32001D0224(01)



Official Journal L 055 , 24/02/2001 P. 0075 - 0075


ANNESS IV

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

tad-19 ta' Ġunju 1998

fuq il-ħatra u d-dewmien tal-mandat ta' l-awditur estern tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/1998/NP1)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (hawhekk iżjed ‘l quddiem msejjaħ "il-Kunsill Governattiv"),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'modpartikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1) Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"BĊE") u tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom ikunu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kunsill ta' l-istitut Monetarju Ewropew ftehmu li jirrakkomandaw lil Coopers & Lybrand bħala l-awditur estern għall-BĊE għal mandat ta' ħames snin bi klawsola ta' ħruġ wara sentejn,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Coopers & Lybrand għandhom ikunu rakkomandati lill-Kusill ta' L-Unjoni Ewropea bħala l-awditu estern tal-BĊE.

Artikolu 2

L-awditur estern tal-BĊE għandu jkollu mandat ta' ħames bi klawsola ta' ħruġ wara sentejn.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fid-19 ta' Ġunju 1998.

Għan-nom tal-Kunsill li jirregola l-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

--------------------------------------------------