32002D0192



Official Journal L 064 , 07/03/2002 P. 0020 - 0023


Id-Deciżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Frar 2002

rigward it-talba ta' l-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen

(2002/192/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem riferit bħala "l-Protokoll ta' Schengen").

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern ta' l-Irlanda, magħmula fl-ittri tiegħu lill-President tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2000 u l-1 ta' Novembru 2001, biex jipparteċipa f'ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, kif speċifikat f'dawn l-ittri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummssjoni ta' l-14 ta' Settembru 2000 dwar ir-rikjesta,

Billi:

(1) L-Irlanda għandha pożizzjoni speċjali rigward materji koperti mit-Titolu IV ta' Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif magħruf fil-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda u fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea lir-Renju Unit u lill-Irlanda, anness bit-Trattat ta' l-Amsterdam mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(2) L-acquis ta' Schengen ġie maħluq u jiffunzjona bħala kombinazzjoni koerenti li jrid jiġi aċċettat totalment u applikat mill-Istati kollha li jappoġġjaw il-prinċipju ta' l-abolizzjoni ta' spezzjonijiet fuq persuni fil-limiti tal-pajjiż komuni tagħhom.

(3) Il-Protokoll ta' Schengen jipprovdi għall-possibilita li l-Irlanda tipparteċipa f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, minħabba fil-pożizzjoni speċjali msemmija ta' l-Irlanda.

(4) L-Irlanda se tassumi l-obbligazzjonijiet ta' Stat Membru li jinħolqu mill-Artikoli tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990 mniżżla f'lista f'din id-Deċiżjoni.

(5) Wara li kkunsidra l-pożizzjoni speċjali ta' l-Irlanda msemmija aktar 'il fuq, l-Irlanda mhijiex se tipparteċipa bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni f'dawk id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' l-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 (minn issa ‘l quddiem riferit bħala "l-Konvenzjoni ta' Schengen") li jirrigwardja l-limiti tal-pajjiżi.

(6) Hija u tqis il-materji serji indirizzati bl-Artikoli 26 u 27 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, l-Irlanda se tapplika dawn l-artikoli, flimkien mal-miżuri riferiti f'din id-Deċiżjoni li jibnu fuq dawn l-artikoli.

(7) L-Irlanda talbet biex tipparteċipa fil-kombinazzjoni (ensemble) tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jirrigwardjaw l-istabbiliment u l-operat ta' sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (minn issa 'l quddiem riferit bħala "SIS"), minbarra rigward id-disposizzjonijiet li jirrigwardjaw it-twissijiet riferiti fl-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u d-disposizzjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-twissijiet.

(8) Huwa l-ħsieb tal-Kunsill li kull parteċipazzjoni parzjali mill-Irlanda fl-acquis ta' Schengen trid tirrispetta l-koerenza ta' l-oqsma ta' suġġett li jikkostitwixxu l-kombinazzjoni (ensemble) ta' dan l-acquis.

(9) Għalhekk il-Kunsill jagħraf id-dritt ta' l-Irlanda li, bi qbil ma' l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Schengen, jagħmel talba għal parteċipazzjoni parzjali, waqt li jinnota fl-istess ħin li huwa meħtieġ li jiġi kunsidrat l-impatt ta' parteċipazzjoni bħal din mill-Irlanda fid-disposizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istabbiliment u l-operat tas-SIS dwar l-interpretazzjoni ta' disposizzjonijiet oħra rilevanti ta' l-acquis ta' Schengen u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu.

(10) Il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 2(1) tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment ta' drittijiet u obbligazzjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, mill-banda waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, mill-banda l-oħra, f'erji ta' l-acquis ta' Schengen li japplikaw għal dawn l-Istati [1] ġiet osservata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Irlanda għandha tipparteċipa fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta' l-acquis ta' Schengen:

(a) rigward id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen, l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tiegħu:

(i) l-Artikoli 26 u 27;

l-Artikolu 39;

l-Artikolu 44;

l-Artikoli 46 u 47, minbarra 47(2)(ċ);

l-Artikoli 48 sa 51;

l-Artikoli 52 u 53;

l-Artikoli 54 sa 58;

l-Artikolu 59;

l-Artikoli 61 sa 66;

l-Artikoli 67 sa 69;

l-Artikoli 71 sa 73;

l-Artikoli 75 u 76;

l-Artikoli 126 sa 130 sal-punt li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fihom tipparteċipa l-Irlanda bis-saħħa ta' dan is-sottoparagrafu;

Dikjarazzjoni Konġunta 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2);

(ii) id-disposizzjonijiet li ġejjin jirrigwardjaw is-sistema ta' tagħrif ta' Schengen sal-punt li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Artikolu 96:

l-Artikolu 92;

l-Artikoli 93 sa 95;

l-Artikoli 97 sa 100;

l-Artikolu 101, minbarra paragrafu 2 tiegħu;

l-Artikoli 102 sa 108;

l-Artikoli 109 sa 111, rigward data personali reġistrati fil-parti nazzjonali tas-SIS ta' l-Irlanda;

l-Artikoli 112 u 113;

l-Artikoli 114, rigward data personali reġistrati fil-parti nazzjonali tas-SIS ta' l-Irlanda;

l-Artikoli 115 sa 118;

(iii) disposizzjonijiet oħra li jirrigwardjaw is-sistema ta' tagħrif ta' Schengen:

l-Artikolu 119;

(b) rigward id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Adeżjoni għall-Konvenzjoni ta' Schengen, l-Atti Finali u d-Dikjarazzjonijiet Komuni tagħhom:

(i) il-Ftehim iffirmat fis-27 ta' Novembru 1990 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana: l-Artikolu 4;

(ii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta' Ġunju 1991 dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Ispanja: l-Artikolu 4 u l-Att Finali, Parti III, Dikjarazzjoni 2;

(iii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta'Ġunju 1991 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Portugiża: l-Artikoli 4, 5 u 6;

(iv) il-Ftehim iffirmat fis-6 ta' Novembru 1992 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika: l-Artikolu 3,4 u 5 l-Att Finali, Parti III, Dikjarazzjoni 2;

(v) il-Ftehim iffirmat fit-28 ta' April 1995 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija: l-Artikolu 4;

(vi) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka: l-Artikolu 4, u 6 u l-Att Finali, Parti II, Dikjarazzjoni Konġunta 3;

(vii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja: l-Artikolu 4 u 5 u l-Att Finali, Parti II, Dikjarazzjoni Konġunta 3;

(viii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja: l-Artikolu 4 u 5 u l-Att Finali, Parti II, Dikjarazzjoni Konġunta 3;

(ċ) rigward id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta' Schengen, sal-punt li jkollhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fiha l-Irlanda tipparteċipa bis-saħħa ta' sottoparagrafu (a):

(i) SCH/Com-ex (93) 14 (itejjeb il-koperazzjoni prattika bejn awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġlieda kontra traffikar tad-droga);

SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat provdut fl-Artikolu 75 għat-trasport ta' drogi u/jew sustanzi psikotropiċi);

SCH/Com-ex (98) 26 def (stabbiliment tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni li timplimenta Schengen), bla ħsara għal arranġament intern li jispeċifika l-modalitajiet ta' parteċipanzzjoni ta' esperti Irlandiżi f'missjonijiet mwettqa skond l-awspiċi tal-kumitat tax-xogħol rilevanti tal-Kunsill;

SCH/Com-ex (98) 51 rev 3 (meta tkun mitluba, koperazzjoni tal-pulizijia li taqsam il-fruniteri tal-pajjiżi fl-erja ta' prevenzjoni u s-sejba ta' delitti);

SCH/Com-ex (98) 52 (manwal (handbook) dwar koperazzjoni tal-pulizija li taqsam il-fruntieri tal-pajjiżi);

SCH/Com-ex (99) 1 rev 2 (sitwazzjoni tad-droga);

SCH/Com-ex (99) 6 (telekomunikazzjoni);

SCH/Com-ex (99) 8 rev 2 (ħlas lill-informanti);

SCH/Com-ex (99) 11 rev 2 (ftehim dwar koperazzjoni fi proċedimenti għal offiżi tat-traffiku fit-toroq);

SCH/Com-ex (99) 18 (titjib ta' koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u s-sejba ta' delitti);

(ii) SCH/Com-ex (97) 2 rev 2 (jagħti l-offerta għall-istudju preliminari għas-SIS II);

SCH/Com-ex (97) 18 (kontribuzzjonijiet minn Norveġja u l-Islanda għall-ispejjeż ta' operat ta' CCIS);

SCH/Com-ex (97) 24 (futur ta' SIS);

SCH/Com-ex (97) 35 (Regolamenti Finanzjarji ta' CCIS);

SCH/Com-ex (98) 11 (CCIS b'konnessjonijiet 15/18);

SCH/Com-ex (99) 5 (Manwal Sirens);

(d) rigward id-disposizzjonijiet tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv imwaqqaf mill-Konvenzjoni ta' Schengen, sal-punt li jkollhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fiha l-Irlanda tipparteċipa bis-saħħa ta' sottoparagrafu (a):

(i) SCH/Com-ex (96) decl 6 rev 2 (dikjarazzjoni dwar estradizzjoni);

(ii) SCH/Com-ex (97) decl 13 rev 2 (ħtif ta' minuri);

SCH/Com-ex (99) decl 2 rev (Struttura ta' SIS).

L-Artikolu 2

1. Il-Ministeru kompetenti riferit fid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandu jkun id-Dipartiment tal-Ġustizzja, Egwali u Riforma tal-Liġi.

2. L-Irlanda għandha tipparteċipa fl-atti tal-Kunsill li ġejjin:

(a) Id-Deċiżjoni 2000/586/JHA tat-28 ta' Settembru 2000 tistabbilixxi proċedura biex jiġu emendati l-Artikoli 40(4) u (5), 41(7) u 65(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' spezzjonijiet f'limiti ta' pajjiżi komuni [2] safejn u sakemm dik id-Deċiżjoni għandha x'taqsam ta' l-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990;

(b) Id-Directive 2001/40/KE tat-28 ta' Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar it-tkeċċija ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi [3];

(ċ) Id-Direttiva 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 [4].

Artikolu 3

Id-delegazzjoni fl-awtorità superviżorja konġunta, stabbilita skond l-Artikolu 115 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, li tirrappreżenta l-awtorità superviżorja nazzjonali ta' l-Irlanda m'għandhiex tkun intitolata biex tieħu parti f'proċeduri ta' votazzjoni fl-awtorita superviżorja konġunta dwar materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, jew biex jinbena aktar l-acquis ta' Schengen, li fih ma tipparteċipax l-Irlanda.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3), id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiddaħħlu fis-seħħ, bejn l-Irlanda u l-Istati Membri u l-Istati l-oħra li għalihom dawn id-disposizzjonijiet diġa ġew fis-seħħ meta jkunu twettqu l-kondizzjonijiet minn qabel għall-implimentazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet f'dawn l-Istati Membri kollha u fi Stati oħra, permezz ta' deċiżjoni meħuda mill-Kunsill. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jfassal dati differenti biex jidħlu fis-seħħ disposizzjonijiet differenti permezz ta' l-erja tas-suġġett.

2. Qabel ma jiddaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1 bi qbil mal-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti dettaljati legali u tekniċi, inklużi d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' protezzjoni ta' data, li jirrigwardjaw il-parteċipazzjoni ta' l-Irlanda fid-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1(a)(ii) u (iii), (ċ)(ii) u (d)(ii).

3. Kull deċiżjoni skond paragrafi 1 u 2 għandha tittieħed mill-Kunsill, huwa u jaġixxi ma' l-unanimità tal-membri tiegħu riferiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta' Schengen u tar-rappreżentant tal-Gvern ta' Irlanda. Ir-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit għandu jipparteċipa wkoll fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill skond dan l-Artikolu.

Artikolu 5

1. L-Irlanda għandha tkun marbuta mill-atti tal-Kunsill li ġejjin:

(a) Id-Deċiżjoni 1999/323/KE tat-3 ta' Mejju 1999 dwar it-stabbiliment ta' Regolament Finanzjarju li jirregola l-aspetti ta' l-estimi tat-tmexxija mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li għandhom x'jaqsmu ma' l-istallazzjoni u l-funzjonament tal-"Help Desk Server" ta' l-unita ta' Tmexxija u tax-Xibka tas-Sireni Fażi II [5], u xi emendi għal dan;

(b) Id-Deċiżjoni 2000/265/KE tas-27 ta' Marzu 2000 dwar l-istabbiliment ta' Regolament Finanzjarju li jirregola l-aspetti ta' l-estimi tat-tmexxija mid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li għandhom x'jaqsmu ma' l-istallazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen "Signet" [6], u xi emendi għal dan;

(ċ) Id-Deċiżjoni 2000/777/KE ta' l-1 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja [7];

(d) Ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-sistema ta' tagħrif ta' Schengen (SIS II) [8];

(e) Id-Deċiżjoni 2001/886/JHA tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-sistema ta' tagħrif ta' Schengen (SIS II) [9];

2. L-Irlanda għandha ġġorr l-ispejjeż involuti fil-ksib tekniku tal-parteċipazzjoni parzjali tiegħu fl-operat tas-SIS.

Artikolu 6

1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2002.

2. Mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Irlanda għandha titqies irrevokabbilment li tkun għarrfet lill-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta' Schengen li tixtieq tieħu parti fil-proposti kollha u l-inizjattivi li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen riferiti fl-Artikolu 1.

3. Miżuri li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen riferiti fl-Artikolu 1 li ġew adottati qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill riferita fl-Artikolu 4(1), inklużi l-miżuri riferiti fl-Artikolu 2(2)(a) sa (ċ), għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Irlanda fid-data jew dati li fihom il-Kunsill jiddeċiedi, skond l-Artikolu 4, li jdaħħal fis-seħħ lill acquis riferit fl-Artikolu 1 għall-Irlanda minbarra jekk il-miżura nnifisha stess tipprovdi għal data aktar tard.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Acebes Paniagua

[1] ĠU L 15, ta' l-20.1.2000, p. 2.

[2] ĠU L 248, tat-3.10.2000, p. 1.

[3] ĠU L 149, tat-2.6.2001, p. 34.

[4] ĠU L 187, ta' l-10.7.2001, p.45.

[5] ĠU L 123, tal-15.5.1999, p. 51.

[6] ĠU L 85, tas-6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/664/KE (ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 24).

[7] ĠU L 309, tad-9.12.2000, p. 24.

[8] ĠU L 328, tat-13.12.2001, p. 4.

[9] ĠU L 328, tat-13.12.2001, p. 1.

--------------------------------------------------