32002D0009(01)



Official Journal L 323 , 28/11/2002 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tal-21 ta' Novembru 2002

dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew minn bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti

(BĊE/2002/9)

(2002/930/KE)

IL-KUNSILL LI JIRREGOLA L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 33 miġjub fih,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta' bankonoti ta' l-euro [1]tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lejn il-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE. L-Artikolu 4 u l-Anness ma' dik id-Deċiżjoni jallokaw lill-BĊE 8 % tal-valur totali tal-bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-BĊN jżomm prestensjonijiet tas-Sistema Euro fuq il-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma tagħhom fl-iskeda kapitali sottoskritta, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-bankonoti ta' l-euro li huwa joħroġ.

(2) Skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 [2], il-bilanċi ta' ġos-Sistema Euro fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġu remunerati bir-rata ta' riferenza. Skond l-Artikolu 2(3) ta' l-istess Deċiżjoni, din ir-remunerazzjoni hija titħallas minn pagamenti TARGET fuq bażi ta' kull kwart tas-sena. Bħala deroga minn din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 2(4) jistabbilixxi li għas-sena finanzjarja 2002, ir-remunerazzjoni tiġi mħallsa fl-aħħar tas-sena.

(3) Il-premessa 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tiddikjara li d-dħul irċevut mill-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tiegħu fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu bħala prinċipju jiġi distribwit lill-BĊN bi qbil mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li Jirregola, fil-proporzjoni ma' l-ishma tagħhom fl-iskeda ta' kapital sottoskritta fl-istess sena finanzjarja li fiha jkun irċevihom.

(4) Fid-distribuzzjoni tad-dħul li jerċievi l-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tiegħu fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, il-BĊE għandu jqis stima tar-riżultat finanzjarju tiegħu għal dik is-sena li b' qies xieraq tad-disponibbilta ta' dispożizzjonijiet li jisgħu jiġu rilaxxati biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż antiċipati.

(5) Waqt li jkun qed jiġi stabbilit l-ammont tal-qligħ nett tal-BĊE li jrid jiġi trasferit lill-fond ta' riserva ġenerali skond l-Artikolu 33.1 ta' l-Istatut, il-Kunsill li Jirregola għandu jikkunsidra li kull parti minn dak il-profit li jikkorrespondi mad-dħul fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jiġi distribwit sħiħ lill-BĊNi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) "Stati Membri parteċipanti" għandhom jitqiesu dawk l-Istati Membri li jadottaw il-munita waħdiena bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea;

(b) "BĊN" għandhom jitqiesu l-bank ċentrali nazzjonali ta' Stati Membru parteċipanti;

(ċ) "bilanċi fis-Sistema Euro fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni" għandhom jitqiesu l-pretensjonijiet u l-lijabilitajiet li jinħolqu bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊN l-oħra bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15;

(d) "Id-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro" fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jitqiesu d-dħul li jierċievi l-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16.

Artikolu 2

Tqassim interimtad-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni

1. Id-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jitħallas sħiħ lill-BĊN fl-istess sena finanzjarja li jkun irċeviha u għandha titqassam lill-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE.

2. Mis-sena finanzjarja 2003, il-BĊE għandu jqassam id-dħul tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni li jkun qala' f' kull kwart tas-sena ta' qabel lill-BĊN fit-tieni jum tax-xogħol ta' April, Lulju, Ottubru u Jannar.

3. Il-BĊE għandu jqassam id-dħul tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni li jkun qala' fl-2002 lill-BĊN fit-tieni jum tax-xogħol ta' l-2003.

4. L-ammont tad-dħul tal-BĊE f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni jista' jitnaqqas bi qbil ma' kull deċiżjoni tal-Kunsill li Jirregola tal-BĊE fuq il-bażi ta' l-Istatut rigward spejjeż miġrura mill-BĊE f' konnessjoni mal-ħruġ u l-maniġġjar ta' bankonoti ta' l-euro.

Artikolu 3

Deroga mill-Artikolu 2

1. Jekk, fuq il-bażi ta' stima raġunata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv,u rigward l-ammont dovut għar-raba' kwart tas-sena, il-Kunsill li Jirregola jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel qligħ nett annwali li huwa inqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, il-Kunsill li Jirregola għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena finanzarja li ma jqassamx parti minn jew id-dħul tal-BĊE kollu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 2 sal punt meħtieġ biex jiġi żgurat li l-ammont ta' dħul imqassam ma jaqbiżx il-qligħ nett tal-BĊE għal din is-sena.

2. Il-Kunsill li Jirregola għandu jagħti struzzjonijiet lill-BĊN biex jergħu jħallsu lill-BĊE parti minn jew id-dħul kollu diġa mqassam matul is-sena sal-punt meħtieġ li jiġi żgurat li t-tqassim totali għas-sena ma jaqbiżx il-qligħ nett tal-BĊE għal dik is-sena.

3. Fis-sena finanzjarja 2002, id-deċiżjoni biex ma jiġix imqassam parti minn jew id-dħul kollu tal-BĊE f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandha tapplika għall-ammont totali dovut għal dik is-sena.

4. Il-paragrafi ta' qabel għandhom japplikaw meta telf ġenerali annwali potenzjali ma jistax jiġi kopert minn dispożizzjonijiet magħmula fis-snin ta' qabel. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati lill-kontijiet tat-telf u qligħ fl-ordni li ġejja:

(a) dispożizzjonijiet magħmula kontra lijabilitajiet magħrufa;

(b) dispożizzjonijiet ekwivalenti għal riservi li jinħolqu mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 49 ta' l-Istatut u miżmuma bħala kontijiet ta' rivalwazzjoni speċjali;

(ċ) dispożizzjonijiet kontra riskji ta' natura ġenerali, inkluż mingħajr eċċezzjoni dispożizzjonijiet kontra rata ta' l-iskambju mhux speċifikata u riskju tal-prezz tas-suq.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta' Novembru 2002.

Għan-nom tal-Kunsill li jirregola l-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 52.

[2] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 55.

--------------------------------------------------