32001L0012



Official Journal L 075 , 15/03/2001 P. 0001 - 0025


Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill

tas-26 ta' Frar 2001

Li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 [4] tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat fit-22 ta' Novembru 2000 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferroviji tal-Komunità [5] għandha tiġi emendata sabiex tiġi kkunsidrata l-esperjenza flimkien ma' l-implimentazzjoni tagħha u l-iżviluppi fis-settur tal-linji tal-ferrovija li seħħu mill-addozzjoni tagħha 'l hawn, sabiex jiġi assikurat li l-objettivi tagħha jintlaħqu.

(2) Hemm bżonn li jiġi garantit aċċess ġust u mhux diskriminatorju għall-bżonnijiet infrastrutturali permezz tas-separazzjoni ta' ċerti funzjonijiet essenzjali u/jew il-ħolqien ta' regolatur tal-linji tal-ferrovija li jissodisfa l-funzjonijiet ta' kontroll u ta' implimentazzjoni kif ukoll permezz tas-separazzjoni tal-kontijiet u l-karti tal-bilanċ tal-qligħ u tat-telf.

(3) Huwa meħtieġ ukoll li jiġi ggarantit aċċess ġust u mhux diskriminatorju għall-bżonnijiet infrastrutturali permezz tas-separazzjoni tal-funzjonijiet irrelatati mas-sigurtà u/jew il-ħolqien ta' regolatur tal-linji tal-ferrovija li jissodisfa l-funzjonijiet tal-kontroll u l-implimentazzjoni. F'kull każ l-impriżi ferrovjarji jistgħu jkunu nvoluti fl-enforzar u fis-sorvelljanza ta' l-istandards tas-sigurta b'mod mhux diskriminatorju.

(4) L-estensjoni tad-drittijiet ta' aċċess għandha, bħala ma hu l-każ fir-rigward ta' mezzi oħra tat-trasport, tipproċedi f'għaqda ma' l-implimentazzjoni parallela tal-miżuri armonizzanti meħtieġa relatati.

(5) B'mod konformi ma' l-oġġettiv tat-tlestija tas-suq intern, li għandu jinkludi l-possibbiltà li l-impriżi ferrovjarji liċenzjati kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' sigurtà jkunu jistgħu jipprovdu servizzi, id-dritt ta' aċċess għandu, għal perijodu transitorju ta' massimu ta' seba' snin, jiġi estiż għall-impriżi ferrovjarji liċenzjati għat-trasport internazzjonali ta' oġġetti fuq network iddefinita, imsejħa n-Network ta' Tagħbija Ferrovjarja Trans Ewropea, li tinkludi aċċess għal, u provvista ta', servizzi fit-termini u fil-portijiet prinċipali. Wara dan il-perjodu transitorju, in-Network tat-Tagħbija Ferrovjarja Trans Ewropea għandha tkopri n-network ferrovjarja Ewropea kollha u l-impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw drittijiet ta' aċċess għaliha għat-trasport ta' merkanzija internazzjonali.

(6) Id-dritt ta' aċċess huwa ggarantit lill-impriża ferrovjarja liċenzjata li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' sigurtà u li tfittex aċċess, ikun xi jkun il-mezz ta' operazzjoni.

(7) L-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jagħtu drittijiet ta' aċċess li huma iktar estensivi minn aċċess għal impriżi ferrovjarji li joperaw trasport magħqud internazzjonali għal gruppi internazzjonali li joperaw servizzi internazzjonali u lill-impriżi li joperaw servizzi ta' merkanzija internazzjonali fin-Network ta' Merkanzija Ferrovjarja Trans Ewropea. L-użu ta' dawn id-drittijietta' aċċess aktar estensivi jistgħu jkunu limitati għal impriżi ferrovjarji liċenzjati fl-Istati Membri fejn drittijiet ta' aċċess ta' natura simili jkunu mogħtija, sakemm din il-limitazzjoni tkun kompatibbli mat-Trattat.

(8) Sabiex jippromwovu l-amministrazzjoni effiċjenti ta' l-infrastruttura fl-interess pubbliku, l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jingħataw status indipendenti mill-Istat, u l-libertà biex jamministraw l-affarijiet interni tagħhom, waqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp u l-użu ħieles mill-perikli ta' l-infrastruttura ferrovjarja.

(9) Sabiex tiġi promossa l-operazzjoni effiċjenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u sabiex tiġi assigurata trasparenza fl-iffinanzjar tagħhom, inkluż il-kumpens finanzjarju kollu jew l-għajnuna mħallsa mill-Istat, hemm bżonn li jinżammu separati l-kontijiet tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija.

(10) Huwa meħtieġ li jiġu implimentati numru ta' miżuri sabiex jiġi sorvelljat aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jiġi evalwat l-effett tal-miżuri adottati u jiġi analizzat l-impatt tal-miżuri prevvisti mill-Kummissjoni.

(11) Għandhom jiġu stabbiliti korpi bi grad suffiċjenti ta' indipendenza biex jirregolaw il-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi ferrovjarji meta ma jkun hemm ebda entitajiet li jwettqu dik il-funzjoni.

(12) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tagħmel il-proposti xierqa.

(13) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(14) Huma meħtieġa miżuri speċifiċi sabiex jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet speċifiċi ġeopolitiċi u ġeografiċi ta' ċerti Stati Membri kif ukoll l-organizzazzjoni speċifika tas-settur ferrovjarju f'diversi Stati Membri waqt li tiġi żgurata l-integrità tas-suq intern.

(15) B'mod konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-oġġettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu żviluppati l-linji tal-ferroviji tal-Komunità, ma jistgħux jinkisbu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati termini ta' aċċess ġusti u non-diskriminatorji għall-infrastruttura kif ukoll biex ikunu kkunsidrati d-dimensjonijiet internazzjonali b'mod manifest involuti fl-operazzjoni ta' elementi sinifikanti tan-networks ferrovjarji, u għalhekk, ikunu jistgħu minħabba l-bżonn ta' azzjoni trans-nazzjonali koordinata, jinkisbu aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma teċċedix dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-oġġettivi.

(16) Id-Direttiva 91/440/KEE għandha tkun emendata kif imiss,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/440/KEE qiegħda tiġi emendata skond kif ġej:

1) it-titolu tas-Sezzjoni I għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Qasam ta" applikazzjoni u Definizzjonijiet';

2) L-Artikolu 1 għandu jiġi mħassar;

3) il-paragrafu li ġej għandu jiġu miżjud ma' l-Artikolu 2:

"3. Impriżi li l-operazzjonijiet ferrovjarji tagħhom huma limitati biex jipprovdu biss servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn ġol-Mina tal-Kanal huma esklużi mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għajr għall-Artikoli 6(1), 10 u 10a.";

4) L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

a) l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej:

"impriża ferrovjarja"; għandha tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skond il-leġislazzjoni tal-Komunità applikabbli, li n-negozju ewlieni tagħha jkun li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' oġġetti u/jew passiġġieri bil-ferrovija b'kondizzjoni li l-impriża trid tassigura trazzjoni, din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;

"amministratur ta"; l-infrastruttura' għandha tfisser kull korp jew impriża responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja. Din tista' tinkludi wkoll l-amministrazzjoni ta' sistemi infrastrutturali ta' kontroll u sigurtà. Il-funzjonijiet ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura fuq network jew parti minn network jistgħu jiġu allokati lil korpi jew impriżi differenti";

b) l-inċiż li ġej għandu jiġi infilzat wara r-raba' inċiż:

"servizz ta"; merkanzija internazzjonali' għandu jfisser servizzi ta' trasport fejn ferrovija taqsam ta' mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun marbuta u/jew mifruda u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu ta' mill-anqas fruntiera waħda";

5) it-titolu tas-Sezzjoni II għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-indipendenza ta' l-amministrazzjoni";

6) L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li fir-rigward tat-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern fuq kwistjonijiet amministrattivi, ekonomiċi u ta' kontabilità l-impriżi ferrovjarji jkollhom status indipendenti li b'konformità miegħu huma jżommu, b'mod partikolari, assi, budgets u kontijiet li huma separati minn dawk ta' l-Istat.

2. Waqt li jirrispettaw l-qafas u r-regoli speċifiċi dwar tariffi u allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri, l-amministratur infrastrutturali għandu jkollu responsabbiltajiet għat-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern tiegħu stess";

7) L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jassiguraw li accounts ta' profitt u telf u paġni tal-bilanċ jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ irrelatat mal-provvediment ta' servizzi ta' trasport minn impriżi ferrovjarji u, minn naħa l-oħra, għall-kummerċ irrelatat ma' l-immaniġġjar ta' l-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma jistgħux jiġu trasferiti lill-oħra.

Il-kontijiet għal dawn iż-żewġ oqsma ta' attività għandhom jinżammu b'mod li jirrifletti din il-projbizzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizzazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura għandha tkun immexxija minn entità separata.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, elenkati fl-Anness II, jkunu fdati lill-korpi jew lid-ditti li ma jipprovdux huma stess xi servizzi ta' trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill-istrutturi organizzattivi, irid jinwera li dan l-oġġettiv jkun inkiseb.

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor il-ġbir tal-ħlasijiet u r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni ta' l-infrastruttura ferrovjarja, bħall-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

4. L-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandha tkun soġġetta għal rapport mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 10b, li għandu jiġi sottomess sal-15 ta' Marzu 2006";

8) L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-ferrovija nazzjonali tagħhom waqt li jikkunsidraw, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Komunità.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-istandards u r-regoli tas-sigurtà jiġu stabbilti, l-impriżi tar-rolling stock u dawk ferrovjarji jiġu ċċertifikati kif imiss u l-inċidenti jiġu investigati. Dan ix-xogħol għandu jitwettaq minn korpi jew impriżi li ma jipprovdux servizzi ta' trasport bil-ferrovija huma stess u li huma indipendenti minn korpi u impriżi li jagħmlu dan, b'tali mod li jiggarantixxu aċċess għall-infrastruttura ekwu u non-diskriminatorju.

L-impriżi tal-ferrovija għandhom japplikaw dawn l-istandards u regoli tas-sigurtà. Sakemm l-Istati Membri ma jiddelegawx l-inkarigu ta' enforzar u tas-sorvelljanza lil korpi indipendenti, huma jistgħu jeħtieġu jew jippermettu li l-impriżi ferrovjarji jkunu involuti biex jagħmlu ċert li n-normi u r-regoli ta' sigurtà jiġu enforzati u sorvelljati waqt li jiggarantixxu l-eżekuzzjoni newtrali u non-diskriminatorja ta' dawn il-funzjonijiet.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-maniġer ta' l-infrastruttura, waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 73, 87 u 88 tat-Trattat, finanzjament konsistenti ma' l-inkarigi, id-daqs u r-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda.

4. Fil-qafas ta' politika ġenerali stabbilita mill-Istat, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jagħmel pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta' investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex jassigura l-użu u l-iżvilupp ottimu u effiċjenti ta' l-infrastruttura waqt li jassigura bilanċ finanzjarju u jipprovdi mezzi biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi.";

9) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 9:

"3. Għajnuna mogħtija minn Stati Membri biex tħassar id-djun li hemm referenza għalihom f'dan l-Artikolu għandha tingħata skond l-Artikoli 73, 87 u 88 tat-Trattat.";

10) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 9:

"4. Fil-każ ta' impriżi ferrovjarji l-kontijiet ta' qligħ u ta' telf, u jew il-karti tal-bilanċ jew il-prospetti annwali ta' assi jew responsabbiltajiet għandhom jinżammu u jiġu ppubblikati għal kummerċ irrelatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija. Fondi mħallsa għal attivitajiet irrelatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament fil-kontijiet separati rilevanti u ma jistgħux jiġu trasferiti għal attivitajiet irrelatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.";

11) L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 10

1. Gruppi internazzjonali għandhom jingħataw drittijiet ta' aċċess u ta' transitu fl-Istati Membri ta' l-istabbiliment ta' l-impriżi ferrovjarji kostitwenti, kif ukoll drittijiet ta' transitu fi Stati Membri oħra, għal servizzi internazzjonali bejn l-Istati Membri fejn l-impriżi li jikkostitwixxu l-imsemmija gruppi huma stabbiliti.

2. Impriżi ferrovjarji li jaqgħu taħt l-iskop ta' l-Artikolu 2 għandhom jingħataw, fuq kondizzjonijiet ekwi, aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri l-oħra għall-iskop li joperaw servizzi magħquda tat-trasport ta' oġġetti.

3. Ikun xi jkun il-mod ta' l-operazzjoni, l-impriżi ferrovjarji li jaqgħu taħt l-iskop ta' l-Artikolu 2 għandhom jingħataw, fuq kondizzjonijiet ekwi, l-aċċess li huma jfittxu għan-Network ta' Merkanzija Ferrovjarja Trans-Ewropea ddefinita fl-Artikolu 10 (a) u fl-Anness I u, f' kull każ wara l-15 ta' Marzu 2008, għan-network ferrovjarju kollu, bl-iskop li joperaw servizzi internazzjonali ta' trasport ta' merkanzija.

4. Fuq talba ta' Stati Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-enforzar ta' dan l-Artikolu, u fi żmien xahrejn minn meta tirċievi talba ta' din ix-xorta u wara li tikkonsulta lill-Kumitat li għalih issir referenza fl-Artikolu 11a(2), tiddeċiedi jekk il-miżura rrelatata tistax tkompli tiġi applikata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 226 tat-Trattat, kwalunkwe Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien limitu ta' xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista', f'ċirkustanzi eċċezzjonali jieħu deċiżjoni differenti fi żmien perjodu ta' xahar.

5. Kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta f'servizzi ta' trasport ferrovjarji taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jikkonkludu l-ftehimijiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa fuq il-bażi tal-liġi pubblika u privata mal-maniġers ta' l-infrastruttura ta' l-infrastruttura ferrovjarja użata bil-għan li jirregolaw kwistjonijiet ta' kontroll ta' traffiku u ta' sigurtà li jirrigwardaw dak it-trasport. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ftehim ta' din ix-xorta għandhom ikunu non-diskriminatorji u, jekk applikabbli, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar dwar l-allokazzjoni tal-kapaċita ta' l-infrastruttura ferrovjarja u tal-ġbir ta' ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura ferrovjarja u taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà [7].

6. Aċċess għal-linja, u l-forniment ta' servizzi fit-terminals u l-portijiet marbuta ma' l-attivitajiet ferrovjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2 u 3, li jservu jew li potenzjalment iservu iktar minn klijent finali wieħed, għandhom jiġu pprovduti lill-impriżi kollha ferrovjarji b'mod mhux diskriminatorju, u t-talbiet mill-impriżi ferrovjarji jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet biss kemm-il darba jeżistu alternattivi vijabbli taħt kondizzjonijiet tas-suq.

7. Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti Komunitarji u nazzjonali li jirrigwardaw il-politika ta' kompetizzjoni u l-istituzzjonijiet b'responsabbiltà f'dak il-qasam, il-korp regolatorju stabbilit taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2000/14/KE, jew kwalunkwe korp ieħor li jgawdi l-istess grad ta' indipendenza għandu jissorvellja l-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, inkluż is-suq tat-trasport ferrovjarju ta' merkanzija.

Dak il-korp għandu jkun stabbilit skond ir-regoli ta' l-Artikolu 30 (1) ta' l-imsemmija Direttiva. Kull applikant jew parti interessata tista' tippreżenta lment ma' dan il-korp jekk iħoss li jkun ġie trattat inġustament, kien soġġett għal diskriminazzjoni jew ġie b'xi mod inġurjat. Fuq il-bażi ta' l-ilment u, fejn xieraq, fuq l-inizzjattiva tiegħu stess, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi kemm jista' jkun malajr dwar miżuri xierqa biex jiġu kkoreġuti xi żviluppi mhux mixtieqa f'dawn is-swieq. Sabiex jassigura l-possibbiltà meħtieġa ta' kontroll ġudizzjarju u l-kooperazzjoni rekwiżita bejn il-korpi regolatorji nazzjonali, l-Artikolu 30 (6) u l-Artikolu 31 ta' l-imsemmija Direttiva għandhom japplikaw f'dan il-kuntest.

8. B'mod konformi ma' l-Artikolu 14 li jipprovdi għal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat minn proposti addattati dwar it-tkomplija ta' l-azzjoni tal-Komunità biex tiżviluppa s-suq ferrovjarju u l-qafas legali li jirregolah, u f'kull każ wara l-15 ta' Marzu 2008, in-Network Trans-Ewropew ta' Trasport ta' Merkanzija bil-Ferrovija ddefinita fl-Artikolu 10a u fl-Anness I, li tagħti aċċess għat-trasport internazzjonali ta' oġġetti lill-impriżi ferrovjarji ddefiniti fl-Artikolu3, għandhom jiġu estiżi biex ikopru n-network ferrovjarja Ewropea kollha. L- impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw, fuq in-network kollha u fuq kondizzjonijiet ġodda, aċċess garantit u transitu għat-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti.";

12) fis-Sezzjoni V

"Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja"

għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 10a

1. In-Network Trans-Ewropea ta' Trasport ta' Merkanzija bil-Ferrovija tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

a) Linji ferrovjarji kif indikat fil-mapep fl-Anness I.

b) Rotot ta' diverżjoni, fejn approprjat, partikolarment madwar infrastruttura fejn hemm konġestjoni skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/14/KE. Meta jiġu offruti dawn ir-rotot, il-ħinijiet totali tal-vjaġġi kollha għandhom jiġu salvagwardjati sa fejn dan ikun vijabbli.

ċ) Aċċess tal-linji għat-terminals li jservu jew li potenzjalment iservu iktar minn klijent wieħed u għal siti u faċilitajiet oħrajn, inklużi l-linji li jwasslu lejn jew joħorġu minn dawn.

d) Aċċess għal-linji lejn jew minn portijiet kif elenkati fl-Anness I, inklużi l-linji li jgħaqqdu.

2. Il-linji li jgħaqqdu msemmija fil-paragrafu 1(ċ) u (d) jkopru f'kull tarf tal-vjaġġ 50 km jew 20 % tat-tul tal-vjaġġ fuq il-linji ferrovjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), skond liema minnhom huwa l-ikbar.

Il-Belġju u l-Lussemburgu, bħala Stati Membri b'network relattivament żgħira, jistgħu jillimitaw it-tul tal-linji li jgħaqqdu fl-ewwel sena wara l-15 ta' Marzu 2003 sa minimu ta' 20 km u sa l-aħħar tat-tieni sena b'minimu ta' 40 km.";

13) wara s-Sezzjoni V "Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja", għandha tiżdied din it-taqsima li ġejja:

"IT-TAQSIMA Va

Xogħol ta' sorvelljanza tal-Kummissjoni

Artikolu 10b

1. Sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru 2001 il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tissorvelja l-kondizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq tat-trasport ferrovjarju Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ċert li r-riżorsi adegwati jkunu disponibbli biex jippermettu s-sorvelljanza effettiva ta' dan is-settur.

2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-utenti, sabiex ikunu kapaċi jissorveljaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jevalwaw l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw l-impatt tal-miżuri pjanati mill-Kummissjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-użu tan-networks u l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet ippjanati għas-settur ferrovjarju, partikolarment l-iċċarġjar ta' l-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, ir-regolament tas-sigurtà u l-illiċenzjar u l-grad ta' l-armonizzazzjoni li tevolvi. Hija għandha tassigura kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji approprjati fl-Istati Membri.

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji

b) il-kondizzjonijiet ta' l-istruttura

ċ) l-istat tan-Network Merkantili Ferrovjarja Trans-Ewropea

d) l-utilizzazzjoni tad-drittijiet ta' l-aċċess

e) l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi

f) limitazzjonijiet ta' l-infrastruttura, u

g) il-ħtieġa ta' leġislazzjoni."

14) L-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 11

1. L-Istati Membri jistgħu jressqu kwalunkwe mistoqsija dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Deċiżjonijiet approprjati għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura konsultattiva li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2).

2. L-emendi meħtieġa biex jiġu addattati l-Annessi għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura regolatorja li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11a(3).";

15) l-Artikolu li ġej għandu jiġi infilzat:

"Artikolu 11a

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jiġu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jiġu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.";

16) L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Sal-15 ta' Marzu 2005 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva akkumpanjat minn proposti addattati dwar it-tkomplija ta' l-azzjoni Komunitarja biex tiżviluppa s-suq ferrovjarju u l-qafas legali li jirregolah.";

17) L-Artikolu li ġej għandu jiġi infilzat:

"Artikolu 14a

1. Għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Marzu 2003, L-Istati Membri li ġejjin:

- L-Irlanda, bħala Stat Membru allokat fuq gżira b'konnessjoni ferrovjarja ma' Stat Membru ieħor wieħed biss

- Ir-Renju Unit, fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, fuq l-istess bażi, u

- Il-Greċja, bħala Stat Membru li m'għandu ebda konnessjoni diretta ma' l-ebda Stat Membru ieħor,

m'għandhomx għalfejn japplikaw il-kondizzjoni li jafdaw korp indipendenti bil-kompitu li jistabbilixxi aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3), l-ewwel sottoparagrafu u l-inkarigi stabbiliti fl-Artikolu 7(2), l-ewwel sottoparagrafu, sa fejn dawn l-Artikoli jobbligaw lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-inkarigi li għalihom issir referenza fl-imsemmija Artikoli.

2. Madankollu, fejn:

a) iktar minn impriża ferrovjarja waħda liċenzjata skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/18/KE, jew, fil-każ ta' l-Irlanda u r-Renju Unit, kumpanija ferrovjarja hekk liċenzjata band'oħra, tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi ferrovjarji kompetittivi fi, għal jew mill-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq jew il-Greċja, l-applikabbiltà kontinwata ta' din id-deroga għandha tiġi deċiża skond il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2); jew

b) impriża ferrovjarja li topera servizzi ferrovjarji fl-Irlanda, fl-Irlanda ta' Fuq jew fil-Greċja tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi ferrovjarji fuq, għal jew mit-territorju ta' Stat Membru ieħor (fil-każ ta' l-Irlanda, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, jew it-tnejn, Stat Membru ieħor barra t-territorji tagħhom), id-deroga li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika.

Fi żmien sena minn meta jirċievu jew id-deċiżjoni li hemm refernza għaliha fil-punt (a) adottata skond il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2), jew in-notifika ta' l-applikazzjoni uffiċjali li hemm referenza għaliha fil-punt (b), l-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati (l-Irlanda, ir-Renju Unit fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, jew il-Greċja) għandhom idaħħlu leġislazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

3. Id-deroga li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, tista' tiġi mġedda għal perijodi mhux itwal minn ħames snin. Mhux iktar tard minn 12-il xahar qabel id-data ta' l-għeluq tad-deroga Stat Membru li jinqeda minn tali deroga jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni għal deroga mġedda. Kull talba ta' din ix-xorta trid tiġi sostanzjata. Il-Kummissjoni għandha teżamina talba ta' din ix-xorta u tadotta deċiżjoni skond il-proċedura konsultattiva li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 11a(2). L-imsemmija proċedura konsultattiva għandha tapplika għal kwalunkwe deċiżjoni rrelatata mat-talba.

Waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju fi, minn u lejn l-Istat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.

4. Il-Lussemburgu bħala Stat Membru b'network ferrovjarja relattivament żgħira m'għandux bżonn japplika sal-31 ta' Awissu 2004 il-kondizzjoni li jagħti lil korp indipendenti l-funzjonijiet li jistabbilixxu aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3), l-ewwel sottoparagrafu, sakemm huwa jobbliga lill-Istati Membri oħra biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-inkarigi li għalihom issir referenza f'dak l-Artikolu."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Marzu 2003. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 26 ta' Frar 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU Ċ 321, 20.10.1998, p. 6, u ĠU Ċ 116 E, 26.4.2000, p. 21.

[2] ĠU Ċ 209, 22.7.1999, p. 22.

[3] ĠU Ċ 57, 29.2.2000, p. 40.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 1999 (ĠU Ċ 175, 21.6.1999, p. 115), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru 1999 (ĠU Ċ 54, 25.2.2000, p. 56), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2000 (ĠU Ċ 288, 11.10.2000, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil- (Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Frar 2001 u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000.

[5] ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[7] Ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PORTIJIET

IL-BELĠJU

Antwerpen/Anvers

Gent/Gand

Zeebrugge/Zeebruges

ID-DANIMARKA

Ålborg

Århus

Esbjerg

Fredericia

København

Nyborg

Odense

IL-ĠERMANJA

Brake

Bremen/Bremerhaven

Brunsbüttel

Cuxhaven

Emden

Hamburg

Kiel

Lübeck

Nordenham

Puttgarden

Rostock

Sassnitz

Wilhelmshaven

Wismar

IL-GREĊJA

Akenamdqoýpokiy

Eketrßma

Püsqa

PeiqaiÜy

Herrakomßjg

Bükoy

SPANJA

Algeciras

Almería

Barcelona

Bilbao

Cartagena-Escombreras

Gijón

Huelva

Tarragona

Valencia

Vigo

FRANZA

Bayonne

Bordeaux

Boulogne

Calais

Cherbourg

Dunkerque

Fos-Marseille

La Rochelle

Le Havre

Nantes

Port-la-Nouvelle

Rouen

Sète

St-Nazaire

L-IRLANDA

Cork

Dublin

L-ITALJA

Ancona

Bari

Brindisi

C. Vecchia

Genova

Gioia Tauro

La Spezia

Livorno

Napoli

Piombino

Ravenna

Salerno

Savona

Taranto

Trieste

Venezia

IL-LUSSEMBURGU

L-OLANDA

Amsterdam Zeehaven

Delfzijl/Eemshaven

Vlissingen

Rotterdam Zeehaven

Terneuzen

L-AWSTRIJA

IL-PORTUGALL

Leixões

Lisboa

Setúbal

Sines

IL-FINLANDJA

Hamina

Hanko

Helsinki

Kemi

Kokkola

Kotka

Oulu

Pori

Rauma

Tornio

Turku

L-ISVEZJA

Göteborg-Varberg

Helsingborg

Luleå

Malmö

Norrköping

Oxelösund

Stockholm

Trelleborg-Ystad

Umeå

IR-RENJU UNIT

Il-portijiet kollha konnessi bil-ferrovija

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista tal-funzjonijiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3):

- preparazzjoni u teħid tad-deċiżjonjiet irrelatati ma' l-illiċenzjar ta' impriżi ferrovjarji inklużi l-għoti ta' liċenzi individwali,

- it-teħid ta' deċiżjonijiet irrelatati ma' l-allokazzjoni ta' passaġġi inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta' passaġġi tal-ferrovija individwali,

- it-teħid ta' deċiżjonijiet marbuta ma' l-iċċarġjar ta' l-infrastruttura,

- l-osservanza tas-sorveljanza ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku meħtieġa fil-provvista ta'ċerti servizzi.

--------------------------------------------------