32001R2535



Official Journal L 341 , 22/12/2001 P. 0029 - 0069


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001

li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 26(3) u 29(1) li joħorġu minnu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni u li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi għall-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 594/2001 [4], kien emendat sostanzjalment ħafna drabi. Peress li għandhom isiru aktar emendi, fl-interessi tal-kjarezza u l-effiċjenza l-imsemmi Regolament għandu jerġa’ jinkiteb biex jinkludi wkoll id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/79 tat-18 ta’ Diċembru 1979 li jipprovdi l-kondizzjonijiet li bihom ċertu ġobon li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu pproċessati [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1599/95 [6], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2508/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib ta’ l-iskemi provduti fil-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u r-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Islovenja u l-Ftehim dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità u l-Istati Baltiċi [7], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2856/2000 [8], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2414/98 tad-9 ta’ Novembru 1998 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1150/90 [9].

(2) L-Artikoli 26 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistipula li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liċenzji ta’ l-importazzjoni jinħarġu lill-applikanti kollha irrespettivament fejn huma stabbiliti fil-Komunità u li d-diskriminazzjoni kollha bejn l-importaturi għandha tkun evitata, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet relevanti kollha.

(3) Sabiex jikkunsidraw ċerti karatteristiċi speċifiċi għall-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib, disposizzjonijiet addizzjonali għandhom ikunu adottati kif ukoll, fejn ikun hemm bżonn, derogi mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jipprovdi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati fissi bil-quddiem tal-prodotti agrikoli [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [11].

(4) Disposizzjonijiet speċifiċi huma meħtieġa għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti tal-ħalib b’dazju mnaqqas taħt il-konċessjonijiet tat-tariffa provduti fit-testi li ġejjin:

(a) il-konċessjonijiet imniżżla fl-iskeda CXL imħejjija wara s-Sensiela Urugwajana tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali u n-negozjati li jsiru taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT wara d-dħul fil-Komunità Ewropea ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-iskeda CXL");

(b) il-ftehim tat-tariffa ma’ l-Isvizzera dwar ċertu ġobon fil-posizzjoni ex0404 tat-Tariffa Komuni Doganali, konkluż f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 69/352/KEE [12], kif l-aħħar emendat bil-Ftehim f’forma ta’ Skambji ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar ċerti prodotti agrikoli, approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/582/KE [13] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ma’ l-Isvizzera");

(ċ) il-Ftehim f’forma ta’ Skambji ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ċerti prodotti agrikoli, approvat bid-Deċiżjoni 95/582/KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim man-Norveġja");

(d) id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar ir-reġim tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli [14];

(e) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li joħorġu mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 715/90 [15];

(f) il-Ftehim dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, applikat provisorjament taħt il-Ftehim f’Forma ta’ Skambji ta’ Ittri konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Afrika t’Isfel u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/753/KE [16] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel");

(g) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1349/2000 [17], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2677/2000 [18], (KE) Nru 1727/2000 [19], (KE) Nru 2290/2000 [20], (KE) Nru 2341/2000 [21], (KE) Nru 2433/2000 [22], (KE) Nru 2434/2000 [23], (KE) Nru 2435/2000 [24], (KE) Nru 2475/2000 [25], (KE) Nru 2766/2000 [26] u (KE) Nru 2851/2000 [27], li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet f’forma ta’ kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli pprovduti fil-Ftehim Ewopej ma’ l-Estonja, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Latvja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija, l-Islovenja, il-Litwanja u r-Repubblika tal-Polonja, rispettivament;

(h) il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Ċipru, iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1972, konkluż f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1246/73 [28], u partikolarment il-Protokoll li jipprovdi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Ċipru, iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1987 u konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/607/KEE [29] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ma’ Ċipru".

(5) L-iskeda CXL tipprovdi għal ċerti kwoti tat-tariffa taħt l-arranġamenti ta’ l-aċċess kurrenti u minimu. Dawn il-kwoti għandhom jinfetħu u jkunu provduti regoli biex jamministrawhom.

(6) Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni korretta u ġusta tal-kwoti tat-tariffa għal pajjiżi ta’ oriġini mhux speċifikati fl-iskeda CXL u l-kwoti tat-tariffa għall-importazzjonijiet b’dazju mnaqqas mill-pajjiżi taċ-ċentru u tal-lvant ta’ l-Ewropa, l-Istati ACP, it-Turkija u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu suġġetti għal depożitu ta’ garanzija akbar minn dik meħtieġa għall-importazzjonijiet normali u ċerti regoli għandhom jitniżżlu għat-tfigħ ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji. Il-kwoti għandhom jitqassmu tul is-sena u l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji u l-perjodu tal-validità tagħhom għandhom jitniżżlu.

(7) Sabiex jiżguraw li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjonijiet huma ġenwini, biex jevitaw spekulazzjoni u jiżguraw l-użu massimu tal-kwoti miftuħa, l-applikazzjonijiet individwali għandhom ikunu ristretti għal 10 % tal-kwoti konċernati, l-applikanti m’għandhomx jitħallew aktar li jirrifjutaw liċenzji fejn il-fattur ta’ l-allokazzjoni huwa anqas minn 0,8, il-kwoti għandhom ikunu miftuħa biss għall-importaturi li importaw u esportaw il-prodotti koperti minn dawk il-kwoti, kriterji għandhom ikunu provduti biex jirrestrinġu dawk li jkunu eliġibbli biex japplikaw għal-liċenzji billi l-applikanti kollha jkunu jeħtieġu li jipprovdu dokumenti biex jippruvaw l-istatus tagħhom u attività regolari bħala kummerċjanti u kull importatur għandu jitħalla jitfa’ applikazzjoni waħda għal-liċenzja għal kull kwota. Biex tiffaċilita s-selezzjoni u l-ammissjoni ta’ l-applikanti eliġibbli mill-awtoritajiet nazzjonali, proċedura għandha tkun introdotta biex tapprova l-applikanti eliġibbli u biex tħejji lista ta’ l-applikanti approvati valida għal sena. Biex ikun żgurat li r-restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ l-applikazzjonijiet huma effettivi, għandu jkun hemm penali meta t-tali restrizzjonijiet ma jitħarsux.

(8) Il-prodotti suġġetti għall-ipproċessar tat-transazzjonijiet deħlin u ħerġin la huma importati, u minħabba f’hekk rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, lanqas esportati u għalhekk qatt ma kienu kkunsidrati għall-iskopijiet biex tkun stabbilita hekk humiex eliġibbli l-applikanti taħt l-arranġamenti regolati mir-Regolament (KE) Nru 1374/98. Fl-interessi tal-kjarezza, għandu jkun speċifikat li dawn it-transazzjonijiet ma jistgħux ikunu kkunsidrati meta tinħadem il-kwantità ta’ referenza provduta f’dan ir-Regolament.

(9) Għall-finijiet ta’ l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi miftuħa għall-pajjiżi ta’ oriġini speċifikati ffissati fl-iskeda CXL u l-kwoti provduti taħt il-Ftehim man-Norveġja, partikolarment il-kontroll li l-prodotti importati jħarsu d-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti konċernati u mal-kwota tat-tariffi, użu għandu jsir mill-arranġamenti taħt liema liċenzji ta’ l-importazzjoni jinħarġu f’forma preskritta mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat IMA 1 (arranġamenti ts-sorveljanza ta’ ġewwa) dwar ir-responsabbiltà tal-pajjiż li qed jesporta. Dawn l-arranġamenti, li taħthom il-pajjiż li qed jesporta jagħti assikurazzjoni li l-prodotti esportati huma konformi mad-deskrizzjoni tagħhom, jissimplifikaw ħafna l-proċedura ta’ l-importazzjoni. Huma wkoll użati minn terzi pajjiżi biex jissorveljaw il-ħarsien mal-kwoti tat-tariffi.

(10) Sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, iżda, dikjarazzjonijiet taħt l-arranġamenti taċ-ċertifikat IMA 1 iridu jkunu verifikati fuq livelli tal-Komunità b’teħid ta' kampjunu każwali tal-lottijiet u l-użu tal-metodi ta’ l-eżami u ta’ l-istatistika rikonoxxuti internazzjonalment.

(11) Regoli dettaljati addizzjonali huma meħtieġa biex tkun implimentata s-sistema taċ-ċertifikat IMA 1, partikolarment dwar it-tlestija, il-ħruġ, il-kanċellament, l-emendi u l-bidla taċ-ċertifikati mill-korp li joħroġhom, il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom b’liċenzja ta’ l-importazzjoni li tikkorrispondi. Provisti fl-aħħar tas-sena ukoll huma meħtieġa, konnessi maż-żminijiet normali tal-ġarr bil-baħar, għar-rilaxx tal-prodotti għal ċirkolazzjoni libera koperti minn ċertifikat IMA 1 u maħsuba għall-importazzjoni fis-sena ta’ wara. Biex jiżguraw konformità mal-kwota, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu sorveljati u eżami fl-aħħar tas-sena mwettaq.

(12) Butir tan-New Zealand importat taħt il-kwota ta’ l-aċċess preżenti jrid ikun identifikat biex ikun żgurat li r-rifużjoni sħiħa ta’ esportazzjoni u ċerti ammonti ta’ l-għajnuna ma jitħallsux. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet huma meħtieġa, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet fuq kif għandu jimtela ċ-ċertifikat IMA 1, kif ikun eżaminat il-piż u l-kontenut tax-xaħam u liema proċedura tapplika f’każ ta’ tilwima dwar il-komposizzjoni tal-butir.

(13) Bħala eċċezzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-importazzjonijiet tal-butir tan-New Zealand taħt il-kwoti ta’ l-aċċess preżenti għandhom ukoll ikunu suġġetti għal kondizzjonijiet addizzjonali, partikolarment biex ikunu konnessi l-kwantitajiet koperti b’ċertifikat IMA 1 ma’ dawk koperti minn liċenzja ta’ importazzjoni li tikkorrispondi u jeħtieġu li ż-żewġ dokumenti jintużaw darba biss flimkien mad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

(14) Iċ-ċeddar Kanadiż issa huwa l-unika prodott kopert mis-sistema taċ-ċertifikat IMA 1 fejn valur minimu b’xejn fuq il-fruntiera jrid jitħares. Għal dan l-iskop ix-xerrej u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jridu jkunu indikati fuq iċ-ċertifikat IMA 1.

(15) Bħala riżultat ta’ amministrazzjoni fqira mill-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati IMA 1 fin-Norveġja, li wasslet biex il-kwoti jinqabżu, in-Norveġja talbet li tibdel iż-żewġ korpi li joħorġu d-dokumenti indikati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1374/98 b’korp wieħed li jwieġeb direttament lill-Ministru ta’ l-Agrikoltura. It-tibdiliet meħtieġa għandhom għalhekk isiru biex tintlaqa’ t-talba tan-Norveġja.

(16) L-importaturi li bi ħsiebhom jimportaw ċertu ġobon li joriġina fl-Isvizzera jridu jintrabtu li jħarsu l-valur minimu b’xejn fuq il-fruntiera sabiex jibbenefikaw minn trattament preferenzjali għal dan il-ġobon. Fl-imgħoddi din ir-rabta kienet tingħata fil-kaxxa 17 taċ-ċertifikat IMA 1 obbligatorju, iżda dan m’għadux il-każ. Fl-interessi tal-kjarezza, għalhekk, in-nozzjoni tal-valur b’xejn fuq il-fruntiera u l-kondizzjonijiet biex jiżguraw li jitħares għandhom ikunu speċifikati b’xi mod ieħor.

(17) Fil-każ tad-disposizzjonijiet speċifiċi dwar l-importazzjonijiet preferenzjali mhux suġġetti għall-kwoti kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1706/98, l-Anness I tal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija, l-Anness IV tal-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel, u taħt il-Ftehim ma’ l-Isvizzera, għandu jkun speċifikat li r-rata mnaqqsa tad-dwana għandha tkun applikata biss mal-preżentazzjoni ta’ l-evidenza ta’ l-oriġini provduta fil-Protokolli relevanti ta’ dawk il-Ftehim.

(18) Sabiex ikunu aktar protetti r-riżorsi tal-Komunità stess, u minħabba l-esperjenza miksuba, regoli dettaljati huma meħtieġa għall-kontrolli fuq l-importazzjonijiet. Partikolarment, il-proċedura li għandha tkun segwita f’ċerti każijiet fejn il-lott kopert minn dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera mhux konformi ma’ dik id-dikjarazzjoni għandha tkun speċifikata sabiex tiżgura sorveljanza adegwata tal-kwantitajiet attwalment rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera kontra l-kwoti.

(19) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1 DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ħlief fejn jintqal mod ieħor, dan it-Titolu japplika għall-importazzjonijiet kollha lejn il-Komunità ta’ kull wieħed mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (minn issa ’l quddiem imsejħa "prodotti tal-ħalib"), inklużi l-importazzjonijiet mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti u bl-eżenzjoni tad-dazji tad-dwana u spejjeż li jkollhom effett ekwivalenti taħt il-miżuri eċċezzjonali tal-kummerċ mill-Komunità għal ċerti pajjiżi u territorji.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tal-ħalib ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun ta' 10 EUR għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott.

2. Il-kodiċi ta’ tmien figuri tan-Nomenklatura Magħquda (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-kodiċi tal-NM"), preċedut minn "ex" fejn ikun il-każ, jiddaħħal fil-kaxxa 16 ta’ kemm l-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni kif ukoll tal-liċenzji nfushom. Il-liċenzji jkunu validi biss għall-prodotti hekk nominati.

3. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom fis-sens ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sa l-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara.

4. Il-liċenzji jinħarġu mhux aktar tard mill-ewwel ġurnata xogħol ta’ wara l-ġurnata meta l-applikazzjoni ntefgħet.

Artikolu 4

1. Il-kodiċi tan-NM 04069001, li jkopri l-ġobon għall-ipproċessar, japplika biss għall-importazzjonijiet.

2. Il-kodiċijiet tan-NM 04069002 sa 04069006, 04062010 u 04069019 japplikaw biss għall-prodotti importati li joriġinaw fil-u li ġejjin mill-Isvizzera skond l-Artikolu 20.

TITOLU 2 REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR IMPORTAZZJONIJIET B’DAZJU MNAQQAS

KAPITOLU I L-importazzjonijiet taħt il-kwoti miftuħa mill-Komunità fuq bażi tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni weħidha

Sezzjoni 1

Artikolu 5

Dan il-Kapitolu japplika għall-prodotti tal-ħalib importati taħt il-kwoti tat-tariffi li ġejjin:

(a) kwoti għall-pajjiżi mhux speċifikati ta’ l-oriġini kif imsemmija fl-iskeda CXL;

(b) il-kwoti provduti fir-Regolamenti (KE) Nri 1349/2000, 1727/2000, 2290/2000, 2341/2000, 2433/2000, 2434/2000, 2435/2000, 2475/2000, 2766/2000 u 2851/2000;

(ċ) il-kwoti provduti fir-Regolament (KE) Nru 1706/98;

(d) il-kwoti msemmija fl-Anness I tal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija;

(e) il-kwoti provduti fl-Anness IV tal-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel.

Artikolu 6

L-Anness I ta’ dan ir-Regolament jippreżenta l-kwoti tat-tariffi, id-dazji li għandhom ikunu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom ikunu importati kull sena, il-perjodi ta’ importazzjoni ta’ 12-il xahar (minn issa ’l quddiem imsejħa "is-sena ta’ l-importazzjoni") u t-tqassim tagħhom f’żewġ partijiet indaqs għal perjodi ta’ sitt xhur.

Il-kwantitajiet ippreżentati fl-Anness I(B) u (D) għal kull sena ta’ l-importazzjoni jkunu maqsuma f’żewġ partijiet indaqs għal perjodi ta’ sitt xhur li jibdew fl-1 ta’ Lulju u l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena.

Sezzjoni 2

Artikolu 7

L-applikanti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu approvati bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

L-awtorità konċernata tagħti numru ta’ l-approvazzjoni lil kull importatur approvat.

Artikolu 8

1. L-approvazzjoni tingħata lill-importaturi kollha li jitfgħu talba lill-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 t’April, flimkien ma’ dan li ġej:

(a) evidenza li matul is-sena kalendarja ta’ qabel huma importaw fil-u/jew esportaw mill-Komunità mill-anqas 25 tunnellata metrika ta’ prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Kombinata f’mill-anqas erba’ operazzjonijiet separati;

(b) xi dokument jew informazzjoni li jissostanzja biżżejjed l-identità u l-istatut tagħhom bħala kummerċjanti, partikolarment:

(i) dokumenti dwar il-kontijiet tal-kummerċ u/jew l-arranġamenti tat-taxxa mħejjija skond il-liġi nazzjonali, u

jekk ipprovdut taħt il-liġi nazzjonali:

(ii) in-numru tagħhom tal-VAT,

(iii) ir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru kummerċjali tagħhom.

2. Għall-finijiet ta’ l-evidenza meħtieġa taħt il-paragrafu 1(a):

(a) id-dikjarazzjonijiet tad-dwana biss li juru l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant fil-kaxxa 8 tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-importazzjoni u l-kaxxa 2 tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati;

(b) transazzjonijiet ta’ l-ipproċessar ta’ ġewwa u ta’ barra ma jkunux ikkunsidrati bħala importazzjonijiet jew esportazzjonijiet.

Artikolu 9

Qabel il-5 ta’ Ġunju, l-awtorità kompetenti għandha tavża l-applikanti bir-riżultat tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni u n-numru ta’ l-approvazzjoni tagħhom fejn ikun il-każ. L-approvazzjoni tkun valida għal sena.

Artikolu 10

Qabel l-20 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-listi tagħhom ta’ l-importaturi approvati lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. L-importaturi inklużi fil-lista biss għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw għal-liċenzji matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara, skond l-Artikoli 11 sa 14.

Sezzjoni 3

Artikolu 11

L-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jintefgħu biss fl-Istat Membru ta’ l-approvazzjoni, u jrid ikollhom in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-importatur.

Artikolu 12

L-importaturi jistgħu jitfgħu applikazzjoni waħda biss għal-liċenzji kull wieħed għall-istess kwota tat-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) (minn issa ’l quddiem imsejħa "in-numru tal-kwota").

L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għandhom ikunu ammissibbli biss meta l-applikanti jehmżu dikjarazzjoni bil-miktub li ma tefgħux, u jintrabtu li ma jitfgħux, xi applikazzjonijiet oħra għall-istess kwota taħt l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni koperti minn dan il-Kapitolu matul il-perjodu kurrenti.

Jekk applikant jitfa’ aktar minn applikazzjoni waħda għall-istess kwota, l-applikazzjonijiet mitfugħa minn dak l-applikant għall-kwoti koperti mill-Kapitolu 1 tat-Titolu 2 għandhom ikunu rifjutati għal perjodu ta’ importazzjoni ta’ sitt xhur.

Artikolu 13

1. L-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu juru kodiċijiet tan-NM waħda jew aktar imniżżla fl-Anness I għall-istess kwota u jridu jindikaw il-kwantità mitluba għal kull kodiċi.

Iżda, liċenzja separata għandha tinħareġ għal kull kodiċi.

2. L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għandhom ikunu dwar mill-anqas 10 tunnellati metriċi u għal mhux aktar minn 10 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota tal-perjodu ta’ sitt xhur kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Iżda, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(ċ), (d) u (e), l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jkunu dwar mill-anqas 10 tunnellati metriċi u għal mhux anqas mill-kwantità stabbilità għal kull perjodu skond l-Artikolu 6.

Artikolu 14

1. L-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jintefgħu biss matul l-ewwel 10 ġranet ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur.

2. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun ta' 35 EUR għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott.

Sezzjoni 4

Artikolu 15

1. Fil-ħames ġurnata tax-xogħol wara l-aħħar tal-perjodu biex jintefgħu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet mitfugħa għal kull wieħed mill-prodotti konċernati. In-notifiki għandhom jinkludu lista ta’ l-applikanti, in-numri tagħhom ta’ l-approvazzjoni u l-kwantitajiet applikati taħt kull kodiċi tan-NM, maqsuma skond il-pajjiż ta’ l-oriġini fil-każ ta’ l-Anness I(A).

2. In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki li ma saru l-ebda applikazzjonijiet, isiru b’telex, fax jew posta elettronika fil-ġurnata ta’ xogħol stipulata, skond il-mudell fl-Anness VI meta ma jsirux applikazzjonijiet u l-mudelli fl-Annessi VI u VII meta jsiru l-applikazzjonijiet.

3. In-notifiki jsiru fuq formuli separati għal kull waħda mill-kwoti mniżżla fl-Anness I u fuq formuli separati għal kull pajjiż ta’ l-oriġini fil-każ tal-kwoti mniżżla fl-Anness 1(B)(2) u (3).

Artikolu 16

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun sa liema punt l-applikazzjonijiet jistgħu jkunu aċċettati u tavża l-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu lill-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu notifikati taħt l-Artikolu 15 mhux aktar minn ħames ġranet ta’ xogħol wara li l-Istati Membri jkunu avżati bid-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2. Fejn il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji taqbeż il-kwantità ffissata, il-Kummissjoni għandha tapplika fattur ta’ allokazzjoni għall-kwantitajiet li applikaw għalihom.

Fejn il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji hija anqas mill-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantità li baqa’, li tkun miżjuda ma’ dak disponibbli għall-perjodu ta’ wara ta’ l-istess sena ta’ importazzjoni.

3. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jkunu validi għal 150 ġurnata mid-data attwali tal-ħruġ taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

Iżda, il-liċenzji ma għandhomx ikunu validi wara l-għeluq tas-sena ta’ l-importazzjoni li għaliha nħarġu.

4. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni li jinħarġu taħt dan il-Kapitolu jistgħu jkunu trasferiti biss lill-persuni naturali jew legali approvati skond is-Sezzjoni 2. Meta l-liċenzji huma trasferiti, dak li jittrasferi jrid javża lill-korp li joħroġhom bin-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ dak li kienu trasferiti għandu.

Artikolu 17

Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantitajiet importati taħt dan il-Kapitolu ma jistgħux jaqbżu dawk murija fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Minħabba f’hekk, il-figura "0" għandha tiddaħħal fil-kaxxa 19 tal-liċenzja.

Artikolu 18

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji juru:

(a) il-pajjiż ta’ l-oriġini fil-kaxxa 8;

(b) fil-kaxxa 15:

(i) għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Turkija: id-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott kif mogħtija fl-Anness I(D);

(ii) għal importazzjonijiet oħra: id-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott, partikolarment il-materja prima użata u l-kontenut tax-xaħam bil-piż ( %). Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406, il-kontenut tax-xaħam, bħala piż ( %), fil-materja xotta u l-kontenut ta’ l-ilma, bħala piż ( %), fil-materja bla xaħam irid ikun indikat ukoll;

(ċ) il-kodiċi tan-NM kif indikat għall-kwota konċernata, preċedut minn "ex" fejn ikun il-każ, fil-kaxxa 16;

(d) fil-kaxxa 20, il-kwota u waħda minn dawn li ġejjin:

- Reglamento (CE) no 2535/2001, artículo 5,

- Forordning (EF) nr. 2535/2001, artikel 5,

- Verordnung (EG) Nr. 2535/2001, Artikel 5,

- Κανονισμός (EK) αριθ. 2535/2001, άρθρο 5,

- Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001,

- Règlement (CE) no 2535/2001, article 5,

- Regolamento (CE) n. 2535/2001, articolo 5,

- Verordening (EG) nr 2535/2001, artikel 5,

- Regulamento (CE) no 2535/2001 artigo 5.o,

- Asetus (EY) N:o 2535/2001 artikla 5,

- Förordning (EG) nr 2535/2001 artikel 5.

2. Il-liċenzji għandu jkollhom obbligu biex jimportaw mill-pajjiż indikat fil-kaxxa 8, ħlief fil-każ ta’ l-importazzjonijiet taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I(A).

3. Il-kaxxa 24 tal-liċenzji turi r-rata tad-dazju applikabbli jew ir-rata tad-dazju espressa bħala persentaġġ tad-dazju bażiku jew ir-rata tat-tnaqqis tad-dazju espressa bħala persentaġġ, skond l-Annessi.

Artikolu 19

1. Ir-rata mnaqqsa tad-dazju għandha tkun applikata biss mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjata bil-liċenzja ta’ l-importazzjoni u, fil-każ ta’ l-importazzjonijiet imsemmija hawn taħt, l-evidenza ta’ l-oriġini maħruġa, rispettivament, taħt il-Protokolli li ġejjin:

(a) Il-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewropej konklużi bejn il-Komunità u l-Ungerija [30], il-Polonja [31], ir-Repubblika Ċeka [32], ir-Repubblika Slovakka [33], ir-Rumanija [34], il-Bulgarija [35] u l-Islovenja [36];

(b) Il-Protokoll 3 tal-Ftehim Ewropew konkluż bejn il-Komunità u l-Latvja [37], l-Estonja [38] u l-Litwanja [39];

(ċ) Il-Protokoll 1 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, applikabbli bis-saħħa tad-Deċiżjoni Nru 1/2000 ta’ l-ACP-KE Kunsill tal-Ministri [40] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE");

(d) Il-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija;

(e) Il-Protokoll 1 tal-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel.

2. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti importati taħt il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ikunu suġġetti għal jew il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat EUR.1 jew dikjarazzjoni mill-esportatur skond l-imsemmija Protokolli.

KAPITOLU II Importazzjonijiet bla kwota fuq il-bażi tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni weħidha

Artikolu 20

1. Dan il-Kapitolu jgħodd għall-importazzjonijiet preferenzjali li m’humiex suġġetti għall-kwoti kif imsemmija fil-ftehim u fl-atti li ġejjin:

(a) ir-Regolament (KE) Nru 1706/98;

(b) l-Anness I tal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija;

(ċ) l-Anness IV tal-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel;

(d) il-Ftehim ma’ l-Isvizzera.

2. L-Anness II ta’ dan ir-Regolament iniżżel il-prodotti konċernati u r-rati tad-dazju applikabbli.

Artikolu 21

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji juru:

(a) il-pajjiż ta’ l-oriġini fil-kaxxa 8;

(b) fil-kaxxa 15:

(i) għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Turkija u fl-Isvizzera: id-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott kif mogħtija fl-Anness II(B) u (D), rispettivament;

(ii) għal importazzjonijiet oħra: id-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott, partikolarment il-materja prima użata u l-kontenut tax-xaħam bil-piż ( %). Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406, il-kontenut tax-xaħam, bħala piż ( %), fil-materja xotta u l-kontenut ta’ l-ilma, bħala piż ( %), fil-materja bla xaħam irid ikun indikat ukoll;

(ċ) il-kodiċi tan-NM kif indikat fl-Anness relevanti, preċedut minn "ex" fejn ikun il-każ, fil-kaxxa 16;

(d) fil-kaxxa 20, waħda minn dawn li ġejjin:

- Reglamento (CE) no 2535/2001 artículo 20,

- Forordning (EF) nr 2535/2001, artikel 20,

- Verordnung (EG) Nr. 2535/2001, artikel 20,

- Κανονισμός (EK) αριθ. 2535/2001, άρθρο 20,

- Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001,

- Règlement (CE) no 2535/2001, article 20,

- Regolamento (CE) n. 2535/2001, articolo 20,

- Förordning (EG) nr. 2535/2001, artikel 20,

- Regulamento (CE) no 2535/2001, artigo 20,

- Asetus (EY) N:o 2535/2001, artikla 20,

- Förordning (EG) nr 2535/2001, artikel 20.

2. Il-liċenzji għandu jkollhom obbligu biex jimportaw mill-pajjiż indikat fil-kaxxa 8.

3. Il-kaxxa 24 tal-liċenzji għandha turi r-rata tad-dazju applikabbli jew ir-rata tad-dazju espressa bħala persentaġġ tad-dazju bażiku jew ir-rata tat-tnaqqis tad-dazju espressa bħala persentaġġ.

Artikolu 22

Ir-rata mnaqqsa tad-dazju għandha tkun applikata biss mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjata bil-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-evidenza ta’ l-oriġini maħruġa, rispettivament, taħt il-Protokolli li ġejjin:

(a) il-Protokoll 1 ta’ l-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE;

(b) il-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija;

(ċ) il-Protokoll 1 tal-Ftehim ma’ l-Afrika t’Isfel;

(d) il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat f'Brussel fit-22 ta’ Lulju 1972 [41], kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Svizzera fl-24 ta’ Jannar 2001 [42].

Artikolu 23

Għall-prodotti li joriġinaw fl-Isvizzera u mniżżla fl-Anness II(D) taħt in-numri f'serje 3 sa 10, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu biss meta l-applikazzjonijiet huma akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub mill-applikant li l-valur minimu b’xejn fuq il-fruntiera msemmi fl-Anness II(D) ikun imħares.

Fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni u dokumenti addizzjonali ta’ appoġġ li l-imsemmija awtoritajiet jistgħu jiġġudikaw meħtieġa biex juru konformità mal-valur minimu b’xejn fuq il-fruntiera u jippermettu kull eżami tal-kotba meħtieġa minn dawk l-awtoritajiet. Huma ma għandhomx jaċċettaw l-ebda skont, rifużjoni, jew tnaqqis ieħor li jista’ jwassal biex il-prodott konċernat ikollu valur anqas mill-valur minimu ta’ l-importazzjoni ffissat għat-tali prodott.

Jekk il-valur minimu b’xejn fuq il-fruntiera ma jitħarisx, minbarra d-dazju ta’ l-importazzjoni ffissat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [43], għandha titħallas penali daqs 25 % ta’ l-ammont tad-dazju.

KAPITOLU III Importazzjonijiet taħt liċenzja ta’ l-importazzjoni koperta b’ċertifikat ta’ arranġament ta’ sorveljanza minn ġewwa (IMA 1)

Sezzjoni 1

Artikolu 24

1. Din is-sezzjoni tapplika għall-importazzjonijiet taħt:

(a) il-kwoti għall-pajjiżi speċifikati ta’ l-oriġini mniżżla fl-iskeda CXL;

(b) il-kwoti provduti taħt il-Ftehim man-Norveġja;

(ċ) il-Ftehim ma’ Ċipru.

2. L-Anness III ta’ dan ir-Regolament iniżżel id-dazji li għandhom ikunu applikati u, fil-każ ta’ l-importazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), il-kwantitajiet massimi li għandhom ikunu importati kull sena u s-sena ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 25

1. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti mniżżla fl-Anness III bir-rata tad-dazju indikata jinħarġu biss mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 li jikkorrispondi, għall-kwantità netta totali indikata fih.

Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 iridu jħarsu l-ħtiġiet imniżżla fl-Artikolu 40(1) għall-butir taħt il-kwota 09.4589 imsemmija fl-Anness III(A) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-butir tan-New-Zealand") u fl-Artikolu 29 sa 33 għal prodotti oħra. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jridu juru n-numru u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 li jikkorrispondi.

2. Ħlief fil-każ tal-butir tan-New-Zealand u l-importazzjonijiet b’dazju mnaqqas tal-prodotti msemmija fl-Anness III(Ċ), il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jistgħu jinħarġu biss wara li l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li l-Artikolu 33(1)(e) qed jitħares.

Il-korpi li joħorġu l-liċenzji jibagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ fax kopja taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 mitfugħ għal kull applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni mhux aktar tard mis-18.00 (ħin ta’ Brussel) fil-ġurnata meta jintefa’.

Il-korpi li joħorġu l-liċenzji għandhom joħorġu l-liċenzji fir-raba’ ġurnata xogħol ta’ wara, sakemm il-Kummissjoni ma ħaditx xi miżuri speċjali qabel dik id-data.

Il-korp kompetenti li joħroġ il-liċenzi ta’ l-importazzjoni għandu jżomm kopja ta’ kull IMA 1 ippreżentata.

Artikolu 26

1. Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sa l-aħħar tat-tmien xahar ta’ wara, iżda fl-ebda każ ma jibqgħu validi għal aktar mil-liċenzja ta’ l-importazzjoni relevanti jew wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-importazzjoni li għaliha nħarġu.

2. Mill-1 ta’ Novembru kull sena, iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 validi mill-1 ta’ Jannar ta’ wara jistgħu jinħarġu għall-kwantitajiet koperti mill-kwota ta’ dik is-sena ta’ l-importazzjoni. Iżda, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jistgħu jintefgħu biss mill-ewwel ġurnata xogħol tas-sena ta’ l-importazzjoni.

3. L-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament iniżżel iċ-ċirkostanzi meta ċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jistgħu jkunu kanċellati, emendati, mibdula jew korretti.

Artikolu 27

Bħala eċċezzjoni mill-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantitajiet importati ma jistgħux jaqbżu dawk murija fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Minħabba f’hekk, il-figura "0" għandha tiddaħħal fil-kaxxa 19 tal-liċenzji.

Artikolu 28

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji juru:

(a) fil-kaxxi 7 u 8, il-pajjiż ta' provenjenza u l-pajjiż ta’ oriġini;

(b) fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott kif mogħtija fl-Anness III;

(ċ) fil-kaxxa 16, il-kodiċi tan-NM kif mogħti fl-Anness III, preċedut minn "ex" fejn ikun il-każ;

(d) fil-kaxxa 20, fejn ikun il-każ, in-numru tal-kwota, in-numru taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 u d-data tal-ħruġ tiegħu, b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:

- Válido si va acompañado del certificado IMA 1 no… expedido el…

- Kun gyldig ledsaget af IMA 1-certifikat nr…, udstedt den…

- Nur gültig in Verbindung mit der Bescheinigung IMA 1 Nr…, ausgestellt am…

- Έγκυρο μόνο εφόσον συνοδεύεται από το πιοτοποιητκό IMA 1 αριθ. … που εξεδόθη στις …

- Validu jekk akkumpanjat miċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 Nru… maħruġ fil-…

- Valable si accompagné du certificat IMA no…, délivré le…

- Valido se accompagnato dal certificato IMA 1 n…, rilasciato il…

- Geldig indien vergezeld van een certificaat IMA nr… dat is afgegeven op…

- Válido quando acompanhado do certificado IMA 1 com o número… emitido…

- Voimassa vain… myönnetyn IMA 1-todistuksen N:o.. kanssa

- Gäller endast tillsammans med IMA 1-intyg nr… utfärdat den…

2. Il-liċenzji għandu jkollhom obbligu biex jimportaw mill-pajjiż ta’ l-oriġini indikat fil-kaxxa 8.

3. Il-kaxxa 24 tal-liċenzji għandha turi r-rata tad-dazju applikabbli.

Artikolu 29

1. Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 għandhom jitħejjew fuq il-formuli skond il-mudell fl-Anness IX, ħlief fil-każ tal-butir tan-New Zealand, u skond il-ħtiġijiet imniżżla f’dan il-Kapitolu.

2. Il-kaxxa 3 taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1, rigward ix-xerrej, u l-kaxxa 6 rigward il-pajjiż tad-destinazzjoni m'għandhomx jimtlewx, ħlief fil-każ tal-ġobon Ċeddar provdut taħt il-kwota Nru 09.4513 fl-Anness III.

Artikolu 30

1. Il-qisien tal-formula msemmija fl-Artikolu 29 għandhom ikunu 210 × 297 mm. Il-karta użata għandha tkun tiżen mill-anqas 40g/m2 u tkun bajda fil-kulur.

2. Il-formuli għandhom ikunu stampati u mimlija f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Jistgħu wkoll ikunu stampati u mimlija fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta.

3. Il-formula għandha timtela jew bit-typing jew f’manuskritt. Ittri kbar għandhom jintużaw jekk il-formula timtela f’manuskritt.

4. Kull ċertifikat ta’ l-IMA 1 għandu jkollu numru f'serje assenjat mill-korp li joħroġhom.

Artikolu 31

1. Ċertifikat separat ta’ l-IMA irid jitħejja għal kull tip ta’ prodott imsemmi fl-Anness III u għal kull formula ta’ preżentazzjoni tiegħu.

2. Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 irid ikun fihom il-partikolaritajiet imniżżla fl-Anness XI għal kull tip ta’ prodott u kull forma ta’ preżentazzjoni, ħlief għall-butir tan-New Zealand.

Artikolu 32

1. L-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 għandu jkun ippreżentat, flimkien mal-liċenzja ta’ l-importazzjoni relevanti u l-prodotti li jirrelataw għaliha, lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istat Membru li qed jesporta fil-mument li d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tinxteħet.. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1), għandu jkun preżentat waqt li jkun għadu validu, ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri.

Iżda, meta l-oriġinali jintilef jew ma jkunx jista’ jintuża aktar, kopja awtentikata sewwa u identifikata sew mill-korp li qed joħroġhom tista’ tkun ippreżentata lill-awtorità tal-liċenzjar u l-awtorità kompetenti tad-dwana.

2. Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 għandhom ikunu validi biss jekk mimlija sewwa u awtentikati minn korp li joħroġhom elenkat fl-Anness XII.

3. Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 għandhom jitqiesu bħala awtentikati sew fejn juru d-data u l-post tal-ħruġ, huma ttimbrati mill-korp li joħroġhom u jkollhom il-firma jew il-firem tal-persuna jew il-persuni awtorizzati biex jiffirmawhom.

Artikolu 33

1. Il-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati jistgħu jkunu provduti fl-Anness XII biss jekk:

(a) huma rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż li qed jesporta;

(b) jintrabtu li jivverifikaw l-entrati fiċ-ċertifikati;

(ċ) jintrabtu li jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru, meta mitluba, b’kull informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex ikunu eżaminati l-partikolaritajiet imniżżla fiċ-ċertifikati;

(d) jintrabtu, għall-prodotti mniżżla fl-Anness III(A), li joħorġu ċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 għall-kwantità totali koperta qabel il-prodott li tkopri jitlaq mit-territorju tal-pajjiż li qed joħroġhom;

(e) jintrabtu li jibagħtu lill-Kummissjoni kopja bil-fax ta’ kull ċertifikat awtentikat ta’ l-IMA 1 għall-kwantità totali koperta fid-data tal-ħruġ jew fi żmien sebat ijiem minn dik id-data l-aktar tard u, fejn ikun il-każ, notifika ta’ kull kanċellament, korrezzjoni jew emenda;

(f) fil-każ tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406, jintrabtu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar, għal kull kwota, separatament, ta':

(i) in-numru taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 maħruġa għas-sena ta’ kwota ta’ qabel man-numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ kull wieħed u l-kwantità koperta minnha flimkien man-numru totali taċ-ċertifikati maħruġa u l-kwantità totali koperti minnhom għas-sena ta’ kwota konċernata, u

(ii) il-kanċellament, korrezzjoni jew emenda ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jew il-ħruġ tal-kopji taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1, kif provdut fl-Anness VIII(1) sa (5), u fl-Artikolu 32(1), u d-dettalji relevanti kollha tagħhom.

2. L-Anness XII għandu jkun rivedut meta l-ħtieġa msemmija fil-paragrafu 1(a) ma tibqax imħarsa jew korp li joħroġ iċ-ċertifikati jonqos li jwettaq wieħed mill-obbligi li ntrabat bihom.

Sezzjoni 2

Artikolu 34

1. Din is-Sezzjoni, u ħlief fejn jintqal mod ieħor is-Sezzjoni 1, tgħodd għall-butir tan-New Zealand.

2. Il-kliem "ta’ mill-anqas sitt ġimgħat" fid-deskrizzjoni tal-kwota għall-butir tan-New Zealand tfisser mill-anqas sitt ġimgħat mid-data meta d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera hija ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana.

Artikolu 35

1. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun ta' 5 EUR għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott.

2. Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jistgħu jintefgħu biss fir-Renju Unit.

Ir-Renju Unit għandu jissorvelja ċ-ċertifikati kollha ta’ l-IMA 1 maħruġa, kanċellati, emendati, korretti, jew li dwarhom inħarġu kopji. Għandu jiżgura li l-kwantità totali li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni ma jaqbżux il-kwota ta’ kull sena ta’ importazzjoni.

3. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni, iffirmati skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għandhom jintużaw għal dikjarazzjoni waħda tad-dwana għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għandhom ikopru lott wieħed. Jekk il-kwantità rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera hija anqas mill-kwantità indikata fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, il-garanzija dwar il-parti mhux rilaxxata tintilef, u l-liċenzja konċernata ma tistax tintuża biex timporta aktar kwantità.

Artikolu 36

Meta l-butir tan-New Zealand ma jħarisx il-ħtiġiet ta’ komposizzjoni, l-ebda trattament preferenzjali ma jingħata għal-lott kollu.

Ladarba tkun stabbilita n-nuqqas ta' konformità, fejn id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tkun aċċettata l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiġbru d-dazju ta’ l-importazzjoni ppreżentat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, jattribwixxu l-kwantità murija fil-kaxxa 29 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u jibagħtu l-liċenzja lill-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati, li jemendawha bil-ħsieb li jikkonvertuha f’liċenzja ta’ l-importazzjoni b’dazju sħiħ.

Artikolu 37

Bħala eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji għandha tiffirma l-liċenzja fil-kaxxa 20 b’waħda minn dawn li ġejjin:

- Certificado de importación con tipo reducido para el producto con el número de orden… que se ha convertido en un certificado de importación con tipo pleno para el que se adeudaba, y se ha abonado, el tipo de derecho de…/100 kg; certificado ya anotado,

- Ændret fra en importlicens med nedsat toldsats for et produkt under nr… til en importlicens med fuld toldsats, hvor den skyldige importtold på…/100 kg er betalt; licensen er allerede afskrevet,

- Umwandlung einer Einfuhrlizenz zum ermäßigten Zollsatz für das Erzeugnis mit der lfd. Nr… in eine Einfuhrlizenz zum vollen Zollsatz von…/100 kg, der entrichtet wurde; Lizenz abgeschrieben,

- Μετατροπή από πιοτοποιητικό εισαγωγής με μειωμένο δασμό για προϊόν βάσει του αύξοντος, αριθμού … σε πιστοποιητικό εισαγωγής με πλήρη δασμό για το οποίο το ποσοστό δασμού ποσού …/100 kg οφείλετο και πληρώθηκε το πιστοποιητικό ήδη χορηγήθηκε,

- Konvertita minn liċenzja ta’ l-importazzjoni b’dazju mnaqqas għal prodott taħt ordni Nru… għal liċenzja ta’ l-importazzjoni b’dazju sħiħ li fuqu r-rata ta’ dazju ta’…/100kg kien dovut u tħallas; il-liċenzja diġa’ attribwita,

- Certificat d'importation à droit réduit pour le produit correspondant au contingent…, converti en un certificat d'importation à taux plein, pour lequel le taux du droit applicable de…/100 kg a été acquitté; certificat déjà imputé,

- Conversione da un titolo d'importazione a dazio ridotto per il prodotto corrispondente al contingente… ad un titolo d'importazione a dazio pieno, per il quale è stata pagata l'aliquota di…/100 kg; titolo già imputato,

- Invoercertificaat met verlaagd recht voor onder volgnummer… vallend product omgezet in een invoercertificaat met volledig recht waarvoor het recht van…/100 kg verschuldigd was en is betaald; hoeveelheid reeds op het certificaat afgeschreven,

- Obtido por conversão de um certificado de importação com direito reduzido para o produto com o número de ordem… num certificado de importação com direito pleno, relativamente ao qual a taxa de direito aplicável de…/100 kg foi paga; certificado já imputado,

- Muutettu etuuskohteluun oikeuttavasta kiintiötuontitodistuksesta vakiotuontitodistutseksi tavaralle, joka kuuluu järjestysnumeroon… ja josta on kannettu tariffin mukainen tulli…/100 kg; vähennysmerkinnät tehty,

- Omvandlad från importlicens med sänkt tull för produkt med löpnummer… till importlicens med hel tullavgift för vilken gällande tullsats…/100 kg har betalats. Redan avskriven licens.

L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha temenda l-informazzjoni kollha tal-kontijiet biex tikkunsidra din l-emenda. L-awtoritajiet tad-dwana jiżguraw li l-kontijiet tal-kummerċ u tar-riżorsi tagħhom stess huma emendati b’hekk.

Artikolu 38

Minbarra l-ħtiġiet imniżżla fl-Artikolu 33(a) sa (e), il-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati jistgħu jkunu provduti fl-Anness XII biss jekk:

(a) jintrabtu li javżaw lill-Kummissjoni tad-devjazzjoni standard tal-proċess tipiku tal-kontenut tax-xaħam, kif imsemmi fl-Anness IV(1)(e), tal-butir tan-New Zealand manifatturat minn kull produttur imsemmi fl-Anness IV(1)(a) skond l-ispeċifikazzjoni tax-xiri ta’ kull prodott;

(b) jintrabtu li jibagħtu lill-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji tar-Renju Unit kopja bil-fax ta’ kull ċertifikat awtentikat ta’ l-IMA 1 għall-kwantità totali koperta fid-data tal-ħruġ jew fi żmien sebat ijiem minn dik id-data l-aktar tard u, fejn ikun il-każ, notifika ta’ kull kanċellament, korrezzjoni jew emenda;

(ċ) jintrabtu li jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji tar-Renju Unit qabel l-10 tax-xahar ta’ wara ta’ kull xahar fil-perjodu Jannar sa Ottubru, u qabel il-Ġimgħa tal-ġimgħa ta’ wara għal kull ġimgħa jew parti minnha f’Novembru u Diċembru, separatament għaċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 maħruġa għas-sena tal-kwota kurrenti u ta’ wara:

(i) in-numru taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 maħruġa fix-xahar jew il-ġimgħa konċernata, skond xi jkun il-każ, bin-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u l-kwantitajiet koperti minnhom, flimkien man-numru totali taċ-ċertifikati maħruġa u l-kwantitajiet koperti minnhom għas-sena tal-kwota konċernata, u

(ii) il-kanċellament, korrezzjoni jew emenda ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jew il-ħruġ tal-kopji taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1, kif provdut fl-Anness VIII(1), (2), (4) u (5) u fl-Artikolu 32(1), u d-dettalji relevanti kollha tagħhom.

Artikolu 39

1. Għall-iskopijiet tas-sorveljanza tal-kwantitajiet tal-butir tan-New Zealand, għandhom ikunu kkunsidrati l-kwantitajiet kollha li għalihom id-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu aċċettati matul il-perjodu tal-kwota konċernat.

2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar wara t-tmiem tas-sena tal-kwota konċernata, bil-kwantitajiet definittivi fix-xahar u l-kwantità totali għal dik is-sena ta’ kwota tal-butir li għalihom dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu aċċettati taħt il-kwota tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 matul is-sena ta’ kwota ta’ qabel. In-notifiki fix-xahar isiru sa l-10 tax-xahar ta’ wara dak li matulu d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu aċċettati.

3. Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, ir-Renju Unit għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, għas-sena tal-kwota ta’ qabel, il-kwantità ta’ butir li għalih intefgħet garanzija u l-kwantità ta’ butir rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera li għalih il-garanzija ġiet rilaxxata. Jekk data kompluta mhix disponibbli sat-28 ta’ Frar, għandha tkun kompluta mingħajr dewmien bla bżonn.

Sal-31 ta’ Jannar wara t-tmiem ta’ kull sena ta’ kwota, ir-Renju Unit għandu jibgħat lill-Kummissjoni inventarju għas-sena ta’ kwota, ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(ċ), li jiddettalja kull ċertifikat ta’ l-IMA 1 maħruġ, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu u l-kwantità koperta minnu flimkien man-numru totali ta’ ċertifikati u l-kwantità totali koperta minnhom għas-sena. L-inventarju għandu jinkludi d-dettalji kollha relevanti ta’ xi kanċellamenti, korrezzjonijiet jew emendi lil xi ċertifikati ta’ l-IMA 1 jew lil xi kopji li nħarġu.

Artikolu 40

1. L-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jippreżenta r-regoli li għandhom ikunu segwiti biex jimtlew iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 u s-sorveljanza tal-piż u l-kontenut tax-xaħam tal-butir, u l-konsegwenzi tat-tali sorveljanza.

Id-devjazzjoni standard tal-proċess tipiku tal-kontenut tax-xaħam kif imsemmi fl-Anness IV(1)(e) u avżat skond l-Artikolu 38(a) għandu ikun approvat mill-Kummissjoni u l-lista tkun komunikata lill-Istati Membri flimkien mad-data tad-dħul fis-seħħ għall-iskop biex jinħarġu ċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1.

Id-devjazzjoni standard tal-proċess tipiku għandha tkun valida għal mill-anqas sena waħda sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali, li jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni mill-aġenzija tal-ħruġ tan-New Zealand, ma jiġġustifikawx modifika, li trid tkun approvata mill-Kummissjoni.

Kull devjazzjoni standard modifikata jew addizzjonali approvata mill-Kummissjoni jkun komunikat lill-Istati Membri flimkien mad-data tad-dħul fis-seħħ għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1.

2. L-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa għal kull kwart taħt l-Anness IV bl-użu tal-formula standard ippreżentata fl-Anness V sa l-10 tax-xahar ta’ wara.

Artikolu 41

1. Fl-istadji kollha tal-promozzjoni tal-butir tan-New Zealand importat fil-Komunità taħt dan il-Kapitolu, l-oriġini tan-New Zealand ikun immarkat fuq l-ippakkettar tiegħu u fuq il-fattura jew fatturi konċernati.

2. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1, fejn il-butir tan-New Zealand huwa mħallat mal-butir tal-Komunità u fejn il-butir imħallat huwa maħsub għall-konsum dirett u mqiegħed f’pakketti ta’ 500 gramma jew anqas, l-oriġini tan-New Zealand tal-butir imħallat hemm bżonn ikun dikjarat biss fil-fattura konċernata.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-fatturi għandhom jiddikjaraw ukoll:

"Butir importat taħt is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001: mhux eliġibbli għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-butir taħt l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 jew taħt l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 lanqas għall-għoti ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni taħt l-Artikolu 31(10) u (11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999, ħlief fejn provdut fl-Artikolu 31(12) ta’ dak ir-Regolament jew fl-Artikolu 7a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/94."

Artikolu 42

Iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 ikunu mħejjija skond il-mudell fl-Anness X, skond il-ħtiġiet imniżżla f’din is-Sezzjoni u fl-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV Kontrolli fuq importazzjonijiet b’dazju mnaqqas

Artikolu 43

1. L-uffiċċji tad-dwana tal-Komunità fejn il-prodotti huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità jaraw bir-reqqa d-dokumenti mibgħuta bħala appoġġ għad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li titlob trattament ta’ tariffa mnaqqsa.

Huma wkoll għandhom jagħmlu kontrolli fiżiċi fuq il-prodotti, fuq il-bażi tat-tali dokumenti.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex jistabbilixxu sistema biex isiru l-kontrolli fisiċi taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 mingħajr avviż minn qabel, ibbażat fuq l-istima ta’ l-analiżi tar-riskju.

Iżda, sa l-aħħar ta’ l-2003, is-sistema għandha tiżgura li mill-anqas 3 % tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għal kull Stat Membru u għal kull sena kalendarja huma kkontrollati fiżikament.

Meta jikkalkolaw ir-rata minima tal-kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jagħtux każ tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-importazzjoni li jinvolvu l-kwantitajiet li ma jaqbżux il-500kg.

Artikolu 44

1. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2001 [44] għandu japplika rigward il-metodi ta’ referenza li għandhom jintużaw biex janalizzaw il-prodotti kif provdut f’dan ir-Regolament biex jistabbilixxi jekk il-komposizzjoni tagħhom hijiex konformi mad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

2. Kull uffiċċju tad-dwana għandu jippreżenta rapport dettaljat ta’ eżami għal kull kontroll fiżiku li sar. Dan ir-rapport ikollu d-data ta’ l-eżami u jinżamm għal mill-anqas tliet snin kalendarji.

3. Fejn isir kontroll fisiku, il-kaxxa 32 tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, jew il-kaxxa għall-messaġġ fil-liċenzji elettroniċi, għandhom ikollhom waħda mill-entrati li ġejjin:

- Se ha realizado el control material (Reglamento (CE) no 2535/2001,

- Fysisk kontrol (forordning (EF) nr.2535/2001,

- Warenkontrolle durchgeführt (Verordnung (EG) Nr 2535/2001,

- Πραγματοποιήθηκε φυσικός έλεγχος [Κανονισμός (EK) αριθ. 2535/2001]

- Kontroll fisiku sar (Regolament (KE) Nru 2535/2001,

- Contrôle physique effectué (règlement (CE) no 2535/2001,

- Controllo fisico effettuato (regolamento (CE) n. 2535/2001,

- Fysieke controle uitgevoerd (Verordening (EG) nr. 2535/2001,

- Controlo físico em conformidade com (Regulamento (CE) no 2535/2001,

- Fyysinen tarkastus suoritettu (asetus (EY) N:o 2535/2001,

- Fysisk kontroll utförd (förordning (EG) nr 2535/2001.

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jeżaminaw ir-riżultati ta’ l-ewwel analiżi fi żmien 20 ġurnata xogħol mid-data meta l-kontroll fiżiku twettaq. Fejn ir-riżultati definittivi jistabbilixxu li mhux konformi, dawn ir-riżultati u, fejn ikun il-każ, il-liċenzja għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-ħruġ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta r-riżultati kienu stabbiliti.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 248 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [45], meta kontroll fiżiku fuq il-komposizzjoni twettaq qabel il-preżentazzjoni tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni ffirmata taħt l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-garanzija għandha tkun rilaxxata.

4. Kull każ mhux konformi mad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandha tkun avżata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta l-awtoritajiet tad-dwana jistabbilixxu li mhux konformi, u jispeċifikaw b’liema mod il-prodotti mhux konformi u r-rata tad-dazju applikabbli bħala riżultat li nstabu mhux konformi.

Artikolu 45

1. Għall-iskopijiet tas-sorveljanza tal-kwantitajiet taħt il-kwoti tat-tariffi, għandhom ikunu kkunsidrati l-kwantitajiet kollha li għalihom id-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu aċċettati matul il-perjodu tal-kwota konċernat.

2. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Marzu wara kull sena ta’ kwota li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru, u sal-15 ta’ Settembru wara kull sena ta’ kwota li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju, separatament għal kull kwota u pajjiż ta’ oriġini, ħlief fil-każ tal-butir tan-New Zealand, bil-kwantità totali definittiva għas-sena tal-kwota li għaliha d-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu aċċettati.

TITOLU 3 DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 46

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaraw li s-sistema tal-liċenzji u ċ-ċertifikati introdotti minn dan ir-Regolament qed taħdem sew.

Artikolu 47

L-approvazzjoni kif provdut fl-Artikolu 7 ma tkunx meħtieġa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2002.

Għal dak il-perjodu, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-kwoti koperti mill-Kapitolu 1 tat-Titolu 2 jistgħu jintefgħu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant huwa stabbilit, u jkunu aċċettati biss jekk l-evidenza meħtieġa taħt l-Artikolu 8(1)(a) hija ppreżentata, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti, meta l-applikazzjoni tintefa’.

Ir-restrizzjonijiet provduti fl-Artikolu 16(4) ma jgħoddux għat-trasferimenti tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu 2 maħruġ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2002.

Għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju u mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2002, is-sena ta’ referenza imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) għandha tkun l-2001, jew l-2000 jekk l-importatur konċernat jista’ juri li ma setax jimporta jew jesporta l-kwantitajiet meħtieġa tal-prodotti tal-ħalib matul l-2001 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

Artikolu 48

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2967/79, (KE) Nru 2508/97, (KE) Nru 1374/98 u (KE) Nru 2414/98 huma b'dan imħassra.

Għandhom ikomplu jgħoddu għal-liċenzji li applikaw għalihom qabel l-1 ta’ Jannar 2002.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 49

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li applikaw għalihom mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

[3] ĠU L 185, tat-30.6.1998, p. 21.

[4] ĠU L 88, tat-28.3.2001, p. 7.

[5] ĠU L 336, tad-29.12.1979, p. 23.

[6] ĠU L 151, ta' l-1.7.1995, p. 10.

[7] ĠU L 345, tas-16.12.1997, p. 31.

[8] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 49.

[9] ĠU L 299, ta' l-10.11.1998, p. 7.

[10] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

[11] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[12] ĠU L 257, tat-13.10.1969, p. 3.

[13] ĠU L 327, tat-30.12.1995, p. 17.

[14] ĠU L 86, ta' l-20.3.1998, p. 1.

[15] ĠU L 215, ta' l-1.8.1998, p. 12.

[16] ĠU L 311, ta' l-4.12.1999, p. 1.

[17] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 1.

[18] ĠU L 308, tat-8.12.2000, p. 7.

[19] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 6.

[20] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

[21] ĠU L 271, ta' l-24.10.2000, p. 7.

[22] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1.

[23] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 9.

[24] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 17.

[25] ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 15.

[26] ĠU L 321, tad-19.12.2000, p. 8.

[27] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 7.

[28] ĠU L 133, tal-21.5.1973, p. 1.

[29] ĠU L 393, tal-31.12.1987, p. 1.

[30] ĠU L 347, tal-31.12.1993, p. 1.

[31] ĠU L 348, tal-31.12.1993, p. 1.

[32] ĠU L 360, tal-31.12.1994, p. 1.

[33] ĠU L 359, tal-31.12.1994, p. 1.

[34] ĠU L 357, tal-31.12.1994, p. 1.

[35] ĠU L 358, tal-31.12.1994, p. 1.

[36] ĠU L 51, tas-26.2.1999, p. 1.

[37] ĠU L 26, tat-2.2.1998, p. 1.

[38] ĠU L 68, tad-9.3.1998, p. 3.

[39] ĠU L 51, ta' l-20.2.1998, p. 1.

[40] ĠU L 195, ta' l-1.8.2000, p. 46.

[41] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.

[42] ĠU L 51, tal-21.2.2001, p. 40.

[43] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[44] ĠU L 37, tas-7.2.2001, p. 1.

[45] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

I. A KWOTI TAT-TARIFFI MHUX SPEĊIFIKATI BIL-PAJJIŻ TA’ L-ORIĠINI

Numrutal-kwota | Il-kodiċitan-NK | Deskrizzjoni | Il-pajjiż ta' l-oriġini | Kwota mill-1 ta' Luljusat-30 ta' Ġunju (kwantità f'tunnellati metriċi) | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kgpiż nett) |

Annwali | Kull sitt xhur |

09.4590 | 04021019 | Trab tal-ħalib xkumat | It-terzi pajjiżi kollha | 68000 | 34000 | 47,50 |

09.4599 | 04051011 | Butir u xaħmijiet u żjut oħra miġjuba mill-ħalib | It-terzi pajjiżi kollha | 10000 | 5000 | 94,80 |

04051019 |

04051030 |

04051050 |

04051090 | f'ekwivalenti ta' butir |

04059010 |

04059090 |

09.4591 | ex04061020ex04061080 | Ġobon tal-pizza, iffriżat, imqatta' biċċiet li kull waħda tiżen mhux aktar minn gramma, f'kontenituri b'kontenut nett ta' 5kg jew aktar, b'kontenut ta' ilma, bħala piż, ta' 52 % jew aktar, u kontenut ta' xaħam bħala piż f'materja xotta ta' 38 % jew aktar | It-terzi pajjiżi kollha | 5300 | 2650 | 13 |

09.4592 | ex04061020 | Emmentaler ipproċessat | It-terzi pajjiżi kollha | 18400 | 9200 | 71,9 |

ex04069013 | Emmentaler | 85,8 |

09.4593 | ex04061020 | Gruyère ipproċessat | It-terzi pajjiżi kollha | 5200 | 2600 | 71,9 |

ex04069015 | Gruyère, Sbrinz | 85,8 |

09.4594 | 04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | It-terzi pajjiżi kollha | 20000 | 10000 | 83,5 |

09.4595 | 04069021 | Ċeddar | It-terzi pajjiżi kollha | 15000 | 7500 | 21 |

09.4596 | ex04061020ex04061080 | Ġobon frisk (mhux misjur u mhux ikkurat), inkluæ ġobon tax-xorrox, u baqta, għajr il-ġobon tal-pizza tal-kwota Nru 09.4591 | It-terzi pajjiżi kollha | 19500 | 9750 | 92,6106,4 |

04062090 | Ġobon ieħor maħkuk jew magħmul trab | 94,1 |

04063031 | Ġobon ieħor ipproċessat | 69 |

04063039 | | 71,9 |

04063090 | | 102,9 |

04064010 | Ġobon bil-vini blu | 70,4 |

04064050 | | |

04064090 | | |

04069017 | Bergkäse u Appenzell | 85,8 |

04069018 | Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine | 75,5 |

04069023 | Edam | |

04069025 | Tilsit | |

04069027 | Butterkäse | |

04069029 | Kashkaval | |

04069031 | Feta, tal-ħalib tan-nagħġa jew ħalib tal-buflu | |

04069033 | Feta, ieħor | |

04069035 | Kefalo-Tyri | |

04069037 | Finlandja | |

04069039 | Jarlsberg | |

04069050 | Ġobon tal-ħalib tan-nagħġa jew ħalib tal-buflu | |

ex04069063 | Pecorino | 94,1 |

04069069 | Oħrajn | |

04069073 | Provolone | |

ex04069075 | Caciocavallo | 75,5 |

ex04069076 | Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø | |

04069078 | Gouda | |

ex04069079 | Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin | |

ex04069081 | Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Gloucester, Blarney, Colby, Monterey | |

04069082 | Camembert | |

04069084 | Brie | |

04069086 | Li jaqbeż is-47%, iżda ma jaqbiżx it-52% | |

04069087 | Li jaqbeż it-52%, iżda ma jaqbiżx it-62% | |

04069088 | Li jaqbeż it-62%, iżda ma jaqbiżx it-72% | |

04069093 | Li jaqbeż it-72% | |

04069099 | Oħrajn | 92,6106,4 |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4813 | 040210190402211904022199 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ Trab tal-ħalib sħiħ | B'xejn | 10000 | 1000 |

09.4814 | 040510110405101904051030040510500405109004052090 | Butir u ħalib li jiddellek | B'xejn | 6000 | 600 |

09.4815 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 9000 | 900 |

2. Prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4611 | 040210190402211904022191 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ Trab tal-ħalib sħiħ | 20 | 2875 | 0 |

09.4612 | 0405101104051019040510300405105004052090 | Butir | 20 | 1250 | 0 |

09.4613 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 5100 | 765 |

3. Prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4611 | 040210190402211904022191 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ Trab tal-ħalib sħiħ | 20 | 1500 | 0 |

09.4612 | 0405101104051019040510300405105004052090 | Butir | 20 | 750 | 0 |

09.4613 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 2200 | 330 |

4. Prodotti li joriġinaw fl-Ungerija

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4731 | 040210 | Ħalib u krema f'forma ta' trab jew solidu, kontenut tax-xaħam < 1,5 % | B'xejn | 375 | 40 |

09.4733 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 3500 | 350 |

5. Prodotti li joriġinaw fir-Rumanija

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4758 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 2000 | 200 |

6. Prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4660 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 5500 | 300 |

7. Prodotti li joriġinaw fl-Estonja

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4578 | 040130 | Krema, b'kontenut ta' xaħam, bħala piż, li jaqbeż is-6 % | B'xejn | 500 | 150 |

09.4546 | 0402101904022119 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ | B'xejn | 10000 | 3000 |

09.4579 | 040310110403101304031019 | Yoghurt, mhux mogħti t-togħma | B'xejn | 300 | 90 |

09.4580 | 04039059040390610403906304039069 | Ħalib u krema, iffermentati jew aċidifikati | B'xejn | 700 | 210 |

09.4547 | 0405101104051019 | Butir | B'xejn | 3000 | 900 |

09.4581 | ex0406 | Ġobon, ma jinkludix baqta | B'xejn | 2000 | 600 |

09.4582 | ex040610 | Baqta | B'xejn | 700 | 210 |

8. Prodotti li joriġinaw fil-Latvja

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2001 |

09.4549 | 0402101904022119 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ | B'xejn | 4000 | 400 |

09.4550 | 040229 | Trab tal-ħalib sħiħ, magħmul ħelu | 20 | 250 | 0 |

09.4551 | 040510 | Butir | B'xejn | 1875 | 190 |

09.4552 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 3000 | 300 |

9. Prodotti li joriġinaw fil-Litwanja

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2002 | Żieda fis-sena mill- 1.7.2002 |

09.4554 | 0402101904022119 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ | B'xejn | 5500 | 500 |

09.4567 | 04029911 | Ħalib u krema, tal-bott,magħmul ħelu | 20 | 300 | — |

09.4556 | 0405101104051019 | Butir | B'xejn | 1925 | 175 |

09.4557 | 0406 | Ġobon u baqta | B'xejn | 6600 | 600 |

10. Prodotti li joriġinaw fl-Islovenja

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) |

Mill- 1.1.2000 sat- 31.12.2001 | Minn 1.1.2002 |

09.4086 | 040210040221 | Trab tal-ħalib xkumat Trab tal-ħalib sħiħ | 20 | 1400 | 1500 |

09.4087 | 040310 | Yoghurts | 20 | 700 | 750 |

09.4088 | 040690 | Ġobon ieħor | 20 | 420 | 450 |

I. Ċ KWOTI TAT-TARIFFI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1706/98

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiż ta' l-oriġini | Kwota għall-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati metriċi) | Tnaqqis fid-dazji tad-dwana |

Annwali | Kull sitt xhur |

09.4026 | 0402 | Ħalib u krema, ikkonċentrat, li fih zokkor miżjud jew materja oħrata' ħlewwa | ACP | 1000 | 500 | 65 % |

09.4027 | 0406 | Ġobon u baqta | ACP | 1000 | 500 | 65 % |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiżta' l-oriġini | Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati metriċi) | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kgpiż nett) |

09.4101 | 04069029 | Ġobon Kashkaval | It-Turkija | 1500 | 0 |

ex04069031 | Ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'kontenituri li fihom l-ilma mielaħ, jew fi fliexken tal-ġlud tan-ngħaġ jew tal-mogħoż |

ex04069050 | Ġobon ieħor magħmul esklussivament mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'kontenituri li fihom ilma mielaħ, jew fi fliexken tal-ġlud tan-ngħaġ jew tal-mogħoż |

ex04069086 | Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'pakketti ta' anqas minn 10kg |

ex04069087 |

ex04069088 |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiżta' l-oriġini | Is-sena ta' importazzjoni | Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati metriċi) | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |

Annwali | Kull sitt xhur |

09.4151 | 0406 10 0406 20 90 0406 30 0406 40 90 0406 90 01 0406 90 21 0406 90 50 0406 20 69 0406 90 78 0406 90 86 0406 90 87 0406 90 88 0406 90 93 0406 90 99 | Ir-Repubblika ta'l-Afrika t'Isfel | 2000 | 5000 | 2500 | 0 |

| 2001 | 5250 | 2625 |

| 2002 | 5500 | 2750 |

| 2003 | 5750 | 2875 |

| 2004 | 6000 | 3000 |

| 2005 | 6250 | 3125 |

| 2006 | 6500 | 3375 |

| 2007 | 6750 | 3375 |

| 2008 | 7000 | 3500 |

| 2009 | 7250 | 3625 |

| 2010 | Mhux limitat | Mhux limitat |

--------------------------------------------------

ANNESS II

II. A KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1706/98

Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Tnaqqis fid-dazji tad-dwana (%) |

0401 | | 16 |

0403 10 11 sa 0403 10 39 | | 16 |

0403 90 11 sa 0403 90 69 | | 16 |

0404 | | 16 |

040510 | | 16 |

04052090 | | 16 |

040590 | | 16 |

17021100 | | 16 |

17021900 | | 16 |

21069051 | | 16 |

23091015 | | 16 |

23091019 | | 16 |

23091039 | | 16 |

23091059 | | 16 |

23091070 | | 16 |

23099035 | | 16 |

23099039 | | 16 |

23099049 | | 16 |

23099059 | | 16 |

23099070 | | 16 |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | Il-pajjiż ta' l-oriġini | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100kg piż nett mingħajr aktar indikazzjoni) |

1 | 04069029 | Kashkaval | It-Turkija | 67,19 |

2 | ex04069031 | Ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'kontenituri li fihom l-ilma mielaħ, jew fi fliexken tal-ġlud tan-ngħaġ jew tal-mogħoż | It-Turkija | 67,19 |

ex04069050 |

3 | ex04069086 | Tulum peyniri, magħmul mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'pakketti ta' anqas minn 10kg | It-Turkija | 67,19 |

ex04069087 |

ex04069088 |

II. C ARRANĠAMENTI GĦALL-IMPORTAZZJONI PREFERENZJALI – L-AFRIKA T'ISFEL

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiż ta' l-oriġini | Dazju ta' l-importazzjoni bħala % tad-dazju bażiku |

Sena |

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 |

14 | 0401040310110403101304031019040310310403103304031039 | Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel | 91 | 82 | 73 | 64 | 55 | 45 | 36 | 27 | 18 | 9 | 0 |

040291040299040390510403905304039059040390610403906304039069 | Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 83 | 67 | 50 | 33 | 17 | 0 |

040410480404105204041054040410560404105804041062040410720404107404041076040410780404108204041084 | |

0406102004061080040620900406300406409004069001040690210406905004069069040690780406908604069087040690880406909304069099 | Għall-kwantitajiet importati iżjed mill-kwoti msemmija fl-Anness I(E) |

1702110017021900 | |

21069051 | |

23091015230910192309103923091059230910702309903523099039230990492309905923099070 | |

Numrutal-kwota | Il-kodiċitan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiżta' l-oriġini | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100kg piż nett mingħajr aktar indikazzjoni) |

1 | 04022911ex04049083 | Ħalib speċjali, għat-tfal, f'kontenituri ssiġillati ermetikament ta' kontenut nett li ma jaqbiżx il-500g, b'kontenut ta' xaħam bħala piż li jaqbeż l-10% iżda ma jaqbiżx is-27% | L-Isvizzera | 43,80 |

2 | 0406201004069019 | Ġobon tal-ħaxixa Glaris (magħruf bħala Schabziger) magħmul minn ħalib xkumat u mħallat ma' ħxejjex mitħunin sew | L-Isvizzera | 6% tal-valur tad-dwana |

3 | ex04069018 | Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine, b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 45 % bħala piż f'materja xotta, immaturat għal mill-anqas 18-il ġurnata fil-każ ta' Vacherin Mont d'Or, mill-anqas xahrejn fil-każ ta' Fromage Fribourgeois u mill-anqas tliet xhur fil-każ ta' Fromage Fribourgeois u mill-anqas tliet xhur fil-każ ta' Tête de Moine: Ġobon sħiħ bil-qoxra, ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 401,85EUR iżda anqas minn 430,62EUR għal kull 100kg piż nett,Biċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, bil-qoxra fuq mill-anqas naħa waħda, b'piż nett ta' mill-anqas 1kg iżda anqas minn 5kg ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 430,62EUR iżda anqas minn 459,39EUR għal kull 100kg piż nett | L-Isvizzera | 19,32 |

4 | ex04069013ex04069015ex04069017ex04069018 | Emmental, Gruyère, Sbrinz u Appenzell, b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 45 % bħala piż f'materja xotta, immaturat għal mill-anqas tliet xhur: Biċċiet bil-qoxra ppakkjati f'vakum jew gass inert b'piż nett ta' mhux aktar minn 450g u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 499,67EUR għal kull 100kg piż nettFromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine, b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 45 % bħala piż f'materja xotta, immaturat għal mill-anqas 18-il ġurnata fil-każ ta' Vacherin Mont d'Or, mill-anqas xahrejn fil-każ ta' Fromage Fribourgeois u mill-anqas tliet xhur fil-każ ta' Tête de Moine: Ġobon sħiħ bil-qoxra, ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 430,62EUR għal kull 100kg piż nett,Biċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, bil-qoxra mill-anqas fuq naħa waħda, b'piż nett ta' mhux aktar minn 1 kg u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 459,39EUR għal kull 100kg piż nett,Biċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert b'piż nett ta' mhux aktar minn 450g u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 499.67EUR għal kull 100kg piż nett | L-Isvizzera | 9,66 |

5 | ex04061020 | Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew magħmul trab, fil-manifattura li fih Emmentaler, Gruyère u Appenzell biss intużaw u jistgħu jkun fihom, bħala miżjuda, il-ħaxixa tal-ġobon Glarus (magħruf bħala Schabziger), li tpoġġa għall-bejgħ bl-imnut b'valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux anqas minn 289,14EUR għal kull 100kg piż nett u b'kontenut ta' xaħam li ma jaqbiżx is-56 % bħala piż fil-materja xotta | L-Isvizzera | 43,80 |

6 | ex04069002 | Emmentaler, Gruyère, Sbrinz u Appenzell: Ġobon sħiħ ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera għal kull 100kg piż nett ta' aktar minn 401,85EUR imma mhux aktar minn 430,62EUR, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % jew iżjed bħala piż fil-materja xotta u immaturat għal tliet xhur jew aktar | L-Isvizzera | 17,54 |

7 | ex04069003 | Emmentaler, Gruyère, Sbrinz u Appenzell: Ġobon sħiħ ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera għal kull 100 % ta' aktar minn 430,62EUR, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % jew iżjed bħala piż fil-materja xotta u immaturat għal tliet xhur jew aktar | L-Isvizzera | 6,58 |

8 | ex04069004 | Emmentaler, Gruyère, Sbrinz u Appenzell: Biċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, bil-qoxra fuq mill-anqas naħa waħda, b'piż nett ta' 1kg jew aktar iżda anqas minn 5kg u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' mhux aktar minn 430,62EUR iżda anqas minn 459,39EUR għal kull 100kg piż nett, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % jew aktar bħala piż fil-materja xotta u immaturat għal tliet xhur jew aktar | L-Isvizzera | 17,54 |

9 | ex04069005 | Emmentaler, Gruyère, Sbrinz u Appenzell: Biċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, bil-qoxra mill-anqas fuq naħa waħda, b'piż nett ta' 1kg jew aktar u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' aktar minn 459,39EUR għal kull 100kg piż nett, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % jew iżjed bħala piż fil-materja xotta u immaturat għal tliet xhur jew aktar | L-Isvizzera | 6,58 |

10 | ex04069006 | Emmentaler, Gruyère, Sbrinz u Appenzell: Biċċiet mingħajr qoxra, b'piż nett ta' anqas minn 450g u ta' valur b'xejn fuq il-fruntiera ta' aktar minn 499,67EUR għal kull 100kg piż nett, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % jew aktar bħala piż fil-materja xotta u immaturat għal tliet xhur jew aktar, ippakkjat f'vakum jew gass inert, f'pakketti li jkollhom mill-anqas id-deskrizzjoni tal-ġobon, il-kontenut tax-xaħam, dak responsabbli mill-ippakkjar u l-pajjiż tal-manifattura | L-Isvizzera | 6,58 |

11 | ex04069025 | Tilsit, b'kontenut ta' xaħam li ma jaqbiżx it-48 % bħala piż fil-materja xotta | L-Isvizzera | 81,76 |

12 | ex04069025 | Tilsit, b'kontenut ta' xaħam li jaqbeż it-48 % bħala piż fil-materja xotta | L-Isvizzera | 110,96 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

III. A KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT IL-FTEHIM GATT/WTO SPEĊIFIKATI BIL-PAJJIÆ TA' L-ORIĠINI

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | Il-pajjiżta' l-oriġini | Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati metriċi) | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100kgpiż nett) | Regoli biex jimtlew iċ-ċertifikati ta' l-1 |

09.4589 | ex04051011 | Butir, mill-anqas sitt ġimgħat ilu, b'kontenut ta' xaħam bħala piż ta' mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 82 %, manifatturat direttament mill-ħalib jew il-krema mingħajr l-użu ta'materjali maħżuna, fi proċess wieħed, miżmum fih inniffsu y mhux interrott | In-New Zealand | 76667 | 86,88 | Ara l-Anness IV |

ex04051019 |

ex04051030 | Butir, mill-anqas sitt ġimgħat ilu, b'kontenut ta' xaħam bħala piż ta' mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 82 %, manifatturat direttament mill-ħalib jew il-krema mingħajr l-użu ta' materjali maħżuna, fi proċess wieħed, miżmum fih inniffsu u mhux interrott li jista' jinvolvi l-krema li tgħaddi minn stadju fejn ix-xaħam tal-butir huwa kkonċentrat u/jew maqsum f'biċċiet żgħar (il-proċessi msemmija bħala "Ammix" u "Li Jiddellek") |

09.4515 | 04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | In-New Zealand | 4000 | 17,06 | Ara l-Anness XI(Ċ) u (D) |

09.4522 | 04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | L-Awstralja | 500 | 17,06 | Ara l-Anness XI(Ċ) u (D) |

09.4514 | ex04069021 | Ġobon Ċeddar sħiħ (tal-forma konvenzjonali ċilindrika u ċatta b'piż nett ta' mhux anqas minn 33 kg imma mhux aktar minn 44 kg u ġobon fi blokki kubiċi jew f'forma parallelepipe, b'piż nett ta' 10 kg jew iżjed) b'kontenut nett ta' xaħam ta' 50 % jew iżjed bħala piż fil-materja xotta, immaturat għal mill-anqas tliet xhur | In-New Zealand | 7000 | 17,06 | Ara l-Anness XI(B) |

09.4521 | ex04069021 | Ġobon Ċeddar sħiħ (tal-forma konvenzjonali ċilindrika ċatta b'piż nett ta' mhux anqas minn 33 kg imma mhux aktar minn 44 kgu ġobon fi blokki kubiċi jew f'forma, b'piż nett ta' 10 kg jew iżjed) b'kontenut nett ta' xaħam ta' 50 % jew iżjed bħala piż fil-materja xotta, immaturat għal mill-anqas tliet xhur | L-Awstralja | 3250 | 17,06 | Ara l-Anness XI(B) |

09.4513 | ex04069021 | Ċeddar magħmul mill-ħalib mhux pasturizzat, b'kontenut ta' xaħam ta' 50 % jew iæjed, bħala piæ, fil-materja xotta, immaturat għal mill-anqas disa' xhur, b'valur b'xejn fuq il-fruntiera għal kull 100 kg nett, ta' mhux anqas minn: 334,20 EUR għall-ġobon sħiħ354,83 EUR għall-ġobon b'piæ nett ta' mhux anqas minn 500 g368,58 EUR għall-ġobon b'piæ nett ta' anqas minn 500 gL-espressjoni 'ġobon sħiħ' tfisser: ġobon tal-forma konvenzjonali ċilindrika ċatta b'piæ nett ta' mhux anqas minn 33 kg imma mhux aktar minn 44 kg.blokki kubiċi jew parallelepipeds ta' ġobon b'piæ nett ta' mhux anqas minn 10 kg | Il-Kanada | 4000 | 13,75 | Ara l-Anness XI(A) |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-pajjiæ ta' l-oriġini | Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (tunnellati metriċi) | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100kg piæ nett) | Regoli biex jimtlew iċ-ċertifikati ta' l-IMA 1 |

2001 | 2002 | 2003 | 2004 u wara |

09.4597 | ex04069039 | Jarlsberg b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 45 % bħala piæ fil-materja xotta, u ta' kontenut minimu ta' materja xotta ta' 56 % bħala piæ, immaturat għal mill-anqas tliet xħur: Ġobon sħiħ bil-qoxra, minn 8 sa 12-il kgBlokki rettangolari b'piæ nett li ma jaqbiæx is-7kgBiċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, ta' piæ nett ta' mhux anqas minn 150g iæda ma jaqbiæx il-1kg | In-Norveġja | 2351 | 2266 | 2265 | 2351 | 66,41 | Ara l-Anness XI, (G) |

ex04069086ex04069087ex04069088 | Ridder, b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 60 % bħala piż f'materja xotta, immaturat għal mill-anqas erba' ġimgħat Ġobon sħiħ bil-qoxra, minn 1 sa 2kgBiċċiet ippakkjati f'vakum jew gass inert, bil-qoxra mill-anqas fuq naħa waħda, b'piæ nett ta' mhux anqas minn 150g |

09.4665 | ex04061020ex04061080 | Ġobon sħiħ bil-qoxra, minn 1 sa 2kg | | 357 | 352 | 357 | 357 | 7,5 | Ara l-Anness XI(Ġ) |

09.4666 | 040630 | Ġobon ipproċessat, maħkuk jew magħmul trab | | — | — | — | 8 | 43,8 | |

Numru tal-kwota | Il-kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | Il-pajjiżta' l-oriġini | Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett mingħajr aktar indikazzjoni) | Regoli biex jimtlew iċ-ċertifikati ta' l-1 |

1 | ex04069029 | Kashkaval, magħmul esklussivamnet mill-ħalib tan-nagħġa, immaturat għal mill-anqas xahrejn, b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 45 % bħala piż fil-materja xotta u kontenut minimu ta' materja xotta, bħala piż, ta' 58 %, f'ġobon sħiħ li ma jaqbiżx l-10 kg, kemm jekk imgeżwer fil-plastik jew le | Ċipru | 67,19 | Ara l-Anness XI(E) |

2 | ex04069031ex04069050 | Ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib tan-ngħaġ jew mill-ħalib tal-buflu, f'kontenituri li fihom l-ilma mielaħ, jew fi fliexken tal-ġlud tan-ngħaġ jew tal-mogħoż | Ċipru | 67,19 | Ara l-Anness XI(F) |

3 | ex04069050ex04069086ex04069087ex04069088 | Halloumi | Ċipru | 27,63 | Ara l-Anness XI(F) |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONTROLL TAL-PIŻ U TAL-KONTENUT TAX-XAĦAM TAL-BUTIR LI JORIĠINA FI NEW ZEALAND IMPORTAT TAĦT L-ARTIKOLU 2(1)(A) TAR-REGOLAMENT (ex) Nru 2535/2001

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness id-definizzjonijiet imniżżlin hawn taħt japplikaw:

(a) "produttur": impjant jew fabbrika waħda tal-produzzjoni li fiha l-butir huwa prodott għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Anness III(A) taħt in-numru tal-kwota 09.4589;

(b) "ċifra": il-kwantità tal-butir prodott skond speċifikazzjoni tax-xiri ta’ prodott wieħed f’impjant wieħed tal-produzzjoni matul proċess wieħed tal-manifattura;

(ċ) "lott": kwantità tal-butir koperta minn ċertifikat ta’ l-IMA 1 u minn liċenzja ta’ l-importazzjoni li tikkorrispondi li nħarġet għal prodott u kwantità identika bħall-IMA 1 ippreżentat lill-awtorità kompetenti tad-dwana għad-dħul għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Anness III(A) taħt in-numru tal-kwota 09.4589;

(d) "awtoritajiet kompetenti": l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri responsabbli mill-kontrolli tal-prodotti importati;

(e) "Id-devjazzjoni standard ta’ proċess tipiku tal-kontenut tax-xaħam": Id-devjazzjoni standard tal-kontenut tax-xaħam tal-butir rekordjat mill-korp tal-ħruġ ta’ l-IMA 1;

(f) "lista ta’ identifikazzjoni tal-prodott": lista li tidentifika, għal kull lott, in-numru tal-kwota taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 li jikkorrispondi, l-impjant jew il-fabbrika tal-produzzjoni u ċ-ċifra jew ċifri, u li wkoll tipprovdi deskrizzjoni tal-butir. Hija wkoll tidentifika l-ispeċifikazzjoni kif il-butir huwa manifatturat, l-istaġun tal-produzzjoni, in-numru ta’ kartun li jikkorrospondu ma’ kull ċifra, in-numru totali ta’ kartun, il-piż normali tal-kartun, in-numru f'serje ta’ l-esportatur, il-mezzi tat-trasport min-New Zealand lejn il-Komunità Ewropea u n-numru tal-vjaġġ.

2. MILI U VERIFIKA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-IMA 1

2.1. Ċertifikat ta’ l-IMA 1 ikopri l-butir manifatturat skond speċifikazzjoni tax-xiri ta’ prodott wieħed f’impjant wieħed. Jista’ jkopri aktar minn ċifra waħda ta’ l-istess speċifikazzjoni tax-xiri tal-prodott mill-istess impjant.

2.2. Iċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 ikun meqjus mimli sew fis-sens ta’ l-Artikolu 32(2) biss jekk ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) fil-kaxxa 1, l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(b) fil-kaxxa 2, in-numru tal-kwota tal-ħruġ li jidentifika l-pajjiż ta’ l-oriġini, l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni, il-prodott, is-sena tal-kwota u n-numru individwali taċ-ċertifikat, li jerġa’ jibda minn wieħed kull sena;

(ċ) fil-kaxxa 4, in-numru u d-data tal-fattura;

(d) fil-kaxxa 5, ‘New Zealand’;

(e) fil-kaxxa 7:

- referenza għal-lista ta’ l-identifikazzjoni tal-prodott (lista ta’ l-ID tal-prodott), li trid tkun mehmuża.

- il-kodiċi tan-NM preċedut minn "ex" u d-deskrizzjoni dettaljata kif mogħtija fl-Anness IIII(A),

- identifikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni tax-xiri tal-prodott u d-data ta’ l-aħħar modifika,

- in-numru tar-reġistrazzjoni tal-fabbrika,

- id-data tal-manifattura tal-butir, u

- il-medja aritmetika tal-piż tat-tare tat-tgeżwir;

(f) fil-kaxxa 8, il-piż gross f’kilogrammi;

(g) fil-kaxxa 9:

- il-piż nett nominali għal kull kartuna,

- il-piż nett totali f’kilogrammi,

- in-numru ta’ kartun,

- il-medja aritmetika tal-piż nett tal-kartun immarkata bis-simbolu "μ",

- Id-devjazzjoni standard tal-piż nett tal-kartun immarkat bis-simbolu "σ";

(h) fil-kaxxa 10: mill-ħalib jew mill-krema:

(i) fil-kaxxa 13:

- mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 82 % xaħam,

- Id-devjazzjoni standard tal-proċess tipiku tal-kontenut tax-xaħam tal-butir, magħmul għall-ispeċifikazzjoni tax-xiri tal-prodott u fil-fabbrika indikata fil-kaxxa 7, u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha għall-iskop biex jinħarġu ċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1;

(j) fil-kaxxa 16: "il-kwota tal-butir tan-New Zealand għal…..(sena) skond ir-Regolament (KE) Nru …./….";

(k) fil-kaxxa 17:

- id-data meta l-butir manifatturat l-aktar riċenti kopert miċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 kien jew se jkun ta’ sitt ġimgħat,

- il-kwota totali tas-sena konċernata,

- id-data tal-ħruġ u, fejn ikun il-każ, l-aħħar ġurnata tal-validità,

- il-firma u t-timbru tal-korp tal-ħruġ.

(l) fil-kaxxa 18, l-indirizz eżatt u d-dettalji tal-kuntatt tal-korp tal-ħruġ.

2.3. Verifika mill-korp li joħroġ l-IMA 1 tal-persentaġġ tal-kontenut tax-xaħam fil-kaxxa 13 taħt l-Artikolu 23(1)(b) irid ikun fiha bejn 10 u 25 kampjun għal kull ċifra biex tkun ikkontrollata l-medja aritmetika tal-persentaġġ tal-kontenut tax-xaħam li sab il-produttur.

Il-verifika trid turi li l-medja aritmetika ma taqbiżx l-

M

(il-medja massima tal-kontenut tax-xaħam tal-ħalib tal-kampjun) fejn:

M

= 81,99 - 1,645 σ

fejn σ hija d-devjazzjoni standard tal-proċess tipiku.

3. KONTROLL TAL-PIŻ

3.1. Kontrolli tal-Komunità

Il-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti jsiru fuq lott wieħed.

L-awtoritajiet kompetenti jieħdu kampjun każwali mil-lott. Id-daqs tal-kampjun ikun stabbilit skond il-formula li ġejja:

n =

N

fejn

n huwa d-daqs tal-kampjun; u

N huwa n-numru tal-kartun fil-lott.

Iżda, id-daqs minimu tal-kampjun, n, ikun 10.

L-awtoritajiet kompetenti jaħdmu l-medja aritmetika u l-istandard tad-devjazzjoni tal-piż nett miksuba mill-kampjun.

L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-kontrolli li hemm bżonn biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-piż tat-tare mogħti fiċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1, li jista’ jinkludi paragun mal-piż tat-tgeżwir tal-plastik użat fil-Komunità jew fl-eżami ta’ ċertifikat mill-manifattur tat-tgeżwir tal-plastik użat fuq il-lott.

3.2. Interpretazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli – Id-devjazzjoni standard

Id-devjazzjoni standard tal-piż nett tal-kartun taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 ikun ikkotrollat skond il-proċedura li ġejja:

Ir-rapport s/s ikun imqabbel mar-rapport minimu speċifikat għal daqs mogħti ta’ kampjun fl-iskeda li ġejja, fejn s huwa d-devjazzjoni standard tal-kampjun u s huwa d-devjazzjoni standard tal-piż nett tal-kartun speċifikat fiċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1.

Fejn ir-rapport s/s huwa anqas mir-rapport minimu li suppost fl-iskeda ta’ l-informazzjoni tar-referenza allura s jintuża meta r-riżultati tal-kontrolli huma interpretati taħt il-punt 3.3 minflok σ.

Rapport minimu [1]s/σ għal daqs mogħti ta' kampjun (n)

n | s/σ | n | s/σ | n | s/σ |

10 | 0,608 | 21 | 0,737 | 32 | 0,789 |

11 | 0,628 | 22 | 0,743 | 33 | 0,792 |

12 | 0,645 | 23 | 0,749 | 34 | 0,795 |

13 | 0,660 | 24 | 0,754 | 35 | 0,798 |

14 | 0,673 | 25 | 0,760 | 36 | 0,801 |

15 | 0,685 | 26 | 0,764 | 37 | 0,804 |

16 | 0,696 | 27 | 0,769 | 38 | 0,807 |

17 | 0,705 | 28 | 0,773 | 39 | 0,809 |

18 | 0,714 | 29 | 0,778 | 40 | 0,812 |

19 | 0,722 | 30 | 0,781 | 41 | 0,814 |

20 | 0,730 | 31 | 0,785 | 42 | 0,816 |

43 | 0,819 |

n | s/σ | n | s/σ | n | s/σ |

5 | 1,540 | 11 | 1,353 | 17 | 1,282 |

6 | 1,488 | 12 | 1,337 | 18 | 1,274 |

7 | 1,448 | 13 | 1,324 | 19 | 1,266 |

8 | 1,417 | 14 | 1,311 | 20 | 1,259 |

9 | 1,392 | 15 | 1,301 | 21 | 1,253 |

10 | 1,371 | 16 | 1,291 | 22 | 1,247 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

APPLIKAZZJONI TA’ L-ARTIKOLU 40(2) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2535/2001

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

APPLIKAZZJONI TA’ L-ARTIKOLU 15

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

APPLIKAZZJONI TA’ L-ARTIKOLU 15 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2535/2001

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

ĊIRKOSTANZI LI TAĦTHOM ĊERTIFIKAT TA’ L-IMA 1 JEW PARTI MINNU JISTA’ JKUN IKKANĊELLAT, EMENDAT, MIBDUL JEW KORRETT

1. Kanċellament taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 meta d-dazju sħiħ huwa dovut u mħallas għal non-konformità mal-ħtiġiet ta’ komposizzjoni.

Meta d-dazju sħiħ huwa mħallas fuq lott għax il-ħtieġa tal-kontenut massimu tax-xaħam mhux imħarsa, iċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 li jikkorrispondi jista’ jkun ikkanċellat u l-korp li joħroġ l-IMA 1 jista’ jżid il-kwantitajiet konċernati ma’ dawk li għalihom iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jistgħu jinħarġu għall-istess sena tal-kwota. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom iżommu l-liċenzja ta’ l-importazzjoni li tikkorrispondi u jibagħtuha lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji ta’ l-importazzjoni, li temendaha biex tikkonvertiha f’liċenzja ta’ l-importazzjoni tad-dazju sħiħ għall-kwantità konċernata skond l-Artikolu 36.

2. Produzzjoni meqruda jew magħmula mhux tajba għall-bejgħ.

Il-korpi li joħorġu l-IMA 1 jistgħu jikkanċellaw ċertifikat ta’ l-IMA 1 jew parti minnu għall-kwantità koperta minnu li huwa meqrud jew magħmul mhux tajjeb għall-bejgħ f’ċirkostanzi barra l-kontroll ta’ l-esportatur. Fejn parti mill-kwantità koperta miċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 hija meqruda jew magħmula mhux tajba għall-bejgħ, ċertifikat biex jeħodlu postu jista’ jinħareġ għall-kwantità li jibqa’. Fil-każ tal-butir tan-New Zealand imsemmi fl-Anness III(A) taħt in-numru tal-kwota 09.4589, il-lista oriġinali ta’ l-identifikazzjoni tal-prodott tintuża għal dan l-iskop. Iċ-ċertifikat ta’ minfloku jkun validu biss sa l-istess data bħal ta’ l-oriġinali. F’dan il-każ, il-kaxxa 17 taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 li qed jibdel ikun fiha l-kliem "validu sal- 00.00.0000".

Meta l-kwantità kollha jew parti minnha koperta miċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 tinqered jew ma tibqax tajba għall-bejgħ minħabba ċirkostanzi barra l-kontroll ta’ l-esportaturi, il-korp li joħroġ l-IMA 1 jista’ jżid dawn il-kwantitajiet ma’ dawk li għalihom iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jistgħu jinħarġu għall-istess sena ta’ kwota.

3. Bidla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

Meta l-esportatur huwa obbligat li jbiddel l-Istat Membru tad-destinazzjoni indikat fuq ċertifikat ta’ l-IMA 1 qabel liċenzja ta’ l-importazzjoni rispettiva ma tinħareġ, iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-IMA 1 jista’ jkun emendat mill-korp li joħroġ l-IMA 1. It-tali ċertifikat oriġinali emendat ta’ l-IMA 1, awtentikat sew u identifikat sew mill-korp li joħorġu, jista’ jkun ippreżentat lill-awtorità tal-liċenzjar u lill-awtoritajiet tad-dwana.

4. Meta żball klerikali jew tekniku jinstab fuq ċertifikat ta’ l-IMA 1 qabel ma tinħareġ il-liċenzja ta’ l-importazzjoni rispettiva, iċ-ċertifikat oriġinali jista’ jkun korrett mill-korp li joħorġu. It-tali ċertifikat oriġinali korrett ta’ l-IMA 1 jista’ jkun ippreżentat lill-awtorità tal-liċenzjar u lill-awtoritajiet tad-dwana.

5. Meta, f’ċirkostanzi eċċezzjonali barra l-kontroll ta’ l-esportatur, il-prodott maħsub f’sena speċifika ma jibqax disponibbli u l-unika mezz biex timtela l-kwota, minħabba ż-żmien normali tat-twassil bil-baħar mill-pajjiż ta’ l-oriġini, huwa li jinbidel bi prodott li oriġinarjament kien maħsub għall-importazzjoni fis-sena ta’ wara, il-korp li joħroġhom jista’ joħroġ ċertifikat ġdid ta’ l-IMA 1 għall-kwantità mibdula, fis-sitt ġurnata xogħol wara li jagħti notifika xierqa lill-Kummissjoni bid-dettalji taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1 jew parti minnu li għandhom ikunu kkanċellati għas-sena konċernata u bl-ewwel ċertifikat ta’ l-IMA 1 jew parti minnu maħruġ għas-sena ta’ wara li għandu jkun ikkanċellat.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-disposizzjoni ma tgħoddx għaċ-ċirkostanzi tal-każ konċernat, tista’ toġġezzjona fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol, u tagħti r-raġuni għall-oġġezzjoni tagħha. Meta l-kwantità li għandha tinbidel hija aktar minn dik koperta mill-ewwel ċertifikat ta’ l-IMA 1 maħruġ għas-sena ta’ wara, il-kwantità meħtieġa tista’ tinkiseb billi jkunu kkanċellati ċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 addizzjonali, f’sekwenza, jew parti minnhom skond kif hemm bżonn.

Il-kwantitajiet kollha li dwarhom iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jew parti minnhom kienu kkanċellati għas-sena konċernata għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet li għalihom iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jistgħu jinħarġu għal dik is-sena ta’ kwota.

Il-kwantitajiet kollha li nġarru mis-sena ta’ kwota ta’ wara li dwarhom ċertifikat jew ċertifikati ta’ l-IMA 1 kienu kkanċellati jiżdiedu lura mal-kwantitajiet li għalihom iċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 jistgħu jinħarġu għal dik is-sena ta’ kwota.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS X

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XI

REGOLI BIEX JIMTLEW IĊ-ĊERTIFIKATI

Barra l-kaxxi 1, 2, 4, 5, 9, 17 u 18 taċ-ċertifikat ta’ l-IMA 1, li ġejjin iridu jimtlew:

A. Rigward il-ġobon Ċeddar imniżżla taħt in-numru tal-kwota 09.4513 fl-Anness IIIA u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex04069021:

1. kaxxa 3, billi jkun speċifikat ix-xerrej;

2. kaxxa 6, billi jkun speċifikat il-pajjiż tad-destinazzjoni;

3. kaxxa 7, billi jkunu speċifikati, skond il-każ:

- ġobon sħiħ taċ-Ċeddar

- ġobon Ċeddar għajr il-ġobon sħiħ, b’piż nett ta’ mhux anqas minn 500g

- ġobon Ċeddar għajr il-ġobon sħiħ, b’piż nett ta’ anqas minn 500g

4. kaxxa 10, billi jkun speċifikat 'il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament mhux pastorizzat’;

5. kaxxa 11, billi jkun speċifikat "mill-anqas 50 %";

6. kaxxa 14, billi jkun speċifikat "mill-anqas disa’ xhur";

7. kaxxa 15 u 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.

B. Rigward il-ġobon taċ-Ċeddar imniżżla taħt in-numri tal-kwota 09.4514 u 09.4521 fl-Anness III(A) u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex04069021:

1. kaxxa 7, billi jkunu speċifikati "il-ġobon sħiħ taċ-Ċeddar";

2. kaxxa 10, billi jkun speċifikat "il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament";

3. kaxxa 11, billi jkun speċifikat "mill-anqas 50 %";

4. kaxxa 14, billi jkun speċifikat "mill-anqas tliet xhur";

5. kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.

Ċ. Rigward il-ġobon taċ-Ċeddar maħsub għall-ipproċessar imniżżla taħt in-numri tal-kwota 09.4515 u 09.4522 fl-Anness III(A) u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex04069001:

1. kaxxa 7, billi jkunu speċifikati "il-ġobon sħiħ taċ-Ċeddar";

2. kaxxa 10, billi jkun speċifikat "il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament";

3. kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.

D. Rigward il-ġobon għajr il-ġobon taċ-Ċeddar maħsub għall-ipproċessar imniżżla taħt in-numri tal-kwota 09.4515 u 09.4522 fl-Anness III(A) u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex04069001:

1. kaxxa 10, billi jkun speċifikat "il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament";

2. kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.

E. Rigward il-ġobon Kashkaval imniżżla taħt in-numru f'serje 1 fl-Anness III(Ċ) u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex04069029:

1. kaxxa 7, billi jkun speċifikat "ġobon Kashkaval, magħmul mill-ħalib tan-ngħaġ, immaturat għal mill-anqas xahrejn, b’kontenut minimu ta’ materja xotta bħala piż ta’ 58 %, f’ġobon sħiħ li ma jaqbiżx l-10kg netti, kemm jekk imgeżwer fil-plastik jew le";

2. kaxxa 10, billi jkun speċifikat "il-ħalib tan-nagħġa prodott id-dar esklussivament";

3. kaxxa 11.

F. Rigward l-ġobon tal-ħalib tan-nagħġa jew tal-ħalib tal-buflu li fih l-ilma mielaħ, jew fi fliexken tal-ġilda tan-nagħġa jew tal-ġilda tal-mogħża, u ġobon tal-"Halloumi" imniżżel taħt in-numri f'serje 2 u 3 fl-Anness III(Ċ) u kopert mill-kodiċi tan-NM ex04069031, ex04069050, ex04069086, ex04069087 u ex04069088:

1. kaxxa 7, billi jkunu speċifikati, skond il-każ, "ġobon tal-ħalib tan-ngħaġ" jew "ġobon mill-ħalib tal-buflu" u "f’kontenituri li fihom l-ilma mielaħ" jew "fi fliexken tal-ġlud tan-ngħaġ jew tal-mogħoż" jew ġobon tal-"Halloumi", li għandu jkun preżentat f’pakketti individwali tal-plastik b’kontenut nett li ma jaqbiżx 1kg jew f’kontenituri tal-metall jew tal-plastik b’kontenut nett li ma jaqbiżx it-12-il kg;

2. kaxxa 10, billi jkun speċifikat, skond il-każ, "ħalib tan-ngħaġ esklussivament prodott id-dar" jew "ħalib tal-buflu esklussivament prodott id-dar" jew, fil-każ tal-ġobon tal-"Halloumi", "ħalib prodott id-dar";

3. kaxxa 11 u 12.

G. Rigward il-ġobon Jarlsberg u Ridder imniżżla taħt in-numru tal-kwota 09.4597 fl-Anness III(B) u kopert mill-kodiċi tan-NM ex04069039, ex04069086, ex04069087 u ex04069088:

1. kaxxa 7, billi jkunu speċifikati:

jew "ġobon Jarlsberg", u skond il-każ:

- ġobon sħiħ, bil-qoxra, b’piż nett ta’ mhux anqas minn 8 imma mhux aktar minn 12-il kg,

- blokki rettangolari b’piż nett ta’ mhux aktar minn 7kg,

jew

- biċċiet ippakkjati f’vakum jew gass inert, ta’ piż nett ta’ mill-anqas 150g imma mhux aktar minn 1kg,

jew "ġobon Ridder", u skond il-każ:

- ġobon sħiħ bil-qoxra ta’ 1kg sa 2kg,

jew

- biċċiet ippakkjati f’vakum jew gass inert, bil-qoxra mill-anqas fuq naħa waħda, b’piż nett ta’ mill-anqas 150g;

2. kaxxa 11, billi jkun speċifikat skond il-każ "mill-anqas 45 %" jew "mill-anqas 60 %";

3. kaxxa 14, billi jkun speċifikat skond il-każ "mill-anqas tliet xhur" jew "mill-anqas erba’ xhur".

H. Rigward il-ġobon tax-xorrox imniżżel taħt in-numru tal-kwota 09.4665 fl-Anness III(B) u kopert mill-kodiċi tan-NM ex04061020 u ex04061080:

1. kaxxa 7, billi jkun speċifikat "ġobon tax-xorrox".

--------------------------------------------------

ANNESS XII

IL-KORPI TAL-ĦRUĠ

Terzi pajjiż | Kodiċi tan-NM u deskrizzjoni tal-prodott | Il-korp tal-ħruġ |

| | L-isem | Post |

L-Awstralja | 0406900104069021 | Ċeddar u ġobon ieħor għall- l-ipproċessar | Is-Servizz ta' l-Ispezzjoni tal-Kwarantina ta' l-Awstralja | Kaxxa Postali 60 World Trade Centre Melbourne VIC 3005 L-Awstralja Tel.: (61 3) 92 46 67 10 Fax: (61 3) 92 46 68 00 |

| Ċeddar | Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Sajd u Forestrija |

Il-Kanada | 04069021 | Ċeddar | Il-Kummissjoni tal-Ħalib tal-Kanada Commission canadienne du lait | Ottawa 1525 Carling Avenue Suite 300 Tel.: (1 613) 998 44 92 Fax: (1 613) 988 44 92 |

Ċipru | ex04069029 | Kashkaval | Ministru għall-Kummerċ, l-Industrija, Turiżmu | 1421 Nicosia Ċipru Tel.: (02) 86 71 00 Fax: (02) 37 51 20 |

04069031ex04069050 | Ġobon tal-ħalib tan-nagħġa jew ħalib tal-buflu |

ex04069086ex04069087ex04069088 | Halloumi |

In-Norveġja | ex04061020ex04061080 | Ġobon tax-xorrox | L-Awtorità ta' l-Agrikoltura tan-Norveġja | Postboks 8140 Dep, NO 0033 Oslo In-Norveġja Tel.: (47 24) 13 10 00 Fax: (47 24) 13 10 05 e-mail: postmottak@slf.dep.no imal@slf.dep.no |

040630 | Ġobon ipproċessat |

ex04069039ex04069086ex04069087ex04069088 | Jarlsberg - Ridder |

In-New Zealand | ex04051011 | Butir | L-Awtorità ta' l-Assigurazzjoni ta' l-Ikel MAF Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Forestrija | ASB Bank House 101-103 The Terrace Kaxxa Postali 2526 Wellington In-New Zealand Tel.: (64-4) 471 41 00 Fax: (64-4) 471 42 40 |

ex04051019 | Butir |

ex04051030 | Butir |

ex04069001 | Ġobon għall-ipproċessar |

ex04069021 | Ċeddar |

--------------------------------------------------