32001R2541



Official Journal L 341 , 22/12/2001 P. 0080 - 0081


Ir-Regolamemt tal-Kummissjoni (KE) Nru 2541/2001

tal-21 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tat-tariffa ta' kwoti għal faqqiegħ ippreservat, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1921/95 li jistabbilixxi regoli dettalji għal-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għal prodotti pproċesati mill-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti u l-frott u l-ħxejjex ipproċessati [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 308/2001 [4], stabbilixxa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għal prodotti pproċesati mill-frott u l-ħxejjex u stabbilixxa lista ta' prodotti koperti b'dik is-sistema. L-għan tas-sistema huwa li jippermetti lill-Kummissjoni li tassigura monitoraġġ kontinwu ta' l-importazzjoni tal-prodotti f'dan il-każ sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' miżuri xierqa fil-każ ta' disturbi jew thedid ta' disturbi fis-suq tal-Komunità. Dan il-għan jista jkun milħuq b'tali mod hekk li jkun anqas restrittiv mill-importaturi billi jwettqu sorveljanza bi qbil mal-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 [6]. Ir-Regolament (KE) Nru 1921/95 għandu għalhekk ikun imħassar.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 tas-6 Settembru 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti għal faqqiegħ ippriservat [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2858/2000 [8], jirreferi għal numru ta' dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1921/95. Referenza bħal din għandha għalhekk, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi, tkun mibdula b'refernza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati li jistabbilixxu bil-quddiem għal prodotti agrikoli [9], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [10].

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2125/95 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 3

1. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [11] għandu għalhekk ikun japplika għas-sistema introdotta b'dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tiegħu.

2. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal perijodu ta' disa’ xhur mid-data effettiva tal-ħruġ fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, imma m'għandhomx ikunu validi wara il-31 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata.

3. L-ammont tal-garanzija referut fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jkun ta' 24 EUR għal kull tunnellata netta.

4. Il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jkun miktub fil-kaxxa 8 kemm ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja u fil-liċenzja ta' l-importazzjoni u l-kelma "iva" għandha tkun immarkata b'salib. Il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandha tkun valida għall-importazzjoni li toriġina fil-pajjiż indikat."

2. L-Artikolu 4(4) huwa mibdul b'dan li ġej:

"4. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. id-drittijiet li joriġinaw mill-liċenzji ta' l-importazzjoni m'għandhomx ikunu trasferibbli."

3. L-Artikolu 6(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li dwarhom applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni jkunu ġew ippreżentati, kif ġej:

- kull nhar ta' Erbgħa fil-każ ta' applikazzjonijiet magħmula nħar ta' Tnejn u nhar ta' Tlieta,

- kull nhar ta' Gimgħa fil-każ ta' applikazzjonijiet magħmula nħar ta' Erbgħa u nhar ta' Ħamis,

- kull nhar ta' Tnejn fil-każ ta' applikazzjonijiet magħmula nħar il-Ġimgħa tal-ġimgħa preċedenti,

Dawn in-notifiki għandhom ikunu mqassma bil-prodott, skond in-nomeniklatura magħquda, u jagħtu figuri separati għall-kwanitajiet li tkun saret applikazzjoni dwarhom permezz ta' l-Artikolu 4(1)(a) u (b) rispettivament."

4. L-Artikolu 9 huwa mibdul bi:

"L-Artikolu 9

1. L-Artikolu 35(6) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jkun applikabbli.

2. Fil-każ ta' kwantitajiet importanti fi ħdan it-tolleranzi referuti fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 id-dazju ta' l-importazzjoni li hemm provvediment dwaru fit-Tariffa Doganali Komuni (CCT/TDK) għandu jkun intaxxatbis-sħiħ."

Artikolu 2

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1921/95 huwa b'hekk imħassar.

2. Mat-talba tal-partijiet ikkonċernati, il-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa permezz tar-Regolament (KE) Nru 1921/95 għandhom ikunu mħassra fir-rigward ta' kwantitajiet mhux użati fid-dati tad-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament. F'każi bħal dawn il-garanzija għandha tkun rilaxxata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 171, tas-26.6.2001, p. 1.

[3] ĠU L 185, 04.8.1995, p. 10.

[4] ĠU L 44, tal-15.2.2001, p. 33.

[5] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[6] ĠU L 141, tat-28.5.2001, p. 1.

[7] ĠU L 212, 07.9.1995, p. 16.

[8] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 59.

[9] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

[10] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[11] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

--------------------------------------------------