32002D0478



Official Journal L 164 , 22/06/2002 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-20 ta' Ġunju 2002

dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tal-fentin aċetat fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' l-awtorizZazzjonijiet għall-prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li tkun tinsab fihom din is-sustanza attiva

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 2199)

(Test b'relevanza għall-ŻEE)

(2002/478/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni għal pjanti [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/18/KE [2], u partikolarment ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsejjaħ fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta' prodotti ta' protezzjoni għal pjanti fis-suq [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], u partikolarment l-Artikolu 7(3A)(b) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE pprovda biex il-Kummissjoni twettaq programm ta' xogħol għall-eżami tas-sustanzi attivi użati fi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li kienu diġà fis-suq fil-15 ta' Lulju 1993. Regoli dettaljati għat-twettiq ta' dan il-programm ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April 1994 li jippreskrivi s-sustanzi attivi ta' prodotti ta' protezzjoni għal pjanti u li jinnomina l-Istati Membri tar-rapportaġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], innomina s-sustanzi attivi li għandhom jiġu stimati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, innomina Stat Membru biex jaġixxi bħala rapporteur fir-rigward ta' l-istima ta' kull sustanza w identifika l-produtturi ta' kull sustanza attiva li taw notifika fi żmien xieraq..

(3) Il-fentin aċetat hu wieħed mid- 90 sustanzi attivi nnominati fir-Regolament (KE) Nru 933/94.<

(4) Skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, ir-Renju Unit, li hu l-Istat Membru ta' rappurtaġġ innominat, ta lill-Kummissjoni fil-11 ta' Novembru 1996 ir-rapport ta' l-istima tiegħu ta' l-informazzjoni mogħtija minn dawk li jagħtu notifika skond l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament.

(5) Ma' l-irċevuta tar-rapport ta' l-Istat Membru ta' rappurtaġġ, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet ma' esperti ta' l-Istati Membri kif ukoll ma' dak li jagħti n-notifika prinċipali (Agrevo, issa Aventis) kif previst fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(6) Ir-rapport ta' stima ppreparat mir-Renju Unit ġie eżaminat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni ġol-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti Din ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata fis-7 ta' Diċembru 2001 fil-forma tar-rapport ta' reviżjoni għal fentin aċetat tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(7) Stimi magħmula fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija ma wrewx li jista' jkun mistenni li, taħt il-kondizzjonijiet ta' użu proposti, prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihom il-fentin aċetat jilħqu b'mod ġenerali l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà ta' ħaddiema potenzjalment esposti għal fentin aċetat u fir-rigward ta' l-impatt potenzjali fuq organiżmi mhux immirati.

(8) Il-fentin aċetat għandu għalhekk ma jiġix inkluż fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Miżuri għandhom jittieħdu biex ikun assigurat li awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihom il-fentin aċetat jiġu rtirati f'perjodu stipulat u li ma jkunux imġeddin u li ebda awtorizzazzjonijiet ġodda ma jingħataw.

(10) Kwalunkwe perjodu ta' grazzja għad-disposizzjoni, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihom il-fentin aċetat permessi mill-Istati Membri, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jkun limitat għal perjodu ta' mhux iżjed minn12-il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f'mhux iżjed minn staġun wieħed ta' tkabbir iżjed.

(11) Din id-deċiżjoni hi bla preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni li l-Kummissjoni tista' tieħu fi stadju aktar 'il quddiem għal din is-sustanza attiva fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta' Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihm ċerti sustanzi attivi [7], kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

(12) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fentin aċetat mhux inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi:

1. awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihom il-fentin aċetat huma rtirati f'perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' adozzjoni ta' din id-Deċizjoni;

2. mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni l-ebda awtorizazzjonijiet għal prodotti ta' protezzjoni għal pjanti li jkunu jinsabu fihom il-fentin aċetat m'għandhom jinataw jew jiġu mġeddin taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti minn Stat Membru skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm hu possibbli u mhux aktar twil minn18-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 20 Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1.

[2] ĠU L 55, tas-26.2.2002, pġ. 29.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, pġ. 10.

[4] ĠU L 259, tat-13.10.2000, pġ. 27.

[5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, pġ. 8.

[6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, pġ. 1.

[7] ĠU L 33, tat-8.2.1979, pġ. 36.

--------------------------------------------------