32001R1244



Official Journal L 173 , 27/06/2001 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2001

tad-19 ta’ Ġunju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika komuni agrikola

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Għall-ħlasijiet diretti taħt ta’ l-iskemi varji ta’ appoġġ għall-introjtu fl-istrateġija komuni agrikola, l-istatistika turi illi numru kbira ta’ bdiewa jirċievu ammonti żgħar ħafna. L-iskemi tal-għajnuna ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn il-bdiewa li jirċievu ammonti żgħar u dawk li jirċievi ammonti akbar, billi l-kondizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u tal-kontroll huma l-istess.

(2) Li tiġi stabbilita skema ssimplifikata ta’ għajnuna għall-bdiewa li jirċievu ammonti żgħar tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fil-livell tal-bdiewa, ta’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-Kummissjoni. Huwa approprjat li tiġi ppruvata l-effiċjenza ta’ skema bħal din fuq perjodu ta’ żmien ta’ prova. Il-bdiewa intitolati għal ammonti żgħar jew lesti li jaċċettaw ammont iżgħar ta’ għajuna għandhom jirċievu, matul perjodu minimu taż-żmien, ħlas globali wieħed kull sena, taħt kondizzjonijiet issimplifikati. Minħabba n-natura temporanja tagħha, il-parteċipazzjoni fl-iskema għandha tkun fuq bażi voluntarja kemm għall-Istati Membri u kemm għall-bdiewa fl-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-iskema.

(3) Sabiex ikunu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jiġu mħollija li jagħmlu ħlasijiet waħdiena magħquda lill-bdiewa parteċipanti, li jkopru l-għajnuniet konċessi b’din l-iskema ssimplifikata u dawk konċessi bi skemi oħra ta’ appoġġ.

(4) Mingħajr preġudizzju għar-regoli komuni eżistenti għal skemi ta’ appoġġ dirett stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 [3], filwaqt li jitqies illi l-iskema hija fuq bażi ta’ prova, huwa approprjat illi l-Kummissjoni tiġi pprovvduta bil-flessibbiltà meħtieġa sabiex timplimenta l-iskema. Għalbiex jinkiseb il-għan tas-simplifikazzjoni, jista’ barra minn hekk ikun meħtieġ li jiġi dderogat, f’ċerti każi definiti u ġġustifikati tajjeb, mir-regoli eżistenti pprovvduti fir-Regolamenti rilevanti li jirrigwardaw il-għajnuniet ta’ appoġġ kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabilixxi sistema integrrata amministrattiva u ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja [4].

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika komuni agrikola. Huwa għalhekk approprjat li jiġi emendat biex jinkludi din l-iskema ssimplifikata.

(6) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) No 1259/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L- Artikolu 2a

1. Għas-snin kalendarji mis-sena 20002 sas-sena 2005 għandha tiġi stabbilita skema ssimplifikata li taħtha l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi l-ħlasijiet taħt dawn l-iskemi ta’ appoġġ iseħħu fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fir-regoli adottati sabiex jiġu implementati:

- il-ħlasijiet għaż-żoni ta’ l-uċuħ tar-raba maħrut inkluż il-ħlas għall-għalf aħdar tal-ħażna, l-ammonti supplimentari, il-ħlasijiet għas-serħ tar-raba, is-suppliment għall-qamħ duru u l-għajnuna speċjali, kif ipprovdut fl-Artikoli 2, 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 [6],

- il-għajnuna għż-żona tal-legumi tal-qamħ kif ipprovvdut fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1577/96 [7].

- il-għajnuna għaż-żona tar-ross kif iprovvdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 [8].

- il-premium speċjali, il-premium għall-baqar li jreddgħu, inklużi meta mħallsa għall-għoġiela li għadhom ma welldux inkluż il-premium addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu meta kko-finanzjati, il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni kif ukoll il-ħlasijiet addizzjonali, meta mħallsa b’żieda mal-għajnuna pprovduta taħt dan l-inċiż kif ipprovvdut fl-Artikoli 4, 6, 10, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [9],

- il-premium għan-nagħaġ u l-mogħoż (femminili) u s-supplimenti LFA kif ipprovvduti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 [10].

Ir-Regolamenti msemmija fl-ewwel sub-paragrafu huma minn issa ‘l quddiem riferiti bħala "ir-regolamenti rilevanti";.

2. Il-parteċipazzjoni fl-iskema ssimplifikata għandha tkun fuq bażi voluntrja. L-applikanti għandu jkollhom aċċess għal l-iskema jekk ikunu rċevew għajnuna taħt mill-anqas waħda mill-iskemi ta’ appoġġ koperti minnha matul kull waħda mit-tliet snin kalendarji li jiġu qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni. Il-bdiewa li jirċievu għajnuna għal irtirar kmieni skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma jistgħux jipparteċipaw fl-iskema.

3. L-ammont li bidwi jista jirċievi taħt l-iskema għandu jkun l-ogħla minn:

(a) il-medja ta’ l-ammonti konċessi taħt ir-regolamenti rilevanti matul it-tliet snin kalendarji li jiġu qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni,

(b) l-ammont totali konċess permezz taħt ir-regolamenti rilevanti fis-sena kalendarja li tiġi qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni.

Għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu l-għajnuniet għaż-żoni tal-kittien u l-qanneb, ipprovvduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1308/70 [11].

Fil-każ li jiġi applikat l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament matul il-perjodi taż-żmien ta’ referenza riferiti fil-punti (a) u (b), l-ammonti riferiti fil-punti (a) u (b) imsemmija għandhom jiġu kkalkolati bħala l-ammonti li kienu jkunu ġew konċessi qabel ma ġie applikat l- l-Artikolu 4.

4. L-ammont riferit fil-paragrafu 3 ma għandux ikun aktar minn EUR 1250.

Madankollu, l-applikanti li jkunu intitolati li jirċievu ammonti ogħla skond ir-regolamenti rilevanti jistgħu jagħżlu li jidħlu fl-iskema ssimplifikata jekk jaqblu li ma jirċevux aktar mill-ammont massimu mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5.

Il-għajnuna taħt l-iskema ssimplifikata għandha titħallas darba fis-sena, li tibda mis-sena li fiha ssir l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fl-iskema, sas-sena 2005.

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 4 għall-iskema ssimplifikata.

6. L-applikanti għandhom jindaħlu li jżommu l-art f’kondizzjoni agrikola tajba. Jistgħu jużaw l-art għal kull skop agrikolu għajr għall-produzjoni ta’ qanneb li jidħol fil-Kodiċi tan-NM 53021000.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kondizzjonijiet agrikoli tajba billi jitqiesu notevolment, il-miżuri li jkunu ħadu fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 [*******] Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut (ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 946/2001 (ĠU L 133, tas-16.5.2001, p. 8)..

7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplementaw l-iskema ssimplifikata fil-livell nazzjonali jew reġjonali u li jgħaqqdu flimkien id-data tal-ħlasijiet taħt l-Iskema Ssimplifikata mad-data tal-ħlasijiet taħt kull skema oħra ta’ appoġġ.";

2. L-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 11

Ir-regoli ddettaljati

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Cereali stabbilit bl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 [13] jew, meta approprjat, minn kumitati oħra rilevanti tal-ġestjoni.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-perjodu taż-żmien ipprovvdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffisat għal xahar.

4. Skond il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta:

- regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat l-Artikolu 2a inkluża kull deroga mir-regolamenti rilevanti u r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 [14], li huma meħtieġa sabiex jiksbu l-għan tas-simplifikazzjoni, notevolment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà, id-dati ta’ l-applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet tal-ħlas u l-kontroll kif ukoll ir-regoli ddettaljati sabiex ikunu evitati talbiet doppji rigward iż-żona u l-produzzjoni koperti bl-iskema ssimplifikata,

- l-emendi għall-Anness kif jistgħu jinħtieġu billi jitqiesu l-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 1, u

- meta approprjat, ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament inklużi, b’mod partikolari, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi evitat illi l-Artikoli 3 u 4 jiġu maħruba minnhom, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-Artikolu 7."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU C 120E, ta’ l-24.4.2001, p. 146.

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 113.

[4] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16).

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jintroduċi miżura speċifika rigward ċerti legumi tal-qamħ (ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 4). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 811/2000 (ĠU L 100, tal-20.4.2000, p. 1).

[8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1667/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2001, p. 3).

[9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21).

[10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-muntun u l-laħam tal-mogħoż (ĠU L 312, ta’ l-20.11.1998, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1669/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2001, p. 8).

[11] Ir-Regolament (KEE) Nru 1308/70 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-kittien u l-qanneb (ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[13] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċireali (ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2001, p. 1).

[14] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna (ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6).

--------------------------------------------------