32001R2511



Official Journal L 339 , 21/12/2001 P. 0017 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2511/2001

ta' l-20 ta' Diċembru 2001

li jemeda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 sabiex jestendi t-tariffa ta' kwoti tal-Komunità għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż ta' l-Indi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità marbuta mal-GATT u ċerti kwoti ta' tariffa oħrajn tal-Komunità u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 [1], u partikolarment it-tieni nċiż ta' l-Artikolu 9(1)(b),

Billi:

(1) Bi qbil ma l-offerta magħmulha fi ħdan il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (Unctad) flimkien mal-iskema tagħha ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP), il-Komunità introduċiet fl-1971preferenzi ta' tariffa għall-prodotti mill-ġuta u mil-fibra tal-ġewż ta' l-Indi li joriġinaw f'ċerti pajjiżi li għadhom jiżviluppaw; dawn il-preferenzi ħadu l-għamla ta' tnaqqis gradwali tat-Tariffa Doganali Komuni tad-dazji u, mill-1978 sal-31 ta' Diċembru 1994, is-sospenzjoni sħiħa ta' dawn id-dazji.

(2) Sa mid-dħul b'effett tal-iskema GSP l-ġdida fl-1 ta' Jannar 1995, il-Komunità kienet, flimkien mal-GATT, fetħet tariffa ta' kwoti awtonomi ta' dazju-żero tal-Komunità għal kwanitajiet speċifiċi ta' prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż ta' l-Indi sal-31 ta' Diċembru 2001 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/96 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1401/98 [3] u (KE) Nru 32/2000. La darba l-iskema GSP għandha tkun estiża sal-31 ta' Diċembru 2004 b'Regolament tal-Kunsill, l-arranġamenti għal-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż ta' l-Indi għandhom ukoll ikunu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2004.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwardom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-frażi, għan-numri serjali 09.0107, 09.0109 u 09.0111, fil-ħames kolonna ("il-perijodu tal-kwota") ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000, "mill- ta' l- 1.1.2000 sal- tal- 31.12.2000 u mill- ta' l- 1.1.2001 sal- tal- 31.12.2001" għandha tkun mibdulha bil-frażi "mill- ta' l- 1.1.2002 sal- tal- 31.12.2002, mill- ta' l- 1.1.2003 sal- tal- 31.12.2003 u mill- ta' l- 1.1.2004 sal- tal- 31.12.2004".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 5, tat-8.1.2000, p. 1.

[2] ĠU L 104, tas-27.4.1996, p. 1.

[3] ĠU L 188, tat-2.7.1998, p. 1.

--------------------------------------------------