32002D0026



Official Journal L 011 , 15/01/2002 P. 0031 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Jannar 2002

li twaqqaf kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-pixkeriji li joriġinaw mir-Repubblika tal-Gabon

(notifikata taħt id-dokument numru C(2002) 14/3)

(Test b’ riferenza għaż-ŻEE)

(2002/26/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Filwaqt li ikkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li twaqqaf il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tal-pixkeriji [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/EC [2], u partikolarment l-Artikolu 11(1) tagħha,,

Billi:

(1) Saret ispezzjoni għall-Kummissjoni fir-Repubbika tal-Gabon biex jiġu ivverifikati l-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti tal-pixkeriji jiġu prodotti u jintbagħtu lejn il-Komunità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-liġi Gabonjana fuq l-ispezzjonijiet sanitarji u s-sorvaljanza fuq prodotti tal-pixkeriji jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) Partikolarment, id-"Direction Generale des Peches et de l‘Aquaculture (DGPA) du Ministere des Eaux et Forets, de la Peche, du Reboisement charge de l’Environnement et de la Protection de la Nature" huwa li effettivament jivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ.

(4) Huwa xiereaq li jitwaqqfu regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikat sanitarju li għandu, taħt id-Direttiva 91/493/KEE, jakkumpaja l-konsenji tal-prodotti tal-pixkeriji lejn il-Komunità mill-Gabon. Partikolarment, dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw id-defininizzjoni tal-mudell taċ-ċertifikat,il–minimu tar-rewiżiti dwar il-lingwa jew lingwi li għandu jinkiteb biha/bihom u l-istat tal-persuna li għandha l-awtorita’ tiffirmah.

(5) Il-marka li għandha titwaħħal mal-pakketti tal-prodotti mill-pixkeriji għandha tagħti isem il-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vettura fabbrika, maħżen kiesaħ jew bastiment bil-friża ta’ l-oriġini ħlief xi prodotti iffriżati.

(6) Skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha ssir ukoll lista ta’ l-istabbilimenti, il-bastimenti tal-fabbriki jew l-imħażen kiesħa approvati u l-lista ta’ bastimenti bil-friża mgħammra skond il-punti 1 sa 7 ta’ l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [3]. Dawn il-listi għandhom isiru a bażi ta’ komunika mid-DGPA lill-Kummissjoni. Jinkombi għalhekk fuq id-DGPA li jaċċerta l-konformita’ mad-dispożizzjonijiet stabbiliti għal dan l-iskop fid-Direttiva 91/493/KEE.

(7) Id-DGPA ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformita’ mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu B ta’ l-Anness mad-Direttiva 91/493/KEE, u dwar it-twettiq tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dik id-Direttiva.

(8) Il-miżuri provduti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-"Direction Generale des Peches et de l‘Aquaculture (DGPA) du Ministere des Eaux et Forets, de la Peche, du Reboisement charge de Environnement et de la Protection de la Nature" għandu tkun l-awtorita’ kompetenti fil-Gabon biex jivverifika u jattesta l-konformita’ tal-prodotti tal-pixkeriji u akkwakulturi mad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tal-pixkeriji u l-akkwakulturi li joriġinaw fil-Gabon għandhom jilħqu dawn il-kundizzjonijiet:

1. kull konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn ċertifikat sanitarju oriġinali enumerat, debitament mimli, iffirmat, datat u li jkun fih folja waħda skond il-mudell fl-Anness A ta’ hawn;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti, vapuri tal-fabbrika jew mħażen kesħin, jew minn vapuri bil-friża imsemmin fl-Anness ma’ din id-Direttiva;

3. ħlief fil-każ tal-prodotti tal-pixkeriji ffriżati maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom il-kelma "GABON" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment tal-fabbrika, maħżen kiesaħ jew bastiment bil-friża ta’ l-oriġini f’ ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertfikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru f’ għallinqas ilsien wieħed uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jiwettqu l-verifiki.

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollu l-isem, il-kapaċita’ u l-firma tar-rappreżentant tad-DGPA u t-timbru tiegħu f’ kulur differenti minn firem oħrajn.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-60 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’ Brussel, fil-11 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI U VETTURI

PP : Pjanta tal-proċessar

ZV : Bastiment bil-friża

Nru ta' approvazzjoni | Isem | Reġjun/ Belt | Limitu ta' approvazzjoni | Kategorija |

011 | Guoji 801 (Sigapeche) | | | ZV |

012 | Ontre IV (Gabo Peche) | | | ZV |

014 | Figuereo XVII (Astipeche Gabon) | | | ZV |

015 | Rosa Madre (Gabo Peche) | | | ZV |

016 | Figuereo X (Astipeche Gabon) | | | ZV |

018 | Pesconuba (Gabo peche) | | | ZV |

019 | Figuereo XIV (Astipeche Gabon) | | | ZV |

081 | Amerger I (Amerger Gabon) | | | ZV |

082 | Amerger III (Amerger Gabon) | | | ZV |

083 | Amerger VII (Amerger Gabon) | | | ZV |

084 | Amerger IX (Amerger Gabon) | | | ZV |

085 | Renovation II (Amerger Gabon) | | | ZV |

086 | Renovation V (Amerger Gabon) | | | ZV |

087 | Renovation VI (Amerger Gabon) | | | ZV |

088 | Amerger VIII (Amerger Gabon) | | | ZV |

089 | Renovation IV (Amerger Gabon) | | | ZV |

0115 | Delfin (Afripesca) | | | ZV |

0121 | Figuereo XVI (Astipeche Gabon) | | | ZV |

0122 | Eugenie Charles (Oceane) | | | ZV |

0123 | Le Groisillon (Oceane) | | | ZV |

1537/B | Amerger Gabon | | | PP |

3259/B | Sigapeche | | | PP |

3434/B | Oceane | | | PP |

--------------------------------------------------