32001D0752

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 li temenda l-Annessi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejjlu tniġġiż ambjentali ta' l-arja fl-Istati Membri (innotifikat taħt id-dokument numru K(2001) 3093)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 282 , 26/10/2001 P. 0069 - 0076
CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284
SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 276 - 284


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Ottubru 2001

li temenda l-Annessi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejjlu tniġġiż ambjentali ta' l-arja fl-Istati Membri

(innotifikat taħt id-dokument numru K(2001) 3093)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/752/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE tas-27 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejjlu tniġġiż ambjentali ta' l-arja fl-Istati Membri [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 97/101/KE tistabbilixxi sistema għall-iskambju reċiproku ta' informazzjoni u data dwar tniġġiż ta' l-arja ambjentali.

(2) Huwa approprjat li jiġu emendati l-Annessi ma’ dik id-Deċiżjoni sabiex tiġi adattata l-lista ta' pollutanti koperti kif ukoll il-ħtieġiet dwar informazzjoni addizzjonali, validazzjoni u aggregazzjoni.

(3) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE [2],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi mad-Deċiżjoni 97/101/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 35, tal-5.2.1997, p. 14.

[2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

LISTA TA' POLLUTANTI, PARAMETRI STATISTIĊI U UNITAJIET TA' KEJL

1. Pollutanti elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 96/62/KE dwar il-kwalità ta' l-arja

2. Pollutanti mhux elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 96/62/KE dwar il-kwalità ta' l-arja

Pollutanti li għandhom jiġu rrapportati taħt Direttivi ta' xort'oħra mid-Direttiva 96/62/KE huma elenkati fis-Sezzjoni 3 taħt in-Nri 14 u 15. Pollutanti li għandhom jiġu rrapportati biss jekk disponibbli huma elenkati taħt in-Nri 16 sa 63.

3. Pollutanti, unitajiet ta' kejl, ħinijiet medji:

Nru | Kodici ISO [1] | Formula | Isem tal-pollutant | Unitajiet ta' kejl [2] | Medja tul [3] | Espressi bħala | Direttivi Rilevanti [4] |

Pollutanti elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 96/62/KE dwar il-kwalità ta' l-arja

1 | 01 | SO2 | dijossidu tal-kubrit | μg/m3 | 1 h | | 1999/30/KE 80/779/KEE 89/427/KEE [5] |

2 | 03 | NO2 | dijossidu tan-nitroġenu | μg/m3 | 1 h | | 1999/30/KE 85/203/KEE |

3 | 24 | PM10 | partikolati sospiżi (< 10 μm) | μg/m3 | 24 h | | 1999/30/KE 96/62/KE |

4 | 39 | PM2,5 [6] | partikolati sospiżi (< 2,5 μm) | μg/m3 | 24 h | | 1999/30/KE 96/62/KE |

5 | 22 | SPM | partikolati sospiżi (total) | μg/m3 | 24 h | | 80/779/KEE 89/427/KEE |

6 | 19 | Pb | Ċomb | μg/m3 | 24 h | | 1999/30/KE 982/884/KE |

7 | 08 | O3 | Ożonu | μg/m3 | 1 h | | 92/72/KEE |

8 | V4 | C6H6 | Benżina | μg/m3 | 24 h | | 96/62/KE 2000/69/KE |

9 | 04 | CO | monossidu tal-karbonju | mg/m3 | 1 h | | 96/62/KE 2000/69/KE |

10 | 82 | Cd [7] | Kadmju | ng/m3 | 24 h | | 96/62/KE |

11 | 80 | As | Arseniku | ng/m3 | 24 h | | 96/62/KE |

12 | 87 | Ni | Nikel | ng/m3 | 24 h | | 96/62/KE |

13 | 85 | Hg | Merkurju | ng/m3 | 24 h | | 96/62/KE |

Pollutanti li għandhom jiġu rrappurtati taħt Direttivi oħrajn tal-KE

14 | 11 | BS | duħħan iswed | μg/m3 | 24 h | | 80/779/KEE 89/427/KEE |

15 | 35 | NO2 | ossidi tan-nitroġenu | μg/m3 | 1 h | NO2 ekwivalenti | 1999/30/KE |

Pollutanti oħrajn [8]

16 | V8 | C2H6 | Ethane | μg/m3 | 24 h | | |

17 | V9 | H2C = CH2 | ethene (ethylene) | μg/m3 | 24 h | | |

18 | V3 | HC = CH | ethine (acetylene) | μg/m3 | 24 h | | |

19 | VN | H3C-CH2-CH3 | Propan | μg/m3 | 24 h | | |

20 | VP | CH2=CH-CH3 | Propene | μg/m3 | 24 h | | |

21 | V6 | H3C-CH2-CH2-CH3 | n-butan | μg/m3 | 24 h | | |

22 | V5 | H3C-CH(CH3)2 | iso-butan | μg/m3 | 24 h | | |

23 | V1 | H2C=CH-CH2-CH3 | l-butene | μg/m3 | 24 h | | |

24 | V2 | H3C-CH = CH-CH3 | trans-2-butene | μg/m3 | 24 h | | |

25 | V7 | H3C-CH = CH-CH3 | cis-2-butene | μg/m3 | 24 h | | |

26 | V0 | CH2= CH-CH = CH2 | butadiene 1,3 | μg/m3 | 24 h | | |

27 | VK | H3C-(CH2)3-CH3 | n-pentan | μg/m3 | 24 h | | |

28 | V1 | H3C-CH2-CH(CH3)2 | iso-pentan | μg/m3 | 24 h | | |

29 | VL | H2C = CH-CH2-CH2-CH3 | 1-pentene | μg/m3 | 24 h | | |

30 | VM | H3C-HC = CH-CH2-CH3 | 2-pentene | μg/m3 | 24 h | | |

31 | VF | H2C=CH-CH-C(CH3)= CH2 | Isoprene | μg/m3 | 24 h | | |

32 | VD | C36H14 | n-hexane | μg/m3 | 24 h | | |

33 | n.a. [9] | (CH3)2-CH-CH2- CH2-CH3 | i-hexane | μg/m3 | 24 h | | |

34 | VC | C7H16 | n-heptane | μg/m3 | 24 h | | |

35 | VH | C8H18 | n-octane | μg/m3 | 24 h | | |

36 | VG | (CH3)3-C-CH2- CH-(CH3)2 | iso-octane | μg/m3 | 24 h | | |

37 | VQ | C6H5-CH3 | Toluene | μg/m3 | 24 h | | |

38 | VA | C6H5-C2H5 | ethyl benzene | μg/m3 | 24 h | | |

39 | VU | m,p-C6H4(CH3)2 | m,p-xylene | μg/m3 | 24 h | | |

40 | VV | o-C6H4-(CH3)2 | o-xylene | μg/m3 | 24 h | | |

41 | VS | C6H3-(CH3)3 | 1,2,4-trimethylbenzene | μg/m3 | 24 h | | |

42 | VR | C6H3(CH3)3 | 1,2,3-trimethylbenzene | μg/m3 | 24 h | | |

43 | VT | C6H3(CH3)3 | 1,3,5-trimethylbenzene | μg/m3 | 24 h | | |

44 | VB | HCHO | formaldehyde | μg/m3 | 24 h | | |

45 | 20 | THC (NM) | total non-methane hydrocarbons | μg/m3 | 24 h | C ekwivalenti | |

46 | 10 | SA | aċidità qawwija | μg/m3 | 24 h | SO2 ekwivalenti | 82/459/KEE (alternattiva għal SO2) |

47 | n.a. | PM1 | partikolati sospiżi (<1 μm) | μg/m3 | 24 h | | 96/62/KE |

48 | 16 | CH4 | Methane | μg/m3 | 24 h | | |

49 | 83 | Cr | Kromju | ng/m3 | 24 h | | |

50 | 90 | MN | Manganese | ng/m3 | 24 h | | |

51 | 05 | H2S | hydrogen sulphide | μg/m3 | 24 h | | |

52 | n.a. | CS2 | carbon disulphide | μg/m3 | 1 h | | |

53 | n.a. | C6H5-CH = CH2 | Styrene | μg/m3 | 24 h | | |

54 | n.a. | CH2= CH-CN | acrylonitrile | μg/m3 | 24 h | | |

55 | H3 | C1CHCC12 | trichloroethylene | μg/m3 | 24 h | | |

56 | H4 | C2C14 | Tetrachloro-ethylene | μg/m3 | 24 h | | |

57 | n.a. | CH2C12 | dichloromethane | μg/m3 | 24 h | | |

58 | P6 | BaP | benzo(a)pyrene | ng/m3 | 24 h | | |

59 | n.a. | VC | klorur tal-vinil | μg/m3 | 24 h | | |

60 | 09 | PAN | nitrat tal-peroxyacetyl | μg/m3 | 1 h | | |

61 | 21 | NH3 | Ammonja | μg/m3 | 24 h | | |

62 | n.a. | N-dep. | depożitu mxarrab tan-nitroġenu | mg/(m2* xahar | 1 xahar | N ekwivalenti | |

63 | n.a. | S-dep. | depożitu ta' kubrit imxarrab | mg/(m2* xahar | 1 xahar | S ekwivalenti | |

4. Data, kkalkolata tul is-sena kalendarja, li għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jibgħatu data mhux ipproċessata jew għandhom jibagħtu data mhux ipproċessata u statistiċi.

Għal dawk l-Istati Membri li jittrasferixxu data mhux ipproċessata u statistiċi, l-istatistiċi li ġejjin huma meħtieġa.

- Għall-pollutanti 1 sa 61:

il-medja aritmetika, il-medjan, il-perċentwali 98 (u 99,9 li jistgħu jiġu trasmessi fuq bażi volontarja għal polutanti li għalihom il-medja hija kkalkolata fuq siegħa) u l-massimu kkalkolat minn data mhux ipproċessata li tikkorrispondi għall-ħinijiet medji rakkomandati indikati fit-tabella hawn fuq,

- għall-pollutanti 62 u 63:

depożitu totali fix-xahar, ikkalkolat minn data mhux ipproċessata li tikkorrispondi għall-ħinijiet medji rakkomandati indikati fit-tabella fuq.

Il-perċentwali y għandha tintgħażel mill-valuri attwalment imkejjla. Il-valuri kollha għandhom jiġu elenkati f'ordni dejjem tiżdied:

+++++ TIFF +++++

Il-perċentwali y hija l-konċentrazzjoni XK, meta l-valur ta' k huwa kkalkolat kif ġej:

k =

q × N

meta q tkun ugwali għal y/100 u N in-numru ta' valuri attwalment imkejjla.

Il-valur ta' (q x N) għandu jiġi arrotondat sa l-eqreb numru sħiħ.

Ir-riżultati kollha għandhom jiġu espressi fil-kondizzjonijiet ta' temperatura u pressjoni li ġejjin: 293 K u 101,3 kPa, ħlief għall-pollutanti 62 u 63. Għal komponenti marbuta bil-partiċelli, data mis-sena 2001 ‘il quddiem għandha tiġi rrappurtata f’ kondizzjonijiet ambjentali.

5. Trasmissjoni ta' data lill-Kummissjoni:

Id-data għandha tiġi trasmessa b'waħda mill-formazzjonijiet ta' data li ġejjin: ISO 7168 verżjoni 2 formazzjoni estiża, NASA-AMES 1001/1010 jew DEM [10] formazzjoni kompatibbli; jew f'database DEM:

Il-Kummissjoni tikkonferma l-irċevuta ta' data u n-numru ta' stazzjonijiet u pollutanti.

ANNESS II

INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA NETWORKS, STAZZJONIJIET U TEKNIKI TA' KEJL

L-Istati Membri għandhom jirrappuratw dwar il-punti li ġejjin: I.1, I.4.1 to I.4.4, I.5, II.1.1, II.1.4, II.1.8, II.1.10, II.1.11 u II.2.1. Sa fejn possibbli, daqstant informazzjoni possibbli għandha tiġi fornita dwar il-punti l-oħrajn:

I. INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA NETWORKS

I.1. Isem

I.2. Abbrevjazzjoni

I.3. Tip ta' network (industrija lokali, belt/ċentru, arja urbana, kontea, reġjun, pajjiż intier, internazzjonali, eċċ.)

I.4. Korp responsabbli għall-ġestjoni tan-network

I.4.1. Isem

I.4.2. Isem tal-persuna responsabbli

I.4.3. Indirizz

I.4.4. Numru tat-telefon u tal-fax

I.4.5. E-mail

I.4.6 Indirizz tal-website

I.5. Bażi ta' referenza ta' ħin (UTC, lokali)

II. INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA L-ISTAZZJONIJIET

II.1. Informazzjoni ġenerali

II.1.1. Isem l-istazzjon

II.1.2. Isem il-belt/iċ-ċentru meta applikabbli

II.1.3. Numru nazzjonali u/jew lokali ta' referenza jew kodiċi

II.1.4. Il-kodiċi ta' l-istazzjon mogħti taħt id-deċiżjoni preżenti u li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni

II.1.5. Isem tal-korp tekniku responsabbli mill-istazzjon (jekk differenti minn dak responsabbli minn-network)

II.1.6. Korpi jew programmi li lilhom hija rrappurtata d-data (skond il-kompost, jekk neċessarju) (lokali, nazzjonali, Kummissjoni Ewropea, GEMS, OECD, EMEP, eċċ.)

II.1.7. Mira(i) ta' monitoraġġ (in konformità mal-ħtiġiet ta' stima ta' espożizzjoni ta' strumenti legali (saħħa umana u/jew ekosistemi u/jew materjali), analiżi tax-xejra, stima ta' emissjoni, eċċ.)

II.1.8. Koordinati ġeografiċi (skond l-ISO 6709: lonġitudini u latitudini ġeografiċi u altitudini ġeodetika)

II.1.9. Il-livell IV NUTS (nomenclature des unités territoriales statistiques)

II.1.10. Pollutanti mkejjla

II.1.11. Parametri meteoroloġiċi mkejjla

II.1.12. Informazzjoni oħra rilevanti: direzzjoni prevalenti tar-riħ, proporzjon bejn id-distanza u l-għoli ta' l-eqreb ostakoli, eċċ.

II.2. Klassifika ta' stazzjon

II.2.1. Tip ta' erja

II.2.1.1. Urban:

żona kontinwament mibnija

II.2.1.2. Suburban:

żona fil-biċċa l-kbira mibnija: stabbiliment kontinwu ta' bini distakkat imħallat ma’ żoni mhux urbani (xmajjar żgħar, masġar, agrikolu)

II.2.1.3. Rurali [1]:

żoni kollha li ma jissodisfawx il-kriterji għal żoni urbani/suburbani

II.2.2. Tip ta' stazzjon fir-rigward ta' fonti dominanti ta' emissjoni

II.2.2.1. Traffiku:

stazzjonijiet allokati b'tali mod li l-livell ta' tniġġiż tagħhom huwa nfluwenzat l-iktar minn emissjonijiet minn triq fil-viċin

II.2.2.2. Industrijali:

stazzjonijiet allokati b'tali mod li l-livell ta' tniġġiż tagħhom huwa nfluwenzat l-iktar b'fonti industrijali singolu fil-viċin jew żoni industrijali

II.2.2.3. Sfond:

stazzjonijiet li mhumiex la traffikużi lanqas industrijali [2]

II.2.3. Informazzjoni addizzjonali dwar l-istazzjon

II.2.3.1. Arja ta' rappreżentattività (radju). Għal stazzjonijiet tat-traffiku, agħti minflok it-tul tat-triq li l-istazzjon jirrappreżenta

II.2.3.2. Stazzjonijiet urbani u suburbani

- popolazzjoni tal-belt/ċentru

II.2.3.3. Stazzjonijiet tat-traffiku

- volum tat-traffiku stmat (traffiku medju kuljum annwali)

- distanza mill-bankina

- frazzjoni ta' traffiku b'volum qawwi

- veloċità tat-traffiku

- distanza bejn u l-għoli ta' faċċati tal-bini (street canyon)

- il-wisa’ tat-triq (non-canyon streets)

II.2.3.4. Stazzjonijiet industrijali

- tip ta' industrija(i) (nomenklatura magħżula għall-kodiċi ta' pollutanti ta' l-ajra)

- distanza għall-fonti/iż-żona tal-fonti

II.2.3.5. Stazzjonijiet ta' sfond rurali (subkategoriji)

- ħdejn il-belt

- reġjonali

- remoti

III. INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA KONFIGURAZZJONI TA' KEJL SKOND IL-KOMPOST

III.1. Tagħmir

III.1.1. Isem

III.1.2. Prinċipju analitiku jew metodu ta' kejl

III.2. Karatteristiċi biex jittieħdu l-kampjuni

III.2.1. Il-post tal-punt fejn jittieħdu l-kampjuni (faċċata tal-bini, bankina, ġenb ta' triq, bitħa, eċċ.)

III.2.2. L-għoli tal-punt fejn jittieħdu l-kampjuni

III.2.3. Ħin ta' integrazzjoni tar-riżultat

III.2.4. Ħin biex jittieħdu l-kampjuni

ANNESS III

PROĊEDURA TA' VALIDAZZJONI TAD-DATA U ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ

Id-data kollha trasmessa titqies valida.

Hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jassiguraw li teżisti proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità, u li tissodisfa l-miri ġenerali ta' din id-Deċiżjoni u b'mod partikolari l-miri tad-Direttivi rilevanti.

ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-AGGREGAZZJONI TA' DATA U L-KALKOLU TA' PARAMETRI STATISTIĊI

Dawn il-kriterji jikkonċernaw l-aktar kif wieħed jikseb id-data

Jekk il-kriterji għall-aggregazzjoni tad-data u l-kalkolu ta' parametri statistiċi ma ġewx stabbiliti fid-direttivi ta' l-UE dan li ġej japplika:

(a) Aggregazzjoni ta' data

Il-kriterji għall-kalkolu ta' valuri ta' siegħa u 24 siegħa minn data b' ħin medju iżgħar huma:

- għal valuri ta' siegħa: | Data minima miksuba 75 % |

- għal valuri ta' 24 siegħa: | Mill-inqas 13-il valur ta' siegħa disponibbli, mhux iktar minn sitt valuri suċċessivi ta' siegħa neqsin. |

(b) Kalkolu ta' parametric statistiċi

- għall-medja u l-medjan: | data minima miksuba 50 %, |

- għall-perċentwali 98, 99,9 u l-massimu: | data minima miksuba 75 %. |

Il-proporzjon bejn in-numru ta' data valida għaż-żewġ staġuni tas-sena ikkunsidrati ma jistax ikun akbar minn 2, u ż-żewġ staġuni jkunu x-xitwa (minn Jannar sa Marzu inklużi u minn Ottubru sa Diċembru inklużi) u s-sajf (minn April sa Settembru inklużi).

"

[1] ISO 7168-2: 1999.

[2] Uża’ mill-inqas żewġ figuri għal kull valur irrappurtat eż. 1,4 mg/m3 jew 21 μg/m3.

[3] Xi tekniki ta' kejl jinvolvu li jittieħdu kampjuni diversi drabi minn ftit minuti sa diversi ġimgħat. F'dan il-każ valuri b’ħinijiet medji differenti minn dawk elenkati f'din il-kolonna jistgħu jiġu rrappurtati b'indikazzjoni tal-perjodu medju attwali.

[4] Direttivi fis-seħħ meta l-Annessi riveduti għad-Deċiżjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni jidħlu fis-seħħ.

[5] Id-Direttiva ta' Emenda 80/779/KEE.

[6] L-ebda metodu ta' referenza ma hi disponibbli għal PM2,5 (materjal ta' partikolati) meta l-Annessi riveduti għad-Deċiżjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni jidħlu fis-seħħ.

[7] Għal metalli tqal u PAH, leġislazzjoni Komunitarja hija bħalissa taħt preparazzjoni u hija mistennija tirriżulta, b'mod partikolari, f'lista ta' sustanzi speċifiċi PAH u proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni kif neċessarju.

[8] Jekk disponibbli.

[9] Mhux disponibbli.

[10] Modulu ta' skambju ta' data provdut għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea.

[1] Jekk l-istazzjon ikejjel l-ożonu, informazzjoni addizzjonali dwar l-istatus ta' l-isfond rurali għandha tiġi pprovduta (II.2.3.5).

[2] Jinstabu b'tali mod li l-livell ta' tniġġiż tagħhom mhuwiex l-aktar influwenzat b'xi fonti jew triq waħda imma aktar bil-kontribuzzjoni integrat mill-fonti kollha ‘l fuq mill-istazzjon (eż. mit-traffiku kollu, mill-fonti ta' kombustjoni, eċċ. li jinstabu ‘l fuq minn stazzjon f'belt jew miż-żoni kollha ta' fonti ‘l fuq (bliet, arji industrijali) f'arja rurali).

--------------------------------------------------