32001L0006



Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0042 - 0042


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/6/KE

tad-29 ta' Jannar 2001

li tadatta għat-tielet darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNTAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif l-aħħar emendata bil-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/62/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jikkontjeni r-Regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, s-soltu magħruf bħala "l-RID", kif applikabbli mill-1 ta' Lulju 1999.

(2) Ir-RID huwa aġġornat kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata tkun fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2001 b'perjodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2002, ħlief għal merkanzija perikoluża tal-klassi 7 (materjal radjoattiv), li għalih il-perjodu transitorju jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2001.

(3) Huwa għalhekk neċessarju li l-Anness mad-Direttiva jiġi emendat 96/49/KE.

(4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża prevista fid-Direttiva 96/49/KE,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE huwa sostitwit b'li ġej:

"

L-ANNESS

Regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru bħala l-Anness I ma' l-Appendiċi B għal COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Lulju 2001, dwar il-fehma li "Parti Kontraenti" u "l-Istati jew il-ferroviji" jiġu sostitwiti bi "Stat Membru"

NB:

It-test konsolidat tal-verżjoni 2001 tar-RID ikun ippubblikat kif it-test ikun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

"

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva li jikkonċernaw il-merkanzija perikoluża tal-klassi 7 sal-31 ta' Diċembru 2001 u li jikkonċernaw merkanzija perikoluża ta' klassijiet oħrajn sal 31 ta' Diċembru 2002 fl-iktar tard. Għandhom jgharrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċe President

[1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25.

[2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 44.

--------------------------------------------------