoni fil-pjan tal-manutenzjoni (4.2.3.2.2) u għandhom jiġu infurzati hekk kif il-linja tiddaħal fis-servizz. Jekk metieġa, jintużaw għall-kalkoli tal-koniċitàa ekwivalenti għall-binarju fis-servizz.

Dan l-element jista' jiġi mmodifikat, f'għaqda ma' l-elementi "l-inklinazzjoni tal-binarju" (4.3.3.11), "il-profil tar-tas tal-Binarju" (4.3.3.12) u "l-karatteristiċi tal-fus" (4.2.19 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni), skond il-ħtiġiEt iddikjarati fl-elementi ta' l-aħħar.

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

L-istess speċifikazzjonijiet tal-qies standard medju fuq 100 m kif mogħtija hawn fuq għall-linji mibnja apposta għall-veloċità qawwija għandhom japplikaw għall-linji miżjuda fil-ġrad għall-veloċitajiet qawwjta iktar minn 230 km fis-siegħa. Rigward il-linji miżjuda fil-grad għal veloċitajiet inqas minn 230 km fis-siegħa jew egwali għalihom, l-ebda valur ma hu speċifikat għal dan l-element.

Il-ħtiġiet operattivi li jridu jiġu rrispettati fil-manutenzjoni ta' dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (il-Pjan tal-Manutenzjoni) dwar it-tolleranzi tas-servizzi.

4.3.3.11. L-inklinazzjni tal-binarju

Dan huwa l-angolu bejn l-assi tas-simmetrija tal-profil il-ġdid ta' binarju immuntat għas-sostenn tiegħu u l-perpendikolari mal-wiċċ li jimxi.

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Għas-sezzjonijiet tal-linji mħaddma f'veloċitajiet inqas minn 280 km fis-siegħa jew egwali għalihom, għandha tiġi permessa inklinazzjoni tal-binarju ta' bejn 1 f'20 u 1 f'40 (1/20 u 1/40), (ta' valur nominali ta' minn 0,5 sa 0,025 jiddependi mill-għażla tal-komponenti tal-binarju), b'tolleranza tal-kostruzzjoni ta' 0,010 mal-kummissjoni.

Għas-sezzjonijiet tal-linji mħaddma b'veloċità ta' iktar minn 280 km fis-siegħa, il-binarju għandu normalment jitqiegħed b'inklinazzjoni tal-binarju ta' 1/20, li jiżgura l-valuri maħsuba tal-koniċità mal-profili tar-roti speċifikati fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Madankollu l-binarju jista' jitqiegħed b'inklinazzjoni differenti minn 1/20, proposta mill-Manager ta' l-Infrastruttura, li tista' tkun meħtiepa għalbiex jiġu adottati speċifikazzzjonijiet ġodda għal-elementi "profil tar-ras tal-binarju" (4.3.3.12), il-qies standard (4.3.3.10), u l-karatteristiċi tal-fus (4.2.10 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni). F'dan il-każ, il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jagħti prova tal-kompatibbilità tas-sistema l-ġdida, f'termini ta' koniċità ekwivalenti (4.3.3.9), mal-profili tar-toti speċifikati fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Fil-każ ta' l-aħħar, għandha tiġi rriveduta t-TSI ta' l-infrastruttura, bi ftehim mal-grupp tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni ta' l-AIEF, sabiex jinkludu l-valuri l-ġodda u t-tolleranzi tagħhom.

Fil-qlib u l-qsim tal-binarji tas-sezzjonijiet tal-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija meta l-veloċità tal-ġiri tkun inqas minn 250 km fis-siegħa jew egwali għaliha, għandu jiġi permess it-tqegħid tal-binarji sakemm dan ikun limitat, fuq is-sezzjonijiet tal-linja ddisinjati li jiġru iktar minn 200 km fis-siegħa, għax-xogħol tal-qlib u l-qsim tal-binarji biss.

Il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Fuq il-linji eżistenti miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija, il-ħtiġiet iddikjarati fil-paragrafu ta' qabel għal veloċitajiet ta' 280 km fis-siegħa jew inqas fuq il-linji għandhom japplikaw għal fuq il-binarji tal-linji sempliċi.

It-tqegħid tal-binarji mingħajr inklinazzjoni għandu jiġi permess fil-qlib u l-qsim tal-binarji fuq il-linji miżjuda l-grad, sakemm dan ikun limitat, fuq is-sezzjonijiet tal-linji ddisinjati sabiex jiġru b'iktar minn 200 km fis-siegħa, għax-xogħol tal-qlib u tal-qsim tal-binarji biss.

4.3.3.12. Il-profil tar-ras tal-binarju

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Il-profil tar-ras tal-binarju huwa ddefinit fit-tpinġija tad-disinn tal-binarju bħala suċċessjoni ta' ċrieki li jiffurmaw liwja kontinwa; din il-liwja titbiddel b'riżultat tal-ħafa u ġeneralment ixxaqleb lejn għamla kostanti, li l-kejl tagħha jeħtieġ l-użu ta' metodi ta' preċiżjoni qawwija għalbiex tiġi stabbilita l-koniċità ekwivalenti.

Il-profil tar-ras tal-binarju għandu jkun fih xaqliba laterali fuq in-naħa tar-ras tal-binarju angolata għal bejn 1/20 u 1/72,2 b'riferiment għall-assi vertikali tar-ras tal-binarju, segwit, fid-direzzjoni tal-wiċċ ta' fuq, b'suċċessjoni ta' liwjiet bir-raġġi ta' 12,7 jew 13-il mm u, imbagħad, 80 u 300 mm, sa l-assi vertikali tar-ras tal-binarju.

Dan l-element li jiddeskrivi komponent tal-binarju huwa deskritt fit-Taqsima 5 dwar "il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà" (5.2.1).

Din il-karatteristika tista' tiġi mmodifikata, f'għaqda ma' l-elementi "l-inklinazzjoni tal-binarju" (4.3.3.11), "il-qies standard tal-binarju" (4.3.3.10) u "l-karatteristiċi tal-fusien" (4.2.10 tat-TSI tal-magni u l-vahuni tat-treni) u skond il-ħtiġiet iddkjarati fil-paragrafu ta' qabel rigward l-inklinazzjoni tal-binarji.

4.3.3.13. It-tagħbijiet vertikali fuq -istrutturi

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

It-tagħbijiet vertikali fuq wieħed mill-kampjuni tat-tagħbijiet iddefiniti fil-Punt 6.3. ta' l-ENV 1991-3 standard għandu jintuża fil-kalkoli ta' l-istrutturi fuq il-linji l-ġodda; bil-koeffiċjent α iddefinit fil-Punt 6.3.2 "Il-kampjun 71 tat-tagħbija" għandu jittieħed egwali għal mill-inqas 1.

Sabiex tiġi ggarantita l-imġieba dinamika tat-traffiku korrenti u tal-futur, l-istrutturi għandhom jiġu kkalkolati b'għaxar konvojjiet tar-riferment (ara l-Anness mat-TSI preżenti), li s-sett tagħhom jissejjaħ tren dinamiku universali (TDU). Għal kull wieħed mill-konvojjiet, l-aċċelerazzjoni stabbilita fil-parti tan-nofs ta' kull medda mill-partjiet ta' l-irfid ta' pont (jew l-elementi tad-djul), ta' l-istruttura (jew ta' l-elementi tagħha) iridu jkunu iktar baxxi mill-aċċelerazzjoni aċċettata (jiġifieri, ta' 0,35 g għal struttura bis-saborra u ta' 0,5 g għal struttura mhux bis-saborra); it-tagħwiġa fil-medda ta' bejn il-partijiet tar-rfid għandha tkun inqas baxxa mit-tagħwiġa aċċettabli (l-Anness G ta' l-ENV 1991-3 standard).

Dawn il-kontrolli għandhom isiru għal firxa ta' veloċitajiet bejn iż-0 km fis-siegħa u l-1,2 km fis-siegħa, bil-V tkun il-veloċità potenzali tal-linja.

Jistgħu jiġu żviluppati metodi għalbiex jingħażel l-iktar konvoj aggressiv fost dawn il-konvojjiet fil-firxa tal-veloċità kkunsidrata għal struittura mogħtija. Rigward l-istrutturi isostatitiċi, b'mod partikolari l-konvoj li jrid jinżamm, jista' jiġi stabbilit skond il-metodu ta' l-aggressività żviluppat mill-UIC.

Kontroll ikollu jiżgura illi l-effetti tat-tren dinamiku universali jridu jiġu inklużi fil-kampjuni tat-tagħbija li jippermettu li jiġu kkalkolati r-reżistenza u d-deformazzjonijiet. Jekk dan ma jkunx ik-każ, it-tren dinamiku universali nnifsu għandu jieħu l-post ta' dawn it-tagħbijiet kampjuni.

Għandu jitqies ukoll id-disinn ta' l-istrutturi li jżommu l-binarji, sabiex jkkonforma ma' l-Artikolu 5(4) tad-Direttva, mal-karatteristiċi tekniċi (it-tagħbija fuq il-fus, il-veloċità) tas-settijiet tat-treni inter-operabbli li jistgħu jiġu awtorizati li jimxu fuq il-linja.

4.3.3.14. It-tagħbijiet orizzontali transversi fuq l-istrutturi

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

L-istrutturi li jżommu l-binarji għandhom jiġi ddisinjati li jifilħu l-forza orizzontali mill-forzi ċentrifugali u tal-faċċata eżerċitati mill-vetturi, għall-vetturi kollha mistennija li jgħaddu fuq il-linja (il-vetturi tas-servizz, il-vetturi ta' veloċità qawwija u t-treni l-oħra),

Għalhekk, fil-kalkoli tad-disinni ta' l-istrutturi fuq linji ġodda għandhom jintużaw it-tagħbijiet orizzontali iddefiniti fil-Punti 6.5.1 "Il-forzi ċentrifugali" u 6.5.2 "Il-forzi mll-faċċata" tal-Punt 6.5.2 ta' l-ENV 1991-3 standard.

Meta jiġi applikat il-Punt 6.5.1 (6)P, għandu jkun biżżejjed il-kalkolu mistoqsi għalih fil-mudell tat-tagħbija mnaqqsa 71 (6.5.1 (6)P(b)).

4.3.3.15. It-tagħbijiet longitudinali fuq l-istrutturi

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Meta jkunu qegħdin jiġu ddisinjati l-istrutturi għal linji ġodda, il-forzi lonġitudnali għandhom jiġu kkalkolati skond l-ispeċifikazzjonijiet fil-Punti 6.5.3 ta' l-ENV 1991-3 standard (irreferi għas-6.5.3 u s-6.5.44). Għall-applikazzjoni tas-6.5.3.4, għandu jitqies il-limitu ta' 1000 tunnellata metrika għall-piż totali tat-treni ta' veloċità qawwija ddefiniti hawn fuq għal unità kompleta tat-traffiku.

4.3.3.16. Ir-reżistenza tal-binarji, tal-qlib u tal-qsim tal-binarji għat-tagbijiet vertikali

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-binarju u l-partijiet komponenti tiegħu, fil-kondizzjoni normali tagħhom tas-servizz kif ukoll fil-kondizzjonijiet li jirriżultaw mix-xogħol tal-manutenzjoni, għandhom ikunu kapaċi li jifilħu mill-inqas il-forzi massimi vertikali tal-limitazzjoni ddefiniti fil-Punt 4.1.4 ta' dan it-TSI.

Din il-ħtieġa hija meqjusa li tiġi sodisfatta jekk jiġu sodisfatti l-ħtiġiet rigward il-komponentri tal-binarju, iddefiniti fl-Kapitlu 5 "Il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà" għall-binarju (5.2.1), tas-sistemi li jorbtu l-binarji (5.2.2) u tal-fallakki tar-rifsa u taż-żamma (5.2.3).

Jistgħu jintużaw tipi oħra ta' komponenti tal-binarji, jew tipi oħra tas-sistemi tas-superstruttura tal-binarji, sakemm l-entità aġġudikanti jew il-Manager ta' l-Infrastruttura juru bi studju tekniku illi s-sistema tal-kostruzzjoni tal-binarji, kif imqiegħda, għandha reżistenza għal tagħbijiet vertikali ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għalbiex tiflaħ il-forzi msemmija hawn fuq. Din il-wirja tista' tiġi magħmula b'kalkolu tat-tensjoni għall-komponenti differenti tal-binarju (il-binarji, il-fallakki tar-rifda jew taż-żamma tal-binarji).

Il-għażla tal-komponenti tal-binarji għandha tqis ukoll, għalbiex trkkonfrma ma' l-Artikolu 5(4) tad-Diretva, il-karatteristiċi tekniċi (it-tagħbija fuq il-fus, il-veloċità) tat-treni mhux inter-operabbli li jistgħu jiġu awtorizzati li jimxu fuq il-linja.

Il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Għal dan l-element, il-ħtiġiet fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija jiġu sodisfatti għalbiex jgħaddu treni oħra għajr ir-treni inter-operabbli. Il-ħtiġiet iddikjarati fil-paragrafu ta' qabel u fil-Kapitolu 5 għall-kostitwenti korrispondenti ta' l-inter-operabbiltà jistgħu jiġu rrinunzjati għalihom fuq dawn il-linji.

Il-ħtiġiet operattivi tal-manutenzjoni għal dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (Il-Pjan tal-Manutenzjoni).

4.3.3.17. Ir-reżistenza tal-binarji, tal-qlib u l-qsim tal-binarji għat-tagħbijiet laterali

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-binarju u l-komponenti tiegħu, fil-kondizzjoni normali tagħhom tas-servizz kif ukoll fil-kondizzjnijiet li jirriżultaw mix-xogħol tal-manutenzjoni, għandhom ikunu kapaċi jifilħu mill-inqas il-forzi massimi laterali eżerċitati mill-vetturi inter-operabbli ta' veloċità qawwija u, meta meħtieġa, minn vetturi oħra. Dan il-limitu huwa wieħed mill-parametri li jispeċifikaw l-interface bejn ir-rota u l-binarju ddikjarat mill-ġdid fil-Punt 4.1.4 u għandu jiġi ffissat għal:

P

3

, fejn il-P huwa t-tagħbija massima fuq il-fus tal-vetturi mħollija joperaw fuq il-linja.

Sakemm jiġu sodisfatti l-ħtiġiet tal-Punt 7.3, din il-ħtieġa għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta:

- bil-binarju taċ-ċangatura,

- bil-binarju bis-saborra jekk jiġu sodisfatti wkoll it-tliet ħtiġiet li ġejjin:

(1) il-komponenti tal-binarju sempliċi u tal-qlib u l-qsim tal-binarji, għajr għall-bdil u l-qsim attwali tal-binarji, jkkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kapitolu 5 "Il-kostitwenti" ta' l-inter-operabbiltà rigward il-binarju (5.2.1), is-sistemi tar-rbit tal-binarju (5.2.1) u l-fallakki tar-rifda u taż-żamma tal-binarju (5.2.3);

(2) il-binarji prinċipali mħaddma b'veloċità qawwija jitqiegħdu fuq fallakki tar-rfid tas-siment għat-tul tagħhom kollu, għajr għal-sezzjonijiet li ma jaqbżux il-10 m, separati minn xulxin b'mill-inqas 50 m;

(3) il-binarju jkun fih mill-inqas 1600 sistema tar-rbit għal kull binarju, għal kull kilometru tul.

Jistgħu jintużaw tipi oħra ta' komponenti tal-binarji, jew tipi oħra ta' binarji, sakemm l-entità aġġudikanti jew il-Manager ta' l-Infrastruttura juru bi studju tekniku illi s-sistema tal-kostruzzjoni tal-binarji, kif imqiegħda, għandha reżistenza għal tagħbijiet laterali ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għalbiex tiflaħ għall-forzi laterali tal-limitazzjoni msemmija hawn fuq. Din il-wirja tista' tintgħamel b'test tar-reżistenza laterali. F'dan il-każ, l-istima tal-konformità għandha ssir skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Punt 6.2.

Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni, il-binarji mqiegħda fl-istazzjonijiet u l-binarji tal-mistrieħ u tas-servizz.

Rigward dan l-element, il-ħtiġiet tal-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija, tal-binarji tal-konnessjoni, tal-binarji fl-istazzjonijiet li mhumiex imħaddma b'veloċità qawwija u għall-binarji tal-mistrieħ u tas-servizz jiġu sodisfatti għal treni oħra għajr it-treni inter-operabbli. Il-ħtiġiet iddikjarati fil-paragrafu ta' qabel u fil-Kapitolu 5 għall-kostitwenti korrispondenti ta' l-iter-operabbiltà jistgħu jiġu rrinunzjati għalihom fuq dawn il-linji.

Il-ħtiġiet operattivi li jridsu jiġu rrispettati fil-manutenzjoni ta' dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (Il-Pjan tal-Manutenzjoni).

4.3.3.18. Il-kwalità ġeometrika tal-binarji

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Id-difetti fil-ġeometrja tal-binarju ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġjjin għall-livell lonġitudinali, il-livell inkroċjat, il-linja u l-qies standard:

Nota:

Il-QN 1 ma japplikax.

Il-veloċità lokali permissibbli f'km fis-siegħa | L-Allineament | Il-Livell lonġitudinali |

Il-Valuri tal-livell tal-kwalità f'mm | Il-Valuri tal-livell tal-kwalità f'mm |

QN 1 | QN2 | QN 1 | QN2 |

Il-valur massimu assolut Δy0max u Δz0max massimu (mill-medju għall-quċċata)

v ≤ 80 | 12 | 14 | 12 | 16 |

80 < v ≤ 120 | 8 | 10 | 8 | 12 |

120 < v ≤ 160 | 6 | 8 | 6 | 10 |

160 < v ≤ 200 | 5 | 7 | 5 | 9 |

200 < v ≤ 300 | 4 | 6 | 4 | 8 |

Id-devjazzjoni standard Δy0δ u Δz0δ

v ≤ 80 | 1,5 | 1,8 | 2,3 | 2,6 |

80 < v ≤ 120 | 1,2 | 1,5 | 1,8 | 2,1 |

120 < v ≤ 160 | 1,0 | 1,3 | 1,4 | 1,7 |

160 < v ≤ 200 | 0,8 | 1,1 | 1,2 | 1,5 |

200 < v ≤ 300 | 0,7 | 1,0 | 1,0 | 1,3 |

- għal-livell lonġitudinali u l-allineament: il-valuri tal-QN3, iddefiniti kif hawn fuq (għall-valuri massimi assoluti Δy0max u Δz0max massimi, il-QN 3 = 1,3 × QN 2),

- għal-liwja tal-binarju: il-limitu tal-liwja tal-binarju hija 5 mm/m għall-V > 160 km fis-siegħa u 7 mm.m għal V < = 160 km fis-siegħa, imkejjel fuq bażi lonġitudnali ta' 3 m,

- għall-qies standard medju ta' iktar minn 100 m, il-valuri mogħtija fil-paragrafi dwar il-qies standard tal-binarju (il-Punt 4.3.3.10) tal-Punt 4.3.3 ta' hawhekk għal-livelli differenti tat-twettiq tax-xogħol tal-linji.

Fl-eventwalità li jinqabeż wieħed minn dawn il-valuri, għandha tiġi imposta restrizzjoni fil-veloċità.

Il-ħtiġiet operattivi li jridu jiġu rrispettati fil-manutenzjoni ta' dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (il-Pjan tal-Manutenzjoni) dwar it-tolleranzi tas-servizzi.

4.3.3.19. Il-qlib u l-qsim tal-binarji: il-profil tal-binarji fil-qlib u fil-qsim tal-binarji

(biex jibqa' miftakar)

4.3.3.20. Il-qlib u l-qsim tal-binarji: il-ħtiġiet funzjonali

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-binarji tal-qlib u l-faċċati li jitbandlu tat-turnouts u l-qsim tal-binarji maqrut għandhom ikunu mgħammra b'mezzi li jinqaflu u jisakkru.

Il-qlib u l-qsim tal-binarji mqiegħda fuq il-linji ta' veloċità qawwija li għad iridu jinbnew għal veloċitajiet ikbar minn 280 km fis-siegha jew egwali għalihom, għandhom jinbnew b'faċċati li jitbandlu. Fuq is-sezzjonijiet tal-linji ta' veloċità qawwija li jridu jinbnew fil-futur u l-linji tagħhom tal-konnessjoni maħsuba għal veloċità massima ta' inqas mnn 280 km fis-siegħa, jistgħu jintużaw il-qlib u l-qsim bil-binarji tal-punt fiss.

Il-karatteristiċi tekniċi ta' dan il-qlib u qsim tal-binarji għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tekniċi li ġejjin:

Id-Definizzjoni | Id-Dimensjoni nominali (mm) | It-tolleranza tal-kostruzzjoni (mm) | It-tolleranza matul il-ħidma (mm) |

1 | 2 | 3 | 4 |

Il-Qies standard tal-qsim tal-binarju A1, A2, A3, A4 | 1435 | + 2 – 1 | + 5/– 2 [3] |

Il-Wisa' ta l-iskanalatura tal-flanġ | 40 [2] | + 0,5 – 0,5 | [2] |

Il-Qies standard tal-binarju tal-kontroll: | 1395 | + 0,5 – 0,5 | ≥ 1393 |

Il-Korsa tal-flanġ: B1, B2: | 1355 [2] | ≤ 1356 | ≤ 1356 |

Il-Għoli żejjed tal-binarju tal-kontroll H | il-punti: 0 ≤ H ≤ 60 Il-qsim: 45 ≤ H≤ 60 | + 2 – 1 | + 10 |

Il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Id-dimensjonijiet u l-ispazji vojta funzjonali tal-paragrafu ta' hawn fuq biss għandhom jiġu applikati.

Il-ħtiġiet operattivi li jridu jiġu rrispettati fil-manutenzjoni ta' dan l-element huma s-suġġett tad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.2.3.2.2 (il-Pjan tal-Manutenzjoni) dwar it-tolleranzi tas-servizzi.

4.3.3.21. Ir-reżistenza tal-binarju, tal-qlib u l-qsim tal-binarji għall-forzi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet u l-aċċelerazzjoni

Il-komponenti ta' l-infrastruttura għandhom ikunu kapaċi jifilħu għat-tensjonijiet mekkaniċi u termali mill-vettura li tkun qiegħda tapplika l-brejkijiet u taċċelera, kif iddefiniti mill-kriterji ta' l-inter-operabbiltà li ġejjin (iddefiniti mit-TSI tal-magni u l-valuri tat-treni)

Il-kondizzjoni tas-saħħa mekkanika

L-isforz totali ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet tas-sistemi kollha tal-brejkijiet flimkien ma għandhomx jagtu deċelerazzjoni (il-proporzjon ta' l-isforz ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet mal-piż fuq il-binarju) ta' iktar minn 2,5 m/s2 matul il-fażijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ikbar enerġija tal-brejkijiet, kemm f'termini tal-proporzjon ta' l-isforz totali, kumulattiv għal kull tren mal-piż tat-tren kollu u kemm f'termini tal-proporzjon tal-forza medja massima lokali eżerċitata minn kull unità li ġġorr fus (il-karru li jgħabbi l-vagun jew it-trakk bissel) għall-piż ta' din l-unità fuq il-binarju.

Il-kondizzjoni termali

Is-sistemi tal-brejkijiet li mhumiex dipendenti fuq l-adeżjoni tar-rota mal-binarju u li jiddissipaw l-enerġija kinetika permezz tas-sħana tal-binarju [4] ma għandhomx joħolqu forzi tal-brejkijiet ta' iktar minn:

- il-każ 1: 360 kN għal kull tren (settijiet tat-treni ta' unità waħda jew muiltipla) fil-każ ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet f'każ ta' emerġenza,

- il-każ 2: għall-każijiet l-oħra ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet, bħal servizz normali ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet għat-tnaqqis tal-veloċità jew l-applikazzjoni mhux ripetittiva tal-brejkijiet għall-waqfien, jew l-applikazzjoni ripettitiva tal-brejkijiet għall-kontrol tal-veloċità, sakemm jiġu ppubblikati l-ispeċifikazzjoniet Ewropej jew standard tal-CEN korrispondenti, l-użu tal-brejkijiet u l-forza massima ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet permessi taħt il-kondizzjonijiet ta' dawn ta' l-aħħar għall-użu għandhom jiġu stabbiliti mill-Manager ta' l-Infrastruttura għal kull linja inter-operabbli interessata. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fir-Registru ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata.

Is-sistemi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet abbord it-treni inter-operabbli huma aġġustabbli sabiex jikkonformaw mal-valuri ta' hawn fuq kif stabbilit fil-Punt 4.2.15 tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Iż-żieda fit-temperatura tal-binarju tiddependi mhux biss fuq il-forzi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet deskritti hawn fuq, imma wkoll fuq in-numru ta' applikazzjonijiet ripettitivi tal-brejkijiet magħmula fuq l-istess sezzjoni tal-binarju, b'mod partikolari għall-aħħar żewġ każijiet desritti. Għalhekk huwa għall-Manager ta' l-Infrastruttura li jiddefinixxi, għas-sezzjoni tal-linja interessata, il-livell permissibbli tal-forza ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet kif deskritta fit-Taqsima B ta' hawn taħt, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet klimatiċi lokali.

Meta jiġu applikati l-kriterji ta' l-interfaces ta' hawn fuq, għandhom jiġu applikati d-disposizzonijiet li ġejjin mill-Managers ta' l-Infrastruttura:

A - L-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-kondizzjoni mekkanika tal-forza massima ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet

Tiġi żgurata s-saħħa meħtieġa tal-binarju bid-disposizzjonijiet ta' hawn taħt:

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Ir-reżistenza minima tas-sistema tar-rbit tal-binarju maż-żliq tal-binarju fid-direzzjoni lonġitudnali għandha tkun ogħla minn 9 kN, għajr għal dawk is-sistemi ta' rbit "jiżloq" iddisinjati apposta sabiex jippermettu l-espansjoni fit-truf tal-binarji li jżommu l-istrutturi jew fil-mezzi ta' l-espansjoni tal-binarji.

Sakemm jiġu oservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3 ta' dan it-TSI, din il-ħtieġa għandha tiġi meqjusa sodisfatta jekk jiġu sodisfatti l-ħtiġiet rigward il-komponenti tal-binarju, iddefiniti fl-Kapitolu 5 "Il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà" għall-kostitwentri inter-operabbli tal-binarju (5.2.1), tas-sistemi li jorbtu l-binarji (5.2.2) u tal-fallakki tar-rifda u taż-żamma (5.2.3).

Jistgħu jintużaw tipi oħra ta' komponenti tal-binarji, jew tipi oħra tas-sistemi tas-superstruttura tal-binarji, sakemm l-entità aġġudikanti jew il-Manager ta' l-Infrastruttura juru bi studju tekniku illi s-sistema tal-kostruzzjoni tal-binarji, kif imqiegħda, għandha reżistenza għal tagħbijiet vertikali ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għalbiex tiflaħ il-forzi msemmija hawn fuq. Dan jista' jiġi muri b'test tar-reżistenza lonġitudinali skond l-ispeċifikazzjoni Ewropea jew l-istandard tal-CEN applikabbli. F'dan il-każ, l-istima tal-konformità għandha ssir skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Punt 6.2.

Il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Għal dan l-element, il-ħtiġiet tal-linji eżistenti miżjuda fl-grad apposta għat-traffiku ta' veloċità qawwija jiġu sodisfatti għat-traffiku l-ieħor għajr għat-treni inter-operabbli.Il-ħtiġiet idsikjarati fil-paragrafu ta' qabel u fil-Kapitolu 5 għall-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà korrispondenti jistgħu jiġu rrinunzjati għalihom fuq dawn il-linji.

B - L-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-kondizzjoni termali tal-forza massima ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet maħluqa minn sistemi ta' brejkijiet indipendenti mill-adeżjoni tar-roti mal-binarji

Billi ż-żieda fit-temperatura tal-binarju tiddependi kemm fuq fatturi li għandhom x'jaqsmu mal-magni u l-vaguni tat-treni u kemm fuq il-proprjetajiet tal-linja interessata (bħalma huma l-kondizzjonijiet klimatiċi lokali u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-brejkijiet), għandhom jiġu applikati d-disposizzjonijiet li ġejjin:

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwja, il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

- Fuq il-linji kollha tan-network trans-Ewropew tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, il-Managers ta' l-Infrastruttura għandhom jawtorizzaw dawn it-tipi ta' brejkijiet għall-applikazzjoni tal-brejkijiet f'emerġenza (il-każ 1). Il-karatteristiċi ta' l-istruttura tal-binarju deskritti fit-Taqsima A ta' hawn fuq, flimkien mal-Punt 4.3.3.17, jiżguraw illi din il-ħtieġa tista' normalment tiġi sodisfatta.

- Għal kull linja tan-network trans-Ewropew tal-ferroviji ta' veloċità qawwija, il-Manager ta' l-Infrastruttrura għandu jiddefinixxi, wara li jqis il-karatteristiċi speċifiċi lokali, il-kondizzjonijiet permissibbli għalbiex jitħaddmu l-brejkijiet fil-każ 2, li jistgħu jkunu:

- il-projbizzjoni ta' dan it-tip ta' brejkijiet għall każ 2: huwa permess biss l-applikazzjoni tal-brejkijiet f'każ ta' emerġenza,

- it-tħollija tal-post għall-użu ta' dawn is-sistemi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet sal-limitu ddikjarat fit-Taqsima A ta' hawn fuq.

Billi l-forzi ta' l-aċċelerazzjoni huma ġeneralment iżgħar mill-forzi ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet, ma ssir l-ebda ħtieġa, għajr għal każijiet tat-tagħbija magħquda stabbiliti għad-disinn ta' l-istrutturi ta' l-inġinerija (4.3.3.13).

4.3.3.22. L-ebusija tal-binarji

Sabiex jitnaqqsu l-forzi dinamiċi vertikali bejn ir-roti u l-binarju, l-ebusija tal-binarju għandha tiġi limitata bl-użu ta' kuxxinetti xierqa taħt il-binarji.

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

- L-ebusija dinamika tal-kuxxinett tal-binarju tas-sistemi tar-rbit fuq il-fallakki tar-rfid tas-siment ma għandhiex taqbeż is-600 MN/m.

- L-ebusija dinamika ġenerali tas-sistemi tar-rbit fuq il-binarju taċ-ċangaturi ma għandhiex taqbeż il-150 MN/m.

Bla ħsara għall-ħtiġiet tat-Taqsima 7.3 ta' dan it-TSI, din il-ħtieġa għandha titqies sodisfatta jekk jiġu sodisfatti l-ħtiġiet għall-komponenti tal-binarju ffissati fil-Kapitolu 5 "Il-konstitwenti" ta' l-inter-operabbiltà għall-kostitwenti tar-rbit tas-sistemi inter-operabbli (5.2.2).

Jistgħu jintużaw tipi oħra ta' komponenti tal-binarji, jew tipi oħra tas-sistemi tas-superstruttura tal-binarji, sakemm l-entità aġġudikanti jew il-Manager ta' l-Infrastruttura juru bi studju tekniku illi s-sistema tal-kostruzzjoni kollha tal-binarji, kif imqiegħda, għandha ebusija dinamika ekwivalenti jew aħjar minn dik iddikjarata għall-binarju taċ-ċanġaturi. F'dan il-każ, l-istima tal-konformità għandha ssir skond id-disposizzjonijiet tal-Punt 6.2.

Il-linji miżjuda l-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Għal dan l-element, il-ħtiġiet għall-linji eżistenti miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija huma sodisfatti għal-traffiku ieħor għajr it-treni inter-operabbli. Din il-ħtieġa ddikjarata fil-paragrafu ta' qabel u fil-Kapitolu 5 rigward il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà korrispondenti tista' tiġi rrinunzjata għaliha fuq dawn il-linji.

4.3.3.23. L-effetti tar-rjieħ inkroċjati

Il-vetturi inter-operabbli huma ddisinjati sabiex jiġi żgurat illi l-kriterji tas-sigurtà kontra li jinqalbu jew jaqbżu l-binarju jibqgħu validi meta l-vetturi jkunu ssoġġettati għal irjieħ inkroċjati ta' veloċità massima ddefinita mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew l-istandards tal-CEN applikabbli.

Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi r-regoli għal kull linja inter-operabbli li jridu jiġu applikati kemm għall-vetturi u kemm għall-infrastrutturi sabiex jiggarantixxu l-istabbiltà tal-vetturi ssoġġettati għar-rjieħ inkroċjati. Dawn ir-regoli għandhom jiġu ppubblikati fir-Registru ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata.

Jekk punti lokali matul l-infrastruttura koperta b'dan it-TSI jkunu fir-riskju minn irjieħ ta' veloċità ogħla, jew minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-linja (bħalma hu l-għoli tagħha mill-livell ta' l-art ta' mad-dwar), il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għalbiex iżomm is-sigurtà tat-traffiku, billi:

- inaqqas il-veloċitajiet tat-treni lokalment, possibbilment temporanjament matul perjodi ta' riskju ta' maltemp,

- jinstalla tagħmir sabiex jipproteġi s-sezzjoni tal-binarju interessat mill-irjieħ inkroċjati,

- jew jieħu l-passi meħtieġa għalbiex jipprevjieni lill-vettura milli tinqaleb; jew taqbeż il-binarju, permezz tal-mezzi approprjati.

4.3.3.24. L-apparat tal-kxif tal-hotboxes

It-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni jistabbilixxi s-sistemi miġrura mit-treni għall-monitoraġġ tat-temperatura tal-kaxxi tal-fusien tagħhom.

Jekk it-tagħmir li jimmonitorja t-temperatura tal-kaxxa tal-fus irid madankollu jiġi stallat fuq l-art sabiex jimmonitorja t-treni li ma jkunux għadhom ġew imgħammra b'dawn is-sistemi miġrura mit-treni jew minn tipi oħra li jgħaddu minn fuq il-linja, dan it-tagħmir għandu jkun kompatibbli għas-settijiet inter-operabbli ta' veloċità qawwija, jew jintgħamel kompatibbli għalihom. B'mod partikolari, il-passaġġ tas-settjet tat-treni minn ma' dan l-apparat tal-kxif ma għandux jikkawża allarmi foloz li jistgħu jwaqqfu jew inaqqsu l-veloċità tat-renijiet ta' veloċità qawwija.

Il-miżuri interim li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiżguraw din il-kompatibbiltà huma speċifikati fil-Kapitolu 7 "L-implimentazzjoni".

4.3.3.25. L-aċċess għall-istallazzjonijiet tal-linji jew l-intrużjoni fihom

Meta l-veloċità tkun egwali għal 300 km fis-siegħa jew iktar, il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija għandhom jinkludu protezzjoni laterali għad-dritt tat-triq tal-ferrovija sabiex tipprevjieni aċċess jew intrużjoniiet mhux mixtieqa, għall-inqas f'dawk is-siti fejn ir-riskju assoċjat jista' jiġi kkunsidrat bħala mhux aċċettabbli.

Sabiex jiġi limitat ir-riskju ta' kolliżjoni bejn il-vetturi tat-triq u tat-treni inter-operabbli, il-linji ta' veloċità qawwija li jridu jinbnew ma għandhomx jinkludu qsim tal-binarju fil-livell ta' l-art miftuħ għat-traffiku tat-triq. Fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni, il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu japplika d-disposizzjonijiet regolatorji nazzjonali, għall-qsim tal-binarji fil-livell tat-triq u disposizzjonijiet assoċjati li jkunu approprjati għalbiex jillimitaw il-kolliżjonijiet mal-vetturi tat-triq kif iddefiniti mill-Istati Membri. Dawn ir-regoli nazzjonali għandhom iqisu, meta meħtieġ, il-karatteristiċi tar-reżistenza għall-ħbit tal-vetturi inter-operabbli kif iddefinit fil-Punt 4.2.7(b) u l-Anness A tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

Miżuri oħra għalbiex jipprevjienu l-aċċess jew l-intrużjoni mhux mixtieqa minn persuni jew vetturi ġewwa l-infrastrutura tal-ferroviji huma s-suġġett tar-regolamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri responsabbli mill-kummissjoni tal-linja.

4.3.3.26. Il-pjattaformi tal-passiġġieri

Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija

Il-passiġġieri ma jridux ikunu jistgħu jkollhom aċċess għaż-żoni tal-pjattaformi qrib il-binarji meta t-treni ikunu jistgħu jgħaddu b'veloċitajiet ta' 250 km fis-siegħa jew iktar, għajr meta t-treni ikun beħsiebhom jieqfu, billi jew:

- tiġi limitata l-veloċità tat-tren qrib il-pjattaformi,

- jitwaħħlu ostakoli jew kull mezz ieħor li jillimita l-aċċess għaż-żoni qrib il-binarji.

Sakemm jiġu osservati l-ħtiġiet tal-Punt 7.3, huwa permess il-wieħed jew l-ieħor miż-żewġ valuri ta' 550 mm u 760 mm għall-għoli tal-pjattaforma; rigward proġett mogħti mibni apposta għall-veloċità qawwija, għandu jiġi ffissat għoli wieħed għall-pjattaformi kollha ta' l-istazzjonijiet ta' fuq il-linja li jkunu aċċessibbli għat-treni ta' veloċità qawwija.

It-tolleranzi b'riferiment għall-għoti tal-posizzjoni relattiva nominali bejn il-binarju u l-pjattaforma huma:

- għoli ta' pjattaforma 'il fuq mill-wiċċ tal-mixi tat-tren, perperdikolari għall-wiċċ tal-mixi tat-tren: - 30 mm /+ 0 mm,

- id-distanza bejn it-tarf tal-pjattaforma u ċ-ċentru ta-binarju, parallela mal-wiċċ talmixi tat-tren: - 0 mm / + 50 mm.

Fuq il-partijiet tal-pjattaformi aċċessibbli għall-passiġġieri, it-tagħmir kollu li miegħu l-passiġġieri jista' jkollhom kuntatt għandu jkun iddisinjat li jipprevjieni r-riskju mhux aċċettabli ta' xokk elettriku. Għajr jekk iddikjarat xorta oħra fil-Punt 7.3, id-disposizzjonijiet iffissati fil-Kapitoli 4 u 5 ta' l-EN 50122-1 standard li għandhom x'jaqsmu maż-żoni pubbliċi għandhom jiġu infurzati rigward dan it-tagħmir.

Il-pjattaformi fl-istazzjonijiet fejn jieqfu t-treni inter-operabbli għandhom jippermettu l-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għat-treni. Id-disposizzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards approprjati Ewropej, fejn jidħlu l-pjattaformi tal-passiġġieri aċċessibbli għall-pubbliku tan-networks tal-ferroviji ta' bejn l-ibliet, għandhom ikunu infurzati, b'mod partikolari fejn jirrigwarda l-oġġetti li ġejjin:

- il-għata ta' l-art u l-ġeometrija tal-wiċċ, li għandhom jippermettu l-moviment ħafif tas-siġġijiet bir-roti u tal-prammijiet,

- iż-żoni ta' l-istennija u tal-mistrieħ, li għandu jkollhom siġġijiet b'aċċess u wisa' ħfief għal-parkeġġ tas-siġġijiet bir-roti,

- is-sistemi tat-tagħrif viżwali u bis-smigħ għall-passiġġieri, li għandhom jippermettu l-fehim ħqfif mill-parti tal-passiġġieri b'diżabbiltà viżwali jew tas-smigħ.

Il-linji eżisenti ta' veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni

Bl-eċċezzjoni tal-każijiet speċifiċi deskritti fil-Punt 7.3, id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu ta' qabel għandhom jiġu implimentati b'mod progressiv fuq il-pjattaformi ta' l-istazzjonijiet eżistenti li jkunu miftuħa għat-treni inter-operabbli ta' veloċità qawwija, billi jiġu applikati l-miżuri ta' implimentazzjoni deskritti fil-Kapitolu 7.

Il-għoli tal-pjattaformi għandu jkun addattat għall-valur li jkun iffissat għal-linja ta' veloċità qawwija li għalihom il-linji miżjuda fil-grad u tal-konnessjoni interassati jkunu l-aċċess prinċipali.

Jekk is-sitwazzjoni eżistenti ma tippermettix aċċess ħafif għall-persuni b'disabbiltà, l-impriża tal-ferrovija għandha tipprovdi l-mezzi ta' l-assistenza għad-diżabbilitati, li għandhom jiġu ppubblikati fir-"Reġistru ta l-Infrastruttura" tal-linja interessata sabiewx jgħarrfu lil-passiġġieri b'dan. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:

- rampi mobbli għall-aċċess għat-tren,

- pjattaformi li jitilgħu u jinżlu.

4.3.3.27. L-istazzjonijiet ta' veloċità qawwija ta' taħt l-art

Fl-istazzjonijiet ta' taħt l-art u stazzjonijiet oħra li jikkostitwixxu spazju magħluq, għandha tingħata attenzjni sabiex jiġi żgurat li l-pubbliku ma jiġix issoġġettat għall-effetti perikolużi tal-pressa jew tar-raxx ta' l-arja ġġenerati mit-treni għaddejja b'veloċità qawwija, kif iddettaljat fit-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni.

L-effetti tal-pressa jirriżutaw mill-bidliet tal-pressa imdaħħla mill-vetturi fl-ispazji magħluqa tal-pasaġġi ta' l-aċċess fl-istazzjonijiet ta' taħt l-art, hekk illi dawn is-sezzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħall-mini, f'termini tal-ħtiġiet ta' l-element "xogħlijiet taħt il-livell ta' l-art bħalma huma l-mini u l-qtugħ imogħtti" (4.3.3.6) ta' hawn fuq.

Il-kurrenti ta' l-arja li għalihom il-passiġieri jistgħu jiġu esposti fl-istazzjon huma ta' żewġ kwalitàjiet. L-effetti diretti tar-raxx ta' l-arja fuq il-pjattaformi mit-trejinijiet għaddejja maġenbhom, dawn huma aċċettabbli, mogħtija l-limitazzjoni tal-veloċitajiet tat-treni fl-istazzjonijiet imposti fl-element "il-pjattaformi tal-passiġġieri" (4.3.3.26) ta' hawn fuq. Mill-banda l-oħra, il-varjazzjonijiet fi-pressa jistgħu jivvjaġġaw bejn spazji magħluqa li minnhom jgħaddu t-treni u l-ispazji l-oħra ta' l-istazzjon, li jistgħu jipproduċu kurrenti qawwija ta' l-arja li l-passiġġieri ma jkunux jisgħu jifilħu għlihom.

Billi kull stazzjon ta' taħt l-art hu każ speċjali, ma teżistix regola waħda sabiex tikkwantifika dan l-effett. Irid għalhekk ikun il-punt fokali ta' studju speċifiku tad-disinn, għajr meta l-ispazji fl-istazzjon ikunu jistgħu jiġu iżolati mill-ispazji ssoġġettati għall-varjazzjonijiet fil-pressa permezz ta' fetħiet diretti għall-arja ta' barra taż-żona tas-sezzjoni transversali ta' mill-inqas nofs dik ta' l-aċċess għall-mina.

Fin-nuqqas ta' dan, għandu jsir studju preliminari li jillimita l-veloċitajiet li għalihom il-passiġġieri jkunu lijabbli li jiġu ssoġġettati għal valur li mhux ta' ħsara, skond ir-regolamenti nazzjonali applikabbli.

Fiż-żoni ta' l-istazzjonijiet ta' taħt l-art aċċessibbli għall-passiġġieri, it-tagħmir kollu li miegħu l-passiġġieri jista' jkollhom kuntatt għandu jkun iddisinjat li jipprevjieni r-riskju mhux aċċettabli ta' xokk elettriku. Għajr jekk iddikjarat xorta oħra fil-Punt 7.3, id-disposizzjonijiet iffissati fil-Kapitoli 4 u 5 ta' l-istandard EN 50 122-1 li għandhom x'jaqsmu maż-żoni pubbliċi għandhom jiġu infurzati rigward dan it-tagħmir.

Il-ħtiġiet tl-potezzjoni min-nar huma deskritti fi-Punt 4.2.3.1.3.

4.3.3.28. Il-karateristiċi elettriċi tas-superstruttura

Is-superstruttura tal-binarju, jiġifieri l-binarju, il-fallakki tar-rfid u l-irbit, għandhom jippermettu, taħt kondizzjnijiet speċifikati, it-trasmissjoni ta';

- il-kurrenti tal-ġibda tar-ritorn bejn il-vettura u s-sub-stazzjonjiet,

- il-kurrenti tas-sinjalazzjonijiet użati mis-sistema tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni.

Għall-għanijiet tal-kurrenti tal-ġibda tar-ritorn, l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-azzar tal-binarju għal dan il-komponent tal-binarju normalment ikunu biżżejjed. Madankollu, il-binarju jrid ikun kompatibbli ma' kull ħtieġa rilevanti fit-TSI ta' l-enerġija għas-sistema ta' elettrifikazzjoni wżata.

Sabiex tiġi żgurata t-trasmissjoni tal-kurrenti tas-sinjalazzjoni li jistgħu jinħtieġu għal ċerti sistemital-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni, jista' jkun meħtieġ li jiġi ggarantit ċertu livell ta' iżolazzjoni bejn il-binarji. Din il-karatteristika hija funzjoni tas-sistema tar-rbit. Il-ħtieġa tista tiddifferixxi għal sistemi differenti tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni skond il-funzjonijiet li jridu jwettqu, bis-sistema tar-rbit għandha tiġi ċċertifikata, jekk meħtieġa bħala waħda mil-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà, jew iċċekkjata, jekk tkun integrata bħala waħda mill-elementi tas-sub-struttura ta' l-infrastruttura, kontra valur ta' l-iżolazzjoni ddikjarata fl-ewwel każ mill-fabbrikant u fit-tieni każ mill-korp innotifikat li jaċċerta li tiġi osservata l-koerenza meħtieġa ta' din il-proprjetà tas-sistema tar-rbit mas-sistema magħżula tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni.

Il-karatteristiċi u l-proċeduri ta' l-istima meħtieġa għal din il-karatteristka tas-sistema tar-rbit huma ddikjarati fil-Kapitoli 5 u 6 rigward il-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistemi tar-rbit tal-binarji".

5. IL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

5.1. ID-DEFINIZZJONI TAL-KOSTITWNETI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

Skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 96/48/KE:

il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà huma "kull komponent, grupp ta' komponenti, sub-assemblaġġ jew assemblaġġ komplet elementari tat-tagħmir inkorporat jew maħsub li jiġi inkorporat ġewwa subsistema li fuqhom tiddependi direttament jew indirtettamenrt is-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija".

Il-kostitwentri ta' l-inter-operabbiltà huma ttrattati fid-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 96/48/KE u inklużi fil-listi mogħtija fl-Anness A ma' dan it-TSI.

Il-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà huma koperti bl-ispeċifikazzjonijiet ikkaratterizzati mill-ħtiġiet tat-twettiq tx-xogħol. L-istima tal-konformità u/jew kemm jixirqu għall-użu trid jitwettaq billi jiġu ċċekkjati l-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol permezz ta' l-inrterfaces tal-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà, bir-rikors għall-karatteristiċi konċettwali jew deskrittivi jkunu eċċezzjoni. Safejn u sakemm ikun meħtieġ, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà deskritti hawn taħt jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej abbozzati fuq it-talba tal-Kummisjoni mill-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni: il-CEN, il-CENELEC u l-ETSI: rigward l-ispeċifikazzjonijiet għall-kosatitwenti ta' l-inter-operabbiltà, dawn iridu jiġu abbozzati fuq l-bażi tal-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol u eċċezzjonalment fuq bażi deskrittiv.

5.2. ID-DESKRIZZJONI TAL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ TAS-SUBSISTEMA TA' L-IFRASTRUTTURA

Għall-għanijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni teknika ta' l-inter-operabbiltà, l-elementi ta' l-inter-operabbiltà li ġejjin, sewwa jekk komponenti individwali u sewwa jekk subassemblej tal-binarji, huma ddikjarati li jkunu "kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà". B'konsegwenza ta' dan, kull grupp ta' kostitwenti tal-linja inter-operabbli li tinkorpora l-kostitwenti kollha jew parti minnhom elenkati hawn taħt għandu jkun meħtieġ li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet li jappartjienu għal kull wieħed mill-kostitwenti involuti.

- il-binarju, (5.2.1: il-profil tar-ras tal-binarju u l-grad ta' l-azzar tal-binarju)

- is-sistemi tar-rbit tal-binarju (5.2.2)

- il-fallakki tar-rfid u li jżommu l-binarju (5.2.3)

- il-bdil u l-qsim tal-binarji (5.2.4).

Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddeskrivu l-ispeċifikazzjonijiet li japplikaw għal kull wieħed minn dawn il-kostitwenti.

5.2.1. Il-binarju

F'linja ma' l-Anness IV(2) tad-Direttiva, l-ispeċifikazzjonijiet intrinsiċi ta' kostitwent ta' l-inter-operabbiltà ta' "binarju" huma dawn li ġejjin:

- il-profil tar-ras tal-binarju għandu jkun fih xaqliba laterali fuq il-ġenb tar-ras angolata ta' bejn 1/20 u 1/72,2, b'riferiment għall-assi vertikali tar-ras tal-binarju, segwit, fid-direzzjoni tal-wiċċ ta' fuq tar-ras, b'suċċessjoni ta' liwjiet bir-raġġi ta' 12,7 jew 13-il mm u, imbagħad, 80 u 300 mm sa l-assi vertikali tar-ras tal-binarju,

- il-massa minima tal-binarju għandha tkun iktar minn 53 kg/m,

- il-grad ta' l-azzar tal-binarju għandu jkun kif iddefinit mill-istandard tal-CEN li japplika.

L-ispeċifikazzjonjiet għll-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà tal-"binarju" jagħmlu riferiment għall-karatteristiċi ddefiniti:

- għall-binarji sempliċi tal-linja:

- l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-profil tar-ras tal-binarju huma ddefiniti fl-Anness K2 mat-TSI preżenti,

- l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-grad ta' l-azzar tal-binarji huma ddefiniti fl-Anness K2 mat-TSI preżenti,

- għall-binarji speċifiċi għall-qlib u l-qsim tal-binarji:

- l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-profil tar-ras tal-binarju għandhom ikunu dawk adottati għall-profili tal-binarji ddefiniti fl-Anness L2 mat-TSI preżenti,

- l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-grad ta' l-azzar tal-binarji huma ddefiniti fl-Anness L2 mat-TSI preżenti.

L-ispeċifikazzjonijiet u d-dekrizzjonijiet iddettaljati tal-metodi tat-testijiet li għandhom ikunu applikati għall-'binarju' kostitwenti huma deskritti fl-Anness A mat-TSI.

L-istima tal-konformità mal-"binarju" kostitwenti ma l-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq hija bla ħsara għad-disposizzonijiet iffissati fil-Punt 6.1 tat-TSI.

5.2.2. Is-sistemi tar-rbit tal-binarji

L-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà tas "sistemi tar-rbit tal-binarji" li tinvolvi definizzjoni ta' l-interfaces tal-kostitwent, fis-sens ta' l-Anness IV(2) mad-Direttiva huma dawn li ġejjin:

- ir-reżistenza minima maż-żelqa lonġitudinali tal-binarju fis-sistema tar-rbit għandha tkun ikbar minn 9 kN, għajr għas-sistemi tar-rbit "jiżolqu" ta' l-istrutturi u l-għekiesi ta' l-espansjoni,

- ir-reżistenza għat-tagħbijiet ripetuti għandhom ikunu mill-inqas l-istess għal dik meħtieġa għall-binarji tal-linji prinċipali fl-Istandard tal-CEN (bit-taghbija tat-test ta' minn 70 sa 80 kN jiddependi fuq l-ebusija tal-kuxxnett tal-binarju),

- l-ebusija dinamika tal-kuxxinett tal-binarju ma għandhiex taqbeż is-600 MN/m għas-sistemi tar-rbit fuq il-fallakki tas-siment tar-rfid,

- l-ebusija dinamika ġenerali tas-sistemi tar-rbit għall-binarju fil-binarju taċ-ċangaturi ma għandhiex taqbeż il-150 MN/m,

- ir-reżistenza elettrika minima li meħtieġa hija ta' 5 kΩ; ċerti sistemi tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni jistgħu jagħmlu meħtieġa valuri ogħla ta' reżistenza, bil-valur miksub fit-test iddefinit hawn taħt għandu jissemma fuq ċ-ċertrifikat tal-konformità u għandu jiġi kkunsidrat bħala l-wieħed iċċertifikat għall-għanijiet ta' l-inter-operabbiltà. Għandha tiġi vvalutata r-reżistenza elettrika tas-sistema tar-rbit u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott għandha ssemi il-valur ta' l-iżolazzjoni ggarantit mill-fabbrkant sabiex jippermetti lill-entità aġġudikanti li tiżgura l-kompatibbiltà mas-sistema tal-kmand tal-kontroll u tas-snjalazzjoni magħżula.

- is-sistemi tar-rbit għandhom ikunu għaddew minn stima ta' l-imġieba waqt is-sevizz.

L-interfaces tal-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistemi tar-rbit tal-binarji" li jridu jiġu ċċekkjati fl-istima tal-konformità huma l-binarju, l-inkliazzoni tal-binarju, it-tip tal-fallakki li jirfdu jew ta' dawk li jżommu l-binarji u t-tagħbijiet simulati għal kull karatteristika interessata.It-twettiq tax-xogħol tal-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistema tar-rbit tal-binarji" trid tiġi vverifikata għall-għaqdiet kollha tat-tipi tal-fallakki li jirfdu u ta' dawk li jżommu l-binarji wżati fis-subsistema ta' l-infrastruttura.

Trid issir ukoll l-istima ta' l-imġieba waqt is-servizz b'dawn l-istess għaqdiet, fuq linja fejn il-veloċità tat-treni li jiġru l-iktar għandha tkun mill-inqas ta' 160 km fis-siegħa u l-itwal tagħbija fuq il-fus tal-magni u l-vaguni tat-tren gandha tkun mill-inqas 170 kN, meta mill-inqas 1/3 tas-sistemi tar-rbit jitqiegħdu fuq il-liwjiet.

5.2.3. Il-fallakki li jirfdu l-binarji u l-fallakki li jżommu l-binarji

L-ispeċifikazzjonijiet intrisiċi applikabbli għall-kostitwent ta' l-inter-operbbiltà il-"fallakki li jirfdu l-binarji u l-fallakki li jżommu l-binarji" huma dawn li ġejjin:

- il-massa tal-fallakki li jirfdu l-binarju jew ta' dawk li jżommu l-binarju wżati fuq il-binarji bis-saborra għandha tkun ta' mill-inqas 220 kg,

- il-fallakki li jirfdu tas-siment għandu jkollhom tul ta' 2,25 m.

L-ispeċifikazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet iddettaljati tal-metodi tat-testijiet li għandhom ikunu applikati għall-kostitwent "il-fallakki li jirfdu l-binarji u l-fallakki li jżommu l-binarji" huma deskritti fl-Anness A mat-TSI preżenti.

L-istima tal-konformità tal-kostitwent "il-fallakki li jirdfu l-binarji u l-fallakki li jżommu l-binarji" ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq hija bla ħsara għad-disposizzonijiet iffisati fil-Punt 6.1.

5.2.4. Il-qlib u l-qsim tal-binarji

Il-qlib u l-qsim tal-binarji huma subassemblej tas-superstruttura. Fihom uħud mill-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà msemmija qabel u l-karatteristiċi tagħhom infushom tad-disinn jistgħu jiġu stmati għall-kompatibbiltà intrinsika.

L-ispeċifikazzjonijiet intrinsiċi tal-kostitwent ta' l-inter-operabbilità "il-qlib u l-qsim tal-binarji" huma dawn li ġejjin:

- il-kostitwenti tal-qlib u l-qsim tal-binarji għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "binarju",

- is-sistemi tar-rbit tal-binarji tal-linja sempliċi wżati fil-qlib u l-qsim tal-binarji 'l barra miż-żoni tal-qlib u tal-qsim tal-binarji għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistemi tar-rbit tal-binarji",

- id-dimensjonijiet funzjonali tad-disinn, jiġifieri il-wisa' tal-korsi tal-flanġijiet, id-dimensjoni tal-protezzjoni tal-faċċata, l-ispazju vojt għall-mixi, il-għoli tal-balavostri tal-kontroll u l-qies standard tal-binarji, għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 4.3.3 għall-elementi "il-qlib u l-qsim tal-binarji: il-kondizzjonijiet funzjonali" (il-Punt 4.3.3.20) u "il-qies standard tal-binarji u t-tolleranzi" (Punt 4.3.3.10) safejn jirrigwarda l-valuri tad-disinn u t-tolleranzi tagħhom,

- għal kull tip ta' qlib jew qsim tal-binarji, il-kondizzjonijiet operattivi ta' l-użu għandhom ikunu ddefiniti mill-fabbrikant, li għandu jistabbilixxu u jispeċifika dan li ġej:

- jiddependi mill-użu tagħhom f'arranġamenti dritti jew milwija, il-veloċitajiet permissibbli fuq il-linja diverġenti, sabiex jikkonformaw ma' l-ipeċifikazzjonijiet applikabbli skond il-Punt 4.3.3 ta' l-element "id-defiċjenza tal-posizzjoni mżerżqa fuq il-binarju diverġenti tal-qlib u tal-qsim tal-binarji" (il-Punt 4.3.3.8(b)): id-defiċjenza ta-posizzjoni mżerżqa fuq il-binarji diverġenti għandha tkun limitata għal 85 mm jew 100 mm skond il-veloċità maħsuba matur l-arranġament,

- il-veloċitajiet permissibbli fuq ir-rotta tal-linja prinċipali għandhom jiġu ffissati skond jekk il-qalba għandhiex faċċata li titbandal jew le u bħala funzjoni ta' l-inklinazzjoni tal-binarju, skond l-ispeċifikazzjonijiet għaż-żwġ elementi "il-qlib u l-qsim tal-binarju: il-kondizzjonijiet funzjonali" (4.3.3.20) u "l-inklinazzjoni tal-binarji" (4.3.3.11).

L-ispeċifikazzjonjiet aplikabbli għall-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "il-qlib u l-qsim tal-binarji" jagħmlu riferiment għall-karatteristiċi li ġejjin:

il-binarji u s-sistemi tar-rbit tal-binarji wżati fuq il-binarju sempliċi tal-linja fil-qlib u l-qsim tal-binarji:

l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards applikabbli għal dawn il-komponenti huma ddefiniti fil-paragrafi rilevanti għal dawn il-kostitwenti,

l-ispeċifikazzjonijiet intrinsiċi għas-subsistema:

- id-dimensjonijiet funzjonali huma msemmija fil-Punt 4.3.3.20 ta' dan it-TSI,

- il-kondizzjonijiet operattivi għall-mogħdija minn fuq il-linja diverġenti huma mogħtija fil-Punt 4.3.2 ta' dan it-TSI.

L-ispeċifikazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet iddettaljati tal-metodi tat-testijiet li għandhom ikunu applikati għall-kostitwent "il-qlib u l-qsim tal-binarji" huma deskritti fl-Anness A mat-TSI.

L-istima tal-konformità tal-kostitwent "il-qlib u l-qsim tal-binarji" ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq hija bla ħsara għad-disposizzonijiet iffissati fil-Punt 6.1 tat-TSI.

6. L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ U/JEW KEMM JIXIRQU GĦALL-UŻU

6.1. IL-KOSTITWENTI TA' L-INTER-OPERABBILTÀ

6.1.1. Il-konformità u kemm ikun jixraq għall-proċeduri ta' l-istima ta' l-użu (il-moduli)

Il-proċedura ta' l-istima għall-konformità u kemm ikunu jixirqu għall-użu tal-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà kif iddefiniti fil-Kapitolu 5 ta' dan it-TSI għandha titwettaq bl-applikazzjoni tal-moduli kif speċifikat fl-Anness Ċ ma dan it-TSI.

Il-proċeduri ta' l-istima għall-konformità u kemm ikunu jixirqu għall-użu, id-deskrizzjoni tal-metodi tat-testjiet għall-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà: il-binarji, ir-rbit tal-binarji, il-fallakki li jirfdu l-binarji u dawk li jżommu l-binarji, u l-qlib u l-qsim tal-binarji, kif iddefiniti fil-Kapitolu 5 ta' dan it-TSI, kif indikat fl-Anness A ma' dan it-TSI.

Safejn u sakemm meħtieġa mill-moduli speċifikati fl-Anness Ċ ma' dan it-TSI, l-istima tal-konformità u ta' kemm ikunu jixirqu għall-użu ta' kostitwent ta' l-inter-operabbiltà għandha tiġi vvalutata minn korp innotifikat, meta indikat fil-proċedura, li miegħu il-fabbrikant jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu, stabbilit fil-Komunità, ikunu ddepożitaw l-applikazzjoni.

Il-fabbrikant tal-kostitwent ta' inter-operabbiltà jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew dikjarazzjoni tal-KE dwar kemm jixraq għall-użu skond l-Artikolu 121(1) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Kapitolu 3 ta' l-Anness ta' miegħu, qabel ma l-kostitwent ta' inter-operabbiltà jitqiegħed fis-suq. Dikjarazzjoni tal-KE dwar kemm ikun xieraq għall-użu hija meħtieġa biss għall-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistema tar-rbit tal-binarji" tas-subsistema ta' l-infrastruttura.

Fil-każ meta kostitwent li jrid jiġi inkorporat fis-subsistema ta' l-infrastruttura ma jkunx irċieva d-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-KE dwar kemm jixraq għall-użu, jew minħabba li l-karatteristiċi intrisiċi tiegħu huma differenti minn dawk ipprovvduti għalih fit-TSI (prodotti ġodda), jew minħabba li l-ispeċifikazzjonijiet mwettqa mhumiex dawk deskritti fl-Anness A għall-kostitwent taħt valutazzjoni, l-istima tal-konformità għandha tkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet iffissati għas-subsistema fil-Punt 6.2 ta' hawn taħt. B'mod partikolari, il-korp innotifikat għandu jiċċekkja illi l-karatteristiċi intrinsiċi u kemm ikun xieraq għall-użu tal kostitwent taħt valutazzjoni jwettqu d-disposizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 4, li jiddeskrivu l-funzjonijiet meħtieġa tal-kostitwent fis-subsistema. Sakemm tkun ġiet miksuba valutazzjoni pożittiva tal-kostitwent matul il-verifika ta' proġett ta' l-infrastruttura, għandha tiġi permessa iktar inkorporazzjoni ta' dan il-kostitwent fi proġetti oħra, safejn u sakemm l-interfaces tal-kostitwenti fl-applikazzjoni l-ġdida ikunu identiċi ma' l-applikazzjoni inizjali.

F'dan il-każ, il-proprjetajiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwent, li ikkontribwixxu għall-ħtiġiet speċifikati għas-subsistema, għandhom ikunu deskritti kompletament ma' l-interfaces tagħhom matul din il-verifika inizjali sabiex tgħin iktar valutazzjoni bħala kostitwent tas-subsistema. Għandha ssir oħra stima tal-konformità ta' dan il-kostitwent b'segwiment tal-moduli deskritti fil-Punt 6.1.2.1 hawn taħt għal "prodotti ġodda".

6.1.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.1.2.1. L-istima tal-konformità

Il-prodotti konvenzjonali

Għall-proċedura ta' l-istima għal kull kostitwent ta' inter-operabbiltà tas-subsistema ta' l-infrastruttura, li l-proprjetajiet tiegħu jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness A, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom japplikaw il-kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu A) indikat fl-Anness Ċ, Ċ.2 ta' dan it-TSI għall-fażijiet kollha tad-disinn u l-produzzjoni.

L-istima tal-konformità għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif indikati b'X fit-Tabelli minn A.1 sa A.4 ta' l-Anness 1 ma' dan it-TSI.

"Il-prodotti ġodda"

Għal iktar proċeduri ta' stima ta' kull kostitwent tas-subsistema ta' l-infrastruttura, li jkollu proprjetajiet li jiddifferixxu minn dawk deskritti fl-Anness A, imma li jkunu ssodisfaw inizjalment il-verifika tas-subsistema ta' l-infrastruttura, u meta l-applikazzjoni fis-subsistema l-ġdida tintgħamel b'interfaces identiċi ma' l-applikazzjoni inizjali, il-fabbrikant jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jistgħu jagħżlu jew:

- il-proċedura ta' l-eżami (il-modulu B) indikata fl-Anness Ċ.3 ta' dan it-TSI għall-fażi tad-disinn u ta' l-iżvilupp f'għaqda mal-proċedura ta' l-assikurazzjoni tal-produzzjoni tal-kwalità (il-modulu Ċ) indikata fl-Anness Ċ.4 ta' dan it-TSI għall-fażi tal-produzzjoni, jew

- il-proċedura ta' l-eżami (il-modulu B) indikat fl-Anness Ċ.3 ta' dan it-TSI għall-fażi tad-disinn u ta' l-iżvilupp f'għaqda mal-proċedura tal-verifika tal-produzzjoni (il-modulu F) indikata fl-Anness Ċ.5 ta' dan it-TSI għall-fażi tal-produzzjoni, jew

- l-asskurazzjoni sħiħa tal-kwalità mal-proċedura ta' l-eżami tad-disinn (il-modulu H2) indikata fl-Anness Ċ.6 ta' dan it-TSI għall-fażjiet kollha.

Il-modulu H2 jista' jingħażel biss meta l-fabbrikant jopera sistema ta' kwalità għad-disinn, il-produzzjoni, l-ispezzjoniii u t-testijiet tal-prodott finali, approvati u mistħarrġa minn korp innotifkat.

L-istima tal-konformità għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi indikati b'X fit-Tabelli minn A.1 sa A.4 ta' lAnness A ma' dan it-TSI; din l-indikazzjoni tiddeskrivi l-proprjetajiet tal-"prodott il-ġdid" li jikkontribwixxu għall-ħtiġiet tasa-subsistema kif iddefinita fil-Kapitolu 4 ta' dan it-TSI, li ġew ivverifikati bi stima inizjali ta' subsistema kompleta kif indikat fil-Punt 6.2., u deskritti u speċifikati b'mod komplet għal din l-applikazzjoni inizjali.

6.1.2.2. L-istima dwar kemm jixraq għall-użu

Għall-istima ta' l-użu tal-kostitwent ta' l-inter-operabbiltà "is-sistema tar-rbit tal-binarji" tas-subsistema ta' l-infrastruttura, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom japplikaw il-validazzjoni tat-tip ta' l-esperjenza ta' matul is-servizz (il-modulu V) indikata fl-Anness Ċ.7 ma' dan it-TSI.

6.1.2.3. Id-definizzjoni tal-proċeduri ta' l-istima

Dawn il-proċeduri ta' l-istimi huma ddefiniti fl-Anness Ċ ma' dan it-TSI.

6.2. IS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA.

6.2.1. Il-proċeduri ta l-istima (moduli)

Fuq it-talba ta' l-entità aġġudikanti jew tar-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit ġewwa l-Komunità, il-korp innotifikat iwettaq il-verifika tal-KE skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 96/48/KE u skond l-Anness VI tagħha, u skond id-disposizzjonijiet tal-moduli rilevanti kif speċifikat fl-Anness Ċ ma' dan it-TSI.

Jekk l-entità aġġudikanti tista' turi illi t-testijiet jew il-verifiki tal-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà ġew ikkunsidrati li kienu ta' suċċess għall-applikazzjonijiet ta' qabel, dawn l-istimi għandhom jibqgħu validi fl-applikazzjonijiet il-ġodda, u l-korp innotifkat għandu jqishom fl-istima tal-konformità.

Il-proċeduri ta' l-istima għall-verifika tal-KE tas-subsistema ta' l-infrastruttura, il-lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet u tad-deskrizzjonijiet tal-proċeduri tat-testijiet huma indikati fit-Tabelli minn B.1 sa B.10 fl-Anness B ma dan it-TSI.

Safejn u sakemm speċifikati f'dan it-TSI, il-verifika tas-subsistema ta l-nfrastruttura għandha tqis l-interfaces tagħha mas-subsistemi l-oħra tas-sistema trans-Ewropea talferroviji ta' veloċità qawwija.

L-entità aġġudikanti għandha tfassal id-deklarazzjoni tal-KE tal-verifika għas-subsistema ta' l-infrastruttura skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 96/48/KE u ta' l-Anness ta' magħha.

6.2.2. L-applikazzjoni tal-moduli

Għall-proċedura tal-verifika tas-subsistema ta' l-infrastruttura, l-entità aġġudikanti jew ir-rappreżentant tagħha fil-Komunità jistgħu jagħżlu jew:

- il-proċedura tal-verifika (il-modulu SG) indikata fl-Anness Ċ.8 ta dan it-TSI, jew

- l-assikurazzjoni sħiħa tal-kwalità mal-proċedura ta' l-eżami tad-disinn (il-modulu SH2) indikata fl-Anness Ċ.9 ta' dan it-TSI.

Il-modulu H2 jista' jingħażel biss meta l-attivitajiet li jikkontribwixxu sabiex tiġi vverifikata s-subsistema proposta (id-disinn, il-fabbrikazzjoni, l-assemblaġġ, l-istallazzjoni) tkun bla ħsara għal sistema tal-kwalità rigward id-disinn, il-produzzjoni, l-ispezzjoniii u t-testijiet tal-prodott finali, approvati u mistħarrġa minn korp innotifkat.

L-istima għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif indikati fit-Tabelli minn B.1 sa B.10 ta' l-anness b ma' dan it-TSI.

Jekk il-funzjonijiet tas-subsistema ta' l-infrastruttura ma jkunux sodisfatti għal kollox bl-integrazzjoni tal-kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà kif iddefiniti f'dan it-TSI, imma minn komponenti oħra, mhux iddefiniti bħala kostitwenti ta' l-inter-operabbiltà f'dan it-TSI, l-ekwivalenza tas-soluzzjonijiet hekk miżmuma għas-subsistema trid tiġi vverifikata fil-fażi tal-verifika tas-subsistema tal-proċedura kif indikata fit-Tabelli B.7 u B.8.

6.3. IL-VERIFIKA TAL-KE U T-TIDĦIL FIS-SERVIZZ TAS-SUBSISTEMA TA' L-INFRASTRUTTURA

Il-verifika tal-KE għas-subsistema ta' l-infrastruttura tqis il-konformità tagħha ma' l-integrita tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija li minnha din is-subsistema tagħmel parti.

L-Awtorità għalbiex din is-sistema tiddaħħal għas-servizz għandha tingħata mill-istat Membru, skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/48/KE u b'segwiment tal-proċedura ta' l-Anness VI mad-Direttiva.

6.3.1. Il-verifika tal-konformità tal-binarju

L-entità aġġudikanti, jew ir-rappreżentant tagħha, jew il-Manager ta' l-Infrastruttura għandhom jiddefinixxu, f'konnessjoni ma' l-Awtorità Statali interessata, il-miżuri prattiċi u l-fażijiet differenti li huma meħtieġa sabiex jippermettu, fiż-żmien f' waqtu, il-ftuħ għas-servizz bit-twettiq tax-xogħol meħtieġ. Dawn il-fażijiet jistgħu jinkludu perodi taż-żmien tat-transizzjoni tat-tqegħid fis-servizz bi twettiq imnaqqas tax-xogħol. B'mod partikolari, rigward il-binarji bis-saborra, jista' jkun meħtieġ li dak li jkun jipproċedi permezz ta' fażijiet suċċessivi tas-servizz pre-kummerċjali b'veloċità mnaqqsa, segwit biż-żieda inkrimentali tal-veloċità jiddependi mit-traffiku totali li jkun għadda, b'dan ta' l-aħħar iqis il-livell ta' l-istabbilizzazzjoni tal-binarju miksub b'mezzi artifiċjali.

Qabel ma tiġi kkummissjonata l-infrastruttura ta' linja mibnija għall-veloċità qawwija, u taħt il-konsiderazzjoni tal-fażijiet tal-kummissjoni ddefiniti hawn fuq, il-linja għandha tiġi ssottomessa għal test wieħed jew numru minnhom sabiex jiġi żgurat kemm ikun jixraq ix-xogħol tal-binarju kif mibni taħt il-kondizzjonjiet tal-ġiri b'veloċità qawwija mill-punt tal-vista mekkaniku.

Dan it-test jinvolvi l-mixi ta' sett ta' tren kummerċjali b'karatteristiċi mekkaniċi qrib kemm jista' jkun ta' dawk speċifikati għas-settijiet tat-treni inter-operabbli, jekk mhux sett ta' tren li l-konformità tiegħu mad-Direttiva 96/48/KE ġiet iċċekkjata bħala subsistema. Is-sensiela tat-testijiet għandha ssir għal veloċitajiet miżjuda skond il-kondizzjonijiet previsti tat-TSI tal-magni u l-vaguni tat-treni għall-aċċettazzjoni tal-vettura. L-Istat Membru responsabbli mid-dħul tal-linja fis-servizza, kif iddikjarat fil-Punt 6.2.4 ta' sdan it-TSI, għandu jiffissa l-parametri li jridu jitkejlu matul dan it-test u jrid jiġi sossegwentement analizzat, u l-limiti li jridu jintlaħqu minn dawn il-parametri sabiex tiġi konċessa kemm ikun kapaċi għas-servizz.

Mill-inqas, dawn il-parametri għandhom jnkludu dan li ġej:

- l-aċċelerazzjoni laterali tan-nofs tal-kwadru jew tat-trakk bissel tal-karru ewlieni li jgorr il-vaguni tas-sett tat-tren fid-direzzjoni tal-ġiri u l-karru li jgħabbi l-vaguni ta' vettura intermedja,

- l-aċċelerazzjoni laterali tal-body tal-coach, qrib kemm jista' jkun tal-karru li jgħabbi l-vaguni jew tal-bissel, fuq il-quddiem u l-wara u f'vettura intermedja tat-tren.

Il-valuri tal-limitu ddefiniti mill-Istat Membru għal dawn il-parametri bil-ħsieb li tiġi konċessa kemm il-linja jkun kapaċi għas-servizz ma għandhomx jaqbżu l-limiti korrispondenti speċifikati fl-istandard tal-CEN prENV 256 016 (korrentement il-verżjoni abbozzata: CEN/TC 256 N 368 kif kienet fit-22 t Marzu 1999 jew il-Foljett ta' l-UIC, it-tieni edizzjoni, il-ħarġa ta' l-1 ta' Ottubru 1999).

Fejn jirrigwarda l-proġetti għaż-żieda fil-grad tal-linji eżistenti, jistgħu jitwettqu wkoll testitijiet simili, jekk jiġu kkunsidrati meħtieġa, jiddependi min-natura taż-żieda fil-grad involuta, u mill-ħtiġiet speċifiċi li jkunu ġew innotifikati lill-entità aġġudikanti, jew lill-Manager ta' l-Infrastruttura, mill-Awtorità responsabbli għalbiex tawtorizza li l-linja tidħol għas-servizz.

7. L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TSI TA' L-INFRASTRUTTURA

7.1. L-APPLIKAZZJONI TA' DAN IT-TSI GĦAL-LINJA TA' VELOĊITÀ QAWWIJA GĦALBIEX TIDDAĦĦAL GĦAS-SERVIZZ

Rigward il-linji ta' veloċità qawwija ġewwa l-iskop ġeografiku ta' dan it-TSI (ara l-Punt 1.2) li jridu jiddaħħlu għas-servizz wara d-dħul fis-seħħ ta' dan it-TSI, il-Kapitoli minn 2 sa 6 jridu jkunu applikabbli fl-intier tagħhom, kif ukoll id-disposizzjonijiet speċifiċi possibbli tal-Punt 7.3 li ġej wara.

7.2. L-APPLIKAZZJONI TA' DAN IT-TSI GĦAL-LINJI TA' VELOĊITÀ QAWWIJA DIĠÀ FIS-SERVIZZ

Rigward l-istallazzjonijiet ta' l-infrastruttura diġa fil-ħidma, dan it-TSI japplika għall-komponenti taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni. F'dan il-kuntest partikolari, għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' strateġija migratorja li tgħin li jsir addattament ġustifikabbli ekonomikament ta' l-istallazzjonijiet eżistenti filwaqt li jitqies il-prinċipju tad-drittijiet ta' l-antiki. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw fil-każ tat-TSI dwar l-infrastruttura.

7.2.1. It-tipoloġija tax-xogħol

Il-modifika tal-linji eżistenti ji jinġiebu f'konformità mat-TSIs tinvolvi spejjeż għolja ta' investiment u, b'konsegwenza ta' dan tista' ssir biss b'mod progressiv.

Filwaqt li titqies il-medda prevista tal-ħajja tal-partjiet differenti tas-subsistema ta' l-infrastruttura, il-lista ta' dawn il-partijiet f'ordni dixxendenti tad-diffikulta tal-modifika hija kif ġej:

L-inġinerija ċivili:

- il-firxa tal-linja (ir-raġġ tal-liwjiet, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji, il-pendili għat-telgħa u għan-niżla),

- il-mini (l-ispazju vojt u l-firxa tal-sezzjoni transversali),

- l-istrutturi tal-ferrovija (ir-reżistenza għat-tagħbijiet vertikali)

- l-istrutturi tat-toroq (l-ispazji vojta),

- l-istazzjonijiet (il-pjattaformi tal-passiġġieri)

Is-superstrutura tal-binarju:

- il-qlib u l-qsim tal-binarju

- is-superstruttura tal-linja għaddejja;

It-tagħmir mixxellanju:

Għal dawn it-tliet gruppi, il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jipproċedi kif ġej:

7.2.2. Il-parametri u l-ispeċifikazzjonijiet li jirrigwardaw l-inġinerija ċivili

Dawn iridu jinġiebu f'konformità fil-kors tal-proġetti ta' żieda fil-grad maġġuri ta' l-infrastruttura masuba għalbiex itejbu t-twettiq tax-xogħol tal-linja.

L-elementi li jirrigwardaw l-inġinerija ċivili ta' l-infrastruttura jinvolvu l-iktar kostrizzjonijiet, ġaladarba iktar spiss milli le jistgħu jiġu mmodifikati biss meta jitwettaq xogħol ikkompletat tar-ristrutturazzjoni (strutturi, mini, xogħlijiet tal-ħamrija).

Fl-istazzjonijiet, irid jingħata qies ukoll, rigward il-konformità tal-għoli u t-tul tal-pjattaformi, għall-assenjazzjoni ta' numru adegwat ta binarji għalbiex jirċievu t-treni inter-operabbli, kif ukoll għad-disponibbiltà tat-tagħmir anċillari biex jgħin lill-pasiġġieri b'diżabbilità. Il-għoli tal-pjattaformi ddeżinjati għall-veloċità qawwija f'kull stazzjon mogħti jrid jinġieb għal għoli waħdieni matul il-proġett taż-żieda bil-grad.

7.2.3. Il-parametri u l-karatteristiċi li jirrigwardaw is-superstruttura

Dawn huma inqas kritiċi rigward il-modifiki parzjali, jew minħabba li jistgħu jiġu mmodifikati bil-mod il-mod skond żoni ta' kobor ġeografiku limitat jew minħabba li ċerti komponenti jistgħu jiġu mmodifikati b'mod indipendenti mill-apparat kollu li minnu jagħmlu parti.

Dawn iridu jinġiebu f'konformità fil-kors tal-proġetti ta' żieda fil-grad maġġuri ta' l-infrastruttura maħsuba għalbiex itejbu t-twettiq tax-xogħol tal-linja.

Huwa possibbli li bil-mod il-mod jinbidlu l-elementi kollha tas-superstruttura jew parti minnhom b'elementi f'konformità tat-TSI. F'dawn il-każijiet, irid jitqies il-fatt li kull wieħed mnn dawn l-elementi meħud f'iżolazzjoni, ma jagħmilhiex possibbli minnu nnifsu li jiżgura l-konformità ma' l-apparat kollu: il-konformità ta' subsistema tista' tiġi ddikjarata globament biss, jiġifieri meta l-elementi kollha jkunu nġiebu f'konformità mat-TSI.

F'dan il-każ, jistgħu jiġu ppruvati meħtieġa stadji intermedji għalbiex tinżamm il-kompatibbilità tas-superstruttura mad-sisposizzjonijiet ta' subsistemi oħra (il-kontroll u l-kmand u s-sinjalazzjoni, l-enerġija), kif ukoll mal-moviment tat-treni mhux koperti bit-TSI.

7.2.4. Il-parametri u l-karatteristiċi li jirrigwardaw tagħmir varju

Dawn iridu jinġiebu f'konformità skond il-ħtiġiet espressi mill-operaturi li jużaw l-istazzjonijiet interessati.

7.2.5. Il-veloċità bħala kriterju tal-migrazzjoni

Jista' jitqies ukoll illi l-fatt li t-twettiq tax-xoglijiet magħżula, u b'mod partikolari, il-veloċità ta' sezzjoni tal-linja, jirrappreżentaw parametru possibbli għall-addattament temporanju tal-karatteristiċi ta' linja għall-ipeċifikazzjonijiet ta' l-inter-operabbilità meta jkunu jistgħu jiġu mmodulati bħala funzjoni ta' dan il-parametru. Din il-possibbilità , li tagħmilha possibbli li tinfetaħ rotta temporanjament, ma għandhiex madankollu ttellef l-adozzjoni sossegwenti, meta din tkun tista' tiġi prevista raġjonevolment, ta' speċifikazzjonijiet li jikkorrespondu ma' l-ogħla veloċità, li joffru l-aħjar twettiq tax-xogħol possibbli tan-network.

7.2.6. Il-każ ta' l-apparat tal-kxif tal-hotboxes

Għandha tiġi segwita l-istrateġija migratorja li ġejja rigward l-apparat li jikxef il-hotboxes speċifikati fil-Punt 4.3.3.24.

7.2.6.1. Is-sitwazzjoni temporanja li fiha ma jkunx hemm sistemi ta' protezzjoni abbord li jkunu ġew ivvalidati

Matul dan il-perjodu taż-żmien, il-Manager ta' l-Infrastruttura għandu jwettaq is-sorveljanza tal-kaxxa tal-fus. L-impriża tal-ferrovija li tixtieq tħaddem servizzi taħt dawn il-kondizzjonijiet (bl-ebda apparat tal-kxid abbord) għandha tikkuntattja lill-Manager ta' l-Infrastruttura sabiex tiżgura li l-mezzi tal-kxif fil-post attwalment jippermettu s-sorveljanza tal-kaxxi tal-fusien tat-treni tagħha, bi frekwenza adegwata tal-monitoraġġ għas-servizz previst.

7.2.6.2. Is-sitwazzjoni definittiva li fiha jeżistu sistemi abbord ta' l-apparat tal-kxif għat-treni ta' veloċità qawwija u jinżammu sistemi tal-kxif sabiex jippermettu s-sorveljanza tal-kaxxi tal-fusien ta' treni oħra

Il-Manager ta' l-Infrastruttura tal-linja interessata għandu jaddatta s-sistema tas-sorveljanza fil-manjiera li tiżgura illi ma jiġix iddisturbat il-moviment tat-treni inter-operabbli mis-sistema ta' l-art meta tiġi żgurata s-sorveljanza tal-kaxxi tal-fusien b'mezzi abbord.

Dan jista' jinkiseb:

- jew billi jiġu żgurati il-għarfien u d-diskriminazzjoni rigward it-tipi differenti ta' treni għaddejjin fuq il-linja, meta jgħaddu l-apparat ta' l-art għal-kxif,

- jew billi jiġi żgurat illi l-kriterji tal-kxif applikati mis-sistemi ta' l-art ikunu kompatibbli mal-kriterji tas-sistema abbord. F'dan il-każ, il-kxif mis-sistemi ta' l-art jikkostitwixxi konforma tas-sistema tal-kxif abbord, bl-użu tar-riżultati li tagħhom ikunu bla ħsara għal ftehim speċifiku bejn l-operatur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija interessata.

7.3. KAŻIJIET SPEĊIFIĊI

Id-disposizzjonijiet speċjali li ġejjin huma awtorizzati fil-każijiet speċifiċi li ġejjin. Dawn il-każijiet speċifiċi huma kklassifikati f'żewġ kategoriji: id-disposizzjonijiet li japplikaw jew b'mod permanenti (il-każijiet "P"), jeww b'mod temporanju (il-każijiet "T"). Rigward il-każijiet temporanji, huwa rrakkommandat illi s-sistema fil-mira tintlaħaq jew sa'l-2010 (il-każijiet "T1"), għan iffissat fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, jew sa'l-2020 (il-każijiet "T2"),

7.3.1. Il-karatteristiċi partikolari fuq in-network Ġermaniż (il-każ P)

Il-pendili massimi għat-telgħa u għan-niżla

Fuq il-linja ta' veloċità qawwija bejn Kolonja u Frankfurt (ir-Rhein-Main), il-pendili massimi li jogħlew u jinżlu ġew iffissati għal 40 (permil).

Il-qies standard tal-pantografu

Fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija, fuq il-linji tal-konnessjoni u fl-istazzjonijiet, il-qies standard ta' l-infrastruttura għandu jiġi ffissat għal pantografu wiesgħa' 1950 mm.

7.3.2. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Awstrijakk

Il-qies standard tal-pantografu (il-każ T1)

Fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija, fuq il-linji tal-konnessjoni u fl-istazzjonijiet, il-qies standard ta'l-infrastruttura għandu jiġi ffissat għal wisa' ta' pantografu ta'1950 mm.

7.3.3. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Daniż

It-tul massimu tal-pjattaformi tal-passiġġieri u l-binarji tal-mistrieħ (il-każ P)

Fuq il-linji tan-network Daniż, it-tul minimu tal-pjattaformi tal-passiġġieri u tal-binarji tal-mistrieħ huwa mnaqqas għal 320 m.

7.3.4. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Spanjol

Il-qies standard tal-binarji (il-każ P)

Bl-eċċezzjoni tal-linji ta' veloċità qawwija bejn Madrid u Sevilja, u bejn Madrid u Barċellona sal-fruntiera Franċiża, il-linji tan-network Spanjol huma mqiegħda bil-qies standard tal-binarju ta' 1668 mm.

Il-qies standard tal-pantografu (il-każ P)

Fuq il-linji eżitenti mibnija jew miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija, fuq il-linji tal-konnessjoni u fl-istazzjonijiet, il-qies standard ta' l-infrastruttura għandu jiġi ffissat għal pantogorafu wiesa' 1950 mm.

Id-distanza taċ-ċentru tal-binarju (il-każ P)

Fuq il-linji eżistenti miżjud fil-grad għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji tista' titnaqqas għal valur nominali ta' 3,808 m.

7.3.5. Il-karatteristiċi partikolari tan-network Finlandiż (il-każijiet P)

Il-qies standard tal-binarju

In-network Finlandiż tal-ferroviji huwa magħmul minn linji mqiegda f'qies standard ta' 1524 mm.

Il-qies standard ta' l-istruttura

Il-qies standard ta' l-istruttura jrid jippermetti t-treni mibnija għall-qies standard tat-tagħbija FIN 1 [5]

Il-qies standard tal-pantografu

Il-għoli normali tal-wajer tal-kuntatt huwa 6150 mm.

It-tul minimu tal-pjattaformi tal-passiġġieri u tal-binarji tal-mistrieħ

Fuq il-linji tan-network Finlandiż, it-tul minimu li jista' jintuża għall-pjattaformi tal-pasiġġieri u l-binarji tal-mistrieħ huwa ffissat għal 350 m.

Il-pjattaforma

Id-distanza bejn il-linja taċ-ċentru tal-binarju u t-tarf tal-pjattaforma huwa 1800 mm.

7.3.6. Il-karatteristiċi partikolari fuq in-network Britanniku (il-każijiet P)

Il-għoli tal-pjattaforma

Il-pjattaformi wżati fuq il-linji miżjuda fil-grad fil-Gran Britannja għandu jkollhom il-għoli standard ta 915 mm b'tolleranza ta +0/-50 mm. Id-distanza orizzontali tal-pjattaforma (L) għandha tingħażel hekk li tagħmel l-użu ottimu tal-posizzjonijiet tat-turġien fuq it-treni mibnija għall-qies standard tat-tagħbija UK 1 [6].

It-tul minimu tal-pjattaforma

It-tul minimu tal-pjattaforma huwa mnaqqas għal 300 m fuq il-linji miżjuda fil-grad tan-network Britanniku, sabiex tlaħħaq mal-limitazzjoni tat-tul tat-treni ta' 320 m fuq il-linji miżjuda fil-grad tan-network.

Il-binarji tal-mistrieħ: tul minimu

Duq il-linji miżjuda fil-grad tan-network Britanniku, it-tul tal-binarji tal-mistrieħ tat-treni jista' jiġi limitat sabiex jakkommoda tul massimu ta' 320 m.

Il-qies standard ta' l-istruttura

Il-qies minimu standard ta' l-istruttura fuq il-linji miżjuda fil-grad fil-Gran Britannja għandhom jippermettu l-passaġġ tat-treni għall-qies standard tat-tagħbija UK 1.

Il-qies standard tal-pantografu

Fuq il-linji eżistenti miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija u l-linji tagħhom tal-konnessjoni, il-għoli normali tal-wajer tal-kuntatt huwa 4720 mm (il-minimu 4170 mm, il-massimu 5940 mm).

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

Din id-distanza minima nominali bejn iċ-ċentri tal-binarji fuq il-linji miżjuda fil-grad fil-Gran Britannja għandgha tkun ta' 3165 mm.

7.3.7. Il-karatteristiċi partikolari fuq in-networktal-Greċja

Il-qies standard tal-binarju

Il-linja minn Athinai sa Patras hija mqiegħda għal qies standard ta' 1000 mm. Hija prevista żieda gradwali fil-grad tal-qies standard ta' 1435 mm (il-każ T2).

Il-qies standard ta' l-istruttura

Il-qies standard ta' l-istruttura ta' wħud mis-sezzjonijiet tal-linja Athinai-Thessaloniki-Idomeni hija limitata għal GA jew GB (il-każ P).

7.3.8. Il-karatteristiċi prinċipali tan-networkta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq (każijiet P)

Il-qies standard ta' l-istruttura

Il-qies minimu standard ta' l-istruttura li jrid jintuża fuq il-linji ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq huwa l-IRL 1 [7]. Il-qies standard Irlandiż ta' l-istruttura.

Il-qies standard tal-binarju

In-networks tal-ferroviji ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq huma magħmula minn linji mqiegħda għal qies standard ta'1602 mm. Bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 96/48/KE, il-proġetti għal-linji l-ġodda fl-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq għandhom iżommu dan il-qies standard.

Ir-raġġ minimu tal-liwja

Billi jrid jinżamm qies standard tal-binarju ta' 1602 mm, id-disposizzjonijiet tat-TSI preżenti li jirrigwardaw ir-raġġ minimu tal-liwja u l-elementi assoċjati (il-posizzjoni mżerżqa u d-defiċjenza ta' posizzjoni mżerżqa tal-binarju) ma japplikawx fuq in-networks tal-ferroviji ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq.

It-tul minimu tal-pjattaformi tal-passiġġieri u l-binarji tal-mistrieħ tat-treni

Fuq in-netwoks tal-linji ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, it-tul minimu li jintuża għall-pjattaformi tal-passiġġieri u għall-binarji tal-mistrieħ tat-treni użata mit-treni ta' veloċità qawwija huwa ffissat għal 215-il m.

Il-għoli tal-pjattaforma

Fuq in-networks tal-linji ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, il-pjattaformi għandu jkollhom il-għoli tad-disinn ta 915-il mm. Il-għoli tal-pjattaformi għandu jiġi magħżul sabiex jagħmel l-użu ottimali tal-posizzjonijiet tat-turġien tat-treni mibnija għall-qies standard tat-tagħbija IRL 1.

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarju

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji fuq il-linji eżistenti fl-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq għandhom jiġu miżjuda qabel iż-żieda fil-grad sabiex jiġi żgurat l-ispazju vojt fis-sigurtà tal-mixi bejn it-treni.

7.3.9. Il-karatteristiċi partikolari tan-networkOlandiż

Il-għoli tal-pjattaforma huwa ta' 840 mm fuq il-linji tal-kategoriji II u II (każ P)

7.3.10. Il-karratteristiċi prinċipali tan-networkPortuġiż

Il-qies standard tal-binarju ta' 1668 m fuq il-linji tal-kategoriji II u III (każ P).

7.3.11. Il-karatteristiċi prinċipali fuq in-networkSvediż (il-każijiet P)

It-tul minimu tal-pjattaforma

It-tul minimu tal-pjattaforma fil-każ tal-linji bi traffiku baxx huwa mnaqqas għall-225 m.

Il-binarji tal-mistrieħ tat-treni: it-tul minimu

It-tul tal-binarji tal-mistrieħ tat-treni jista' jiġi limitat sabiex jakkommoda tul massima ta' tren ta' 225 m.

7.4. IL-KAŻIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SUBSISTEMA FIL-MIRA

Meta jiġu applikati d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-każijiet speċifiċi fil-Punt 7.3, l-entità li tagħti l-konċessjoni jew, meta approprjat, il-Manager ta' l-Infrastruttura, għandhom jiżguraw illi l-adozzjoni sossegwenti tal-karatteristiċi 1i fil-mira ta' dan it-TSI jissoktaw possibbli.

Din id-disposizzjoni għandha tapplika għall-parametri li ġejjin:

- it-tulijiet tal-pjattaformi: il-posizzjoni ta' l-istazzjonijiet trid tingħażel f'manjiera li tippermetti tul fl-eċċess ta' 400 m,

- l-ispazju vojt tal-pantografu: f'xi każijiet, il-kostrizzjonijiet ekonomiċi wasslu għall-għażla ta' elettrifikazzjoni kontinwa tal-kurrent fl-istadju tad-disinn tal-proġett. F'dawn il-każijiet, l-entità li tagħti l-konċessjoni jew, meta approprjat, il-Manager ta' l-Infrastruttura, iridu jiżguraw illi d-daqs ta' l-ispazju vojt huwa hekk illi jgħin, fil-waqt approprjat, it-transizzjoni eħfef għal sistemi ta' elettrifikazzjoni li tawtomatizza l-kurrent li tippermetti twettiq tax-xogħol aħjar tat-treni.

7.5. IR-RAKKOMMANDAZZJONIJIET

7.5.1. Il-karatteristiċi marbuta mal-ġarr tal-persuni b'diżabbiltà (BP22)

B'żieda mad-disposizzjonijiet tal-Punt 4.1.9, l-infrastrutturi jridu jqisu, kif approprjat, ir-riżultati ta' l-Azzjoni COST 335.

[1] Il-valur massimu ta' 130 mm jista' jiġi miżjud għal 150 mm għall-binarji mingħajr saborra.

[2] Id-dimensjonijiet nominali ta' l-iskanalatura tal-flanġ, tal-qies standard tal-binarju tal-kontroll u tal-korsa tal-flanġ huma valuri tal-kostruzzjoni tal-qsim tal-binarju u tal-binarju tal-kontroll u jiddependu fuq il-punti u l-qsim talbinarji eżistenti. F'kull każ, irid jiġi rrispettat il-valur minimali tal-qies standard tal-binarju tal-kontroll u l-valur massimali tat-triq tal-flanġ.

[3] It-tollernza tal-qies standard tal-qsim tista' tapplika sakemm jiġu osservati l-valur minimali tal-qies standard tal-binarju tal-kontroll u l-valur massimali tal-korsa tal-flanġ.

[4] Iż-żieda fit-temperatura tal-binarju minħabba l-enerġija dissipata fih tammonta għal 0,0350Ċ għal kull kN tal-qawwa ta' l-applikazzjoni tal-brejkijiet għal kull faxxa tal-binarju; il-każ 1 deskritt (għaż-żewġ faxex tal-binarju) b'hekk jikkorrispondi għal żidiet fit-temperatura tal-binarju ta' madwar 60Ċ għal kull tren.

[5] Ara anness M.

[6] Ara l-Anness M.

[7] Ara l-Anness O.

--------------------------------------------------