32001L0092



Official Journal L 291 , 08/11/2001 P. 0024 - 0047


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/92/KE

tat-30 ta' Ottubru 2001

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 92/11/KEE dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif ġiet emendata l-aħħar mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/40/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom [3], kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE. B'konsegwenza ta' dan, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE dwar sistemi tal-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati japplikaw għad-Direttiva 92/22/KEE.

(2) Sabiex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tiġi standardizzata, huwa meħtieġ li jiġi introdott id-dokument ta' informazzjoni pprovdut mid-Direttiva 70/156/KEE u li jiġi mmodifikat iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni bbażat fuq l-Anness VI tiegħu.

(3) Barra minn hekk, il-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu ssimplifikati sabiex tinżamm l-għażla, ipprovduta fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, bejn ċerti direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU). Bħala l-ewwel pass, ir-rekwiżiti tekniċi tad-Direttiva 92/22/KEE għandhom jiġu mibdula b'dawk tar-Regolament Nru 43 tal-KEE/ĠM.

(4) Id-Direttivi 92/22/KEE u 70/156/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(5) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit taħt id-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/22/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE lil kwalunkwe glazing tas-sigurtà u l-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li jilħqu r-rekwiżiti strutturali u tat-testijiet imniżżla fl-Annessi."

2. 6. L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-applikazzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponenti għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi Stat Membru. L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-manifattur jew lill-rappreżentant awtorizzat tiegħu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponent konformi mal-mudell imfassal fl-Anness II A, għal kull tip ta' glazing ta' sigurtà u kull materjal ta' glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li huma japprovaw it-tip skond l-Artikolu 1."

3. Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, dwar kull approvazzjoni tat-tip ta' komponent li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva."

4. L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 8

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karrozzerija jew mingħajrha, li għandha ta' mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jimxu fuq binarji, tratturi agrikoli u tal-foresterija, u makkinarju mobbli."

5. L-Annessi huma emendati kif ġej:

(a) il-lista ta' l-annessi u l-Annessi I u II huma mibdula bl-Anness għal din id-Direttiva;

(b) l-appendiċi ta' l-Anness III huwa mħassar.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Lulju 2002, l-Istati Membri ma jistgħux, minħabba raġunijiet irrelatati ma' glazing ta' sigurtà jew il-materjali tal-glazing fuq vetturi bil-mutur jew il-karrijiet tagħhom:

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent ta' glazing tas-sigurtà jew materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-anqas

- li jirrifjutaw li jirreġistraw jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-glazing tas-sigurtà jew il-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom,

jekk dan il-glazing ta' sigurtà jew il-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata minn din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2002, l-Istati Membri:

- m'għandhomx jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

ta' kull tip ta' vettura fuq raġunijiet irrelatati ma' kwalunkwe tip ta' glazing tas-sigurtà jew l-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 92/22/KEE kif emendati b'din id-Direttiva ma jkunux sodisfatti.

3. B'effett mill-1 ta' Lulju 2003, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 92/22/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-glazing tas-sigurtà bħala komponent, kif hu mmodifikat b'din id-Direttiva, għandhom japplikaw għar-raġunijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta' spare parts, ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u li jawtorrizzaw il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' glazing tas-sigurtà u l-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li jħarsu d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/22/KEE, fil-verżjoni fis-seħħ qabel id-dħul fl-effett tad-Direttiva preżenti, sakemm dan il-glazing tas-sigurtà u l-materjali tal-glazing għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom:

- huma maħsuba biex jiġu armati ma' vetturi li diġà qegħdin jintużaw, u

- jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva applikabbli meta l-vetturi kienu rreġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-punt 9.5.1.5 li ġej huwa miżjud ma' l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE:

"9.5.1.5. Aċċessorji tal-windscreen u l-pożizzjoni li fiha huma mwaħħla flimkien ma' deskrizzjoni fil-qosor ta' kwalunkwe komponenti elettriċi/elettroniċi involuti."

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9.

[3] ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

LISTA TA' L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

| Appendiċi 1: | Id-dokument ta' l-informazzjoni rrelatat ma' tip ta' glazing ta' sigurtà |

| Appendiċi 2: | Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE rrelatat ma' tip ta' glazing tas-sigurtà |

| Appendiċi 3: | Id-dokument ta' l-informazzjoni rrelatat ma' tip ta' vettura |

| Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE rrelatat ma' tip ta' vettura |

L-ANNESS II: | Qasam ta' applikazzjoni u definizzjonijiet |

L-ANNESS II A: | Marki ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponent |

Appendiċi 1: | Eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponent |

L-ANNESS II B: | Speċifikazzjonijiet, testijiet u rekwiżiti tekniċi ġenerali u individwali |

L-ANNESS III: | Vetturi: Rekwiżiti li jirrigwardaw it-twaħħil ta' windscreens, u ta' glazing minbarra windscreens, fuq vetturi |

"

ANNESS I

Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

1. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' KOMPONENT TAT-TIP TAL-KE

1.1. L-applikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għall-approvazzjoni tat-tip għal glazing għandhom jiġu ssottomessi mill-manifattur tal-glazing tas-sigurtà.

1.2. Il-mudell tad-dokument ta' l-informazzjoni qiegħed jiġi riprodott fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.

1.3. Id-dipartiment tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi pprovdut bi:

1.3.1. numru suffiċjenti ta' biċċiet għat-testijiet jew kampjuni ta' ħġieġ tat-twieqi lesti tal-mudelli kkunsidrati, u fejn ikun meħtieġ in-numru għandu jiġi stabbilit bi ftehim mad-dipartiment tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

2. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

2.1. L-applikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għall-approvazzjoni tat-tip għall-vettura fir-rigward tal-glazing tas-sigurtà għandhom jiġu ssottomessi mill-manifattur tal-vettura.

2.2. Il-mudell tad-dokument ta' informazzjoni qiegħed jiġi riprodott fl-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness.

2.3. Id-dipartiment tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun ipprovdut bi:

2.3.1. vettura rappreżentattiva tat-tip, u l-vettura għandha tkun, jekk dan ikun meħtieġ, magħżula bi ftehim mad-dipartiment tekniku responsabbli li jmexxi t-testijiet.

3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAL-GLAZING TAS-SIGURTÀ JEW TAL-VETTURA

3.1. La darba r-rekwiżiti relevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif indikat fl-Artikolu 4(3) u, fejn xieraq, fl-Artikolu 4(4) ta' Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

3.2. Il-mudell taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u l-addenda tagħha huma riprodotti fi:

- L-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness fir-rigward ta' applikazzjonijiet taħt il-punt 1.1,

- L-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness fir-rigward ta' applikazzjonijiet taħt il-punt 2.1.

3.3. Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE huwa assenjat għal kull tip ta' glazing tas-sigurtà jew vettura. L-istess Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ta' glazing jew vettura oħra.

4. IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

4.1. Meta jsiru modifikazzjonijiet tat-tip lit-tip approvat taħt din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

5. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

5.1. Miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

Ċertifikati ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

(format massimu: A4 (210 x 297 mm)

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 1 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

WINDSCREENS TAL-ĦĠIEĠ LAMINAT

(ordinarji, trattati jew miksija bil-plastik)

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 2 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

WINDSCREENS TA' ĦĠIEĠ TAL-PLASTIK

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 3 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

ĦĠIEĠ TAT-TWIEQI IMWEBBSA B'MOD UNIFORMI

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 4 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

ĦĠIEĠ TAT-TWIEQI LAMINATI MINBARRA WINDSCREENS

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 5 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

ĦĠIEĠ TAT-TWIEQI TAL-PLASTIK MINBARRA WINDSCREENS

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 6 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

UNITAJIET BI GLAZING DOPPJU

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 7 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

IL-KONTENUT TAL-LISTA TAL-WINDSCREENS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 8 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

GLAZING TAL-PLASTIK RIĠIDU MINBARRA WINDSCREENS

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 9 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

GLAZING TAL-PLASTIK FLESSIBBLI MINBARRA WINDSCREENS

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 10 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' windscreen skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

UNITAJIET TA' GLAZING DOPPJU TAL-PLASTIK RIĠIDI

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 4

Mudell

(format massimu: A4 (210 x 297 mm)

+++++ TIFF +++++

L-Addendum 10 taċ-ċertifikat Nru…ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura skond id-Direttiva 92/22/KEE, kif ġiet emendata bid-Direttiva 2001/92/KE

+++++ TIFF +++++

ANNESS II

QASAM TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Qasam ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għal glazing tas-sigurtà u l-materjali tal-glazing maħsuba li jkunu mwaħħla bħala windscreen jew glazing ieħor jew bħala panew separattiv fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u għat-twaħħil tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' glazing għal tagħmir tad-dawl u sinjali tad-dawl u għad-dashboard, glazing speċjali li joffri protezzjoni kontra attakk, ħġieġ imwebbes u windscreens maħsuba għal vetturi użati f'ambjenti estremi u li għandhom veloċità massima ta' 40 kilometru fis-siegħa.

2. Definizzjoni

L-oġġetti in kwistjoni huma dawk imniżżla fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 43 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tal-Ġnus Magħquda, fl-iktar verżjoni riċenti adottata mill-Komunità Ewropea.

ANNESS II A

MARKI TA' L-APPROVAZZJONI TAL-KOMPONENT TAT-TIP TAL-KE

1. Il-ħġieġ tat-twieqi tas-sigurtà, inklużi l-kampjuni u l-biċċiet tat-testijiet issottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, għandhom juru l-isem u l-marka tan-negozju tal-manifattur.

2. Minnbarra l-oġġetti elenkati fil-punt 3.3 ta' l-Anness I, is-simboli għandhom jitwaħħlu b'konformità ma' dawk imniżżla fir-Regolament Nru 43 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Maqgħuda, fil-verżjoni l-iktar riċenti adottata mill-Komunità Ewropea.

ANNESS II B

SPEĊIFIKAZZJONIJIET, TESTIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI ĠENERALI U INDIVIDWALI

Bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet applikabbli għal windscreens imwebbsa (mhux koperti b'din id-Direttiva), id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali u individwali, it-testijiet u r-rekwiżiti tekniċi huma dawk imfassla fir-Regolament Nru 43 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Maqgħuda, fl-iktar verżjoni riċenti adottata mill-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------