32001R2414



Official Journal L 327 , 12/12/2001 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001

tas-7 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jniżżel f'lista l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu f'pussess ta' viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li dawk iċ-ċittadini huma eżenti minn dik il-ħtieġa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62(2)(b)(i) miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 536/2001 [2] jinkludi r-Rumanija fost il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn ħtiġijiet ta' viża, imma jagħmel l-applikazzjoni ta' eżenzjoni tal-viża lil ċittadini tar-Rumanija kondizzjonali fuq deċiżjoni li trid tittieħed fi stadju aktar tard mill-Kunsill. Dik id-deċiżjoni trid tittieħed fuq il-bażi ta' rapport li l-Kummissjoni kellu jippreżenta lill-Kunsill sa l-aktar tard it-30 ta' Ġunju 2001 u li kellu jkun akkompanjat minn xi rakkomandazzjonijiet li jistgħu jkunu xierqa.

(2) Fir-rapport tagħha tad-29 ta' Ġunju, il-Kummissjoni tinnota li l-progress li ma jistax jiġi nnegat magħmul mir-Rumanija rigward immigrazzjoni illegali mill-pajjiż tagħha, il-politika tagħha tal-viża u l-kontrolli fil-limiti tagħha. Il-Kummissjoni wkoll tiddikjara l-irbit li tidħol għalihom ir-Rumanija f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni tikkonkludi permezz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill li ċittadini jridu jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża mill-1 ta' Jannar 2002.

(3) Sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni tal-viża lil ċittadini tar-Rumanija, għandhom jitħassru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li proviżorjament iżommu l-ħtieġa tal-viża.

(4) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Kosegwentement, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għal-Irlanda jew għar-Renju Unit.

(5) Rigward ir-Repubblika ta' l-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Schengen acquis li jidħlu taħt l-erja riferita fl-Artikolu1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti biex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Schengen acquis [3],

(12) Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) No 539/2001 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. It-tnax-il reċitazzjoni għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"(12) Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa."

2. L-Artikolu 1(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal waqfien ta' aktar minn tliet xhur b'kollox."

3. L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej."

4. Dan li ġej għandu jitħassar mill-Anness II:

- l-istilla kontra r-Rumanija;

- in-nota f'qiegħ il-paġna fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jsitabbilixxi l-Komunita Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Verwilghen

[1] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Novembru 2001 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[2] ĠU L 81, tal-21.3.2001, p. 1.

[3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

--------------------------------------------------