32001R0991



Official Journal L 138 , 22/05/2001 P. 0012 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2001

tal-21 ta' Mejju 2001

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' ajruplani koperti mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 dwar il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' ajruplani koperti mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) [1], emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/28/KE [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 9a tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/14/KEE teżenta l-ajruplani mniżżla fl-Anness ta' din, sakemm, b'mod partikolari, dawn ikomplu jintużaw minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiż li fih dawn l-ajruplani jkunu ġew reġistrati matul perjodu tar-referenza speċifiku.

(2) L-Artikolu 9a tad-Direttiva 92/14/KEE, emendat mid-Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE [3], jistabbilixxi proċedura simplifikata biex jiġi emendat l-Anness, bil-ħsieb li jiżgura konformità sħiħa mal-kriterji ta' eliġibilità.

(3) Minn meta d-Direttiva 1999/28/KE daħlet fis-seħħ, li kienet emendat l-Anness għad-Direttiva 92/14/KEE fuq il-bażi ta' proċedura simplifikata, xi ajruplani inklużi f'dan l-Anness ġew meqruda, waqt li oħrajn tneħħew mir-reġistru tal-pajjiż relevanti; l-iskrizzjonijiet korrispondenti ta' ajruplani bħal dawn, għalhekk, għandhom jitneħħew mill-Anness.

(4) Sas-sena 2001 xi ajruplani li jikkwalifikaw ikunu laħqu l-25 sena ta' servizz; l-iskrizzjonijiet xierqa, għalhekk, għandhom jiddaħħlu fl-Anness.

(5) Ikun tajjeb ukoll jekk l-Anness jiġi aġġornat fid-dawl ta' xi tibdiliet li jistgħu jseħħu wara fir-rigward tal-kodiċi ta' reġistrazzjoni, jew l-operatur, ta' ajruplan diġà inkluż.

(6) In-natura limitata u l-iskop ta' l-emendi ta' l-Anness kif ukoll l-urġenza jiġġustifikaw bidla fit-tip ta' strument legali użat.

(7) Minħabba raġunijiet ta' urġenza huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, sabiex jagħmel disponibbli għal partijiet interessati, mingħajr dewmien, l-eżenzjonijiet minnu stabbiliti.

(8) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni [4] stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta' kriterji tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili [5], emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2871/2000 [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 92/14/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 21.

[2] ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 53.

[3] ĠU L 107, tas-7.4.1998, p. 4.

[4] Il-Kumitat Regolatorju dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, konsultazzjoni miktuba tal-15 ta' Marzu 2001.

[5] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4.

[6] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness għad-Direttiva 92/14/KEE huwa emendat kif ġej:

1. L-iskrizzjonijiet li ġejjin għandhom jitneħħew:

L-ALĠERIJA

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

20955 | B727-2D6 | 7T-VEH | Air Algérie |

L-EĠITTU

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

21195 | B737-266 | SU-AYL | Egypt Air |

21227 | B737-266 | SU-AYO | Egypt Air |

IT-TUNEŻIJA

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

20545 | B727-2H3 | TS-JHN | Tunis Air |

20948 | B727-2H3 | TS-JHQ | Tunis Air |

2. L-iskrizzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

L-ALĠERIJA

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

21212 | B737-2D6 | 7T-VEO | Air Algérie |

21286 | B737-2D6 | 7T-VER | Air Algérie |

L-ARABJA SAWDITA

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

21275 | B737-268 | HZ-AGH | Saudia |

21276 | B737-268 | HZ-AGI | Saudia |

21277 | B737-268 | HZ-AGJ | Saudia |

21280 | B737-268 | HZ-AGK | Saudia |

212281 | B737-268 | HZ-AGL | Saudia |

212283 | B737-268 | HZ-AGN | Saudia |

21360 | B737-268 | HZ-AGO | Saudia |

IS-SIRJA

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistraz-zjoni | Operatur |

21203 | B727-294 | YK-AGA | Syrianair |

21204 | B727-294 | YK-AGB | Syrianair |

21205 | B727-294 | YK-AGC | Syrianair |

IL-JEMEN

In-numru tas-serje | It-tip | Reġistraz-zjoni | Operatur |

21296 | B737-2N8 | 70-ACU | Yemen Airways |

3. L-iskrizzjoni msejħa l-

"Uganda"

għandha tinbidel b'dan li ġej:

L-UGANDA

Numru tas-serje | It-tip | Reġistrazzjoni | Operatur |

19821 | B707-379C | 5X-GLA | Air Alexander |

--------------------------------------------------