32001F0220



Official Journal L 082 , 22/03/2001 P. 0001 - 0004


Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill

tal-15 ta' Marzu 2001

dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali

(2001/220/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(b) miġjubin fih,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Portugiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) B'mod konformi mal-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif l-aħjar għandhom jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam fuq żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, b'mod partikolari il-punti 19 u 51(ċ), sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat, il-kwistjoni tas-sostenn tal-vittma għandha tiġi ndirizzata, permezz ta' stħarriġ komparattiv ta' l-iskemi ta' appoġġ tal-vittmi u permezz ta' stima tal-fattibilltà ta' teħid ta' azzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni ssottomettiet komunikat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku fl-14 ta' Lulju 1999 intitolat "Il-vittmi tal-kriminalità fl-Unjoni Ewropea: riflezzjonijiet fuq standards u azzjoni". Il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni fuq il-komunikat tal-Kummissjoni fil-15 ta' Ġunju 2000.

(3) Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, b'mod partikolari il-punt 32 tiegħu, jistipulaw li għandhom jiġu stabbiliti standards minimi dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, b'mod partikolari dwar l-aċċess tal-vittmi tal-kriminalità għall-ġustizzja u d-dritt tagħom għal-kumpens għad-danni, inklużi l-ispejjes legali. Flimkien ma' dan, għandhom jitwaqqfu programmi nazzjonali sabiex jiġu finanzjati l-miżuri, publiċi u mhux governattivi, sabiex tingħata assistenza u protezzjoni lill-vittmi.

(4) L-Istati Membri għandhom iqarrbu l-liġijiet u r-regolamenti tagħom safejn ikun hemm bżonn sabiex jinkiseb l-għan li l-vittmi tal-kriminalità jingħataw l-għola livell ta' protezzjoni, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu jinsabu.

(5) Għandhom jiġu kkunsidrati u indirizzati l-bżonnijiet tal-vittmi b'mod komprensiv u kordinat,billi jiġu evitati soluzzjonijiet parzjali jew inkonsistenti li jistgħu jikkawżaw vittimizzazzjoni sekondarja.

(6) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni kwadru mhumiex għalhekk konfinati għall-ħarsien ta' l-interessi tal-vittmi li jkunu għaddejjin minn proċeduri kriminali propja. Dawn ikopru wkoll certi miżuri sabiex ikunu assistiti l-vittmi qabel u wara l-proċeduri kriminali,li jistgħu itaffu l-effetti tal-att kriminali.

(7) Il-miżuri li jassistu l-vittmi tal-kriminalità, u b'mod partikolari d-disposizzjonijiet rigward il-kumpens u l-medjazzjoni ma' jikkonċernawx l-arranġamenti taħt il-proċedura ċivili.

(8) Ir-regoli u l-prattiċi rigward il-posizzjoni u d-drittijiet prinċipali tal-vittmi għandhom jiġu mifhuma, id-dritt għall-protezzjoni fil-fażijiet kollha tal-proċedura u d-dritt għal-konċessjoni għall-iżvantaġġ li jġib miegħu l-għijxien fi Stat Membru differenti minn dak li fih ikun twettaq l-att kriminali.

(9) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru madankollu ma' jimponux obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-vittma tkun trattata b'mod ekwivalenti għal dak ta' parti mill-proċeduri.

(10) L-involviment ta' servizzi speċjalizzati u gruppi ta' appoġġ għal vittmi qabel, matul u wara l-proceduri kriminali huwa importanti.

(11) Għandu jingħata taħriġ addattat u adegwat lill-persunal li jiġi f'kuntatt mal-vittmi, billi dan huwa essenzali kemm għal vittmi u kemm għal-kisba tal-finijiet tal-proċeduri.

(12) Għandu jsir użu ta' l-arranġamenti ta' kollegament tal-punti ta' kuntatt eżistenti fl-Istati Membri, kemm taħt is-sistema ġudizzjarja jew dawk bażati fuq strutturi ta' gruppi ta' appoġġ għall-vittmi,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIZJONI KWADRU:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni kwadru:

(a) "vittma" għandha tfisser persuna fiżika li tkun sofriet danni, inkluż ħsara fiżika jew mentali, tbatija emozzjonali jew telf ekonomiku, kawżati direttament minn atti jew ommissjonijiet li bi ksur tal-liġi kriminali ta' Stat Membru;

(b) "Organizzazzjoni ta' appoġġ għal-vittmi" għandha tfisser organizzazzjoni mhux governattiva, legalment stabbilita fi Stat Membru, li l-appoġġ tagħa għal-vittmi tal-kriminalità tingħata mingħajr ħlas u, jekk titwettaw taħt kondizzjonijiet xierqa, tikkomplementa l-azzjoni ta' l-Istat f'dan il-qasam;

(ċ) "proċeduri kriminali" għandha tinftiehem b'mod konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) "proċeduri" għandha tiġi interpretata bħala li tinkludi, flimkien mal-proċeduri kriminali, il-kuntatti kollha tal-vittmi ma' kull awtorità, servizz pubbliku jew organizzazzjoni ta' appoġġ għal-vittmi b'konnessjoni mal-każ tagħhom, qabel, matul, jew wara l-proċess kriminali.

(e) "medjazzjoni fil-każi kriminali" għandha tinftiehem bħala t-tfittxija, qabel jew matul il-proċeduri kriminali, għal-soluzzjoni negozjata bejn il-vittma u l-awtur tar-reat, medjata minn persuna kompetenti.

Artikolu 2

Rispett u rikonoxximent

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi jkollhom rwol sinifikanti u xieraq fis-sistema legali kriminali tieghu. Dan għandu jkompli jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li l-vittmi jkunu trattati bir-rispett dovut għad-dinjità ta' l-individwu matul il-proċeduri u għandu jirrikonoxxi d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittmi b'refernza partikolari għall-proċeduri kriminali.

2. Kulll Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi li jkunu partikolarment vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċifiku li l'aktar ikun addattat għaċ-ċirkostanzi tagħhom.

Artikolu 3

Seduti, u l-provvista ta' provi

Kull Stat Membru għandhu jissalvagwardja l-possibbiltà għall-vittmi li jinstemgħhu matul il-proċeduri u li jkunu fornuti provi.

Kull Stat Membru għandhu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu isaqsu lill-vittma biss safejn ikun neċessarju għall-finijiet tal-proċeduri kriminali.

Artikolu 4

Id-dritt għall-informazzjoni

1. Kull Stat Membri għandu jiżgura li l-vittmi b'mod patikolari jkollhom aċċess, sa mill-ewwel kuntatt tagħhom ma' l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi, b'kull mezz meqjus xieraq u safejn ikun possibli bil-lingwi li jinftehmu komunement, għall-informazzjoni relevanti għall-ħarsien ta' l-interessi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun ta' l-anqas kif ġej:

(a) it-tip ta' servizzi jew organizzazzjonijiet li għalihom ikunu jistgħu jirrovolġu għall-appoġġ;

(b) it-tip ta' appoġġ li jistgħu jiksbu;

(ċ) fejn u kif jistgħu jirrapportaw reat;

(d) il-proċeduri ta' wara rapport u r-rwol tagħhom b'konnessjoni ma' dawn il-proċeduri;

(e) kif u taħt liema kondizzjonijiet dawn jistgħu jiksu protezzjoni;

(f) safejn u taħt liema kondizzjonijiet għandhom aċċess għal:

(i) parir legali jew

(ii) għajnuna legali, jew

(iii) kull xorta ta' parir ieħor,

jekk, fil-każijiet previsti fil-punt (i) u (ii), dawn ikunu intolati li jirċievuha;

(g) ir-rekwiżiti sabiex ikunu intitolati għal kumpens;

(h) jekk ikunu residenti fi Stat Membru ieħor, kull arrangament speċjali disponibbli għalihom sabiex jipproteġu l-interessi tagħhom.

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi li jkunu esprimew ix-xewqa f'dan is-sens jinżammu informati:

(a) bir-riżultat ta' l-ilment tagħhom;

(b) il-fatturi relevanti li jippermettulhom li, fil-każ ta' proċeduri legali, li jkunu jafu bl-iżvolġiment tal-proċeduri legali rigward il-persuna imħarrka għal reati li jikkonċernawhom, minbarra f'każi eċċezzjonali fejn il-ġestjoni tal-każ tista' tkun affettwata ħażin;

(ċ) is-sentenza tal-qorti.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li, għal anqas fil-każi fejn jista' jkun hemm periklu għall-vittmi, meta l-persuna mħarrka jew sentenzata tinħeles, tista' tittieħed deċiżjoni sabiex jekk ikun hemm bżonn il-vittma tiġi avżata.

4. Safejn Stat Membr jibgħat fuq inizzjattiva tiegħu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 2 u 3, dan għandu jiżgura li l-vittmi jkollhom id-dritt li ma jirċevuhiex, sakemm il-komunikazzjoni tagħha ma tkunx obligatorja skond il-proċeduri kriminali relevanti.

Artikolu 5

Salvagwardji tal-komunikazzjoni

Kull Stat Membru għandu jieħu, fir-rigward tal-vittmi li jkollhom l-istatus ta' xhieda jew partijiet mill-proċeduri, il-proċeduri neċessarji sabiex inaqqas safejn ikun possibli id-difikultajiet ta' komunikazzjoni rigward il-fehma jew l-involviment tagħhom fil-passi relevanti tal-proċeduri kriminali in kwistjoni, safejn ikun meħtieġ sabiex ikun komparabbli ma' miżuri ta dan it-tip li jieħu fir-rigward tal-konvenuti.

Artikolu 6

Assistenza speċifika lill-vittma

Kull Stat Membri għandu jiżgura li l-vittma jkollha aċċess għal parir skond l-Artikolu 4(1)(f)(iii), provdut mingħajr ħlas fejn ikun xieraq, rikward ir-rwol tagħhom fil-proċeduri u, fejn ikun xieraq, għajnuna legali skond l-Artikolu 4(1)(f)(ii), fejn ikun possibbli għalihom li jkunu rikonoxxuti bħala partijiet għal proċeduri kriminali.

Artikolu 7

L-ispejjeż tal-vittmi rigward il-proċeduri kriminali

Kull Stat Membru għandu, skond id-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli, jikkonċedi l-possibbiltà li l-vittmi li jkunu rikonoxxuti bħala partijiet jew xhieda jkunu rimborsati l-ispejjeż li jkunu saru bħala riżultat tal-parteċipazzjoni leġittima tagħhom fil-proċeduri kriminali.

Artikolu 8

Id-dritt għall-protezzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għall-vittmi u, fejn ikun xieraq, lill-familji tagħhom jew persuni f'posizzjoni simili, partikolarment rigward is-sigurtà tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza tagħhom, fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw li jkun hemm riskju serju ta' tpattija jew evidenza serja ta' l-intenzjoni li ssir intrużjoni fil-privatezza tagħhom.

2. Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li jkun possibli li jadotta, jekk ikun hemm bżonn, bħala parti mill-proċeduri fil-qrati, miżuri appropjati sabiex jitħarsu l-privatezza u l-immaġni fotografika tal-vittmi u l-familji tagħhom jew perdsuni f-posizzjoni simili.

3. Kull Stat Membri għandhu barra minn hekk jiżgura li jiġi evitat kull kuntatt bejn il-vittmi u l-ħatja fil-bini tal-qrati, sakemm il-proċeduri kriminali ma jkunux jitolbu dan il-kuntatt. Fejn ikun xieraq għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu progressivament jipprovdi li l-bini tal-qrati jkollhom żoni ta' stennija apposta għall-vittmi.

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fejn ikun hemm bżonn li jiġu protetti l-vittmi - partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli - mill-effetti tax-xhieda fil-qorti miftuħa, il-vittmi jistgħu, permezz ta' deċiżjoni meħuda mill-qorti, ikunu intitolati jixhdu b'mod li jippermetti li jintlaħaq dan il-għan, b'kull mezz xieraq kompatibbli mal-prinċipji legali bażiċi.

Artikolu 9

Id-dritt ta' kumpens matul il-proċeduri kriminali

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi ta' azzjonijiet kriminali ikunu intitolati li jiksbu deċiżjoni f'limiti ta' ħin limitat fuq il-kumpens mill-ħati matul il-proċeduri kriminali, ħlief fejn, f'ċerti każi, il-liġi nazzjonali tipprovdi għal kumpens b'mod ieħor.

2. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jinkoraġġixxi l-ħati sabiex jagħti kumpens adegwat lill-vittmi.

3. Sakemm ma' tknux meħtieġa b'mod urġenti għal xi proċeduri kriminali, il-propjetà tal-vittmi li tista' tiġi rkuprata u li tkun ġiet sekwestrata matul il-proċeduri kriminali għandha tkun restitwita lilhom mingħajr telf ta' żmien.

Artikolu 10

Medjazzjoni penali matul il-proċeduri kriminali

1. Kull Stat Membru għandu jfittex li jippromwovi il-medjazzjoni fil-każi kriminali għal dawk ir-reati li tqis addattati għal din it-tip ta' miżura.

2. Kull Stat Membr għandu jiżgura li kull ftehim bejn il-vittma u l-ħati milħuq matul medjazzjonijiet ta' dan it-tip f'każi kriminali ikun jista' jiġi kkunsidrat.

Artikolu 11

Vittmi residenti fi Stat Membru ieħor

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu ikunu jistgħu jieħdu miżuri adattati sabiex inaqqsu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħom il-vittmi meta dawn ikunu residenti ta' Stat differenti minn dak fejn ikun seħħ ir-reat, partikolarment rigward l-organizzazzjoni tal-proċeduri. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tiegħu għandhom, b'mod partikolari, ikunu f'posizzjoni:

- li jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk il-vittma tistax tagħmel dikjarazzjojni immedjatement wara t-twettieq ta' reat,

- li jkunu jistgħu jirrikorru sa fejn ikun possibli għad-disposizzjonijiet fuq il-konferenzi bil-video u t-telefonati konferenza stabbiliti fl-Artikolu 10 u 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Mejju 2000 [3] sabiex jinstemgħu l-vittmi residrenti f'pajjiżi oħra

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittma ta' reat fi Stat Membru barra dak fejn ikun residenti jista' jieħu lment quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat ta' residenza tiegħu jekk ma' kienx seta jagħmel dan fl-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat jew, fil-każ ta' reat serju, jekk ma' xtaqx jagħmel dan.

L-awtorità kompetenti li jkun sarilha lment safejn din ma' jkollhiex kompetenza f'dan ir-rigward, għandha tgħaddih mingħajr telf ta' żmien lill-awtorità kompetenti fit-territorju li fih ikun sar ir-reat. L-ilment għandu jiġi proċessat b'mod konformi mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat li fih ikun sar ir-reat.

Artikolu 12

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu jħeġġeġ, jiżviluppa u jtejjeb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiffaċilita il-ħarsien aktar effettiv ta' l-interessi tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, sew fil-forma ta' kollegamenti diretti mas-sistema ġudizzjarja jew ta' kollegamenti bejn l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi.

Artikolu 13

Servizzi speċjalistiċi u organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi

1. Kull Stat Membru għandu, fil-kuntest ta' proċeduri, jippromwovi l-involviment ta' sistemi ta' appoġġ għall-vittmi responsabbli għall-organizzazzjoni ta' l-ewwel akkoljenza għal vittmi u għall-appoġġ u l-assistenza tal-vittmi wara dan, sew jekk permezz tal-provvista ta' persunal mħarreġ apposta fi ħdan is-servizzi pubbliċi tiegħu jew permezz tar-rikonoxximent u l-finanzjament ta' l-organinizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi.

2. Kull Stat Membru għandu jinkoraġġixxi l-azzjonijiet maħuda fil-proċeduri minn persunal ta' dan it-tip jew mill-organizzazzjonijiet ta' appoġġ, partikolarment rigward:

(a) il-provvista ta' informazzjoni lill-vittmi;

(b) l-assistenza lill-vittm skond il-bżonnijiet immedjati tagħhom;

(ċ) l-akkumpanjament tal-vittmi, jekk ikun hemm bżonn u jkun possibli matul il-proċeduri kriminali;

(d) l-assistenza lill-vittmi, fuq talba tagħhom, wara li l-proċeduri kriminali jkunu spiċċaw.

Artikolu 14

Taħriġ għall-persunal involut fil-proċeduri jew b'xi mod ieħor f'kuntatt mal-vittmi

1. Permezz tas-servizzi pubbliċi tiegħu jew permezz tal-finanzjament ta' l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi, kull Stat Membru għandu jinkoraġġixxi dawk l-inizzjattivi li jippermettu li l-persunal involut fil-proċeduri jew b'xi mod ieħor f'kuntatta mal-vittmi jirċievi taħriġ addattat b'referenza partikolari għal bżonnijiet tal-gruppi l-aktar vulnerabbli.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika b'mod partikolari għall-uffiċjali tal-pulizija u l-professjoni legali.

Artikolu 15

Kondizzjonijiet prattiċi rigward il-posizzjoni tal-vittmi fil-proċeduri

1. Kull Stat Membri għandu isostni il-ħolqien progressiv, rigward il-proċeduri b'mod ġenerali, u partikolarment fil-postijiet fejn jistgħu jinbdew proċeduri kriminali, tal-kondizzjonijiet neċessarji għat-tentattiv li tiġi evitata l-vittimizzazzjoni sekondarja u sabiex il-vittmi ma' jitpoġġewx taħt pressjoni mhux neċessarja. Dan għandu japplika partikolarment rigward akkoljenza tal-bidu tal-vittmi adegwata, u t-twaqqif tal-kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni tagħhom fil-postijiet in kwistjoni.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kull Stat Membri għandu b'mod partikolari jieħu nota tal-faċilitajiet fil-qrati, l-għases tal-pulizija, is-servizzi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi.

Artikolu 16

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għall-Gibiltà.

Artikolu 17

Implimentazzjoni

Kull Stat Membru għandu jdaħħal fis-seħħ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Deċiżjoni kwadru:

- rigward l-Artikolu 10, it-22 ta' Marzu 2006,

- rigward l-Artikoli 5 u 6, it-22 ta' Marzu 2004,

- rigward disposizzjonijiet oħra, it22 ta' Marzu 2002.

Artikolu 18

Stima

Sa mid-dati li ssir refernza għalihom fl-Artikolu 17, kull Stat Membru għandu jibgħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet li jippromulgaw ir-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Deċiżjoni Kwadru fil-liġi nazzjonali. IL-Kunsill għandu jagħmel stima, fi żmien sena wara dawn id-dati, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, permezz ta' rapport miktub mis-Segretarjat Ġenerali fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rċevuta mill-Istati Membri u rapport bil-miktub mogħti mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M-I. Klingvall

[1] ĠU C 243, ta' l-24.8.2000, p. 4.

[2] Opinjoni mogħtija fit- 12.12.2000 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 197, tat-12.7.2000, p. 1.

--------------------------------------------------