32001L0106



Official Journal L 019 , 22/01/2002 P. 0017 - 0031


Id-Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 2001

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE rigward l-infurzar, fil-każ tal-bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-kondizzjonijiet tal-ħajja abbord u tax-xogħol (il-kontroll portwali ta' l-Istat)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li kienu qed jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-13 ta' Novembru 2001,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE [5] tistabilixxi sistema ta' kontroll portwali mill-Istat għat-tbaħħir fil-Komunità Ewropea bbażata fuq proċeduri uniformi ta' spezzjoni u detenzjoni.

(2) Huwa meħtieġ li jitiqiesu l-bidliet li saru fil-konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet kif ukoll l-iżviluppi fil-qafas tal-Memorandum tal-Ftehim ta' Pariġi (MOU).

(3) Huwa mifhum li xejn f'din id-Direttiva ma għandu l-effett li jittrasferixxi r-responsabbiltajiet ta' l-Istati tal-bandiera inklużi dawk ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu għan-nom ta' l-Istati tal-bandiera.

(4) Xi bastimenti huma ta' perikolu ċar għas-sigurtà marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kundizzjoni mkagħbra tagħhom, il-bandiera u l-istorja; fost dawn b'mod partikolari, hemm il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat magħruf bħala "ta' riskju għoli ħafna" jew "ta' riskju għoli" fil-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali tal-MOU. Għalhekk għal dawn għandu jiġi rrifjutat l-aċċess għall-portijiet tal-Komunità, sakemm ma jiġix ippruvat li dawn jistgħu joperaw b'sigurtà fl-ibħra tal-Komunità. Linji gwida għandhom jiġu stabiliti li jispjegaw il-proċeduri applikabbli fil-każ ta' dik il-projbizzjoni ta' l-aċċess u t-tneħħija ta' dik il-projbizzjoni. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-bastimenti li lilhom jiġi rrifjutat l-aċċess għall-portijiet tal-Komunità għandha tiġi ppubblikata.

(5) Bastimenti b'possibiltà għolja ta' inċidenza jikkostitwixxu riskju partikolarment serju għal xi aċċident jew tniġġis, li jiġġustifika l-ħtieġa li dawn jiġu spezzjonati ta' spiss fil-portijiet tal-Komunità li jmorru fihom.

(6) Il-kategoriji tal-bastimenti elenkati fl-Anness V li jinsab mad-Direttiva 95/21/KE jikkostitwixxu wkoll perikolu kbir ta' aċċident jew tniġġis meta jilħqu ċertu żmien. Is-setgħa wiesgħa ta' diskrezzjoni ta' l-awtoritàta' l-ispezzjoni dwar jekk bastimenti bħal dawk għandhomx jintgħażlu għal spezzjoni aktar fil-fond tostakola li jintlaħqu prattiċi uniformi ġewwa l-Komunità. Huwa għalhekk metieġ li l-ispezzjoni ta' dawn il-bastimenti ssir mandatarja. B'mod partikolari, minħabba r-riskji ta'tniġġis kbir ikkawżat minn tankers taż-żejt u minħabba l-fatt li l-parti l-kbira tad-defiċjenzi jwasslu għad-detenzjoni ta' bastimenti li għandhom aktar minn 15-il sena, is-sistema ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond għandha tiġi applikata għal tankers taż-żejt mill-età ta' 15-il sena.

(7) Il-kontenut ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond li dwarhom linji gwida ġew stabiliti jista' jvarja konsiderevolment fid-deskrezzjoni ta' l-awtorità ta' l-ispezzjoni. Biex jinkisbu prattiċi uniformi ġewwa l-Komunità, dawn il-linji gwida għandhom għalhekk isiru mandatarji. Iżda, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tagħmel eċċezzjoni meta, li ssir spezzjoni ta' bastimenti bħal dawk, b'mod partikolari minħabba l-istat tat-tankijiet tal-merkanzija tal-bastiment jew il-limitazzjonijiet fl-operat relatat ma' l-attivitajiet tat-tagħbija jew tal-ħatt, tkun ħaġa impossibbli jew tkun tinvolvi riskji eċċessivi għas-sigurtà tal-bastiment, l-ekwipaġġtiegħu, l-ispettur jew is-sigurtà taż-żona portwali.

(8) L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jorganizzaw spezzjonijiet mandatarji b'mod effiċjenti biex jinkiseb l-ogħla valur miżjud minn sistema aktar rigoruża ta' spezzjoni, waqt li jitqiesu d-diversi kondizzjonijiet dwar l-operat u jsir użu mill-kooperazzjoni bejn il-portijiet u l-Istati Membri, waqt li jkun hemm konformità mal-miri globali kwantitattivi ta' l-ispezzjoni.

(9) Billi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' spetturi kkwalifikati jetieġċertu ammont ta' żmien, l-Istati Membri għandhom jitħallew jibnu bil-mod il-mod is-servizz tagħhom ta' spezzjoni; minħabba l-karatteristiċi tal-port ta' Rotterdam, partikolarment il-volum ta' traffiku li jgħaddi hemm, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibiltà li jittawwal bi ftit il-perjodu tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' l-ispetturi għal dan il-port.

(10) Id-difetti strutturali f'bastiment x'aktarx iżidu r-riskju għal aċċident fuq il-baħar. Fil-każ ta' bastiment li jġorr tagħbija ta' żejt bl-ingrossa, dawk l-aċċidenti jista' jkollhom effetti diżastrużi fuq l-ambjent. L-awtorità ta' l-ispezzjoni għandha tagħmel eżami viżwali tal-partijiet aċċessibbli tal-bastiment biex tikxef kull tmermir serju u tieħu dik l-azzjoni segwenti li tista' tkun meħtieġa, b'mod partikolari għar-rigward tas-soċjetajiet tal-klassifika responsabbli għall-kwalità strutturali tal-bastimenti.

(11) L-ispezzjoni aktar fil-fond ibbażata fuq il-verifika mandatarja ta' ċerti aspetti tal-bastiment tieħu ammont konsiderevoli ta' ħin u organizzazzjoni. Ix-xogħol tat-tħejjija ta' l-ispezzjoni għandu jiġi ffaċilitat, u dan jgħin biex tittejjeb l-effettività tagħha. Għal dan il-għan, il-kaptan jew l-operatur ta' kull bastiment li jidħol f'port tal-Komunità għandu jinnotifika ċertu tagħrif ta' natura operazzjonali.

(12) L-importanza dejjem tikber tal-kontroll tal-port mill-Istat fil-ġlieda kontra l-prattiċi mhux skond in-normi qed tirriżulta f'żieda globali fix-xogħol ta' l-ispetturi. Għandu għalhekk isir sforz partikolari biex jiġu evitati spezzjonijiet żejda u biex jittejjeb it-tagħrif disponibbli għall-ispetturi dwar il-kontenut ta' l-ispezzjonijiet li jkunu saru fil-portijiet preċedenti. Bħala riżultat, ir-rapport ta' l-ispezzjoni li jsir mill-ispettur meta titlesta l-ispezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond għandha tiddikjara liema partijiet tal-bastiment ikunu diġà ġew spezzjonati; l-ispettur tal-port li jkun imiss għandu għalhekk ikun f'qagħda, fejn ikun ikun il-każ, li jiddeċiedi li ma jispezzjonax parti mill-bastiment jekk ma jkunx inkixef ebda difett fl-ispezzjoni ta' qabel.

(13) Sar progress teknoloġiku essenzjali fil-qasam ta' l-apparat abbord, li jippermetti li jiġi rrekordjat tagħrif dwar il-vjaġġ (permezz ta' rekorder tat-tagħrif dwar il-vjaġġ (bis-sistema VDR) jew "il-kaxxi s-suwed") biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet wara aċċident. Minħabba l-importanza ta' dan l-apparat għas-sigurtà marittima u kontestwalment ma' l-isforzi li qegħdin isiru fuq dan is-suġġett ġewwa l-IMO, għandu jsir mandatarrju wara perjodu sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħta' din id-Direttiva li bastimenti tat-tagħbija mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 li jgħaddu fil-portijiet tal-Komunità u, meta dan ikun obbligatorju, l-assenza jew in-nuqqas tiegħu għandhom iwasslu għad-detenzjoni.

(14) L-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera ta' bastiment spezzjonat jew ta' s-soċjetà tal-klassifika kkonċernata għandha tkun avżata bir-riżultat ta' l-ispezzjoni biex tiġi żgurata sorvelja aktar effettiva ta' l-iżvilupp u, fejn japplika, tad-deterjorazzjoni fl-istat tal-bastiment sabiex tittieħed l-azzjoni rimedjali meħtieġa sakemm ikun għad hemm żmien.

(15) It-tniġġis aċċidentali miż-żejt x'aktarx li jikkawża ħsara konsiderevoli fl-ambjent u fl-ekonomija tar-reġjun li jkun. Huwa għalhekk meħtieġli jiġi vverifikat jekk bastimenti li jġorru ż-żejt li jgħaddu f'portijiet tal-Komunità Ewropea jkollhomx assigurazzjoni adattata kontra riskji ta' din ix-xorta.

(16) It-trasparenza fl-informazzjoni rigward bastimenti spezzjonati u miżmuma hija element prinċipali ta' kull politka intiża biex tiskoraġġixxi l-użu ta' bastimenti li ma jkunux skond in-normi tas-sigurtà. Huwa meħtieġ f'dan il-kuntest li tiġi inkluża l-identità tal-kerrej tal-bastiment fil-lista ta' l-informazzjoni ppublikata. Il-pubbliku għandu wkoll jingħata tagħrif aktar sħi ħu aktar ċar dwar l-ispezzjonijiet u d-detenzjonijiet li jsiru fil-portijiet tal-Komunità. Dan jgħodd b'mod partikolari għat-tagħrif dwar l-ispezzjonijiet aktar estensivi li jkunu saru abbord il-bastimenti, kemm mill-awtoritajiet portwali ta' l-Istat kif ukoll mis-soċjetajiet tal-klassifika, u spjegazzjoni tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet portwali ta' l-Istat jew mis-soċjetajiet tal-klassifika kkonċernati wara ordni ta' detenzjoni skond din id-Direttiva.

(17) Huwa essenzjali li ssir sorvelja fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' diversi livelli ta' sigurtà u ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn portijiet u reġjuni tal-Komunità Ewropea. Il-Kummissjoni għandu għalhekk ikollha tagħrif aktar dettaljat, partikolarment dwar iċ-ċaqliq tal-bastimenti fil-portijiet, sabiex ikun jista' jsir eżami dettaljat tal-kondizzjonijiet li taħthom għandha tiġi applikata din id-Direttiva. Tagħrif bħal dak għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni biżżejjed ta' spiss biex ikun jippermettilha tintervjeni aktar malajr fejn jinsab li jkun hemm anomaliji fl-applikazzjoni tad-Direttiva.

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/21/KE għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [6],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 95/21/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Id-Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill tad-19 ta Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat fuq it-tbaħħir;"

(2) L-Artikolu 2(1) u (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. "Konvenzjonijiet" tfisser:

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji ta' Tagħbija, 1966 (LL 66),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, u l-Protokoll ta' l-1978 relatat magħha (Marpol 73/78),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Manutenzjoni ta' l-Għassa għall-Baħħara, 1978 (STCW 78),

- il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, 1969 (ITC 69),

- il-Konvenzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (ILO No 147),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92),

flimkien mal-Protokolli u l-emendi għal dawn il-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet relatati ta' status mandatarju fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2001.

2. "MOU" tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll Portwali ta' l-Istat, iffirmat f'Pariġi fis-26 ta' Jannar 1982, kif inhu fid-19 ta' Diċembru 2001;"

(3) L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 4

Il-korp ta' l-ispezzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm amministrazzjonijiet marittimi adattati bin-numru meħtieġ ta' impjegati, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-awtoritàjiet kompetenti', għall-ispeżżjoni tal-bastimenti u dawn għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha li jkunu xierqa biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabilit f'din id-Direttiva.";

(4) L-Artikolu 5(1), (2) u (3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-għadd totali ta' l-ispezzjonijiet tal-bastimenti kif imsemmi fil-paragrafu (2) u l-Artikolu 7 li għandu jsir ta' kull sena mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandu jikkorrispondi ta' l-lanqas għal 25 % ta' l-għadd medju annwali tal-bastimenti individwali li jidħlu fil-portijiet tiegħu, ikkalkolat fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti li dwarhom l-istatistika tkun disponibbli.

2. (a) L-awtorità kompetenti għandha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7a, tiżgura li spezzjoni skond l-Artikolu 6 ssir fuq kull bastiment li ma jkunx suġġett għal spezzjoni aktar fil-fond b'fattur immirat għal aktar minn 50 skond is-sistema ta' informazzjoni Sirenac, b'dan illi perjodu ta' mhux anqas minn xahar ikun għadda mill-aħħar spezzjoni li tkun saret f'port fir-reġjun tal-MOU.

(b) Biex jintgħażlu bastimenti oħra għall-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu l-ordni tal-prijorità kif ġej:

- l-ewwel bastimenti li għandhom jintgħażlu għal spezzjoni għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I, Taqsima I, irrispettivament mil-fattur immirat tagħhom,

- il-bastimenti elenkati fl-Anness I, Taqsima II għandhom jintgħażlu f'ordni li jonqos skond il-prijorità li tirriżulta mill-valur tal-firxa tal-fattur immirat tagħhom kif imsemmi fis-sistema ta' informazzjoni Sirenac.

3. L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jispezzjonaw bastimenti li jkunu ġew spezzjonati minn xi Stat Membru fis-sitt xhur li jkunu ġew qabel, b'dan illi:

- il-bastiment ma jkunx elenkat fl-Anness I,

- ma jkunu ġew irrappurtati ebda defiċjenzi, wara spezzjoni li saret qabel,

- ma jkunu jeżistu ebda raġunijiet ċari biex issir spezzjoni,

- il-bastiment ma jkunx kopert bil-paragrafu 2(a).";

(5) l-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

Spezzjoni mandatarja aktar fil-fond għal ċerti bastimenti

1. Bastiment f'waħda mill-kategoriji ta' l-Anness V, it-Taqsima A, tista' ssirlu spezzjoni aktar fil-fond wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond b li tkun saret f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU.

2. Jekk bastiment bħal dan jintgħażel għal spezzjoni skond l-Artikolu 5(2)(b), għandha titwettaq spezzjoni aktar fil-fond. Iżda spezzjoni skond l-Artikolu 6 tista' titwettaq f'perjodu bejn żewġ spezzjonijiet estiżi.

3. (a) L-operatur jew il-kaptan ta' bastiment li għalih japplika l-paragrafu 1, għandu jikkomunika t-tagħrif kollu elenkat fl-Anness V, it-Taqsima B, lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' kull port li jżur wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond. Dan it-tagħrif għandu jiġi pprovdut ta' l-anqas tlett ijiem qabel il-ħin ikkalkulat għall-wasla fil-port jew qabel ma dan iħalli l-port ta' qabel jekk il-vjaġġ ikun mistenni li jieħu anqas minn tlett ijiem.

(b) Kull bastiment li ma jkunx jikkonforma mas-subparagrafu (a) għandu jkun suġġett għal spezzjoni aktar fil-fond fil-port tad-destinazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom, bla ħsara għall-Artikolu 7a, jiżguraw li spezzjoni aktar fil-fond issir fuq bastiment li għalih japplika l-paragrafu 3 u li jkollu fattur immirat ta' 7 jew aktar fl-ewwel post li jżur wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond.

Fil-każi fejn l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jżidu l-kapaċità tagħhom fil-ħin biex iwettqu l-ispezzjonijiet kollha addizzjonali meħtieġa, partikolarment minħabba l-problemi li għandhom x'jaqsmu mar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' l-ispetturi dawn għandhom jitħallew sa l-1 ta' Jannar biex jibnu bil-mod il-mod is-servizz tagħhom ta' spezzjoni. Dan il-perjodu jista' jittawwal b'sitt xhur fil-każ tal-port ta' Rotterdam. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew b'kull estensjoni ta' dik ix-xorta.

5. Spezzjoni aktar fil-fond għandha ssir skond il-proċeduri ta' l-Anness V, it-Taqsima Ċ.

6. Fejn ikun hemm ir-riskju li xi emenda jew abbozz ta' emenda għall-MOU tista' ddgħajjef l-iskop ta' obbligazzjoni għal spezzjoni aktar fil-fond taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18, abbozz tal-miżuri bil-għan li jerġgħu jiddaħħlu l-valuri tal-fatturi mmirati li jikkonformaw ma' l-għanijiet ta' din id-Direttiva.";

(6) l-Artikolu 7a li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 7a

Il-proċedura fil-każ li ċerti bastimenti ma jkunux jistgħu jiġu spezzjonati

1. Fil-każi fejn, għal raġunjiet ta' l-operat, Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel spezzjoni fuq bastiment b'fattur immirat ta' aktar minn 50 kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)(a) jew spezzjoni mandatarja aktar fil-fond kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), l-Istat Membru għandu, mingħajr dewmien, javża lis-sistema Sirenac li dik l-ispezzjoni ma tkunx seħħet.

2. Każi bħal dawk għandhom jiġu nnotifikati, f'intervalli ta' sitt xhur, lill-Kummissjoni flimkien ma raġunijiet għaliex l-ispezzjonijiet fuq il-bastimenti kkonċernati ma jkunux saru.

3. Matul xi sena kalendarju, dak in-nuqqas ta' spezzjonijiet m'għandux jeċċedi l-5 % tal-medja annwali tan-numru tal-bastimenti individwali eliġibbli għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-paragrafu 1 li jżuru l-portijiet ta' Stat Membru, ikkalkolati fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti li dwarhom statistika tkun disponibbli.

4. Il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(2)(a) jew spezzjoni mandatarja aktar fil-fond kif imsemi fl-Artikolu 7(4), skond kif xieraq, fil-port Komunitarju li jkun imiss.

5. Sat-22 ta' Lulju 2008 iċ-ċifra ta' 5 % imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta' l-istima mill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 19.";

(7) l-Artikolu 7b li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 7b

Miżuri ta' ċaħda ta' aċċess għal ċerti bastimenti

1. Stat Membru għandu jiżgura li bastiment f'waħda mill-kategoriji ta' l-Anness XI, taqsima A, jiġi rrifjutat lilu l-aċċess għall-portijiet tiegħu fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 11(6), jekk il-bastiment:

jew

- ikun itajjar il-bandiera ta' Stat li jidher fuq il-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali ta' l-MOU, u

- ikun ġie miżmum għal aktar minn darbtejn fil-kors ta' l-24 xahar li jiġu qabel f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU,

jew

- ikun itajjar il-bandiera ta' Stat deskritt bħala ta' "riskju għoli ħafna"; jew ta' "riskju għoli"; fil-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali tal-MOU, u

- ikun ġie miżmum għal aktar minn darba fil-kors tas-36 xahar li jiġu qabel f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU.

Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha ssir applikabbli minnufih malli l-bastiment ikun ġie awtorizzat biex iħalli l-port fejn ikun ġie suġġett għat-tieni jew għat-tielet detenzjoni skond kif ikun il-każ.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabiliti fl-Anness XI, it-taqsima B.

3. Il-Kummissjoni għandha tippublika kull sitt xhur it-tagħrif relatat mal-bastimenti li jkunu ġew miċħuda aċċess għall-portijiet tal-Komunità fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.";

(8) L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 8

Ir-rapport ta' l-ispezzjoni lill-kaptan

Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skond l-Anness IX. Kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment.";

(9) fl-Artikolu 9:

(a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull defiċjenza kkonfermata jew mikxufa mill-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7 ġiet jew sa tiġi kkoreġuta skond il-Konvenzjonijiet.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk bastiment għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. F'dan ir-rigward, il-bastiment għandu jinżamm jekk ma jkunx mgħammar b'sistema ta' l-irrekordjar tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li tkun tiffunzjona meta l-użu tagħha jsir obbligatorju skond l-Anness XII. Jekk din id-defiċjenza ma tkunx tista' tiġi rranġata malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-bastiment jipproċedi għall-eqreb port xieraq fejn din għandha tiġi kkoreġuta mill-aktar fis jew teżiġi li d-defiċjenza tiġi rranġata matul perjodu massimu ta' 30 jum. Għal dawn l-iskopijiet, il-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 11 għandhom jgħoddu.";

(ċ) il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"5. Fil-każ li l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7 jagħtu lok għal detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport ta' l-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni Statali li l-bastiment ikollu d-dritt li jtajjar il-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-amministrazzjoni tal-bandiera";) jew, meta dan ma jkunx possibbli, il-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta' dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li minħabba fihom tkun qieset li l-intervent kien meħtieġ. B'żieda ma' dan, periti maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassi jew ċertifikati maħruġa għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dawn ikunu rilevanti.";

(10) L-Artikolu 10(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Is-sid jew l-operatur ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta' detenzjoni jew ċaħda ta' aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m'għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda ta' l-aċċess.";

(11) L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-bdil ta' tagħrif u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra kollha u jżommu r-relazzjoni stabilita fl-operat bejn l-awtorità kompetenti tagħhom, il-Kummissjoni u s-sistema ta' informazzjoni Sirenac imwaqqfa f'St Malo, fi Franza.

Għall-finijiet tat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7, l-ispetturi għandhom jikkonsultaw lid-databases pubbliċi u privati relatati ma' l-ispezzjoni tal-bastiment li jkunu aċċessibbli permezz tas-sistema tat-tagħrif Equasis.";

(12) L-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b'dan li ġej

"2. It-tagħrif elenkat fl-Anness VIII, it-Taqsimiet I u II, u t-tagħrif dwar il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi msemmija fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 94/57/KE, għandu jkunu disponibbli fis-sistema Sirenac. Dan għandu jinħareġ għall-pubbliku permezz tas-sistema tat-tagħrif Equasis, kemm jista' jkun malajr wara li l-ispezzjoni tkun tlestiet jew id-detenzjoni tkun ġiet irtirata.";

(13) fl-Artikolu 15, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jaffettwawx il-leġislazzjoni nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.";

(14) fl-Artikolu 16, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"2a. Fil-każ tad-detenzjoni ta' bastiment minħabba defiċjenzi jew nuqqas ta' ċertifikati validi kif stabilit fl-Artikolu 9 u fl-Anness VI, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-bastiment.";

(15) L-Artikoli 17 u 18 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"L-Artikolu 17

Id-data għas-sorveljar ta' l-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness X fl-intervalli kif hemm imsemmi f'dak l-Anness.

L-Artikolu 18

Il-Kumitat Regolatorju

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 93/75/KEE.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.";

(16) fl-Artikolu 19, il-frazi introduttorja u s-subparagrafu (a) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Din id-Direttiva tista', mingħajr ma jitwessa' l-iskop tagħha, tiġi emendata skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 18(2), biex:

(a) tadatta l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, ħlief iċ-ċifra ta' 25 % msemmija fil-paragrafu 1 tiegħu, kif ukoll fl-Artikoli 6, 7, 7a, 7b, 8, 15 u 17, u fl-Annessi li għalihom jirreferu dawn l-Artikoli, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u waqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-MOU;"

(17) l-Artikolu 19a li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 19a

Il-Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il-pieni hekk provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.";

(18) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 20:

"4. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri.";

(19) L-Anness I, it-Taqsima II għandu jinbidel mat-test ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva.

(20) fl-Anness II:

(a) il-partita 10 għandha tiġi mibdula bil-partiti li ġejjin:

"10. Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru;

10a Iċ-ċertifikati maħruġa skond il-Konvenzjoni STCW.";

(b) il-partita 35 li ġejja għandha tiżdied:

"35. Iċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-Responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tniġġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992).";

(21) fl-Anness III, il-partita 1, il-kliem "II-8 u II-11" għandhom jinbidlu bil-kliem "u II-8";

(22) l-Anness V, għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva;

(23) L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) dan li ġej għandu jiżdied mal-partita 2 (

"L-applikazzjoni tal-kriterji prinċipali"

):

"14. jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta' aċċident.";

(b) fil-partita 3.1 il-kliem "In-nuqqas ta' ċertifikati validi" qed jinbidlu bil-kliem "In-nuqqas ta' ċertifikati u dokumenti validi";

(ċ) dan li ġej għandu jiżdied mal-partita 3.2:

"15. In-nuqqas ta' twettiq tal-programm imtejjeb ta' stħarriġs kond is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2.

16. Nuqqas jew falliment ta' VDR, meta l-użu tiegħu jkun obbligatorju.";

(d) il-punt li ġej għandu jiżdied mal-partita 3.6:

"5. Il-fajl tar-rapport ta' l-istħarriġ ikun nieqes jew ma' jkunx konformi mar-Regolament 13G(3)(b) tal-Konvenzjoni Marpol.";

(24) l-Anness VIII, għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness III li jinsab ma' din id-Direttiva.

(25) L-Annessi IX, X, XI u XII għandhom jiżdiedu, li t-test tagħhom qiegħed fl-Anness IV li jinsab ma' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2003. Dawn għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma' riferenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li għandhom jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta' lulju 2006. Ir-reviżjoni għandha teżamina, inter alia, l-għadd ta' spetturi tal-kontroll portwali Statali f'kull Stat Membru u l-għadd ta' spezzjonijiet li jkunu saru, inklużi l-ispezzjonijiet mandatarji aktar fil-fond. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tistabilixxi fuq il-bażi tar-reviżjoni jekk ikunx meħtieġ li tipproponi Direttiva li temenda jew leġislazzjoni ulterjuri f'dan il-qasam.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU C 212 E, tal-25.7.2000, p. 102 u ĠU C 154, 29.4.2001, p. 67.

[2] ĠU C 14, tas-16.1.2001, p. 22.

[3] ĠU C 22, ta' l-24.1.2001, p. 19.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2000, (ĠU C 228, tat-13.8.2001, p. 133), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (ĠU C 101, tat-30.3.2001, p. 15), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001.

[5] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/97/KE (ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 67).

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"II. Il-fattur globali ta' l-ambitu

Il-bastimenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala prijorità għall-ispezzjoni.

(1) Il-bastimenti li jżuru port ta' Stat Membru għall-ewwel darba jew wara nuqqas ta' 12-il xahar jew aktar. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji l-Istati Membri għandhom ukoll iqisu dawk l-ispezzjonijiet li jkunu saru minn membri tal-MOU. Fin-nuqqas ta' data xierqa għal dan il-għan, L-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni Sirenac disponibbli u jispezzjonaw dawk il-bastimenti li ma jkunux ġew irreġistrati fis-Sirenac wara d-dħul fis-seħħta' dak id-database fl-1 ta' Jannar 1993.

(2) Il-bastimenti li ma jkunux ġew spezzjonati minn xi Stat Membru fis-sitt xhur ta' qabel.

(3) Il-bastimenti li ċ-ċertifikati statutorji tagħhom dwar il-kostruzzjoni u l-apparat tal-bastiment, maħruġa skond il-konvenzjonijiet, u ċ-ċertifikazzjoni tal-klassifika tagħhom, ikunu nħarġu minn organizzazzjonijiet li ma jkunux rikonoxuti skond it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE.

(4) Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat li jidher fuq il-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport ta' kull sena ta' l-MOU.

(5) Il-bastimenti li jkun ingħatalhom il-permess biex iħallu l-port ta' Stat Membru skond ċerti kondizzjonijiet, bħal:

(a) defiċjenzi li għandhom jissewwew qabel it-tluq;

(b) defiċjenzi li għandhom jissewwew fil-port li jkun imiss;

(ċ) defiċjenzi li għandhom jissewwew fi żmien 14-il jum;

(d) defiċjenzi li dwarhom ikunu ġew speċifikati kondizzjonijiet oħra.

Jekk l-azzjonijiet relatati mal-bastiment ikunu ttieħdu u d-defiċjenzi jkunu ssewwew, dan għandu jitqies.

(6) Il-bastimenti li dwarhom ikunu ġew irrekordjati defiċjenzi matul spezzjoni preċedenti, skond l-għadd tad-defiċjenzi.

(7) Il-bastimenti li jkunu nżammu f'port preċedenti.

(8) Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż li ma jkunx irratifika l-konvenzjonijiet kollha internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

(9) Il-bastimenti kklassifikati ma' soċjetà tal-klassifika bi proporzjon ta' defiċjenzi akbar mill-medja.

(10) Il-bastimenti tal-kategoriji msemmija fl-Anness V(A).

(11) Il-bastimenti li jkollhom aktar minn 13-il sena.

Biex tiġi stabilita l-ordni tal-prijorità għall-ispezzjoni tal-bastimenti elenkati hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-fattur ta' l-ambitu globali li jidher fis-sistema ta' informazzjoni Sirenac, skond l-Anness I, it-taqsima I tal-MOU. Fattur ta' l-ambitu usa' huwa indikattiv ta' prijorità ogħla. Il-fattur ta' l-ambitu usa huwa t-total tal-valuri tal-fattur ta' l-ambitu applikabbli kif definit fil-qafas ta' l-MOU. Il-partiti 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għall-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar 12-il xahar. Il-fattur ta' l-ambitu globali m'għandux ikun anqas mill-valuri stabiliti fil-partiti 3, 4, 8, 9, 10 u 11.

Iżda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7.4, il-fattur globali ta' l-ambitu m'għandux iqis il-partita 10."

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS V

A. IL-KATEGORIJI TAL-BASTIMENTI SUĠĠETTI GĦALL-ISPEZZJONI AKTAR FIL-FOND (kif imsemmi fl-Artikolu 7(1))

(1) Il-bastimenti li jġorru l-gass u l-kimiċi li jkollhom aktar minn 10 snin, kif stabilit fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment.

(2) Il-bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa li jkollhom aktar minn 12-il sena, kif stabilit fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment.

(3) It-tankers li jġorru ż-żejt b'tunellaġġ gross ta' aktar minn 3000 tunnellata metrika gross u li jkollhom aktar minn 15-il sena fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastimenti.

(4) Il-bastimenti tal-passiġġieri li jkollhom aktar minn 15-il sena minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri msemmija fl-Artikolu 2(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/ KE tad-29 ta' April 1999 dwar is-sistema ta' stħarriġ mandatarju għall-operat bla sogru ta' ro-ro ferry regolari u servizzi minn bastimenti tal-passiġġieri b'veloċità għolja [1].

(B) IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI NNOTIFIKAT LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI (kif imsemmi fl-Artikolu 7(3)(a))

(A) l-isem,

(B) il-bandiera,

(C) in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-IMO, jekk ikun hemm,

(D) it-tunellaġġ dead-weight,

(E) id-data tal-kostruzzjoni tal-bastiment, kif stabilita fuq il-bażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment,

(F) fil-każ tat-tankers taż-żejt:

(F)(a) il-konfigurazzjoni: b-buk wieħed, b-buk wieħed b'SBT, b-buk doppju,

(F)(b) il-kondizzjoni tal-merkanzija u t-tankijiet tas-saborra: mimlija, vojta, innewtralizzati,

(F)(ċ) il-volum u n-natura tal-merkanzija,

(G) il-ħin probabbli tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew l-istazzjon tal-pilota, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti,

(H) kemm hi ppjanata li ddum iż-żjara,

(I) l-operazzjonijiet ippjanati fil-port tad-destinazzjoni (tagħbija, ħatt, oħrajn),

(J) l-ispezzjonijiet statutorji ppjanati u l-manutenzjoni sostanzjali u x-xogħol ta' tiswija li għandhom isiru meta jkun fil-port tad-destinazzjoni.

(Ċ) IL-PROĊEDURI RELATATI MA' L-ISPEZZJONI AKTAR FIL-FOND TA' ĊERTI KATEGORIJI TA' BASTIMENTI (kif imsemmija fl-Artikolu 7(5))

Bla ħsara għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni, tal-bastiment jew tal-port, il-punti li ġejjin għandhom ta' l-anqas jifformaw parti minn spezzjoni aktar fil-fond. L-ispetturi għandhom ikunu konxji li din tista' tfixkel l-esekuzzjoni bla periklu ta' ċerti operazzjonijiet abbord, per eżempju, l-immaniġġar tal-merkanzija, jekk it-testijiet li jkollhom effett dirett fuqu jkun meħtieġ li jsiru waqt dawk l-operazzjonijiet.

(1) IL-BASTIMENTI B'MOD ĠENERALI (il-kategoriji fit-taqsima A)

- Meta jinqata' d-dawl u jibda jitħaddem il-ġeneratur ta' l-emerġenza,

- l-ispezzjoni tad-dwal ta' l-emerġenza,

- it-tħaddim tal-pompa ta' l-emerġenza għat-tifi tan-nar b'żewġ manki mqabbda mal-linja prinċipali tan-nar,

- it-tħaddim tal-pompi tas-sentina,

- l-għeluq tal-bibien li ma jagħmlux ilma,

- it-tniżżil fl-ilma ta' dgħajsa waħda tas-salvataġġ,

- it-test għal waqfa ta' emerġenza remota għal, per eżempju, il-bojlers, il-pompi tal-ventilazzjoni u tal-karburanti,

- l-ittestjar ta' l-apparat tat-tmun inkluż l-apparat awżiljari tat-tmun,

- l-ispezzjoni tas-sors ta' l-enerġija għall-istallazzjonijiet tar-radju f'każ ta' emerġenza,

- l-ispezzjoni u, safejn dan ikun possibbli, l-ittestjar tad-diviżorju tal-kamra tal-magna.

(2) IT-TANKERS LI JĠORRU l-GASS U l-KIMIĊI

B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond għat-tankers li jġorru l-gass u l-kimiċi:

- is-sorvelja tat-tank tal-merkanzija u l-apparat tas-sigurezza relatati mat-temperatura, il-pressa u l-ullage,

- l-analizzatur ta' l-ossiġnu u l-mekkaniżmi ta' l-esplożimetru, inkluża l-kalibrazzjoni tagħhom. Id-disponibilitàta' apparat għall-identifikazzjoni ta' kimika (il-minfaħ) b'għadd kemm hemm bżonn ta' tubi addattati għall-identifikazzjoni tal-gass fil-każ tal-merkanzija speċifika li tkun qed tinġarr,

- settijiet għal meta wieħed jaħrab mill-kabina biex jagħtu protezzjoni addattata għar-respirazzjoni u għall-għajnejn għal kull min ikun abbord (jekk ikunu meħtieġa mill-prodotti elenkati fiċ-Ċertifikat Internazzjonali dwar l-Addattabilità jew iċ-Ċertifikat ta' l-Addattabilità għall-Ġarr bl-Ingrossa ta' Kimiċi Perikolużi jew Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, skond kif japplika),

- verifika li l-prodott li qed jinġarr ikun elenkat fiċ-Ċertifikat Internazzjonali ta' l-Addattabilità jew fiċ-Ċertifikat ta' l-Addattabilità għall-Ġarr bl-Ingrossa ta' Kimiċi Perikolużi jew Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, skond kif japplika,

- l-istallazzjonijiet fissi fuq il-gverta għat-tifi tan-nar, sew jekk ragħwa jew kimika niexfa jew xi ħaġa oħra skond il-ħtieġa tal-prodott li jkun qed jinġarr.

(3) IL-BASTIMENTI GĦALL-ĠARR BL-INGROSSA

B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tal-bastimenti li jġorru bl-ingrossa:

- il-possibiltà ta' tmermir fil-bażijiet tal-makkinarju ta' fuq il-gverta,

- il-possibiltà ta' deformazzjoni u/jew ta'tmermir fil-koperturi tal-bokkaporti,

- il-possibiltà ta' xquq jew tmermir lokalizzat fil-ħitan trasversali,

- l-aċċess għall-istivi tal-merkanzija,

- l-aċċertazzjoni li d-dokumenti li ġejjin ikunu abbord, il-verifika tagħhom u l-konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà tal-klassifika tkun ikkonfermathom:

(1) ir-rapporti dwar l-istħarriġ strutturali,

(2) ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-kondizzjoni,

(3) ir-rapporti dwar il-kejl tal-ħxuna,

(4) id-dokument deskrittiv imsemmi fir-riżoluzzjoni ta' l-IMO A.744(18).

(4) IT-TANKERS LI JĠORRU Ż-ŻEJT

B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tat-tankers li li jġorru ż-żejt:

- is-sistema fissa fuq il-gverta biex titfi bir-ragħwa,

- l-apparat tat-tifi tan-nar b'mod ġenerali,

- l-ispezzjoni tad-dampers tan-nar fil-kamra tal-magna, fil-kamra tal-pompa u fl-akkomodazzjoni,

- il-kontroll tal-pressjoni fuq il-gass inattiv u l-kontenut ta' l-ossiġnu ta' ġo fih,

- it-tankijiet tas-saborra: ta' l-anqas wieħed mit-tankijiet tas-saborra fiż-żona tal-merkanzija għandu jiġi eżaminat mill-isprall tat-tank/ mill-aċċess ta' fuq il-gverta l-ewwelnett u għandu jsir dħul fih jekk l-ispettur jistabilixxi raġunijiet ċari għal aktar spezzjoni,

- l-aċċertazzjoni li d-dokumenti li ġejjin ikunu abbord, il-verifika tagħhom u l-konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà tal-klassifika jkunu kkonfermawhom:

(1) ir-rapporti dwar l-istħarriġ strutturali,

(2) ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-kondizzjoni,

(3) ir-rapporti dwar il-kejl tal-ħxuna,

(4) id-dokument deskrittiv imsemmi fir-riżoluzzjoni IMO A.744(18).

(5) IL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI MHUX KOPERTI MID-DIRETTIVA 1999/35/KE

B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima ċ 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tal-bastimenti tal-passiġġieri:

- l-ittestjar tas-sistema tal-kxif tan-nar u tas-sistema ta' l-allarm,

- l-ittestjar li l-biben tan-nar jingħalqu kif suppost,

- l-ittestjar tas-sistema li tindirizza lill-pubbliku,

- it-taħriġ għal kontra n-nar, bħala minimu, is-settijiet kollha ta' l-ilbies tal-pompiera għandhom jinħarġu għall-wiri u parti mill-ekwipaġġ tas-servitù għandha tieħu sehem,

- il-prova li l-membri prinċipali ta' l-ekwipaġġ ikunu midħla tal-pjan biex tiġi kkontrollata l-ħsara.

Fejn ikun meqjus xieraq, l-ispezzjoni tista' titkompla waqt li l-bastiment ikun fi triqtu lejn jew minn port fi Stat Membru, bil-permess tal-kaptan tal-bastiment jew l-operatur. L-ispetturi m'għandhomx ifixklu l-operat tal-bastiment, u lanqas m'għandhom iħajru sitwazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-kaptan, jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-bastiment.

"

[1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

L-Anness VIII qed jinbidel b'dan li ġej:

"

L-ANNESS VIII

Il-pubblikazzjoni tat-tagħrif relatat mad-detenzjonijiet u l-ispezzjonijiet fil-portijiet ta' l-Istati Membri (kif imsemmi fl-Artikolu 15)

(I) It-tagħrif ippubblikat skond l-Artikolu 15(1) għandu jinkludi dan li ġej:

- l-isem tal-bastiment,

- in-numru ta' l-IMO,

- it-tip tal-bastiment,

- it-tunellaġġ (gt),

- is-sena tal-kostruzzjoni kif stabilita fuq il-bażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment,

- l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju jew ta' l-operatur tal-bastiment,

- fil-każ ta' bastimenti li jġorri l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja,

- L-istat tal-bandiera,

- is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati ta' klassi, jekk ikun hemm,

- is-soċjetà jew is-soċjetàjiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera, waqt li jiġu ddikjarati ċ-ċertifikati maħruġa,

- il-port u d-data ta' l-aħħar spezzjoni aktar fil-fond li turi, fejn japplika, jekk tkunx ġiet ordnata detenzjoni,

- il-port u d-data ta' l-aħħar stħarriġ speċjali u l-isem ta' l-organizzazzjoni li tkun wettqet dan l-istħarriġ,

- l-għadd ta' detenzjonijiet matul l-24 xahar ta' qabel,

- il-pajjiż u l-port tad-detenzjoni,

- id-data meta d-detenzjoni kienet tneħħiet,

- it-tul tad-detenzjoni, fi ġranet,

- l-għadd ta' defiċjenzi li nstabu u r-raġunijiet għad-detenzjoni, f'termini ċari u espliċiti,

- id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti u, fejn japplika, mis-soċjetà tal-klassifika bħala segwitu tad-detenzjoni,

- jekk il-bastiment ikun ġie miċħud lilu l-aċċess f'xi port tal-Komunità, ir-raġunijiet għal dik il-miżura f'termini ċari u espliċiti,

- l-indikazzjoni, fejn japplika, dwar jekk is-soċjetà tal-klassifika jew xi korp ieħor privat li jkun għamel l-istħarriġ ikollux responsabbiltà rigward id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni,

- id-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu ttieħdu fil-każ ta' bastiment li kien tħalla jmur lejn l-eqreb tarzna adattata jew li kien ġie miċħud lilu aċċess għal port tal-Komunità.

(II) It-tagħrif dwar bastimenti spezzjonati ippubblikat skond l-Artikolu 15(2) għandu jinkludi dan li ġej:

- l-isem tal-bastiment,

- in-numru ta' l-IMO,

- it-tip ta' bastiment,

- it-tunellaġġ (gt),

- is-sena ta' kostruzzjoni,

- l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju jew l-operatur tal-bastiment,

- fil-każ ta' bastimenti li jġorru merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja,

- l-Istat tal-bandiera,

- is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati tal-klassi, jekk ikun hemm,

- is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera, waqt li jiġu ddikjarati iċ-ċertifikati maħruġa,

- il-pajjiż, il-port u d-data ta' l-ispezzjoni,

- l-għadd u natura tad-defiċjenzi.

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

L-Annessi li ġejjin IX, X, XI u XII għandhom jiżdiedu:"

L-ANNESS IX

Ir-rapport ta' l-ispezzjoni mħejji skond l-Artikolu 8

Ir-rapport ta' l-ispezzjoni għandu jkun fih ta' l-anqas il-punti li ġejjin:

I. Ġenerali

(1) L-awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport

(2) Id-data u l-lok ta' l-ispezzjoni

(3) L-isem tal-bastiment spezzjonat

(4) Il-bandiera

(5) It-tip tal-bastiment

(6) In-numru ta' l-IMO

(7) Is-sinjal tas-sejħa

(8) It-tunellaġġ (gt)

(9) It-tunellaġġ deadweight (fejn rilevanti)

(10) Is-sena tal-kostruzzjoni kif stabilita fuq il-bażi tad-data li tidher fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment

(11) Is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati tal-klassi, jekk ikun hemm

(12) is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetajiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera

(13) l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tal-bastiment jew ta' l-operatur

(14) L-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja fil-każ ta' bastimenti li jġorru l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa

(15) Id-data finali tal-kitba tar-rapport ta' l-ispezzjoni

(16) L-indikazzjoni li tagħrif dettaljat dwar spezzjoni jew detenzjoni jista' jkun suġġett għall-pubblikazzjoni.

(II) It-tagħrif dwar l-ispezzjoni

(1) Iċ-ċertifikati maħruġa fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, l-awtorità jew l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat/i inkwistjoni, inkluża d-data tal-ħruġu l-iskadenza

(2) Il-partijiet jew l-elementi tal-bastiment li kienu spezzjonati (fil-każ ta' spezzjoni aktar dettaljata jew aktar fil-fond)

(3) It-tip ta' l-ispezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni aktar fil-fond)

(4) In-natura tad-defiċjenzi

(5) Il-miżuri li ttieħdu.

(III) It-tagħrif addizzjonali fil-każ ta' detenzjoni

(1) Id-data ta' l-ordni tad-detenzjoni

(2) Id-data ta' l-irtirar ta' l-ordni tad-detenzjoni

(3) In-natura tad-defiċjenzi li ġabu magħhom l-ordni għad-detenzjoni (referenzi għall-konvenzjonijiet, jekk ikunu rilevanti)

(4) It-tagħrif dwar l-aħħar stħarriġ intermedjarju jew annwali

(5) L-indikazzjoni, fejn tapplika, dwar jekk is-soċjetà tal-klassifika jew xi korp ieħor privat li għamel l-istħarriġ ikollux responsabbiltà skond id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni

(6) Il-miżuri li ttieħdu.

L-ANNESS X

Id-data pprovduta fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tas-sorvelja fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17

(1) Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej dwar is-sena ta' qabel mhux aktar tard mill-1 ta' April.

1.1. L-għadd ta' spetturi li jaġixxu għan-nom tagħhom fil-qafas tal-kontroll portwali ta' l-Istat għat-tbaħħir.

Dan it-tagħrif għandu jingħata lill-Kummissjoni waqt li tintuża t-tabella mudell li ġejja.

+++++ TIFF +++++

Dan it-tagħrif għandu jiġi pprovdut f'livell nazzjonali u għal kull port ta' l-Stat Membru li jkun. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew skwadra ta' spetturi, li tkun tikkonsisti f'bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ. L-istess spettur jista' jaħdem f'aktar minn port/żona ġeografika waħda.

(1.2) L-għadd totali tal-bastimenti individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f'livell nazzjonali.

(2) L-Istati Membri għandhom jew:

(a) jipprovdu lill-Kummissjoni kull sitt xhur lista tal-movimenti tal-bastimenti individwali, minbarra s-servizzi regolari ta' ferry, li daħlu fil-portijiet tagħhom, li jkun fiha n-numru ta' l-IMO tal-bastimenti u d-data tal-wasla; jew alternattivament

(b) jipprovdu lis-Sirenac in-numri ta' l-IMO u d-data tal-wasla tal-bastimenti, minbarra s-servizzi regolari tal-ferry, li kull jum jidħlu fil-portijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista tas-servizzi regolari tal-ferry kif imsemmi fil-punti (a) u (b), mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara kull darba li jseħħu bidliet f'dawk is-servizzi.

L-ANNESS XI

(A) IL-KATEGORIJI TAL-BASTIMENTI SUĠĠETTI GĦAĊ-ĊAĦDA TA' L-AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-KOMUNITÀ (kif imsemmija fl-Artikolu 7(b)(1))

(1) It-tankers li jġorru l-gass u l-kimiċi.

(2) Il-bastimenti li jġorru l-merkanzija bl-ingrossa.

(3) It-tankers taż-żejt.

(4) Il-bastimenti tal-passiġġieri.

(B) IL-PROĊEDURI RELATATI MAĊ-ĊAĦDA TA' L-AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-KOMUNITÀ (kif imsemmija fl-Artikolu 7(b)(2))

1. Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 7b jitħarsu, l-awtorità kompetenti tal-port li fih ikun detenut il-bastiment għat-tieni jew għat-tielet darba, skond kif japplika, għandha tavża lill-kaptan u lill-proprjetarju jew lill-operatur tal-bastiment bil-miktub bl-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess mogħtija lill-bastiment.

L-awtorità kompetenti għandha wkoll tavża lill-amministrazzjoni Statali tal-bandiera, lis-soċjetà tal-klassifika kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lis-Centre administratif des affaires maritimes u lis-Segretarjat tal-MOU.

L-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess isseħħ malli l-bastiment ikun ġie awtorizzat li jħalli l-port wara li d-defiċjenzi li jwasslu għad-detenzjoni jkunu ġew irmedjati.

2. Biex l-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess tkun tista' titneħħa, il-proprjetarju jew l-operatur għandhom jindirzzaw talba formali lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tkun imponiet l-ordni għaċ-ċaħda ta' l-aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata b'ċertifikat mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera li juri li l-bastiment jikkonforma kollu kemm hu mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-konvenzjonijiet internazzjonali. It-talba għat-tneħħija ta' l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess għandha tkun akkumpanjata wkoll, fejn japplika, b'ċertifikat mis-soċjetà tal-klassifika li jkollha l-bastiment fil-klassi tagħha li tkun turi li l-bastiment ikun jikkonforma man-normi dwar il-klassi stipulati minn dik is-soċjetà.

3. L-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess tista' titneħħa biss wara spezzjoni mill-ġdid tal-bastiment f'port miftiehem mill-ispetturi ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun impona l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess u jekk tiġi provduta xhieda għas-sodisfazzjon ta' dan l-Istat Membru li l-bastiment ikun jikkonforma kollu kemm hu mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali.

Jekk il-port miftiehem ikun ġewwa l-Komunità, l-awtorità kompetenti tal-port ta' l-Istat Membru tal-port tad-destinazzjoni tista', bi ftehim ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tkun imponiet l-ordni għaċ-ċaħda ta' l-aċċess, tordna li l-bastiment imur lejn il-port tad-destinazzjoni inkwistjoni, għall-għan uniku ta' l-ivverifikar li l-bastiment ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2.

L-ispezzjoni mill-ġdid għandha tkun tikkonsisti fi spezzjoni aktar fil-fond li għandha ta' l-anqas tkopri l-punti rilevanti ta' l-Anness V, it-taqsima Ċ.

L-ispejjeż kollha ta' din l-ispezzjoni aktar fil-fond għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur.

4. Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond jissodisfaw l-Istat Membru skond il-paragrafu 2, l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess għandha titneħħa. Is-sid jew l-operatur tal-bastiment għandu jiġi avżat b'dan bil-miktub.

L-awtorità kompetenti għandha wkoll tavża bid-deċiżjoni lill-amministrazzjoni Statali tal-bandiera, lis-soċjetà tal-klassifika kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lis-Centre administratif des affaires maritimes u lis-Segretarjat tal-MOU.

5. It-tagħrif relatat ma' bastimenti li jkunu ġew imċaħħda mill-aċċess għall-portijiet tal-Komunità għandu jitqiegħed għad-disponibilità fis-sistema Sirenac u jiġi ppublikat b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 u ta' l-Anness VIII.

L-ANNESS XII

Il-ħtiġiet Internazzjonali u Komunitarji dwar is-sistemi ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ

Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin għandhom, minħabba li jkunu jżuru port ta' Stat Membru tal-Komunità, ikunu mgħammra b'sistema ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ li tilħaq in-normi ta' l-adempjenza tar-Riżoluzzjoni IMO A.861(20) u n-normi ta' l-ittestjar stabiliti bin-Norma Nru 61996 tal-Kummissjoni Elettronika Internazzjonali (IEC):

- il-bastimenti tal-passiġġieri mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara dik id-data,

- il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro mibnija qabel l-1ta' Lulju 2002, mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data,

- il-bastimenti tal-passiġġieri ħlief għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, mibnija qabel l-1ta' Lulju 2002, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004,

- il-bastimenti barra mill-bastimenti tal-passiġġieri, ta' tunellaġġ gross ta' 3000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data.

Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin u mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 għandhom, minħabba li jkunu jżuru port ta' Stat Membru fil-Komunità, jkunu mgħammra b'sistema ta' l-irrekordjar tad-data tal-vjaġġ li tkun tikkonforma man-normi rilevanti ta' l-IMO:

- il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 20000 u aktar, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007,

- il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 3000 u aktar iżda anqas minn tunellaġġ gross ta' 20000, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008.

"

--------------------------------------------------