32001L0093



Official Journal L 316 , 01/12/2001 P. 0036 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/93/KE

tad-9 ta’ Novembru ta’ l-2001

li temenda d-Direttiva 91/630/KEE li tistabilixxi n-normi minimi għall-protezzjoni tal-majjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta’ Novembru ta’ l-1991 li tistabbilixxi n-normi minimi għall-protezzjoni tal-majjali [1] kif emendata, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Permezz ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/630/KEE, il-Kumitat Xjentifiku Veterinarju adotta fit-30 ta’ Settembru 1997 l-opinjoni li tirrigwarda l-għajnuna soċjali ta’ majjali miżmuma b'mod intensiv.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li tikkonċerna l-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja [2], mħejjija fuq il-bażi tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja, tistabbilixxi d-disposizzjonijiet tal-Komunità li japplikaw għall-annimali mrobbija fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-kostruzzjoni, ta' l-insulazzjoni, tas-sħanat u tal-ventilazzjoni tal-bini għaż-żamma ta’ l-annimali, tat-tagħmir ta’ l-ispezzjoni u l-ispezzjoni ta’ l-annimali mrobbija. Huwa għalhekk meħtieġ li dawn il-materji jkunu ttrattati fl-Anness tad-Direttiva 91/630/KEE meta ħtiġiet aktar dettaljati għandhom ikunu stabbiliti.

(3) Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri ta’ ġestjoni adekwati għall-protezzjoni tagħhom għandhom ikunu meħuda sabiex itejbu l-qagħda tagħhom.

(4) Id-dfir tad-denb, il-qtugħ tas-snien u l-illimar tas-snien pjuttost li jikkaġunaw uġigħ immedjat u xi uġigħ fit-tul għall-majjali. Il-kastrazzjoni aktarx tikkaġuna uġigħ fit-tul li jkun agħar jekk ikun hemm il-tiċrit ta' l-insiġ taċ-ċelloli. Dawn il-prassi huma għalhekk detrimentali għall-benessere tal-majjali, speċjalment meta mwettqa minn persuni inkompetenti u mingħajr esperjenza. Bħala konsegwenza, regoli għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw prassi aħjar.

(5) Ir-rapport imsemmi hawn fuq tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju jirrakkomanda li, fl-interess tal-benessere tagħhom, il-majjali m'għandhomx ikunu miftuma mill-majjala f'età ta' anqas minn 28 ġurnata, sakemm is-saħħa tal-majjalini tagħha tkun b'mod ieħor effettwata ħażin ftim aktar kmieni jew ta' vantaġġ għas-saħħa tal-majjalini li jiġġustifikaw.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/630/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jananr ta’ l-2003. Għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-disposizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 9 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 33

[2] ĠU L 221, tat-8.8.1998, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

Mad-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/58/KE, il-ħtiġiet segwenti għandhom japplikaw:

1. Fil-parti tal-bini fejn il-majjali huma miżmuma l-livelli ta’ ħsejjes kontinwi għolja sa 85 dBA għandhom ikunu evitati. Ħoss kontinwu jew għall-għarrieda għandu jkun evitat.

2. Il-majjali għandhom ikunu miżmuma f’dawl b’intensità ta’ mill-anqas 40 lux għall-perjodu minimu ta’ tminn sigħat kuljum.

3. L-akkomodazzjoni tal-majjali għandha tkunu mibnija b’tali mod hekk li tippermetti l-annimali sabiex:

- ikollhom aċċess fiżiku u termali għall-spazju komdu ta' fejn jimteddu kif ukoll li jiskula sewwa u imnaddaf li jippermetti li l-annimali kollha sabiex jimteddu fl-istess ħin,

- jistrieħu u jqumu b’mod normali,

- li jaraw majjali oħra; b'dana kollu, fil-ġimgħa qabel iż-żmien mistenni għat-tifrigħ u waqt it-tifrigħ, il-majjali nisa jkunu jistgħu jinżammu ’l bogħod mid-deher ta' majjali simili oħrajn.

4. B'danakollu l-Artikolu 3(5), il-majjali għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ materjal sabiex jassiguraw l-investigazzjoni adekwata u l-attivatijiet tal-manipulazzjoni, bħal ma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom, li ma jikkompromettux is-saħħa ta’ l-annimali.

5. L-artijiet għandhom ikunu lixxi iżda ma jiżolqux sabiex jipprevenu d-disgrazzji u hekk iddisinjati, mibnija u miżmuma sabiex ma jseħħux disgrazzji jew tbatija għall-majjali. Għandhom ikunu addattati għall-qies u piż tal-majjali u, jekk l-ebda mifrex ma jkun ipprovdut, f’forma ta’ wiċċ riġidu, lixx u stabbli.

6. Il-majjali kollha għandhom ikunu mitmugħa għall-anqas darba kuljum. Meta l-majjali jkunu mitmugħa fi gruppi u mhux ad libitum jew permezz ta’ sistema awtomatika ta’ tmigħ individwali ta’ l-annimali, kull majjal għandu jkollu aċċess fl-istess ħin bħall-oħrajn fil-grupp.

7. Il-majjali kollha ta’ aktar minn ħmistax il-jum għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ ilma frisk.

8. Il-proċeduri kollha intiżi bħala intervent mwettqa għal skopijiet oħra ħlief terapewtiċi jew dijagnostiċi jew għall-identifikazzjoni tal-majjal bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti u li jirriżultaw fil-ħsara jew fit-telfa ta’ parti sensittiva tal-ġisem jew il-bidla ta’ l-istruttura ta’ l-għadam għandu jkun ipprojbit bl-eċċezzjonijiet segwenti:

- tnaqqis uniformi tas-snien tar-rokkna tal-majjali permezz t'illimar jew qtugħ minn mhux aktar tard mis-seba’ jum tal-ħajja tal-majjali li jħallu wiċċ lixx intatt; in-nejbiet tal-majjal jistgħu jitnaqqsu fit-tul meta meħtieġ sabiex inaqqsu l-feriti lill-annimali l-oħra jew għal raġunijiet ta’ sigurtà,

- il-qtugħ ta’ parti mid-denb,

- il-kastrazzjoni tal-majjali maskili permezz ta’ mezzi oħra apparti milli bil-qtugħ tan-nisġa taċ-ċelluli,

- titqib ta’ l-imnieħer biss meta l-annimali huma mrobbija fis-sistema ta’ biedja fil-beraħ u bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali.

La l-qtugħ tad-denb u lanqas it-tnaqqis ta’ snien fl-irkejjen m'għandom jitwettqu regolarment iżda biss meta jkun hemm evidenza li feriti lis-sider tal-majjali jew lill-widnejn jew lid-denb tal-majjali l-oħra ma jkunux seħħew. Qabel ma jittieħdu dawn il-proċeduri, miżuri oħra għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu l-gdim tad-denb u vizzji l-oħrajn li għandhom jieħdu konsiderazzjoni tad-densità ta’ l-ambjent u tar-razzet. Għal din ir-raġuni il-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent mhux adekwati jew sistemi ta’ ġestjoni għandhom jinbidlu.

Kwalunkwe minn dawn il-proċeduri deskritti hawn fuq għandhom jitħarġu biss minn veterinarju jew persuna mgħallma kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 5 tad-Direttiva li jkun espert fit-twettiq tat-tekniki applikati b’miżuri adekwati u permezz tal-kondizzjonijiet ta’ iġjene. Jekk il-kastrazzjoni jew il-qtugħ tad-denb ikun ipprattikat wara s-seba’ jum tal-ħajja, għandhom ikunu imwettqa taħt anesteżija u analġesia miżjuda pprolongata minn veterinarju.

KAPITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ MAJJALI

A. MAJJALI MASKILI

Il-mandri tal-majjali għandhom ikunu mmarkati u mibnija sabiex jippermettu lill-majjal li jdur madwaru u li jisma’, jxomm u jara l-majjali l-oħra. Il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkla disponibbli għall-majjal adult għandha tkun mill-anqas ta' 6 m2.

Meta l-mandri huma użati wkoll għal servizz naturali l-wisa’ ta’ l-art disponibbli għall-majjali adulti għandhom ikunu ta’ mill-anqas 10 m2 u l-mandra għandha tkun ħielsa minn ostakoli oħra. Mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003 din id-disposizzjoni għandha tapplika għall-oqsma kollha mibnija ġodda jew mibnija mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba minn din id-data. Mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2005 din id-disposizzjoni għandha tapplika għall-oqsma kollha.

B. MAJJALI FEMMINILI

1. Miżuri għandhom jittieħdu sabiex inaqqsu l-aggressjoni fil-gruppi.

2. Majjali tqal għandhom, jekk meħtieġ, ikunu ttrattati kontra l-parassiti esterni u interni. Jekk huma mqiegħda f'gaġġeġ tal-ħlas, il-majjali tqal għandhom, ikunu mnaddfa ta' sikwiet.

3. Fil-ġimgħa qabel ma l-majjala teħles għandha tkunu mogħtija l-materjal adekwat tal-bejta fil-kwantitajiet biżżejjed sakemm mhux prattikabbli teknikament għas-sistema tal-ħama' użata fl-istabbiliment.

4. Firxa mhux mfixkla fuq in-naħa ta' wara tal-majjali għandha tkun disponibbli għall-faċilità tal-ħlas naturali jew kif assistit.

5. Mandri tal-ħlas fejn il-ħnieżer ikunu miżmuma ħielsa għandhom ikollhom xi mezzi ta’ protezzjoni għall-majjali, bħall-binarji tal-ħlas.

Ċ. MAJJALI ŻGĦAR

1. Parti mill-art kollha, biżżejjed li tippermetti l-annimali sabiex jistrieħu flimkien fl-istess ħin, għandha tkun solida jew miksija b’tapit, jew mimlija bit-tiben jew materjal adekwat ieħor.

2. Meta l-gaġġeġ tal-ħlas ikunu użati, il-majjalini għandhom ikollhom spazju biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jerdaw mingħajr diffikultà.

3. L-ebda majjalini ma jistgħu jkunu miftuma mill-majjali għall-inqas għal 28 jum sakemm il-benessere jew is-saħħa ta' l-omm jew tal-majjalini ma jkunux altrimenti effettwati ħażin.

B'dana kollu, l-majjalini jistgħu jkunu miftuma sa sebgħat ijiem qabel jekk ikunu mċaqilqa f’postijiet speċjali li huma mbattla u mnaddfa sewwa u disinfettati qabel l-introduzzjoni ta’ grupp ġdid u li huma separati mill-postijiet fejn il-majjali huma miżmuma, sabiex tnaqqas it-trasmissjoni tal-mard lejn il-majjali.

D. MAJJALI LI QEGĦDIN JINFATMU U MAJJALI LI QEGĦDIN JITKABBRU

1. Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu ġlied li jmur oltre l-mġieba normali.

2. Għandhom ikunu miżmuma fi gruppi b'taħlit mill-anqas possibli. Jekk il-majjali ma jkunux midħla ma’ xulxin ikun meħtieġ li jitħalltu, dan irid ikun magħmul fl-iżgħar età possibbli, preferibbilment qabel jew sa ġimgħa wara li jinfatmu. Meta l-majjali jkunu mħallta dawn għandhom ikunu pprovduti b’opportunitajiet adekwati sabiex ikunu jistgħu jaħarbu u jistaħbew mill-majjali l-oħra.

3. Meta jseħħu sinjali ta’ ġlied gravi, il-kawżi għandhom jiġi investigati immedjatament u miżuri adekwati għandhom jittieħdu bħal ma hu proviżjoni ta’ ħafna tiben lill-annimali, jekk possibbli, jew materjal ieħor għall-investigazzjoni. L-annimali li huma fir-riskju jew aggressuri partikolari għandhom jinżammu separati mill-grupp.

4. L-użu ta’ mediċini kalmanti sabiex jiffaċilitaw it-taħlit għandu jkun illimitat għall-kondizzjonijiet eċċezzjonali u biss wara konsultazzjoni ma’ veterinarju.

--------------------------------------------------