Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'relevanza ŻEE)
Official Journal L 018 , 21/01/2002 P. 0001 - 0115
CS.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
ET.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
HU.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
LT.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
LV.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
MT.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
PL.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
SK.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
SL.ES Chapter 13 Volume 27 P. 199 - 314
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'relevanza ŻEE) IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ta's-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 70/156/KEE u l-Annessi tagħha kienu ġew emendati diversi drabi u, la darba aktar emendi jenħtieġ li jsiru għall-Annessi, dawn għandhom ikunu kkonsolidati f'test singolu fl-interss taċ-ċarezza. (2) Id-dispożizzjoni li tikkonċerna d-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa li tinsab f'dawk l-Annessi għandha tkunu applikabbli għal vetturi tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni nterna. (3) L-Annessi tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, jipprovdu wkoll għad-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa għal vetturi ta' kategoriji oħrajn apparti milli M1. Dawn l-approvazzjonijiet għandhom, b'dana kollu, jkunu mogħtija biss wara d-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li tabroga u tissostitwixxi d-Direttiva 70/156/KEE u d-dħul fis-seħħ ta' l-emendi li huma meqjusa bħala meħtieġa għad-Direttivi separati relevanti għall-iskopijiet ta' applikazzjoni għal vetturi ta' uħud mill-kategoriji apparti milli l-kategorija M1. (4) Huwa xieraq ukoll li jsir provvediment għall-arranġament uniformi biex ikunu attribwiti n-numri ta' approvazzjoni. (5) Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun emendata kif xieraq. (6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 1970/156/EEC hija emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, dan li ġej huma mħassar: "u għandu jagħti n-numru ta' approvazzjoni speċjali skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VII"; 2. fl-Artikolu 8(2)(ċ), is-sitt subparagrafu, dan li ġej huma mħassar: "u ibdel xi numru ta' approvazzjoni speċjali b'numru ta' approvazzjoni normali"; 3. l-Annessi tad-Direttiva 70/156/KEE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. F'dak li jirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, biss għal vetturi tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni nterna. 2. F'dak li jirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura ta' vetturi bi skop speċjali tal-kategorija M1, l-Istati Membri għandhom, biss fuq talba tal-manifattur, japplikaw l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 1998/14/KE [3]. 3. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 87/358/KEE [4], għandu jibqa jkun applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura ta' vetturi apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. L-Artikolu 3 1. F'dak li jirrigwardja l-ħruġ taċ-Ċertifikati ta' Konformità sussegwenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE, il-mudelli eżistenti jistgħu jibqgħu jintużaw sat-30 ta' Ġunju 2003. 2. Din id-Direttiva m'għandhiex tinvalida xi approvazzjoni mgħotija qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, u l-anqas tipprevjeni l-estensjoni ta' approvazzjonijiet bħal dawn skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva li permezz tagħha kienu oriġinalment ġew mgħotija. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 2002. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2002. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixu kif għandha ssir dik ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak li fih tkun ipubblikata fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 292, tad-9.11.2001, p. 21. [3] ĠU L 91, tal-25.3.1998, pġ.1. [4] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 51. -------------------------------------------------- LISTA TA' L-ANNESSI L-Anness I | Lista kompleta ta' l-informazzjoni għall-iskopijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura | L-Anness II | Definizzjoni tal-kategoriji ta' vetturi u t-tipi ta' vetturi | L-Anness III | Dokument ta' informazzjoni għall-iskop ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura | L-Anness IV | Lista ta' ħtiġiet għall-iskopijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura | L-Anness V | Proċeduri li għandhom ikunu segwiti matul l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura | L-Anness VI | Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura | L-Anness VII | Sistema ta' numerar taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE | L-Anness VIII | Riżultati tat-testijiet | L-Anness IX | Ċertifikat ta' konformità tal-KE | L-Anness X | Konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni | L-Anness XI | Natura ta' u dispożizzjonijiet għal vetturi bi skopijiet speċjali | L-Anness XII | Serje żgħira u limiti tat-tmiem tas-serje | L-Anness XIII | Lista ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE maħruġa skond Direttivi separati | L-Anness XIV | Proċeduri li għandhom ikunu segwiti ma tul l-approvazzjoni tat-tip tal-KE f’aktar minn fażi waħda | L-Anness XV | Ċertifikat ta’ oriġini tal-vettura. Id-dikjarazzjoni tal-manifattur ta’ vettura bażika/mhux kompleta, ta’ kategorija apparti milli M1. | --------------------------------------------------