32002D0270



Official Journal L 093 , 10/04/2002 P. 0007 - 0009


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ April 2002

li temenda d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE, 93/244/KEE u 2001/618/KE rigward il-lista ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u tar-reġjuni fejn jinsabu fil-post programmi approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky

(innotifikata fid-dokument bin-numru K(2002) 1326)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/270/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-bhejjem tal-fart u l-ħnieżer [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/298/KE [2], u b’mod partikolari l-Artrikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1) Il-garanziji addizzjonali fil-kummrċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer li għandhom x’jaqsmu mal-marda ta’ Aujeszky, u l-listi tat-territorji fl-Istati Membri li huma ħielsa minn din il-marda u fejn jinabu fil-post programmi approvati ta’ kontroll, huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/24/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/746/KE [4] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/244/KEE [5] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/905/KE [6]. Mill-1 ta’ Lulju 2002 id-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93244/KEE iridu jitħassru u jiġu mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE [7].

(2) Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien implimentat fil-Bavarja, fil-Ġermanja, li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95210/KEE [8].

(3) Il-Ġermanja tikkunsidra illi l-Bavarja issa hija ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky, u ssottomettiet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni kif meħtieġ fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

(4) Il-programm huwa meqjus li rnexxa li jeqred din il-marda mill-Bavarja.

(5) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/24/KE, 93/244/KE u 2001/618/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(6) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 93/24 huwa mibdul bit-test fl-Anness A ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 93/244 huwa mibdul bit-test fl-Anness B ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 3

L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma mibdula bit-test fl-Annessi A u Ċ ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ April 2002.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ April 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63.

[3] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 18.

[4] ĠU L 278, tat-23.10.2001, p. 41.

[5] ĠU L 111, tal-5.5.1993, p. 21.

[6] ĠU L 335, tad-19.12.2001, p. 22.

[7] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 46, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/905/KE.

[8] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

L-Anness I mad-Deċiżjoni 93/24/KEE u l-Anness I mad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma mibdula b’dan li ġej:

"

L-ANNESS I

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim

Id-Danimarka: | ir-reġjuni kollha |

Ir-Renju Unit: | ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales |

Franza: | id-Départements ta' Aisne, Allier, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte d'Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Haute-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Marne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Pyrénées-Atlantiques, Puy-de-Dôme, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-Maritime, Somme, Vaucluse, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne |

Il-Finlandja | ir-reġjuni kollha |

Il-Ġermanja: | il-Länder ta' Thüringen, Sachsen, Brandenburg, Mecklenburg-Vorpommern, Sachsen-Anhalt, Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Schleswig-Holstein, Saarland, Hamburg, Bremen, Berlin u Bayern |

L-Awstrija | ir-reġjuni kollha |

L-Isvezja | ir-reġjuni kollha |

Il-Lussemburgu: | it-territorju kollu. |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

L-Anness I mad-Deċiżjoni 93/244/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"

L-ANNESS I

L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fejn huma fil-post programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta' Aujeszky

Il-Ġermanja: | il-Länder ta' Niedersachsen, Nordrhein-Westfalen |

Il-Belġju: | it-territorju kollu. |

L-Olanda: | it-territorju kollu. |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

L-Anness II mad-Deċiżjoni 2001/618/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"

L-Anness II

L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fejn huma fil-post programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta' Aujeszky

Il-Ġermanja: | il-Länder ta' Niedersachsen, Nordrhein-Westfalen |

Il-Belġju: | it-territorju kollu. |

L-Olanda: | it-territorju kollu. |

"

--------------------------------------------------