32001R1207



Official Journal L 165 , 21/06/2001 P. 0001 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2001

tal-11 ta' Ġunju 2001

dwar proċeduri biex jiffaċilitaw il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, il-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet u forom tal-fattura EUR.2 u l-ħruġ ta' ċerti awtoriżżazzjonijiet approvati ta' l-esportatur taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3351/83

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3351/83 ta' l-14 ta' Novembru 1983 dwar proċeduri biex jiffaċilitaw il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 u l-ħruġ ta' forom EUR.2 taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi [1] provduti għall-applikazzjoni korretta tar-regoli preferenzjali ta' oriġini rigward l-esporti mill-Komunità għal ċerti pajjiżi terzi.

(2) Saru ħafna tibdiliet fil-qasam doganali minn meta r-Regolament (KEE) Nru 3351/83 kien adottat.

(3) Fil-kuntest ta' suq uniku, instab li ditti li jesportaw oġġetti minn Stat Membru wieħed għal ieħor barra dak li fih kienu stabbiliti u li jixtiequ jużaw proċeduri simplifikati għall-ħruġ ta' evidenza ta' oriġini, kultant ikollhom japplikaw għall-awtoriżżazzjoni separata għal kull Stat Membru ta' l-esportazzjoni. Huwa mixtieq li tkun simplifikata din is-sitwazzjoni, filwaqt li l-makkinarju ta' l-arranġamenti preferenzjali jista’ jkompli jopera sew.

(4) L-awtoritajiet responsabbli biex joħorġu jew jivverifikaw l-evidenzi ta' l-oriġini għandhom ikunu f'pożizzjoni biex jilqgħu r-rabtiet tal-Komunità taħt il-ftehim preferenzjali fil-limiti taż-żmien mitluba.

(5) Fl-interessi tal-kjarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 3351/83 għandu jitħassar u jinbidel b'dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

Dan ir-Regolament iniżżel ir-regoli maħsuba biex jiffaċilitaw:

(a) il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, il-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet jew forom tal-fattura EUR.2 mill-esportaturi tal-Komunità;

(b) il-ħruġ ta' l-awtoriżżazzjonijiet approvati ta' l-esportatur validi f'bosta Stati Membri;

(ċ) il-funzjoni tal-metodi tal-ko-operazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

Artikolu 2

Dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi u l-użu tagħhom

1. Min jipprovdi għandu jipprovdi, permezz ta' dikjarazzjoni, l-informazzjoni dwar l-istat tal-prodotti rigward ir-regoli preferenzjali ta' l-oriġini tal-Komunità.

2. Id-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi għandhom jintużaw mill-esportaturi bħala evidenza, partikolarment biex isostnu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew bħala bażi tal-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet jew il-forom tal-fattura EUR.2.

Artikolu 3

Tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi

Ħlief għall-każijiet iprovduti fl-Artikolu 4, min jipprovdi għandu jipprovdi dikjarazzjoni separata għal kull kunsinna ta' l-oġġetti.

Min jipprovdi għandu jinkludi dik id-dikjarazzjoni fil-fattura kummerċjali relatata ma’ dik il-kunsinna jew fuq in-nota ta' kunsinna jew xi dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati f'dettal biżżejjed li jippermetti li jkunu identifikati.

Min jipprovdi jista’ jipprovdi d-dikjarazzjoni f'kull ħin, anki wara li l-oġġetti jkunu twasslu.

Artikolu 4

Dikjarazzjonijiet fit-tul ta' min jipprovdi

1. Meta dak li jipprovdi regolarment jipprovdi klijent partikolari b'oġġetti li l-istat tagħhom dwar ir-regoli ta' oriġini preferenzjali huwa mistenni li jibqa’ stabbli għal perjodi konsiderevoli ta' żmien, huwa jista' jiprovdi dikjarazzjoni waħda biex tkopri t-trasporti bil-baħar ta' wara ta' dawk l-oġġetti, minn issa ‘l-quddiem riferuta bħala "d-dikjarazzjoni fit-tul ta' min jipprovdi". Dikjarazzjoni fit-tul ta' min jipprovdi tista’ tinħareġ għal perjodu ta' sena waħda mid-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni.

2. Id-dikjarazzjoni fit-tul ta' min jipprovdi tista’ tinħareġ b'effett b'lura. Fit-tali każijiet, il-validita' tagħha ma tistax taqbeż il-perjodu ta' sena waħda mid-data ta' meta daħlet fis-seħħ.

3. Min jipprovdi għandu jinforma x-xerrej minnufih meta d-dikjarazzjoni fit-tul ta' min jipprovdi ma tibqax validi rigward l-oġġetti provduti.

Artikolu 5

Forma u tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi

1. Għall-prodotti li jkunu kisbu stat preferenzjali ta' oriġini, id-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi għandha tingħata fuq il-forma preskritta fl-Anness I jew, għad-dikjarazzjonijiet fit-tul ta' min jipprovdi, fuq dik preskritta fl-Anness II.

2. Għall-prodotti li għaddew minn xogħol jew ipproċessar fil-Komunità mingħajr ma jkunu kisbu stat preferenzjali ta' oriġini, id-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi għandha tingħata fuq il-forma preskritta fl-Anness III jew, għad-dikjarazzjonijiet fit-tul ta' min jipprovdi, fuq dik preskritta fl-Anness IV.

3. Id-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi għandha jkollha l-firma oriġinali ta' min jipprovdi bil-kitba u tista’ ssir fuq forma stampata minn qabel. Madankollu, meta l-fattura u d-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi jsiru bil-komputer, id-dikjarazzjoni m'hemmx għalfejn tkun iffirmata bil-kitba sakemm min jipprovdi jagħti lill-klijent rabta bil-miktub li jaċċetta responsabbilta sħiħa għal kull dikjarazzjoni ta' min jipprovdi li tidentifikah li qisha kienet iffirmata bil-kitba minnu.

Artikolu 6

Ċertifikati ta' l-informazzjoni INF 4

1. Biex jivverifikaw il-preċiżjoni jew l-awtentiċita’ tad-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi, l-awtoritajiet doganali jistgħu jsejħu għall-esportatur biex jikseb mingħand min jipprovdi ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4, billi juża l-forma murija fl-Anness V.

2. Iċ-ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li fih min jipprovdi huwa stabbilit. It-tali awtoritajiet għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu għal kull evidenza u li jwettqu kull spezzjoni tal-kotba ta' min jipprovdi jew kull kontroll ieħor li huma jikkunsidraw meħtieġ.

3. L-awtoritajiet doganali għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 fi żmien tlett xhur mill-irċevuta ta' l-applikazzjoni mibgħuta lilhom min min jipprovdi, waqt li jindikaw jekk id-dikjarazzjoni mogħtija min min jipprovdi hix korretta jew le.

4. Iċ-ċertifikat komplut għandu jingħata lil min jipprovdi biex jitwassal lill-esportatur għat-trasmissjoni lejn l-awtorita’ doganali relevanti.

Artikolu 7

Preservazzjoni tad-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti ta' appoġġ

1. Min jipprovdi li jagħmel dikjarazzjoni ta' min jipprovdi għandu jżomm l-evidenza dokumentarja kollha li turi l-korrettezza tad-dikjarazzjoni għal mill-anqas tlett snin.

2. Awtorita’ doganali li għandha saret applikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 għandha żżomm il-formula ta' l-applikazzjoni għal mill-anqas tlett snin.

Artikolu 8

Awtoriżżazzjoni approvata ta' l-esportatur

1. Esportatur li ta' sikwit jesporta oġġetti minn Stat Membru ieħor barra dak li fih huwa stabbilit jista’ jikseb stat approvat ta' esportatur li jkopri t-tali esporti.

Għal dak l-iskop, għandu jitfa’ applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membri li fih huwa stabbilit u kif ukoll iżomm ir-rekords li fihom l-evidenza ta' l-oriġini.

2. Meta l-awtoritajiet riferuti fil-paragrafu 1 huma sodisfatti li l-kondizzjonijiet ippreżentati fil-Protokolli ta' oriġini tal-Ftehim relevanti jew fil-leġislazzjoni tal-Komunità li jikkonċernaw ir-reġimi preferenzjali awtonomi tħarsu, u joħorġu l-awtoriżżazzjoni, huma għandhom jinnotifikaw lill-amministrazzjonijiet Doganali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 9

Assistenza amministrattiva lejn xulxin

L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jivverifikaw il-preċiżjoni ta' l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi u biex jiżguraw li s-sistema ta' l-awtoriżżazzjonijiet approvati ta' l-esportatur taħdem sew.

Artikolu 10

Verifiki tad-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi

1. Meta esportatur mhux kapaċi jippreżenta ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 fi żmien erba’ xhur mit-talba ta' l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni jistgħu jitolbu direttament lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn min jipprovdi huwa stabbilit biex jikkonfermaw l-istat tal-prodotti konċernati dwar ir-regoli ta' l-oriġini preferenzjali.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritjiet doganali ta' l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni għandu jibagħtu lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru lil min it-talba hija indirizzata l-informazzjoni kollha disponibbli lilhom u jagħtu r-raġunijiet għall-forma jew is-sostanza ta' l-inkjesta tagħhom.

Biex isostnu t-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha li kisbu li jissuġġerixxu li d-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi mhux eżatta.

3. Il-verifika għandha titwettaq mill-awtoritajeit doganali ta' l-Istati Membru li fih inħarġet id-dikjarazzjoni ta' min jipprovdi. L-awtoritajiet relevanti jistgħu jitolbu għal kull evidenza, iwettqu kull spezzjoni tal-kotba tl-produttur jew jagħmlu kull verifika meqjusa xierqa.

4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom ikunu informati bir-riżultati mill-aktar fis posibbli permezz taċ-ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4.

5. Meta m'hemm l-ebda risposta fi żmien ħames xhur mid-data tat-talba tal-verifika jew meta r-risposta ma fihiex informazzjoni biżżejjed biex turi l-oriġini vera tal-prodotti, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni għandu jiddikjara invalidi ċ-ċertifikati maħruġa tal-moviment EUR.1, id-dikjarazzjonijiet tal-fattura jew il-forom EUR.2 magħmula fuq il-bażi tad-dokumenti in kwestjoni.

Artikolu 11

Revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 3351/83 huwa hawnhekk imħassar.

Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar jitqiesu bħala riferenzi li qed isiru għal dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1. Id-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi, inklużi d-dikjarazzjonijiet fit-tul ta' min jipprovdi magħmula qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

2. Id-dikjarazzjonijiet ta' min jipprovdi konformi mal-kampjuni fir-Regolament (KEE) Nru 3351/83 jistgħu jkomplu jinħarġu għal perjodu ta' 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Il-forom taċ-ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 tat-tip muri fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 3351/83 jistgħu jkomplu jintużaw għal perjodu ta' 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-11 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Sahlin

[1] ĠU L 339, tal-5.12.1983, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 u applikazzjoni għal ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4

1. STRUZZJONIJIET TA' L-ISTAMPAR

1.1. Il-forma li fuqha ċ-ċertifikat ta' l-informazzjoni INF 4 jinħareġ għandha tkun stampata fuq karta bajda li ma fihiex sostanza mekkanika, ta' qies għall-kitba u tiżen bejn 40 u 65 gramma għal kull metru kwadru.

1.2. Il-forma għandha tkun ta' qies ta' 210 x 297 mm.

1.3. L-istampar tal-forom huwa r-responsabbilta' ta' l-Istati Membri; il-forom għandhom ikollhom numru serjali li bih jistgħu jkunu identifikati. Il-forma għandha tkun stampata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

+++++ TIFF +++++

Noti

1. Iċ-ċertifikati ma jridx ikun fihom tħassir jew kitba fuq xulxin. Kull bidla trid issir billi jkunu ngassati l-partikolari ħżiena u tkun miżjuda kull korrezzjoni meħtieġa. Kull tali bidla trid tkun inizjalata mill-persuna li mliet iċ-ċertifikat u iffirmata mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż jew it-territorju tal-ħruġ.

2. L-ebda spazju m'għandu jitħalla bejn l-oġġetti mdaħħl fuq iċ-ċertifikat u qabel kull oġġett irid ikun hemm numru ta' l-oġġett. Linja oriżżontali trid titpinġa eżatt taħt l-aħħar oġġett. Kull spazju mhux użat għandu jkun ingassat b'tali mod li jkun impossibbli li jsiru xi addizzjonijiet wara.

3. L-oġġetti jridu jkunu deskritti skond il-prattika kummerċjali u f'dettal biżżejjed li jippermetti li jkunu identifikati.

4. Il-formula għandha timtela f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. L-awtoritajiet Doganali ta' l-Istat Membru li jridu jipprovdu l-informazzjoni jew li għandhom bżonnha jistgħu jitolbu traduzzjoni ta' l-informazzjoni mniżżla fid-dokumenti ppreżentati lilhom fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------