32000R2446



Official Journal L 281 , 07/11/2000 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000

tas-6 ta' Novembru 2000

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet -"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja, Franza, l-Italja u l-Irlanda bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' ċerti ismijiet bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi.

(2) Skond l-Artikolu 6 (1) ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha mitluba fih u b'mod partikolari t-tagħrif kollu mitlub skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament ta' hawn fuq ma giet magħmula lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] ta' l-ismijiet fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti"u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità bħala denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEC) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1904/2000 [5],

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma' dan ir-Regolament huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti (IOP) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠPI) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti"pprovduti bl-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7.

[3] ĠU C 38, tal-10.2.2000, p. 3; ĠU C 21, tal-25.1.2000, p. 20; ĠU C 77, tas-17.3.2000, p. 2; ĠU C 77, tas-17.3.2000, p. 6, u ĠU C 93, tal-31.3.2000, p. 2.

[4] ĠU L 327, fit-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 228, tat-8.9.2000, p. 57.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESSI MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-prodotti bbażati fuq il-laħam

L-IRLANDA

Timoleague Brown Timoleague (IĠP)

Il-Ġobon

SPANJA

Queso de l’Alt Urgell y la Cerdanya (IOP)

Il-frott, il-ħxejjex ta' l-ikel u ċ-ċereali

SPANJA

Melocotón de Calanda (IOP)

L-ITALJA

Limone di Sorrento (IĠP)

Iż-Żjut u x-xaħmijiet

Iż-Żejt taż-żebbuġa:

L-ITALJA

Chianti Classico (IOP)

Terre di Siena (IOP)

Iċ-Ċidru

FRANZA

Cidre de Bretagne jew cidre breton (IĠP)

Cidre de Normandie jew cidre normand (IĠP)

--------------------------------------------------