32001L0055



Official Journal L 212 , 07/08/2001 P. 0012 - 0023


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE

tal-20 ta' Lulju 2001

dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-punt 2(a) u (b) ta' l-Artikolu 63 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) It-tħejjija ta' politika komuni dwar il-asil, inklużi l-arranġamenti komuni Komunitarji għall-asil, hija parti kostitwenti tal-għan ta' l-Ujoni Ewropea li tistabbilixxi b'mod progressiv żona ta' libertà, siġurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkustanzi, ifittxu legalment il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(2) Il-każijiet ta' l-influss bil-massa tal-persuni spostati li ma jistgħux jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom saru iktar sostanzjali fl-Ewropa fl-aħħar snin. F'dawn il-każijiet jista' jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti skemi eċċezzjonali sabiex tiġi offerta lilhom protezzjoni temporanja.

(3) Fil-konklużjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-persuni spostati minħabba l-konflitt f'din li qabel kienet il-Jugoslavja adottati minn-Ministri reponsabbli mill-immigrazzjoni fil-laqgħat tagħhom f'Londra fit-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 1992 u f'Copenhagen fl-1 u t-2 ta' Ġunju 1993, l-Istati Membri u l-Komunità esprimew it-tħassib tagħhom rigward is-sitwazzjoni tal-persuni spostati.

(4) Fil-25 ta' Settembru 1995, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar it-tqassim bejn xulxin tal-piżijiet rigward l-ammissjoni u r-residenza tal-persuni spostati fuq bażi temporanju [5], u, fl-4 ta' Marzu 1996, adotta d-Deċiżjoni 96/198/JHA dwar proċedura ta' allert u emerġenza għat-tqassim bejn xulxin rigward l-ammissjoni u r-residenza tal-persuni spostati fuq bażi temporanju [6].

(5) Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 1998 [7] jipprovdi għall-adozzjoni rapida, skond it-Trattat ta' Amsterdam, ta' l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja lill-persuni spostati minn pajjiżi terzi li ma jistgħux jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom u tal-miżuri li jippromwovu bilanċ ta' l-isforz bejn l-Istati Membri li jirċievu u jġorru l-konsegwenzi meta jirċievu persuni spostati.

(6) Fis-27 ta' Mejju 1999, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-persuni spostati mill-Kosovo. Dawn il-konklużjonijiet isejħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għalbiex jitgħallmu mill-lezzjonijiet tat-tweġiba tagħhom għall-kriżi tal-Kosovo sabiex jistabbilixxu l-miżuri skond it-Trattat.

(7) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, irrikonoxxa l-ħtieġa li jintlaħaq ftehim dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni temporanja tal-persuni spostati fuq il-bażi tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

(8) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u jġorru l-konsegwenzi ta' dawn il-persuni

(9) Dawn l-istandards huma marbuta ma' xulxin u interdipendenti għar-raġunijiet ta' l-effikaċja, il-koerenza u s-solidarjetà u sabiex, b'mod partikolari, iwarrbu r-riskju ta' movimenti sekondarji. Għandhom għalhekk jitgħaddew b'liġi fi strument legali waħdieni.

(10) Din il-protezzjoni tempoanja għandha tkun kompatibbli ma' l-obbligi internazzjonali ta' l-Istati Membri rigward ir-rifuġjati. B'mod partikolari, ma tridx tippreġudika l-għarfien ta' l-istatus tar-rifuġjat skond il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-istatus tar-rifuġjati, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, irratifikata mill-Istati Membri kollha.

(11) Il-mandat tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati fejn jirrigwarda r-rifuġjati u persuni oħra fil-ħtieġa tal-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi rrispettat, u għandu jingħata effett lid-Dikjarazzjoni Nru 17, annessa ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam, dwar l-Artikolu 63 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jipprovdi li jiġu stabbiliti konsultazzjonijiet mal-Kummissarji Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjoniet internazzjonali oħra rilevanti dwar il-materji li għandhom x'jaqsmu mal-materja ta' l-asil.

(12) Huwa fin-natura nfisha ta' l-istandards minimi illi l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jdaħħlu jew iżommu dispsizzjonijiet iktar favorevoli għall-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa tal-persuni spostati.

(13) Mogħti l-karattru eċċezzjonali tad-disposizzjonijiet stabbiliti b'din id-Direttiva sabiex jiġu ttrattati l-influss bil-massa jew influss bil-massa imminenti tal-persuni spostati minn pajjiżi terzi li ma jkunux kapaċi jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, il-protezzjoni offerta għandha tkun ta' tul limitat taż-żmien.

(14) L-eżistenza ta' influss bil-massa tal-persuni spostati għandha tiġi stabbilita b'Deċiżjoni tal-Kunsill, li għandha torbot lill-Istati Membri kollha fejn jidħlu l-persuni spostati li għalihom tapplika d-Deċiżjoni. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kondizzjonijiet għat-tmiem tad-Deċiżjoni.

(15) Għandhom jiġu stabbiliti l-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-kondizzjonijiet tar-riċeviment u r-residenza tal-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa tal-persuni spostati. Dawn l-obbligi għandhom ikunu ġusti u joffru livell adegwaat ta' protezzjoni lil dawk kkonċernati.

(16) Rigward it-trattament tal-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja skond din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta bl-obbligi taħt il-liġijiet internazzjonali li tagħhom huma parti u li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni.

(17) L-Istati Membri għandhom, f'orkestrazzjoni mal-Kummissjoni, jinfurzaw miżuri adegwati sabiex il-proċessar ta' l-informazzjoni personali jirrispetta l-istandard tal-protezzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward il-proċessar ta' l-informazzjoni personali u l-moviment ta' din l-informazzjoni [8].

(18) Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli sabiex jirregolaw l-aċċess għall-proċedura ta' l-asil fil-kuntest tal-protezzjoni temporanja fl-eventwailità ta' influss bil-massa tal-persuni spostati, skond l-obbligi internazzjonali ta' l-Istati Membri u tat-Trattat.

(19) Għandha tintgħamel disposizzjoni għall-prinċipji u l-miżuri li jirregolaw il-mawrien lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġii u għall-miżuri li jridu jittieħdu mill-Istati Membri rigward il-persuni li tkun temmitilhom il-protezzjoni temporanja.

(20) Għandha ssir disposizzjoni għal mekkaniżmu ta' solidarjetà maħsub li jikkontribwixxi sabiex jinkiseb bilanċ ta' l-isforz bejn l-Istati Membri li jirċievu u jġorru l-konsegwenzi meta jirċievu l-persuni spostati fl-eventwalità ta' influss bil-massa. Il-mekkaniżmu għandu jikkonsisti minn żewġ komponenti. L-ewwel wieħed huwa finanzjarju u t-tieni jirrigwarda r-riċeviment attwali tal-persuni fl-Istati Membri,

(21) L-implimentazzjoni tal-protezzjoni temporanja għandha tkun akkumpanjata bil-koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri f'għaqda ta' koperazzjoni mal-Kummissjoni.

(22) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-esklużjoni ta' ċertu persuni mill-protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati.

(23) Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri, li jiġu stabbiliti l-istandards minimi sabiex tingħata l-protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u l-miżuri li jippromwovu bilanċ ta' l-isforzi bejn l-Istati Membri li jirċievu u jġorru l-konsegwenzi meta jirċievu lil dawn il-persuni, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, għar-raġunijiet ta' l-iskala jew ta' l-effetti ta' l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet.

(24) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea, ir-Renju Unit ta avviż bl-ittra tas-27 ta' Settembru 2000, dwar ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(25) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, l-Irlanda mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva. B'konsegwenza ta' dan u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-Irlanda.

(26) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Il-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu jmorru lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom u li tippromwovi bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu lil dawn il-persuni u jġorru l-konsegwenzi tagħhom.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "protezzjoni temporanja" tfisser proċedura ta' karattru eċċezzjonali sabiex tipprovdi, fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati minn pajiżi terzi li ma jkunux kapaċi jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, protezzjoni immedjata u temporanja lil dawn il-persuni, b'mod partikolari jekk ikun hemm ukoll ir-riskju illi din is-sistema ta' asil ma' tkunx kapaċi li tipproċessa dan l-influss mingħajr effetti negattivi għall-ħidma effiċjenti tagħha, fl-interess tal-persuni kkonċernati u ta' persuni oħra li jitolbu l-protezzjoni;

(b) "il-Konvenzjoni ta' Ġinevra" tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 li għandha x'taqsam ma' l-istatus tar-rifuġjati, jif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967;

(ċ) "persuni spostati" tfisser iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u l-persuni mingħajr stat li kellhom iħallu l-pajjiż jew ir-reġjun ta' l-oriġini tagħhom, jew ġew evakwati, b'mod partikolari bi tweġiba għal appell mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma jkunux kapaċi jerġgħu lura f'kondizzjonijiet ta' sigurtà u tat-tul taż-żmien minħabba s-sitwazzjoni li tipprevali f'dan il-pajjiż, li jistgħu jidħlu fl-iskop ta' l-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew ta' strumenti internazzjonali jew nazzjonali li jagħtu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari:

(i) il-persuni li ħarbu minn żoni tal-konflitt bl-armi jew ta' vjolenza endemika;

(ii) il-persuni f'riskju gravi ta' vjolazzjonijiet sistematiċi jew iġġeneralizzati tad-drittijiet umani tagħhom jew li kienu l-vittmi tagħhom;

(d) "influs bil-massa" tfisser il-wasla fil-Komunità ta' numu kbir ta' persuni spostati, li jkunu ġejjin minn pajjiż speċifiku jew żona speċifika, sewwa jekk il-wasla tagħhom fil-Komunità kienet spontanja u sewwa jekk megħjuna, per eżempju permezz ta' programm ta' evakwazzjoni;

(e) "rufuġjati" tfisser iċ-ċittadini ta' pajjiż terz jew il-persuni migħajr stat fit-tifsira ta' l-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

(f) "minuri mhux akkumpanjati" tfisser ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat taħt l-età ta' tmintax-il sena, li jaslu fit-territorju ta' l-Istati Membri mhux akkumpanjat minn persuna adulta responsabbli minnhom sewwa skond il-liġi jew sewwa skond id-drawwa, u sakemm ma jitteħdux taħt il-kura ta' din il-persuna, jew il-minuri li jisfaw mhux akkumpanjati wara li jkunu daħlu fit-territorju ta' l-Istati Membri;

(g) "permess tar-residenza" tfisser kull permess jew awtorizzazzjoni maħruġin mill-awtoritajiet ta' Stat Membru u li jieħdu l-għamla pprovvduta fil-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, li jħallu lil ċittadin ta' pajiż terz jew persuna mingħajr stat jirresjiedu fit-territorju tiegħu;

(h) "sponsor" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi protezzjoni temporanja fi Stat Membru skond deċiżjoni meħuda taħt l-Artikolu 5 u li jrid li l-membri tal-familja tiegħu jew tagħha jingħaqdu miegħu jew magħha.

Artikolu 3

1. Il-protezzjoni temporanja ma għandhiex tippreġudika ir-rikonoxximent ta' l-istatus ta' rifuġjat skond il-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-protezzjoni temporanja b'rigward mistħoqq għad-dritijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fejn jidħol in-nuqqas tat-tfigħ lura.

3. L-istabbiliment, l-implimentazzjoni u t-temma tal-protezzjoni temporanja għandhom ikunu bla ħsara għal konsultazzjonijiet regolari ma' l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (l-UNHCR) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti.

4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-persuni li jkunu ġew aċċettati taħt skemi tal-protezzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prerogattiva ta' l-Istati Membri li jadottaw jew iżommu kondizzjonijiet iktar favorevoli għall-persuni koperti bi protezzjoni temporanja.

KAPITOLU II

It-tul taż-żmien u l-implimentazzjoni tal-protezzjoni temporanja

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, it-tul taż-żmien tal-protezzjoni temporanja għandu jkun ta' sena. Għajr jekk mitmuma skond it-termini ta' l-Artikolu 6(1)(b), tista' tiġi estiża awtomatikament b'perjodi taż-żmien ta' sitt xhur għall-masimu ta' sena.

2. Meta jippersistu raġunjijiet għall-protezzjoni temporanja, il-Kunsill jista' jiddeċiedi b'maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha teżamina wkoll kull talba minn Stat Membru, biex jissottometti proposta lill-Kunsill, li jtawwal il-protezzjoni temporanja għal sa sena.

Artikolu 5

1. L-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati għandha tiġi stabbilita b'Deċiżjoni tal-Kunsill adottata b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha teżamina wkoll kull talba minn Stat Membru biex jissottometti proposta lill-Kunsill

2. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha mill-inqas tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-gruppi speċifiċi tal-persuni li għalihom trid tapplika l-protezzjoni temporanja;

(b) id-data li fiha tidħol fl-effett il-protezzjoni temporanja;

(ċ) stima ta' l-iskala tal-movimenti tal-persuni spostati.

3. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandu jkollha l-effett li ddaħħal il-protezzjoni temporanja tal-persuni spostati li għalihom tirreferi, fl-Istati Membri kollha, skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Id-Deċiżjoni għandha mill-inqas tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-gruppi speċifiċi tal-persuni li għalihom tapplika l-protezzjoni temporanja;

(b) id-data li fiha tidħol fl-effett il-protezzjoni temporanja;

(ċ) it-tagħrif irċevut mill-Istati Membri dwar il-kapaċità tagħhom li jirċevuhom;

(d) it-tagħrif mill-Kummissjoni, l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra rilevanti.

4. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tkun imsejsa fuq:

(a) eżami tas-sitwazzjoni u l-iskala tal-movimenti tal-persuni spostati;

(b) stima dwar kemm hu tal-parir li tiġi stabbilita l-protezzjoni temporanja, filwaqt li jitqies il-potenzal tal-għajnuna ta' l-emerġenza u tal-azzjoni għar-raġunijiet jew in-nuqqas ta' adegwatezza ta' dawn il-miżuri;

(ċ) it-tagħrif irċevut mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra rilevanti.

5. Il-Parlament Ewropew għandu jkun imgħarraf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Artikolu 6

1. Il-protezzjoni temporanja għandha ttenn:

(a) meta jtemm it-tul massimu taż-żmien; jew

(b) f'kull żmien, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha teżamina wkoll kull talba minn Stat Membru biex jissottometti proposta lill-Kunsill.

2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tkun imsjejsa fuq kif jiġi stabbilit il-fatt illi s-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini tkun hekk li tippermetti l-mawrien lura fis-sigurtà u għat-tul taż-żmien ta dawk konċessi l-protezzjoni temporanja b'rigward mistħoqq għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-obbligi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw in-nuqqas tat-tfigħ lura. Il-Parlament Ewropew għandu jkun imgħarraf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri jistgħu jtawlu l-protezzjoni temporanja kif ipprovvdut f'din id-Direttiva għall-kategoriji addizzjonali tal-persuni spostati lil hemm minn dawk li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill ipprovvduta fl-Artikolu 5, meta jiġu spostati għall-istess raġunijiet u mill-istess pajjiż jew reġjun ta' l-oriġini. Għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni minnufih.

2. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 24, 25 u 26 ma għandhomx japplikaw għall-użu tal-possibbiltà riferita fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta' l-appoġġ strutturali inkluż fil-Fond Ewropew tar-Rifuġjati stabbilit bid-Deċiżjoni 2000/596/KE [9], taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU III

L-obbligi ta' l-Istati Membri lejn il-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħieġa sabiex jipprovdu lill-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja bil-permessi tar-residenza għat-tul intier taż-żmien tal-protezzjoni. Għandhom jinħarġu dokumenti u xiehda oħra ekwivalentri għal dan il-għan.

2. Ikun kemm ikun il-perjodu taż-żmien tal-validità tal-permessi tar-residenza rifierit fil-paragrafu 1, it-trattament konċess mill-Istati Membri lill-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja jista' jkun inqas favorevoli minn dak iddikjarat fl-Artikoli minn 9 sa 16.

3. L-Istati Membri għandhom, jekk meħtieġ, jippovdu lill-persuni li jridu jiġu ammessi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet ta' protezzjoni temporanja b'kull faċilità sabiex jiksbu l-viżi meħtieġa, inklużi l-viżi tat-transitu. Il-formalitajiet iridu jitnaqqsu għall-minimu minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni. Il-viżi għandhom ikunu mingħajr ħlas jew l-ispiża tagħhom għal minimu.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja dokument, fi lsien li x'aktarx ikunu jifhmuh, li fih ikunu ddikjarati d-disposizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-protezzjoni temporanja u li jkunu rilevanti għalihom.

Artikolu 10

Sabiex jgħinu l-applikazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kunsill riferita fl-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni personali riferita fil-punt (a) ta' l-Anness II, rigward il-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja fit-territorju tagħhom.

Artikolu 11

Stat Membru għandu jieħu lura persuna li tgawdi protezzjoni temporanja fit-territorju tiegħu jekk il-persuna msemmija tibqa' fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, jew tfittex li tidħol fih mingħajr awtorizzazzjoni matul il-perjodu taż-żmien kopert bid-Deċiżjoni tal-Kunsill riferita fl-Artikolu 5. Fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx dak tal-protezzjoni temporanja, persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja li jidħlu għall-attivitijajiet tax-xogħol jew tax-xogħol għal rasu, bla ħsara għar-regoli li japplikaw għall-professjoni, kif ukoll f'attivitajiet bħalma huma opportunitajiet ta' l-edukazzjoni tal-persuni adulti, it-taħriġ professjonali u l-esperjenza prattika fuq ix-xogħol. Għar-raġunijiet tal-politiki tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-prijorità liċ-ċittadini ta' l-UE u liċ-ċittadini ta' l-Istati marbuta bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi residenti legalment li jirċievi l-benefiċċju tal-qagħad. Il-liġijiet ġenerali fis-seħħ fl-Istati Membri li japplikaw għall-ħlasijiet, għandhom japplikaw għall-aċċess għas-sistema tas-sigurtà soċjali li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tax-xogħol jew min jaħdem għal rasu u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.

Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja għandu jkollhom aċċess għal akkommodazzjoni xierqa jew, jekk meħtieġ, jirċievu l-mezzi biex jiksbu dar.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzzjonijiet sabiex il-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja jirċievu l-assistenza meħtieġa f'termini ta' solliev soċjali u mezzi tal-għixien, jekk m jkollhomx riżorsi biżżejjed, kif ukoll għall-kura medika. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-assistenza meħtieġa għall-kura medika għandha mill-inqas tinkludi l-kura waqt emerġenza u t-trattamenrt essenzali tal-mard.

3. Meta l-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja jidħlu għal attivitajiet tax-xogħol jew xogħol għal rasu, u meta jiġi ffissat il-livell propost tal-għajnuna, għandha titqies l-abbiltà tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġiet tagħhom infushom.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovvdu l-assistenza medika mneħtieġa jew assistenza oħra lill-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja li jkollhom ħtiġiet speċjali, bħalma huma l-minuri mhux akkumpanjati jew il-persuni li jkunu għaddew mit-tortura, l-istupru jew għamliet oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jikkonċedu lill-persuni taħt it-18-il sena li jgawdu l-protezzjoni temporanja l-aċċess għas-sistema ta' l-edukazzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru ospitatur. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu illi dan l-aċċess jista' jkun riservat għas-sistema statali ta' l-edukazzjoni biss.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-persuni adulti li jgawdu mill-protezzjoni temporanja l-aċċess għas-sistema ġenerali ta' l-edukazzjoni.

Artikolu 15

1. Għall-għan ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet fejn il-familji diġà eżistenti fil-pajjiż ta' l-oriġini jigu mifruda minħabba ċ-ċirkostanzi li jkollhom x'jaqsmu ma' l-influss bil-massa, il-persuni li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala membri tal-familja:

(a) ir-raġel jew il-mara tal-sponsor/a jew is-sieħeb/sieħba tiegħu/tagħha f'relazzjoni stabbli, meta l-leġislazzjoni jew il-prattika ta' l-Istat Membru kkonċernat jittrattaw l-koppji mhux miżżewġa f'manjiera paragunabbli mal-koppji miżżewġa skond il-liġijiet tiegħu li għandhom x'jaqsmu mal-barranin; it-tfal minuri mhux miżżewġa tal-sponsor jew tas-sieħeb tagħha/sieħba tiegħu, mingħajr distinzjoni jekk tweldux barra miż-żwieġ jew ġew adottati;

(b) qraba oħra mill-qrib li għexu flimkien bħala parti minn unità ta' familja fiż-żmien tal-ġrajjiet li wasslu għall-influss bil-massa, u li dak iż-żmien kienu dipendenti totalment jew fil-biċċa l-kbira mill-sponsor.

2. Fil-każijiet meta l-membri mifruda tal-familja jgawdu l-protezzjoni temporanja fi Stati Membri differenti, l-Istati Membri għandhom jgħaqqdu mill-ġdid lill-membri tal-familja meta dawn ikunu sodisfatti illi l-membri tal-familja jaqgħu taħt id-deskrizzjoni tal-paragrafu 1(a), filwaqt li jqisu x-xewqa tal-membri tal-familja msemmija. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu mill-ġdid lill-membri tal-familja meta dawn ikunu sodisfatti illi l-membri tal-familja jaqgħu taħt id-deskrizzjoni tal-paragrafu 1(b), filwaqt li jqisu fuq il-bażi ta' każ b'każ it-tbatija estrema li dawn jiffaċċjaw jekk ma ssirx ir-rijunifikazzjoni.

3. Meta sponsor jgawdi l-protezzjoni temporanja fi Stat Membru u membru jew iktar tal-familja ma jkunux għadhom fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn il-sponsor jgawdi l-protezzjoni temporanja għandu jgħaqqad mill-ġdid lill-membri tal-familja, li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni, mal-sponsor fil-każ tal-membri tal-familja meta jkun sodisfatt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni fil-paragrafu 1(a). L-Istat Membru jista' jgħaqqad mill-ġdid lill-membri tal-familja, li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni, mal-sponsor fil-każ tal-membri tal-familja meta dan ikun sodisfatt illi jaqgħu taħt id-deskrizzjoni tal-paragrafu 1 (b), filwaqt li jqis fuq il-bażi ta' każ b'każ it-tbatija estrema li dawn jiffaċċjaw jekk ma ssirx ir-rijunifikazzjoni.

4. Meta jkunu qegħdin japplikaw dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interessi tat-tifel/tifla.

5. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeċiedu, filwaqt li jqisu l-Artikoli 25 u 26, f'liema Stat Membru għandha ssir ir-rijunifikazzjoni.

6. Il-membri tal-familja magħquda mill-ġdid għandhom jiġu konċessi l-permessi tar-residenza taħt protezzjoni temporanja. Għandhom jinħarġu dokumenti u xiehda oħra ekwivalentri għal dan il-għan. It-trasferimenti tal-membri tal-familja għal ġot-territorju ta' Stat Membru ieħor bil-għan tar-rijunifikazzjoni skond il-paragrafu 2, għandhom jirriżultaw fl-irtirar tal-permessi tar-residenza maħruġa, u t-tmiem ta' l-obbligi lejn il-persuni kkonċernati fejn tidħol il-protezzjoni temporanja, fl-Istat Membru tat-tluq.

7. L-implimentazzjoni prattika ta' dan l-Artikolu tista' tinvolvi l-koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati.

8. Fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jipprovdi t-tagħrif, kif iddikjarat fl-Anness II, dwar persuna li tkun qiegħda tirċievi l-protezzjoni temporanja li tkun meħtieġa sabiex jipproċessa materja skond dan l-Artikolu.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri malajr kemm jista' jkun sabiex jiżguraw ir-rappreżentanza meħtieġa tal-minuri mhux akkumpanjati li jgawdu l-protezzjoni temporanja b'kustodja legali jew, meta meħtieġ, ir-rappreżentanza minn organizzazzjoni li tkun responsabbli mill-kura u s-saħħa tal-minuri, jew b'rappeżentanza oħra approprjata.

2. Matul il-perjodu taż-żmien tal-protezzjoni temporanja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-minuri mhux akkumpanjati jitqiegħdu:

(a) ma' qraba adulti;

(b) ma' familja tar-rispett;

(ċ) f'ċentri ta' l-akkoljenza bi provvedimenti speċjali għall-minuri, jew f'akkommodazzjoni oħra xierqa għall-minuri.

(d) ma' persuna li tkun ħadet kura tat-tifel/tifla meta kienu qegħdin jaħarbu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jgħinu l-postament. Għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri ftehim mal-persuna adulta jew mal-persuni adulti kkonċernati. Għandhom jitqiesu l-veduti tat-tifel/tifla skond l-età u l-maturità tagħhom.

KAPITOLU IV

L-aċċess għall-proċedura ta' l-asil fil-kuntest tal-protezzjoni temporanja

Artikolu 17

1. Il-persuni li jgawdu minn protezzjoni temporanja jridu jkunu kapaċi jiddepożitaw applikazzjoni għall-asil f'kull ħin.

2. L-eżaminazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-asil mhux ipproċessata qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-protezzjoni temporanja għandha tiġi kkompletata qabel it-tmiem ta' dan il-perodu taż-żmien.

Artikolu 18

Għandhom japplikaw il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi deċiż liema Stat Membru jkun responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għall-asil. B'mod partikolari, l-Istat Membri resposabbli mill-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-asil issottomessa minn persuna li tgawdi l-protezzjoni temporanja skond din id-Direttiva, għandu jkun l-Istat Membru li jkun aċċetta t-trasferiment tiegħu lejn it-teritorju tiegħu.

Artikolu 19

1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-protezzjoni temporanja ma' titgawdiex simultanjment ma' l-istatus ta' min ikun qiegħed ifittex l-asil waqt li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati l-applikazzjonijiet.

2. Meta, wara li tkun ġiet eżaminata applikazzjoni għall-asil, jew meta ma jiġix konċess, meta applikabbli, tip ieħor ta' protezzjoni lil persuna sabiex tgawdi jew tkun qiegħda tgawdi protezzjoni temporanja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, li din il-persuna tgawdi jew tissokta tgawdi l-protezzjoni temporanja għall-bqija tal-perjodu taż-żmien tal-protezzjoni.

KAPITOLU V

Il-mawrien lura u l-miżuri wara li tkun temmrt il-protezzjoni temporanja

Artikolu 20

Meta ttemm il-protezzjoni temporanja, għandhom japplikaw il-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni temporanja u dwar il-barranin, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21, 22 u 23.

Artikolu 21

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmli possibbli l-mawrien lura tal-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja li l-protezzjoni temporanja tagħhom tkun temmet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-disposizzjonijiet li jirregolaw il-mawrien lura volontarju tal-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja jiffaċilitaw il-mawrien lura tagħhom b'rispett għad-dinjità umana.

L-Istat Membru għandu jiżgura illi d-deċiżjoni ta' dawn il-persuni li jmorru lura tittieħed fil-għarfien sħiħ tal-fatti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal viżti esploratorji.

2. Sakemm ma tkunx temmet il-protezzjoni temporanja, l-Istati Membri għandhom jagħtu, fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li jkunu jipprevalu fil-pajjiż ta' l-oriġini, konsidrazzjoni favorevoli għat-talbiet tal-mawrien lura lejn l-Istat Membru ospitatur minn persuni li jkunu gawdew il-protezzjoni temporanja u eżerċitaw id-dritt tagħhom għal mawrien lura volontarju.

3. Mat-tmiem tal-protezzjoni temporanja, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-obbligi stabbiliti fil-kapitolu III jiġu estiżi b'mod individwali mill-persuni li kienu koperti bi protezzjoni temporanja u jkunu qegħdin jibbenefikaw minn programm ta' mawrien lura volontarju. L-estensjoni għandu jkollha effett sad-data tal-mawrien lura.

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-mawrien lura bil-forza tal-persuni li l-protezjoni temporanja tagħhom tkum temmet u li ma jkunux eliġibbli għall-ammissjoni għandu jiġi kondott b'rispett mistħoqq għad-dinjità umana.

2. F'każijiet ta' mawrien lura bil-forza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kull raġuni umanitarja ta' kostrizzjoni li tista' tagħmel il-mawrien lura impossibbli jew mingħajr raġuni f'każijiet speċifiċi.

Artikolu 23

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tar-residenza tal-persuni li jkunu gawdew il-protezzjoni temporanja u li, minħabba l-istat tas-saħħa tagħhom, ma jkunux jistgħu jiġu mistennija b'mod raġjonevoli li jivvjaġġaw; meta, per eżempju, isofru effetti negattivi jekk tiġi interrotta l-kura tagħhom. Ma għandhomx jiġu espulsi safejn u sakemm tissokta din is-sitwazzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-familji li t-tfal tagħhom ikunu minuri u jattendu skola fl-Istat Membru li jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet tar-residenza li jippermettu lit-tfal kkonċernati li jikkompletaw il-perjodu korrenti taż-żmien ta' l-iskola.

KAPITOLU VI

Is-Solidarjetà

Artikolu 24

Il-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva għandhom jibbenefikaw mill-Fond Ewropew tar-Rifuġjati stabbilit bid-deċiżjoni 2000/596/KE, skond it-termini stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 25

1. L-Istati Membri għandhom jirċievu persuni li jkunu eliġibbli għall-protezzjoni temporanja fi spirtu ta' solidarjetà Komunitarja. Dawn għandhom jindikaw - f'ċifri jew f'termini ġenerali - il-kapaċità tagħhom li jirċievu lil dawn il-persuni. Dan it-tagħrifi għandu jiġi ddikjarat skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill riferita fl-Artikolu 5. Wara li tkun ġiet adottata din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jindikaw il-kapaċità addizzjonali dwar kemm jistgħu jirċievu billi jinnotofikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dan it-tagħrif għandu jitgħadda b'ħeffa lill-UNHCR.

2. L-Istati Membri kkonċernati, filwaqt li jaġixxu f'koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jiżguraw illi l-persuni eliġibbli ddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill riferita fl-Artikolu 5, li ma jkunux għadhom waslu fil-Komunità jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li jiġu rċevuti ġewwa t-territorju tagħhom.

3. Meta n-numru ta' dawk li huma eliġibbli għal protezzjoni temporanja wara influss għall-għarrieda u massiv jaqbeż il-kapaċità tar-riċeviment riferit fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu, bħala materja ta' urġenza, jeżamina s-stwazzjoni u jieħu l-azzjoni approprjata, inkluż li jirrakkomanda appoġġ addizzjonali għall-Istati Membri affettwati.

Artikolu 26

1. Għat-tul taż-żmien tal-protezzjoni temporanja, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejn xulxin rigward it-trasferiment tar-residenza għall-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja minn Stat Membru għall-ieħor, bla ħsara għall-kunsens tal-persuni kkonċernati b'dan it-trasferiment.

2. Stat Membru għandu jikkomunika r-rapporti għat-trasferiment lejn l-Istati Membri l-oħra u jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-UNHCR. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istat Membru tat-talba dwar il-kapaċità tagħhom li jirċievu lil dawk li jiġu ttrasferiti.

3. Fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jipprovdi t-tagħrif, kif iddikjarat fl-Anness II, dwar persuna li tkun qiegħda tgawdi l-protezzjoni temporanja li tkun meħtieġa sabiex tpi pproċessata materja skond dan l-Artikolu.

4. Meta jsir trasferiment minn Stat Membru għall-ieħor, għandu jiskadi l-permess tar-residenza fl-Istat Membru tat-tluq u għandhom itemmu l-obbligi lejn il-persuni kkonċernati li jkollhom x'jaqsmu mal-protezzjoni temporanja fl-Istat Membru tat-tluq. L-Istat Membru ġdid ospitatur għandu jikkonċedi l-protezzjoni temporanja lill-persuni kkonċernati.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw il-pass mudell iddikjarat fl-Anness I rigward it-trasferimenti bejn l-Istati Membri tal-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja.

KAPITOLU VII

Il-Koperazzjoni amministrattiva

Artikolu 27

1. Għall-għanijiet tal-koperazzjoni amministrattiva meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-protezzjoni temporanja, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jaħtar punt nazzjonali tal-kuntatt, li l-indirizz tiegħu għandu jiġi kkomunikat lil xulxin u lill-Kummissjoni. F'għaqda mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jistabbilixxu koperazzjoni diretta u skambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, regolarment u malajr kemm jista' jkun, l-informazzjoni li tirrigwarda n-numru tal-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja u tagħrif sħiħ dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-protezzjoni temporanja.

KAPITOLU VIII

Disposizzjoniet Speċjali

Artikolu 28

1. L-Istati Membri jistgħu jeskludu persuna mill-protezzjoni temporanja jekk:

(a) ikun hemm raġunijiet serji li jiġi kkundsirat illi:

(i) hu jew hi jkunu kkommettew delitt kontra l-paċi, delitt tal-gwerra, jew delitt kontra l-umanità, kif iddefiniti fl-istrumenti internazzjonali mfassla għalbiex jagħmlu disposizzjoni rigward dawn id-delitti;

(ii) hu jew hi jkunu kkommettew delitt serju mhux politiku barra mill-Istat Membru tal-lqugħ qabel l-ammissjoni tiegħu jew tagħha f'dan l-Istat Membru bħala persuna li tgawdi l-protezzjoni temporanja. Il-gravità tal-persekuzzjoni mistennija trid tiġi ppreżenata kontra n-natura ta' l-offiża kriminali li tagħha tkun issuspettata l-persuna kkonċernata. B'mod partkolari, azzjonijiet krudili, saħanitra jekk kommess b'għan allegat politiku, jistgħu jiġu kklasifikati bħala delitti gravi mhux politiċi. Dan japplika kemm għall-parteċipanti fid-delitt u kemm għall-istigaturi tiegħu;

(iii) hu jew hi jkunu nstabu ħatja ta' atti kuntrarju għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b) ikun hemm raġunijiet sodi sabiex hu jew hi jitqiesu bħala periklu għas-sigurtà ta' l-Istat Membru ospitatur jew, wara li jkunu nstabu ħatja minn setenza finali tal-qorti rigward delitt gravi, hu jew hi jkunu ta' periklu għall-komunità ta' l-Istat Membru ospitatur,

2. Ir-raġunijiet għall-esklużjoni riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu msejsa biss fuq il-kondotta personali tal-persuna kkonċernata. Id-deċiżjonijiet jew il-miżuri dwar l-esklużjoni għandhom ikunu msesa fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità.

KAPITOLU IX

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 29

Il-persuni li jkunu ġew esklużi mill-benefiċċju ta' protezzjoni temporanja jew ta' rijunifikazzjoni tal-familja minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jagħmlu sfida legali fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 30

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonli adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u disswasivi.

Artikolu 31

1. Mhux iktar tard minn sentejn wara d-data speċifikata fl-Artikolu 32, il-Kummisjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull tagħrif li jkun approprjat sabiex jitfassal dan ir-rapport.

2. Wara li jiġi ppreżentat ir-rapport riferit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri mill inqas kull ħames snin.

Artikolu 32

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 33

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 34

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Vande Lanotte

[1] ĠU C 311 E, tal-31.10.2000, p. 251.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 155, tad-29.5.2001, p. 21.

[4] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU C 262, tas-7.10.1995, p. 1.

[6] ĠU L 63, tat-13.3.1996, p. 10

[7] ĠU C 19, tal-20.1.1999, p. 1.

[8] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31

[9] ĠU L 252, tas-6.10.2000, p. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

It-tagħrif riferit fl-Artikoli 10, 15 u 26 tad-Direttiva jinkludi safejn u sakemm meħtieġ d-dokument jew iktar jew l-informazzjoni jew iktar li ġejjin:

(a) l-informazzjoni personali tal-persuna kkonċernata (l-isem, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, l-istatus maritali, ir-relazzjoni familjari);

(b) id-dokumenti ta' l-identità u d-dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata;

(ċ) id-dokumenti li jirrigwardaw ix-xiehda ta' relazzjoni familjari (iċ-ċertifikat taż-żwieġ, iċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat ta' l-adozzjoni);

(d) tagħrif ieħor essenzjali sabiex jiġu stabbiliti l-identità tal-persuna jew ir-relazzjoni familjari;

(e) il-permessi tar-residenza, id-deċiżjonijiet rigward ir-rifjut tal-viża jew il-permess tar-residenza maħruġa lill-persuna kkonċernata mill-Istat Membru u d-dokumenti li jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjonijiet;

(f) l-applikazzjonijiet għall-viża u għall-permess tar-residenza ddepożitati mill-persuna kkonċernata u li jkunu għadhom pendenti fl-Istat Membru, u l-istadju milħuq fil-proċessar ta' dawn.

L-Istat Membru li jipprovdi għandu jinnotifika kull tagħrif ikkorreġut lill-Istat Membru tat-talba.

--------------------------------------------------