32000R2855



Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0041 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2855/2000

tas-27 ta'Diċembru 2000

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2559/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-prodotti.

(3) Bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-Kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità relatati mas-sistema ta' verifika doppja u għal sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità tal-prodotti tat-tessuti dwar l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati membri rigward il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma taqbilx mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4], għal perjodu ta' 60 jum mid-detentur.

(5) Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f' dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità relatati mas-sistemi ta' verifika doppja u għal sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-Komunità tal-prodotti tat-tessuti wara importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma taqbilx mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tkompli tkun invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' 60 jum.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Settijiet tat-twaletta mqassma mil-linji ta' l-ajru lill-passiġġieri (matul it-titjira tagħhom jew għad destinazzjoni tagħhom jekk il-bagalja tagħhom mhix disponibbli), li tikkonsisti f'basket rettangolari (bejn wieħed u l-ieħor 25x 16x 12 ċm) ġewwa miksi bil-plastik u jkollu fih kwantitajiet żgħar, għal użu limitat, ta' prodotti bħal: | 42029291 | Klassifikazzjoni hija determinata min-Noti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-Kodiċi NM relevanti L-artikoli ma jiffurmawx sett ta' l-ivjaġġar personali tat-twaletta ta' titolu 9605 u lanqas ma jifformaw sett ta' Regola Ġenerali 3b (klassifikazzjoni separata ta' kull artikolu) |

— flixkun 1 (40 ml) ta' sapun likwidu | 34012090 | |

— flixkun 1 (40 ml) body milk | 33049900 | |

— flixkun 1 (40 ml) ta' eau de Cologne | 33030090 | |

— xafra li tintrema bil-krema tal-leħja u fwieħa ta' wara l-leħja, ippakkjata fl-istess pakkett | 96050000 | |

— 1 xkupilja tas-snien | 96032100 | |

— 1 tubu tat-tutpejst | 33061000 | |

— 1 li inaddaf iż-żarbun | 34051000 | |

— 1 kit tal-ħjata | 96050000 | |

— 3 limi tad-dwiefer | 68052000 | |

— 1 moxt. tal-plastik | 96151100 | |

— 10 imkatar ta' matrerjal artab taċ-ċelloluża | 48182010 | |

— 1 xkupilja tal-ħwejjeġ | 96039091 | |

— 1 għadma taż-żarbun tal-plastik | 39269099 | |

— par papoċċi maħdumin bil-labra mingħajr qiegħ(100 % qoton) | 61159200 | |

— ingwanta tat-twaletta, ta' terry towelling jew terry fabrics simili (100 % qoton) | 63026000 | |

— par piġami mahduma bil-labra kemm ta' l-irgiel u tan-nisa, li jikkonsisti fi qmis tal-komma qasira (50 % polijestru/50 % akriliku) u parr xorts (100 %akriliku) | 6109903061049390 | |

2.Maqtugħa dritta, ħafifa, biċċa drapp maħduma bil-labra (100 % qotton), ta' kulur wieħed, bi print "La tqajjimx l-iljun ir-rieqed" u dekorativi oħra stampati fuq quddiem u fuq il-kmiem, sejjer 'l isfel għat-tul (tul totali ta' 90ċm) Għandha neckline mingħajr ftuħ, b'fibri maħdum bil-labra applikat, u kmiem qosra. Il-komma tintemm u fit-tarf t'isfel tad-drapp huwa imkeffef(libsa)(Ara ritratt Nru 604) | 61044200 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mir- Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 9 għal kapitolu 61 u l-kliem ta' kodiċi NM 6104 u 610461044200 Ara wkoll in-Noti tan-Nomenklatura Magħquda u Spjegata għall-kodiċi NM 61044100 sa 61044900 Il-klassifikazzjoni bħala libsa ta' l-irqad hija eskluża, għax il-libsa inkwistjoni, mir-raġuni tal-karatteristiċi oġġettivi tagħha, tista' tiġi milbusa kemm fis-sodda u kif ukoll x'imkien ieħor u, għalhekk, mhux maħsub li tiġi milbusa esklussivament jew essenzjalment bħala libsa ta' bil-lejl Minħabba t-tul tal-libsa, ma tistax tiġi kklassifikata taħt kodiċi NM 6109 |

3.Maqtugħa dritta, ħafifa, biċċa drapp maħduma bil-labra (100 % qotton), ta' kulur wieħed, b'motiv dekorattiv u stampat "Il-Lejl It-Tajjeb" fuq quddiem, nieżel l isfel għan-nofs (tul totali tà 90ċm), u bi kmiem qosraGħandha linja fl-għonq tond mingħajr ftuħ, b'nofs ċirku mdaħħal fuq wara b'kulur differenti. Għandha wkoll tberfila applikata fuq materjal meħjut mil-labra fuq tarf il-komma magħmul minn kulur differenti imma ta' l-istess materjal. In-neckline u t-tarf tad-drapp għandhom kfief dekorattivi(libsa)(Ara ritratt Nru 605) | 61044200 | Klassifikazjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 9 għall- kapitolu 61 u l-kliem ta' kodiċi NM 6104 u 610461044200 Ara wkoll in-Noti esplanatorji għall-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM 61044100 sa 61044900 Il-klassifikazzjoni bħala libsa ta' l-irqad hija eskluża, għax il-libsa inkwistjoni, mir-raġuni tal-karatteristiċi oġġettivi tagħha, tista' tiġi milbusa kemm fis-sodda u kif ukoll x'imkien ieħor u, għalhekk, mhux maħsub li tiġi milbusa esklusivament jew essenzjalment bħala libsa ta' bil-lejl Minħabba t-tul tal-libsa, ma tistax tiġi klassifikata taħt kodiċi NM 6109 |

4.Maqtugħa dritta, strajpjata, ħafifa, drapp maħdum bil-labra (60 % qotton, 40 % polyester), għal tifel li t-tul tiegħu huwa akbar minn 86 ċm (qies kummerċjali aktar minn 86), b'inskrizzjoni meħjuta "Ilbies ta' l-Irqad" u aktar rakmu fuq quddiem. Id-drapp imur 'l isfel għall-irkobba (tul totali 82 ċm)Għandha neckline tond bi tberfila applikata ta' materjal maħdum bil-labra bi ftuħ parzjali bil-buttuna tagħlaq mil-lemin għax-xellug, u kmiem qosraIn-neckline, it-tmiem tal-komma u t-tarf tad-drapp għandhom tberfila applikata ta' fibri maħdum bil-labra b'tarf dekorattiv. It-tarf tad-drapp huwa kurvat u għandu qasma fit-tarf ta' bejn wieħed u ieħor 10 ċm twila(libsa għall-bniet)(Ara ritratt Nru 606) | 61044200 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(A) tat- Taqsima XI, in-nota 2(A) tas-sottotitolu sat- Taqsima XI, in-Nota 9 għall- Kapitolu 61 u l- kliem tal-kodiċi NM 6104 u 61044200 Ara wkoll in-Noti esplanatorji għall-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM 61044100 sa 61044900 Il-klassifikazzjoni bħala libsa ta' l-irqad hija eskluża, għax il-libsa inkwistjoni, mir-raġuni tal-karatteristiċi oġġettivi tagħha, tista' tiġi milbusa kemm fis-sodda u kif ukoll x'imkien ieħor u, għalhekk, mhux maħsub li tiġi milbusa esklusivament jew essenzjalment bħala libsa ta' bil-lejl Minħabba t-tul tal-libsa, ma tistax tiġi kklassifikata taħt kodiċi NM 6109 |

5.Set ta' tliet ilbiesi għall-bejgħ magħmulin minn: | | |

(a)Libsa minsuġa ta' kulur wieħed b' fibri sintetiċi (100 % polyamide), maħsuba biex tkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem tilħaq 'l isfel għall-ġenbejn (tul totali: 67 ċm), b'lining meħjut bil-labraIl-libsa għandha kullar high-fitting, bil-barnuża integrata, bi ftuħ komplut fil-bidu b'zip jagħlaq bi flapp protettiva tagħlaq mix-xellug għal-lemin bil-buttuni li jippressaw. Għandha kmiem twal jiġġebbdu u "Velcro" b'faċilità li tagħlaq it-tarf tal-komma. Għandha drawstring fil-kullar u elastiku fit-tarf tad-drapp.Għandha żewġ bwiet fuq ġewwa fuq qadd jingħalqu b'żipp u żewgt ibwiet fuq barra taħt il-qadd bi flappijiet protettivi jingħalqu bil-buttuni pressati. Hemm flappijiet stormjati fuq quddiem u fuq wara tad-drapp u faċilità li żżomm xi apparat ġewwa d-drappelastiku fit-tarf tad-drapp.(Anorak)(Ara ritratt Nru 607 A) | 62019300 | Il-klassifikazjoni hija determinata mir-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 13 għat-Taqsima XI, Noti 3(b) u 8 għall-Kapitolu 62 u l-kliem ta' kodiċi NM 6201 A 62019300 Meta tikkonsidra li dawn l-ilbiesi ma għandhomx l-istess kostruzzjoni tal-fibri, kulur u komponiment jew l-istess stil, ma jistgħux ikunu klassifikati bħala "ensemble" skond il-proviżjonijiet ta' nota 3(b) għall- Kapitoli 61 u 62 Ara wkoll in-noti esplanatorji għan- Nomenklatura Magħquda relatata għall- kodiċi NM 62019100 sa 62019900 |

(b)Libsa minsuġa ta' kulur wieħed b' fibri magħmula mill-bniedem, maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem tilħaq' l isfel għall-ġenbejn (tul totali: 67 ċm), b'lining parzjali fuq quddiem u l-idejnIl-libsa għandha kullar high-fitting, ftuħ quddiem b'żipp. Għandha kmiem twal jiġġebbdu fit-truf u drawstring fit-tarf tagħha. Il-libsa għandha wkoll żewġ bwiet fuq quddiem fil-livell tal-qadd li jingħalqu b'zipp magħmul minn qatgħa u pannelli meħjutin(wind-jacket)(Ara ritratt Nru 607 B) | 61023090 | Il-klassifikazjoni hija determinata mir-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 13 għat-Taqsima XI, Noti 3(b) u 9 għall-Kapitolu 61 u l-kliem ta' kodiċi NM 6102, 610230 u 61023090 Meta tikkonsidra li dawn l-ilbiesi ma għandhomx l-istess kostruzzjoni tal-fibri, kulur u komponiment jew l-istess stil, ma jistgħux ikunu klassifikati bħala "ensemble" skond il-proviżjonijiet ta' nota 3(b) għal Kapitoli 61 u 62 Ara wkoll in-noti esplanatorji għan- Nomenklatura Magħquda relatata għat- titolu 6102 |

(ċ)Qalziet b'kulur wieħed meħjut b'fibri sintetiċi (100 % polyamide), maħsub biex jgħatti l-parti t'isfel tal-ġisem jilħaq l-għaksa, b'lining meħjuta u żewġ bwiet fuq ġewwaGħandu ftuħ parzjali fuq quddiem b'zipp jingħalaq u buttuni jippressaw bi flapp jagħlaq mix-xellug għal fuq il-leminIż-żewġ saqajn ta' dan il-qalziet għandhom iż-żipp jagħlaq għal fuq it-tul kollu miksi bi flapp protettiva bil- "velcro" tagħlaq u tista tiġi marbuta fit-tarf minn "velcro" tat-tip strip(qalziet)(Ara ritratt Nr 607 Ċ) | 62034319 | Il-klassifikazjoni hija determinata mir-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 13 għat-Taqsima XI, Noti 3(b) u 8 għall-Kapitolu 62 u l-kliem ta' kodiċi NM 6203620343 u 62034319 Meta tikkonsidra li dawn il-ħwejjeġ ma għandhomx l-istess kostruzzjoni tal-fibri, kulur u komponiment jew l-istess stil, ma jistgħux ikunu klassifikati bħala "ensemble" skond il-proviżjonijiet ta' nota 3(b) għall-Kapitoli 61 u 62 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------