32000R1917



Official Journal L 229 , 09/09/2000 P. 0014 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000

tas-7 Settembru 2000

li jippreskrivi ċerti disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fejn għandu x'jaqsam ma' kummerċ barrani

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 Mejju 1995 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi li mhumiex Stati Membri [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 374/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1) Għall-għan tal-bini ta' statistika dwar il-kummerċ barrani, jeħtieġ li jiġu definiti l-proċeduri ta' l-implmentazzjoni għall-ġbir ta' fatti magħrufa ('data') u għall-proċessar, it-trasmissjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati, sabiex tinkiseb statistika armonizzata.

(2) Huwa ezzenzali li jiġi ċarat is-suġġett ta' l-statistika tal-kummerċ barrani, speċjalment sabiex jiġi evitat rekordjar doppju jew għalbiex jitħallew barra ċerti transazzjonijiet u biex jiġu definiti l-intervalli li fihom għandhom jiġu elenkati.

(3) Id-definizjoni tal-fatti magħrufa li jridu jintbagħtu lura teħtieġ li tiġi supplimentata, flimkien mal-proċeduri li bihom huma riferiti fl-istrument ta' tagħrif statistiku.

(4) Huwa essenzali li jiġi definit il-movimentspeċifiku ta' oġġetti li għalihom huma meħtieġa disposizzjonijiet speċjali, jeħtieġu li jiddaħħlu miżuri Komunitarji ta' armonizzazzjoni.

(5) Jeħtieġ li tiġi fissata tabella taż-żmien għat-trasmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni u l-proċeduri għal korrezzjonijiet sabiex tiġi żgurata disseminazzjoni regolari u uniformi.

(6) Minħabba r-rabtiet li jeżistu bejn l-istatistika dwar il-kummerċ barrani u l-proċeduri tad-dwana, teżisti l-ħtieġa li jinżammu fil-moħħ id-disposizzjonijiet adotti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif emendat bl-Att tas-Sħubija ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 Lulju 1993 li jippreskrivi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [4], kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 1602/2000 [5].

(7) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistika tal-Kummerċ Barrani,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

Għan u perjodu taż-żmien ta' riferenza

Artikolu 1

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, "importazzjoni" għandha tfisser il-movimentta' l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1172/95, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Bażiku" u "esportazzjoni" għandha tfisser il-movimentta' l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 2

B'konformita ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Bażiku, l-istatistika dwar il-kummerċ barrani ma għandhiedx tkopri oġġetti:

- maħruġa f'ċirkolazzjoni ħielsa wara li jgħaddu minn proċessar tad-dħul fil-pajjiż jew proċessar ta' kontroll tad-dwana,

- li jkunu jinsabu fil-lista ta' eżenzjonijiet dikjarata fl-Anness I.

Artikolu 3

1. Il-għatba ta' l-istatistika riferita fl-Artikolu 12 tar-Regolament Bażiku għandha tiġi fissata, għal kull tip ta' oġġetti, sabiex l-oġġetti importati jew l-oġġetti esportati li jaqbżu t-800 EUR fil-valur jew il-1000 kg f'massa netta għandhom ikunu koperti mill-ististika dwar il-kummerċ barrani.

2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-għatba ta' l-istatistika li jkun fissa fil-munita nazzjonali.

Artikolu 4

1. Il-perjodu ta' żmien ta' riferenza għandu jkun ix-xahar kalendarju li matulu l-oġġetti jiġu importati jew esportati.

2. Meta d-dokument amministrattiv waħdieni huwa l-istrument tat-tagħrif statistiku, id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dokument mill-awtoritajiet tad-dwana għandha tistabbilixxi x-xahar kalendarju li għalih jirreferu l-fatti magħrufa.

KAPITOLU 2

Definizzjonijiet tal-fatti magħrufa

Artikolu 5

Id-definizzjonijiet tal-fatti magħrufa riferiti fl-ewwel indent ta' l-Artikolu 10(1), (2) u (3), tar-Regolament Bażiku u l-proċeduri li bihom jiġu mogħtija fl-istrument tal-fatti magħrufa huma indikati fl-Artikoli 6 sa 14.

Artikolu 6

1. Id-"destinazzjonii tad-dwana" għandha tiġi identifikata bil-proċedura li għaliha l-kodiċijiet li jridu jiġu identifikati huma miġjuba fl-Anness 38 mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dokument amministrattiv waħdieni, il-proċedura ta' l-istatistka għandha tiġi indikata fl-istrument tal-fatti magħrufa fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana ma hix meħtieġa mill-Istati Membri.

3. Kull Stat Membru li jagħmel użu mill-għażla provvduta fil-paragrafu 2 għandu jfassal il-lista ta' proċeduri ta' l-istatistika li jridu jiġu mogħtija fl-istrument tal-fatti magħrufa sabiex l-istatistika tkun tista' tiġi mogħtija lill-Kummissjon bi qbil mal-kodiċijiet indikati fil-paragrafu 4.

4. Proċeduri ta' l-istatistika għandhom jiġu kodifikati kif ġej:

(a) merkanzija importata:

7 — normali

1 — wara l-proċessar għall-ħruġ ‘il barra mill-pajjiż

3 — għall-proċessar għad-dħul fil-pajjiż, sistema ta' żamma

5 — għall-proċessar għad-dħul fil-pajjiż, sistema ta' rifużjoni

6 — wara l-proċessar ekonomiku għall-ħruġ ‘il barra mill-pajjiż għat-tessuti;

(b) merkanzija esportata:

1 — normali

3 — għall-iproċessar għall-ħruġ ‘il barra mill-pajjiż

5 — għall-iproċessar għad-dħul fil-pajjiż, sistema ta' wara l-ipproċessar għad-dħul fil-pajjiż, sistema ta' rifużjoni

6 — għall-iproċessar għall-ħruġ, sistema ta' ħruġ

7 — għall-iproċessar ekonomiku ta' ħruġ ‘il barra mill-pajjiż għat-tessuti.

Artikolu 7

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament,

(a) "pajjiż ta' l-oriġini" tfisser il-pajjiż fejn joriġinaw l-oġġetti bi qbil mat-Titolu II, tal-Kapitolu 2, Taqsima 1, tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(b) "pajjiż tal-kunsinja" tfisser il-pajjiż minn fejn kienu inizjalment mibgħuta l-oġġetti lejn l-Istat Membru importatur, mingħajr ma jkun ġara ebda waqfien jew tħaddim legali inerenti fit-trasport tagħhom f'pajjiż intermedjarju; jekk ikun ġara dan il-waqfien jew tħaddim legali, l-aħħar pajjiż intermedjarju għandu jitqies bħala l-pajjiż tal-kunsinja;

(ċ) "pajjiż tad-destinazzjoni" ifisser l-aħħar pajjiż li għandu huwa magħruf, fil-ħin ta' l-esportazzjoni ta' merkanzija, illi jridu jitwasslu l-oġġetti;

(d) "Stat Membru ta' esportazzjoni/merkanzija esportata jew importazzjoni/merkanzija importata" tfisser l-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet ta' merkanzija esportata jew merkanzija importata;

(e) "Stat Membru tad-destinazzjoni" tfisser l-Istat Membru li lejh huwa magħruf, fil-ħin ta' l-importazzjoni ta' merkanzija, illi l-oġġetti iridu jkunu finalment imwassla;

(f) "Stat Membru ta' esportazzjoni attwali ta' merkanzija" tfisser Stat Membru, għajr Stat Membru ta' merkanzija esportata, li minnu l-oġġetti kienu mibgħuta fil-bidu bil-għan ta' esportazzjoni ta' merkanzija, jekk l-esportatur ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija.

Fejn l-oġġetti ma kenux inizjalment mibgħuta minn Stat Membru ieħor bil-għan ta' merkanzija esportata jew meta l-esportatur huwa stabbilit fl-Istat Membru tal-merkanzija esportata, l-Istat Membru tal-merkanzija esportata għandu jkun l-istess wieħed bħall-Istat Membru tal-merkanzija attwali esportata.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tad-dwana, u skond l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament Bażiku, il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jkun indikat fl-istrument tat-tagħrif statistiku.

Madankollu, il-pajjiż tal-kunsinja irid jiġi indikat fil-każijiet li ġejjin:

(a) għal oġġetti li l-oriġini tagħhom mhux magħruf;

(b) għall-oġġetti li ġejjin, saħansitra jekk l-oriġini tagħhom huwa magħruf:

- oġġetti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 97 tan-Nomenklatura Magħquda,

- oġġetti importati wara l-proċessar ta' ħruġ ‘il barra mill-pajjiż,

- oġġetti mibgħutin lura u oġġetti oħra ta' oriġini Komunitarja.

Il-prospetti ta' kull xahar fuq it-transazzjonijiet riferiti fl-(a) u l-(b), li jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu l-pajjiż tal-kunsinja jekk huwa pajjiż li mhux fl-UE. Inkella, jiġi wżat il-kodiċi QW (jew 960).

3. Għal-moviment speċifiku ta' oġġetti riferiti fit-Titolu II, għandhom jiġu mniżżla, jekk meħtieġ, il-pajjiżi sieħba riferiti fit-Titolu.

4. Il-pajjiżi definiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu nominati u kodifikati bi qbil ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 8

Fejn il-kwantita ta' oġġetti li jridu jissemmew fl-istrument tat-tagħrif hija stabbilita:

(a) "massa netta" tfisser il-massa attwali ta' l-oġġetti minbarra kull imballaġġ; fin-nuqqas ta' xi disposizzjoni għall-kuntrarju adotti skond l-Artikolu 10(4) tar-Regolament Bażiku, il-massa netta għandha tkun espressa f'kilogrammi għal kull sotto-titolu tan-Nomenklatura Magħquda;

(b) "unitajiet supplimentari" tfisser l-unitajiet li jkejlu l-kwantita, għajr dawk l-unitajiet li jkejlu -massa espressa f'kilogrammi; iridu jiġu msemmija bi qbil mat tagħrif dikjarat fil-verżjoni korrenti tan-Nomenklatura Magħquda, biswit is-sotto-titoli interessati, li l-lista tagħhom hija pubblikata fil-Parti I "Disposizzjonijiet preliminari" tan-nomenklatura msemmija.

Artikolu 9

1. Il-"Valur statistiku" għandu jkun:

- fl-esportazzjoni tal-merkanzija, il-valur ta' l-oġġetti fil-post u l-ħin minn fejn iħallu t-territorju statistiku ta' l-Istat Membru esportatur,

- fl-importazzjoni tal-merkanzija, il-valur ta' l-oġġetti fil-post u l-ħin fejn jidħlu fit-territorju statistku ta' l-Istat Membru importatur.

2. Il-valur ta' l-oġġetti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kalkolati kif ġej:

- fil-każ ta' bejgħ jew xiri, fuq il-bażi ta' l-ammont fatturat ta' l-oġġetti,

- fil-każijiet l-oħra, fuq il-bażi ta' l-ammont li jkun ġie fatturat fil-każ ta' bejgħ jew xiri.

F'każi fejn ikun stabbilit, il-valur tad-dwana, definit bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, għandu jiġi wżat biex jistabbilixxi l-valur ta' l-oġġetti.

3. Il-valur statistiku għandu jinkludi l-ipejjeż anċillari, bħalma huma t-trasport u l-assigurazzjoni, li għandhom x'jaqsmu ma' dik il-parti tal-vjaġġ li:

- fil-każ ta' oġġetti esportati, isir fit-territorju statistiku ta' l-Istat Membru esportatur,

- fil-każ ta' oġġetti importati, isir ‘il barra mit-territorju statistiku ta' l-Istat Membru importatur.

Il-valur statistiku ma għandux għalhekk jinkludi taxxi dovuti għall-esportazzjoni jew importazzjoni tal-merkanzija, bħalma huma dazji tad-dwana, taxxa fuq il-valur miżjud, taxxi fuq il-bejgħ ('levies'), rifondi fuq l-esportazzjoni tal-merkanzija jew taxxi oħra b'effett simili.

4. Għall-oġġetti soġġetti għal operati ta' proċessar, il-valur statistiku għandu jiġi stabbilit daqs li kieku l-oġġetti kienu prodotti totalment fil-pajjiż fejn isir il-proċessar.

5. Għall-oġġetti wżati bħala għodda għall-ġarr tat-tagħrif bħalma huma diskijiet floppy, żagarelli tal-kompjuter, pjanti (disinji), żagarelli ta' l-awdjo u tal-video, CD-ROM-ijiet, li huma negozjati sabiex jipprovdu tagħrif, il-valur statistiku għandu jiġi bażat fuq l-ispiża totali ta' l-oġġetti, jiġifieri għandu jkopri mhux biss il-mezz imma wkoll it-tagħrif miġrur.

6. Il-valur statistiku li jrid jingħata fl-istrument tal-fatti magħrufa għandu jiġi indikat fil-munita nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-wirja ta' valur espressa f'munita oħra.

Ir-rata tal-kambju li trid tiġi wżata sabiex tistabbilixxi l-valur statistiku għandha tkun jew ir-rata tal-kambju wżata fil-kalkolu tal-valur li jaqa' taħt id-dazju jew ir-rata uffiċjali tal-kambju dak in-nhar ta' l-esportazzjoni jew importazzjoni tal-merkanzija.

Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tad-dwana, fil-każ ta' dikjarazzjoni perjodika l-Istati Membri jistgħu jiffissaw rata waħdiena għall-perjodu taż-żmien għall-qlib fil-munita nazzjonali.

Artikolu 10

1. "Mod ta' trasport fuq il-fruntiera ta' barra nett" ifisser il-mod ta' trasport stabbilit skond il-mezz attiv ta' trasport li bih:

- waqt l-esportazzjoni tal-merkanzija, l-oġġetti huma meqjusa li jħallu t-territorju statistiku tal-Komunità,

- waqt l-importazzjoni tal-merkanzija, l-oġġetti huma meqjusa li jkunu daħlu fit-territorju statistiku tal-Komunità.

2. "Mod ta' trasport ġewwa l-pajjiż" ifisser il-mod ta' trasport stabbilit bil-mezzi attivi tat-trasport li bih:

- waqt l-esportazzjoni tal-merkanzija, l-oġġetti huma meqjusa li ħallew il-post tal-partenza,

- waqt l-importazzjoni tal-merkanzija, l-oġġetti jaslu fil-post tal-wasla.

Dan it-tagħrif għandu jkun meħtieġ biss fil-każi li għalihom tipprovdi l-leġislazzjoni tad-dwana.

3. Il-modi ta' trasport riferiti fil-paragrafi 1 u 2 huma dawn li ġejjin:

A | B | It-Titolu |

1 | 10 | Trasport bil-baħar |

12 | Vaguna tal-ferrovija fuq bastiment li jbaħħar |

16 | Vettura tat-triq li taħdem bil-magna fuq bastiment li jbaħħar |

17 | Karru jew semi karru fuq bastiment li jbaħħar |

18 | Bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni fuq bastiment li jbaħħar |

2 | 20 | Trasport bil-ferrovija |

23 | Vettura tat-triq fuq vaguna tal-ferrovija |

3 | 30 | Trasport fuq it-triq |

4 | 40 | Trasport bl-ajru |

5 | 50 | Kunsinna bil-posta |

7 | 70 | Stallazzjonijiet tat-trasport fissi |

8 | 80 | Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma |

9 | 90 | Propulsjoni tiegħu stess |

4. Il-modi ta' trasport għandhom jiġu speċifikati fl-istrument tal-fatti magħrufa skond il-kodiċijiet fil-kolonna A tal-lista murija fil-paragrafu 3.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-modi tat-trasport ikunu speċifikati fl-istrument tal-fatti magħrufa skond il-kodiċijiet fil-kolonna B tal-lista msemmija.

5. Trasport bil-kontenituri fit-tifsira ta' l-Artikolu 670(g) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, minbarra fejn il-mod tat-trasport huwa speċifikat bil-kodiċjiet 5 (50), 7 (70), 9 (90), għandu jiġi indikat.

Għal dan il-għan, il-kodiċijiet rilevanti huma:

0 — oġġetti mhux trasportati f'kontenituri;

1 — oġġetti transportati f'kontenituri.

6. In-nazzjonalita tal-mod attiv tat-trasport fuq il-fruntiera ta' barra nett li tkun magħrufa waqt importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija trid ukoll tiġi indikata, minbarra meta l-mod tat-trasport fuq il-fruntiera Komunitarja huwa speċifikat bil-kodiċijiet 2 (20 jew 23), 5 (50), 7 (70) u 9 (90).

Għal dan il-għan, għandhom jiġu wżati l-kodiċijiet tal-pajjiż definiti b'konformità ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament Bażiku.

7. "Mezz attiv ta' trasport" tfisser il-mezz ta' trasport li jipprovdi s-saħħa motiva. Fil-każ ta' trasport bejn il-modali jew jekk ikun hemm numru ta' mezzi ta' trasport, il-mezz attiv ta' trasport għandu jkun dak li jipprovdi s-saħħa motiva għall-grupp kollu.

In-nazzjonalita tal-mezz attiv tat-trasport għandu jkun dak tal-pajjiż tar-reġistrazzjoni, kif magħruf fil-ħin tat-tkomplija tal-formalitajiet.

Artikolu 11

1. "Preferenza" tfisser is-sistema ta' tariffi li biha jiġu applikabbli dazji preferenzali tad-dwana li jkunu totalment jew parzjalment sospiżi b'konformita mal-konvenzjonijiet, ftehimijiet jew regolamenti speċifiċi tal-Komunità.

2. Il-preferenza għandha tingħad bi qbil mal-proċedura preskritta fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 12

1. "Ammont fatturat" ifisser l-ammont indikat fuq il-fattura jew dokumenti oħra minflokha.

2. "Munita" tfisser il-munita li fiha l-ammont fatturat ikun imniżżel.

Artikolu 13

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament,

(a) "transazzjoni" tfisser kull ħidma, sew kummerċjali u sew le, li twassal għal ċaqliq ta' oġġetti koperti bl-istatistika dwar kummerċ barrani;

(b) "natura tat-transazzjoni" tfisser dawk il-karatteristiċi kollha li jiddistingwu transazzjoni waħda minn oħra.

2. Il-lista ta' transazzjonijiet hija dikjarata fl-Anness II.

Għandhom ikunu speċifikati fl-istrument tal-fatti magħrufa skond in-numri tal-kodiċi fil-kolonna A jew bit-tagħqid tan-numri tal-kodiċi fil-kolonna A u s-sottodiviżjonijiet tagħhom fil-kolonna B, kif indikati fil-lista riferita iktar ‘il fuq.

Artikolu 14

1. "Skondi ta' kunsinja" tfisser id-disposizzjonijiet tal-kuntratt tal-bejgħ li jippreskrivu l-obbligi tal-bejjiegħ u tax-xerrej rispettivament, bi qbil ma' l-Incoterms tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ.

2. L-iskondi tal-kunsinja għandhom ikunu indikati fl-istrument tal-fatti magħrufa skond il-kodiċijiet u, jekk meħtieġ, bid-dettalji li jridu jiġu msemmija bi qbil ma' l-Anness III.

TITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

KAPITOLU 1

Definizzjonijiet u konsiderazzjonijiet ġenerali

Artikolu 15

1. "Moviment speċifiku ta' oġġetti" tfisser movimenti ta' oġġetti b'karatteristiċi speċifiċi li jkollhom xi importanza għall-interpretazzjoni tat-tagħrif u taz-zokk ('stem'), kif ikun il-każ, miċ-moviment minnu nnifsu, min-natura ta' l-oġġetti, mit-transazzjoni li tirriżulta fil-moviment ta' l-oġġetti jew mil-movimentta' l-oġġetti minn għand l-esportatur għal għand l-importatur.

2. Moviment speċifiku ta' l-oġġetti jkun kif ġej:

(a) impjanti industrijali;

(b) bastimenti u vetturi ta' l-ajru, kif definiti fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu;

(ċ) prodotti tal-baħar;

(d) ħażniet u fornimenti fuq bastimenti u vetturi ta' l-ajru;

(e) kunsinji mibgħuta mhux flimkien ("staggered");

(f) oġġetti militari;

(g) stallazzjonijiet ‘il barra mix-xtut ("offshore");

(h) vetturi ta' l-ispazju u tajjara ("launchers") ta' vetturi spazjali;

(i) partijiet ta' vetturi bil-mutur u ta' vetturi ta' l-ajru;

(j) kunsinji bil-posta;

(k) prodotti tal-petrol/pitrolju;

(l) prodotti mill-iskart.

3. Bla ħsara għal disposizzjonijiet bil-kontra f'dan ir-Regolament jew fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet preskritti bi qbil ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, ċaqliq speċifiku għandu jiġi msemmi skond id-disposizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-disposizzjonijiet xierqa sabiex jimplimentaw dan il-kapitolu u jistgħu jużaw, jekk ikun meħtieġ, għejun oħra ta' tagħrif statistiku għajr dawk preskritti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Bażiku.

KAPITOLU 2

Impjanti industrijali

Artikolu 16

1. "Impjant idustrijali komplet" tfisser tagħqida ta' makkinarju, apparat, strumenti, tagħmir, għodda u materjal, minn issa ‘l quddiem riferiti bħala "partijiet komponenti", li jaqgħu taħt titoli differenti fis-Sistema Armonizzata ta' nomenklatura u mfassla sabiex jiffunjzjonaw flimkien bħala unità fuq skala kbira sabiex jipproduċu oġġetti jew jipprovdu servizzi.

L-oġġetti l-oħra kollha li huma wżati biex jibnu impjant industrijali komplet jistgħu jiġu trattati bħala partijiet komponenti ta' dan, basta li ma jiġux imwarrba mill-binja ta' l-istatistika minħabba r-Regolament Bażiku.

2. Proċedura simplifikata ta' dikjarazzjonijiet tista' tiġi wżata biex tirrekordja esportazzjonijiet ta' impjant industrijali komplet. Dawk responsabbli li jfornu t-tagħrif statistiku għandhom jiġu awtorizzati, fuq it-talba tagħhom, li jużaw din il-proċedura simplifikata bi qbil mal-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament.

3. Il-proċedura simplifikata tista' tiġi applikata biss għall-esportazzjoni ta' impjant industrijali komplet, li l-valur statistiku totali ta' kull wieħed jaqbeż il-1,5 miljuni EUR, jekk kemm-il darba ma jkunux impjanti industrijali kompleti għal użu mill-ġdid. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kriterji wżati.

Il-valur statistiku ta' impjant industrijali komplet jiġi kalkolat biż-żieda tal-valuri statistiċi tal-partijiet komponenti tiegħu u l-valuri statistiċi ta' l-oġġetti riferiti fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu1.

Artikolu 17

1. Is-sotto-titoli applikabbli għall-iskopijiet ta' dan il-kapitolu huma dawk provvduti fil-Kapitlu 98 tan-Nomenklatura Magħquda, f'dak li għandu x'jaqsam ma' partijiet komponenti għal impjanti industrijali kompleti koperti mill-Kapitoli 63, 68, 69, 70, 72, 73, 76, 82, 84, 85, 86, 87, 90 u 94, b'riferenza għal kull wieħed minn dawn il-kapitoli u għal kull wieħed mit-titoli individwali li jokkomponuhom.

2. Għall-għanijiet ta' dan il-kapitolu, partijiet komponenti li jaqgħu taħt kapitolu speċifikat għandhom jiġu klassifikati skond is-sotto-titolu ta' impjant industrijali komplet tal-Kapitolu 98 fil-kapitolu in kwistjoni, iżda mhux jekk id-dipartiment kompetenti mniżżel fil-lista ta' dak il-Kapitolu jeħtieġ il-klassifika ta' l-oġġetti fil-kapitolu 98 taħt is-sotto-titoli xierqa ta' impjant industrijali komplet fil-livell tat-titoli tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata jew li japplika d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3.

Iżda, l-proċedura simplifikata ma għandhiex iżżomm lid-dipartiment kompetenti milli jikklassifika ċerti partijiet komponenti fis-sotto-titoli rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda fit-tifsira tal-punt (b) ta' l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [6].

3. Fejn id-dipartiment kompetenti riferit fil-paragrafu 2 jikkunsidra li l-valur ta' l-oġġetti ta' impjant industrijali komplet huwa baxx iżżejjed sabiex jiġġustifika li jdaħħalhom fis-sotto-titolu li għandu x'jaqsam mal-kapitoli li jaqgħu taħthom, għandhom japplikaw sotto-titoli speċifiċi, kif provvdut fin-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 18

Bi qbil man-Nomenklatura Magħquda, in-numri tal-Kodiċi għas-sotto-titoli ta' impjant industrijali komplet għandhom jiġu komposti b'konformita mar-regoli li ġejjin:

1. il-kodiċi għandu jkun fih tmien numri;

2. l-ewwel żewġ numru għandhom ikunu 9 u 8 rispettivament;

3. it-tielet numru, li għandu jservi biex jidentifika esporti ta' impjant industrijali komplet, għandu jkun 8;

4. ir-raba' numru għandu jvarja minn 0 sa 9 skond l-attività ekonomika prinċipali mwettqa mill-pjant ta' l-industrija kompleta u skond il-klassifikazzjoni mogħtija hawn taħt:

Kodiċi | Attività Ekonomika |

0 | Enerġija (inkluż il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fwar u misħun) |

1 | Estrazzjoni ta' minerali li ma jipproduċux enerġija (inkluż il-preparazzjoni ta' metalli mill-ħadid mhux maħdumin u estrazzjoni tal-peat); il-manifattura ta' prodotti mhux metalliċi (inkluż l-manifattura ta' ħġieġ u oġġetti magħmulin mill-ħġieġ) |

2 | L-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar; il-manifattura ta' oġġetti tal-metall (eskluż inġinerija mekanika u kostruzzjoni ta' mezzi ta' transport) |

3 | L-inġinerjia mekkanika u kostruzzjoni b'mezzi ta' transport, inġinerija dwar l-istrumenti |

4 | Industrija tal-kimika (inkluż l-industrija ta' fibri magħmula mill-bniedem); gomma u l-industrija tal-platik |

5 | L-industrija ta' l-ikel, xorb u tat-tabakk |

6 | L-industrija tat-tessuti, ġild, xedd-ir riġel u tal-ħwejjeġ |

7 | L-industrija ta' injam mhux maħdum u tal-karti (inkluż stampar u ppublikar); industrija tal-manifattura mhux klassifikati x'imkien ieħor |

8 | Trasport (eskluż servizzi konnessi mat-trasport, servizzi ta' aġenti ta' l-ivvjaġġar, sensala ta' merkanzija u aġenti oħra li jiffaċilitaw it-trasport tal-passiġġieri jew merkanzija, il-ħażna u l-magażżinaġġ) u komunikazzjoni |

9 | Kollezzjoni, purifikazzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma; servizzi konnessi mat-trasport; attivitajiet ekonomiċi mhux klassifikati x'imkien ieħor |

5. il-ħames u s-sitt numri għandhom jaqblu man-numru tal-kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda li miegħu għandu x'jaqsam l-impjant industrijali komplet. Madankollu, għall-għanijiet ta' l-Artikolu 17(3), dawn il-ħames u s-sitt numri għandhom ikunu 9;

6. għas-sotto-titoli ta' impjant industrijali komplet lokati:

- fil-livell ta' kapitolu fin-Nomenklatura Magħquda, is-seba' u t-tmien numri għandhom ikunu 0,

- fil-livell ta' kapitolu fis-Sistema Armonizzata, is-seba' u t-tmien numri għandhom jaqblu mat-tielet u r-raba' numru ta' dan it-titolu;

7. id-dipartiment kompetenti riferit fl-Artikolu 17(2) għandu jippreskrivi l-ispeċifikazzjoni u n-numru tal-kodiċi li jridu jiġu wżata fl-istrument tat-tagħrif statistiku biex jidentifika l-partijiet komponenti ta' l-impjant industrijali komplet.

Artikolu 19

1. Dawk responsabbli li jfornu t-tagħrif statistiku ma jistgħux ma jużawx il-proċedura simplifikata ta' dikjarazzjoni mingħajr il-permess minn qabel bi qbil mar-regoli dettaljati li kull Stat Membru għandu jippreskrivi fil-qafas ta' dan il-kapitolu.

2. Fil-każ ta' impjant industrijali komplet li l-partijiet komponenti tiegħu jiġu esportati minn numru ta' Stati Membri, l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura simplifikata tad-dikjarazzjoni għandha tingħata minn kull Stat Membru għall-esporti li jkollu x'jaqsam magħhom. Iżda, din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss mal-għoti ta' xhieda dokumentarja illi l-valur statistiku totali speċifikat fl-Artikolu 16(3) ġie milħuq jew li l-kriterji jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura simplifikata.

3. Fejn id-dipartiment kompetenti riferit fl-Artikolu 17(2) ma hux id-dipartiment responsabbli għall-bini ta' l-istatistika dwar il-kummerċ barrani ta' l-Istat Membru esportatur, ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni mingħajr il-kunsens ta' dan ta' l-aħħar.

KAPITOLU 3

Importazzjoni u esportazzjoni ta' bastimenti u vetturi ta' l-ajru

Artikolu 20

Għall-għanijiet ta' dan il-kapitolu:

(a) "bastimenti" tfisser il-vessili wżati għat-trasport bil-baħar, riferiti fin-Noti Addizzjonali 1 u 2 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda, u bastimenti tal-gwerra;

(b) "vetturi ta' l-ajru" tfisser ajruplani li jaqgħu gewwa l-kodiċi 8802 tan-NK għall-użu ċivili, basta jkunu wżati minn linja ta' l-ajru, jew għal użu militari;

(ċ) "pussess ta' bastiment jew vettura ta' l-ajru" tfisser il-fatt tar-reġistrazzjoni ta' persuna fiżika jew legali bħala s-sid ta' bastiment jew vettura ta' l-ajru;

(d) "pajjiż sieħeb"' tfisser:

- fl-importazzjoni, il-pajjiż terz tal-bini jekk il-bastiment jew il-vettura ta' l-ajru jkunu ġodda; f'każijiet oħra għandha tfisser il-pajjiż terz fejn il-persuna naturali jew legali li tittrasferixxi l-pussess tal-bastiment jew vettura ta' l-ajru hija stabbilita,

- fl-esportazzjoni tal-merkanzija, il-pajjiż terz fejn tkun stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha jiġu trasferiti l-pussess ta' bastiment jew vettura ta' l-ajru.

Artikolu 21

1. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika ta' kummerċ barrani li tkopri dan li ġej:

(a) it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew vettura ta' l-ajru minn persuna fiżika jew legali stabbilita f'pajjiż terz lil persuna fiżika jew legali stabbilita fi Stat Membru; din it-transazzjoni għandha tiġi trattata l-istess bħall-merkanzija importatata;

(b) it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew vettura ta' l-ajru minn persuna fiżika jew legali stabbilita fi Stat Membru lil persuna fiżika jew legali stabbilita f'pajjiż terz; din it-trasazzjoni għandha titniżżel l-istess bħall-merkanzija esportata; jekk il-bastiment jew il-vettura ta' l-ajru huma ġodda, il-merkanzija esportata għandha tiġi rekordjata fl-Istat Membru tal-bini tagħhom;

(ċ) it-tqegħid ta' bastimenti u vetturi ta' l-ajru taħt il-proċeduri tal-proċessar tad-dwana bħala deħlin fil-pajjiż u l-esportazzjoni mill-ġdid tagħhom wara l-proċessar li deħlin fil-pajjiż għal destinazzjoni f'pajjiż terz;

(d) it-tqegħid ta' bastimenti jew vetturi ta' l-ajru taħt il-proċeduri ta' l-proċessar tad-dwana bħala ħerġin ‘il barra mill-pajjiż u l-importazzjoni mill-ġdid tagħhom wara l-proċessar ta' ħerġin ‘il barra mill-pajjiż.

2. Ir-riżultati ta' l-operati riferiti fil-paragrafu 1(a) u (b) li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni għandhom jinkludu l-fatti magħrufa li ġejjin:

- il-kodiċi li tikkorespondi mas-sotto-diviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda,

- il-proċedura statistika,

- il-pajjiż sieħeb,

- il-kwantita, bħala numru ta' oġġetti jew f'kull unita supplimentari oħra preskritti fin-Nomenklatura Magħquda, għall-bastimenti, u l-kwantita, f'massa netta u unitajiet supplimentari, għall-vetturi ta' l-ajru,

- il-valur statistiku.

Artikolu 22

L-Istati Membri għandhom jużaw kull għajn ta' tagħrif bil-għan li jikkonformaw ma' dan il-kapitolu.

KAPITOLU 4

Ħażniet u fornimenti fil-bastimenti u l-vetturi ta' l-ajru

Artikolu 23

Għall-għanijiet ta' dan il-kapitolu:

- "ħażniet fil-bastimenti u l-vetturi ta' l-ajru" tfisser il-prodotti varji għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' bastimenti u vetturi ta' l-ajru;

- "fornimenti fil-bastimenti u l-vetturi ta' l-ajru" tfisser il-prodotti għat-tħaddim tal-magni, makkinarju u tagħmir ieħor fuq il-bastimenti jew il-vetturi ta' l-ajru, bħalma huma karburanti, żjut u lubrikanti.

Artikolu 24

1. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika ta' kummerċ barrani li tkopri li ġej:

(a) kull kunsinja ta' ħażniet u fornimenti fuq bastimenti u vetturi ta' l-ajru lil bastimenti jew vetturi ta' l-ajru li għalihom il-persuna naturali jew legali responsabbli mill-użu kummerċjali tagħhom hija stabbilita f'pajjiż terz, u li hija stazzjonata f'port jew ajruport ta' l-Istat Membru li jirraporta, basta li huma oġġetti tal-Komunità jew mhux oġġetti tal-Komunità mniżżla skond arranġamenti tal-proċessar mid-dwana bħala deħlin fil-pajjiż jew skond arranġamenti tal-proċessar taħt il-kontroll tad-dwana; din l-operazzjoni għandha tiġi trattata bħala esportazzjoni ta' merkanzija;

(b) kull kunsinja ta' ħażniet u fornimenti fuq bastimenti u vetturi ta' l-ajru lil bastimenti jew vetturi ta' l-ajru nazzjonali, li huma stazzjonati f'port jew ajruport ta' l-Istat Membru li jirraporta, basta li jkunu oġġetti mhux tal-Komunità li ma jkunux inħarġu mid-dwana għal ċirkulazzjoni ħielsa, imniżżla skond arranġamenti ta' proċessar tad-dwana bħala deħlin fil-pajjiż jew skond arranġamenti ta' proċessar taħt il-kontroll tad-dwana; din l-operazzjoni għandha tiġi trattata bħala importazzjoni ta' merkanzija.

2. Il-prospett ta' kull xahar dwar l-operati riferiti fil-paragrafu1(a), li jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandu jinkudi l-fatti magħrufa li ġejjin:

(a) il-kodiċi tal-prodott, skond il-kodifika simplifikata li ġejja:

- 99302400: oġġetti minn Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata,

- 99302700: oġġetti minn Kapitolu 27 tas-Sistema Armonizzata,

- 99309900: oġġetti klassifikati xi mkien ieħor,

(b) il-kodiċi speċifika tal-pajjiż QS (jew 952);

(ċ) il-proċedura statistika;

(d) il-kwantità f'massa netta;

(e) il-valur statistiku.

KAPITOLU 5

Kunsinji maqsuma ('staggered')

Artikolu 25

Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, "kunsinji maqsuma" tfisser importazzjoni jew esportazzjoni ta' komponenti ta' oġġetti sħaħ fi stat ta' mhumiex imgħaqqda flimkien fuq numru ta' kunsinji għal raġunijiet ta' kummerċ jew minħabba t-trasport.

Artikolu 26

Fil-prospett ta' kull xahar mibgħut lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, fatti magħrufa dwar oġġetti importati jew esportati f'kunsinji maqsuma għandhom jinġabru u jinbnew darba biss, fix-xahar ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni ta' l-aħħar taqsima parzjali, bl-indikazzjoni tal-valur sħiħ ta' l-oġġett imgħaqqad flimkien u sħiħ u bl-użu tal-kodiċi ta' klassifika għal dan l-oġġett.

KAPITOLU 6

Oġġetti militari

Artikolu 27

1. Għandha tintbagħat statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi mhumiex membri u li tkopri esportazzjoni u importazzjoni ta' merkanzija għall-użu militari skond id-definizzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri.

2. Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru l-operati rferiti fil-paragrafu 1, li jintbagtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu l-fatti magħrufa li ġejjin:

(a) il-kodiċi li jikkorrespondu mas-sotto-diviżjonijiet tal-klassifika tal-prodott riferit fl-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku;

(b) il-kodiċi tal-pajjiż sieħeb;

(ċ) il-proċedura statistika;

(d) il-kwantita f'massa netta u, fejn xieraq, f'unitajiet supplimentari;

(e) il-valur statistiku.

3. Fl-Istati Membri li ma jistgħux japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 minħabba s-segretezza militari, għandhom jittieħdu passi xierqa sabiex jiżguraw illi, ta' l-inqas, il-valur statistiku ta' l-oġġetti esportati u l-oġġetti impurtati maħsuba għal użu militari jiġi inkluż fil-prospetti ta' kull xahar mibgħuta lill-Kummissjoni.

KAPITOLU 7

Stallazzjonijiet ‘il barra mix-xtut

Artikolu 28

1. Għall-għanijiet ta' dan il-kapitolu, "stallazzjonijiet ‘il barra mix-xtut" tfisser it-tagħmir u l-istrumenti stallati fl-ibħa aperti sabiex ifittxu u jesplojtjaw riżorsi minerali.

2. Stallazzjonijiet "barranija", bil-kuntrarju għal stallazzjonijiet "nazzjonali", tfisser dawk l-istallazzjonijiet li fihom il-persuna naturali jew legali responsabbli mill-użu kummerċjali tagħhom hija stabbilita f'pajjiżi li mhumiex membri.

Artikolu 29

1. Fi Stat Membru magħruf bħala tali, l-istatistika dwar il-kummerċ ma' pajjiżi mhumiex membri u li tkopri dan li ġej għandha tintbagħat lill-Kummissjoni:

(a) il-kunsinja ta' oġġetti lil stallazzjoni nazzjonali direttament minn pajjiż mhux membru jew minn stallazzjoni barranija; din it-transazzjoni għandha tiġi trattatta bħala importazzjoni ta' merkanzija;

(b) il-kunsinja ta' oġġetti lil pajjiż mhux membru jew lil stallazzjoni barranija minn stallazzjoni nazzjonali; din it-transazzjoni għandha tiġi trattata bl-istess mod bħala esportazzjoni ta' merkanzija;

(ċ) il-kunsinja ta' oġġetti lil stallazzjoni nazzjonali minn maħżen tad-dwana lokat fit-territorju statistiku ta' Stat Membru; din it-transazzjoni għandha tiġi trattata bl-istess mod bħala importazzjoni ta' merkanzija;

(d) l-importazzjoni fit-territorju statistiku ta' dan l-Istat Membru ta' oġġetti minn stallazzjoni barranija;

(e) l-esportazzjoni mit-territorju statistiku ta' dan l-Istat Membru ta' oġġetti destinati għal stallazzjoni barranija.

2. Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru l-operati riferiti fil-paragrafu 1, li jintbagħtu lill-Kummissjoni, għandhom jinkludu l-fatti magħrufa li ġejjin:

(a) il-kodiċi li jaqbel mas-sotto-diviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Iżda, mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tad-dwana, jekk l-oġġetti huma dawk riferiti fl-Artikolu 23 l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li jużaw il-kodiċijiet simplifikati dikjarati fl-Artikolu 24(2)(a);

(b) il-kodiċi tal-pajjiż sieħeb.

Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tad-dwana, fil-każ ta' oġġetti ġejjin minn jew destinati lejn stallazzjonijiet, il-pajjiż sieħeb għandu jkun dak fejn hi stabbilita l-persuna naturali jew legali responsabbli mill-użu kummerċjali ta' l-istallazzjoni in kwistjoni. Fejn dan it-tagħrif mhux disponibbli, għandha tiġi wżata l-kodiċi QW (jew 960);

(ċ) il-proċedura statistika;

(d) il-kwantita f'massa netta;

(e) il-valur statistiku.

KAPITOLU 8

Vetturi spazjali

Artikolu 30

Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a) "vettura spazjali" tfisser vettura bħal satelliti li jivvjaġġaw fl-ispazju ‘il barra mill-atmosfera tad-dinja;

(b) "pussess ta' vettura spazjali" tfisser il-fatt tar-reġistrazzjoni ta' persuna natural jew legali bħala s-sid ta' vettura spazjali.

Artikolu 31

1. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika dwar il-kummerċ ma' pajjiżi mhux membri li tkopri dan li ġej:

(a) id-dħul bil-permess ta' vettura spazjali skond l-arranġementi ta' proċessar ta' dħul fil-pajjiż u l-esportazzjoni tagħha skond dawn l-arranġamenti lejn pajjiżi mhux membri;

(b) id-dħul bil-permess ta' vettura spazjali skond l-arranġamenti ta' proċessar ta' ħruġ ‘il barra mill-pajjiż u l-importazzjoni tagħha skond dawn l-arranġementi;

(ċ) it-tfigħ fl-ispazju ta' vettura spazjali li kienet soġġetta għal trasferiment ta' pussess minn persuna naturali jew legali stabbilita f'pajjiż mhux membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru.

Din l-operazzjoni għandha titniżżel bħala importazzjoni ta' merkanzija fl-Istat Membru fejn hu stabbilit il-possessur il-ġdid;

(d) it-tfigħ fl-ispazju ta' vettura spazjali li kienet soġġetta għal trasferiment ta' pussess minn persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fi stat mhux membru.

Din l-operazzjoni għandha titniżżel bħala esportazzjoni ta' merkanzija mill-Istat Membru tal-manifattura tal-vettura spazjali kompleta;

(e) it-trasferiment tal-pussess ta' vettura spazjali f'orbita minn persuna naturali jew legali stabbilita f'pajjiż mhux membru lil persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru. Din l-operazzjoni għandha titniżżel bħala importazzjoni ta' merkanzija;

(f) it-trasferiment tal-pussess ta' vettura spazjali f'orbita minn persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru lil persuna naturali jew legali stabbilita f'pajjiż mhux membru. Din l-operazzjoni għandha titniżżel bħala esportazzjoni ta' merkanzija.

2. Il-prospetti ta' kull xahar dwar l-operati riferiti fil-paragrafu 1(c) sa (f), li jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu l-fatti magħrufa li ġejjin:

(a) il-kodiċi li taqbel mas-sotto-diviżjoni tal-klassifika tal-prodotti riferita fl-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku;

(b) il-kodiċi tal-pajjiż sieħeb.

Għall-operati riferiti fil-paragrafu 1(c), il-pajjiż sieħeb ifisser il-pajjiż tal-manifattura tal-vettura spazjali kompleta.

Għall-operati riferiti fil-paragrafu 1(d) u (f), il-pajjiż sieħeb ifisser il-pajjiż fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha jsir it-trasferiment tal-pussess tal-vettura spazjali.

Għall-operati riferiti fil-paragrafu1(e), il-pajjiż sieħeb ifisser il-pajjiż fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali li tittrasferixxi l-pussess tal-vettura spazjali;

(ċ) il-proċedura statistika;

(d) il-kwantità f'massa netta u f'unitajiet supplimentari;

(e) il-valur statistiku.

Għall-oġġetti importati riferiti fil-paragrafu1(c), il-valur statistiku jinkludi t-trasport u l-assigurazzjoni konnessa mat-twassil sal-bażi tat-tfigħ u l-vjaġġ spazjali.

TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

B'konformità ma' l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, u mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' riferenza, ir-riżultati ta' kull xahar ta' l-istatistika dwar il-kummerċ barrani tagħhom.

Artikolu 33

1. Jekk il-fatti magħrufa misjuba fl-istrument ta' tagħrif statistiku jeħtieġ li jiġi korrett, il-korrezzjonijiet għandhom ikunu għaċ-ċifri tal-perjodu taż-żmien ta' riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-fatti magħrufa ta' kull xahar korretti ta' l-inqas kull tliet xhur, flimkien mal-fajl fejn jinsabu l-fatti magħrufa annwali akkumulati u korrettti.

Artikolu 34

L-Istati Membri għandhom iżommu l-istrumenti tat-tagħrif statistiku riferiti fl-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament Bażiku, jew għall-inqas it-tagħrif misjub fihom, għal mill-inqas sentejn wara t-tmiem tas-sena li għaliha jirreferu l-istrumenti.

Artikolu 35

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istruzzjonijiet nazzjonali tagħhom u l-emendi kollha li joħorġu minnhom.

Artikolu 36

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 840/96 [7] huwa mħassar b'effett mill-1 Jannar 2001.

Riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu li jirreferu għal dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

[2] ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[5] ĠU L 188, tas-26.7.2000, p. 1.

[6] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[7] ĠU L 114, tat-8.5.1996, p. 7.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta' eċċezzjonijiet riferiti fl-Artikolu 2

Fatti magħrufa ma għandhomx jiġu mibnija għall-oġġetti li ġejjin:

(a) mezzi ta' pagamenti li huma f'munita legali, u sigurtajiet;

(b) deheb monetarju;

(ċ) għajnuna ta' emerġenza f'firxiet ta' art ta' diżastru;

(d) minħabba n-natura diplomatika jew simili fl-użu maħsub għalihom:

1. oġġetti li jibbenefikaw minn immunita diplomatika u konsulari jew simili;

2. rigali lill-Kap ta' l-Istat jew lil membri tal-gvern jew parlamentari;

3. oġġetti li jiġu ċirkolati fil-qafas ta' għajnuna amministattivi bejn xulxin;

(e) iżda li ma jkunux bla ħsara għal transazzjonijiet kummerċjali:

1. dekorazzjonijiet, unuri onorarji u premjijiet, simboli kommemorattivi u midalji;

2. tagħmir ta' l-ivvjġġar, proviżjon u oġġetti oħra, inkluż tagħmir sportiv, maħsub għall-użu personali jew għall-konsum li jakkompanja, jippreċedi jew isegwi lill-vjaġġatur;

3. ilbiesi tal-għarusa, oġġetti involuti fil-bdil ta' djar, jew oġġetti prezzjużi miruta;

4. twiebet, urni funerarji, oġġetti ornamentali funerarji u oġġetti għaż-żamma fi stat tajjeb ta' oqbra u monumenti funerarji;

5. materjal stampat ta' pubbliċita, istruzzjonijiet dwar l-użu, listi tal-prezzijiet u oġġetti oħra ta' pubbliċita;

6. oġġetti li jkunu ħarġu mill-użu, jew li ma jistgħux jiġu wżati għal skopijiet industrijali;

7. saborra;

8. bolli tal-posta;

9. prodotti farmaċewtiċi wżati f'laqgħat sportivi internazzjonali;

(f) prodotti wżati bħala parti minn miżuri komuni eċċezzjonali għall-protezzjoni tal-persuni jew ta' l-ambjent;

(g) oġġetti li huma oġġetti ta' traffikar mhux kummerċjali bejn persuni residenti f'zoni ta' fruntiera definiti mill-Istati Membri (traffiku tal-fruntiera); prodotti miksuba minn produtturi agrikoli fuq proprjetajiet lokati barra minn, iżda jmissu, mat-territorju statistiku li fih ikollhom l-impriża prinċipali tagħhom;

(h) iżda jekk il-kummerċ huwa temporanju, l-oġġetti importati u esportati għat-tiswija ta' mezzi tat-trasport u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-trasport, imma li ma jaqgħux taħt l-arraġementi ta' proċessar, u partijiet mibdula waqt it-tiswijiet;

(i) oġġetti esportati lill-forzi armati nazzjonali stazzjonati ‘il barra mit-territorju statistiku kif ukoll oġġetti importati li kienu miġrura ‘il barra mit-terrijtorju statistiku mill-forzi armati nazzjonali, kif ukoll oġġetti akkwistati jew meqruda fuq it-terrirtorju statistiku ta' Stat Membru minn forzi armati barranija li jkunu stazzjonati fih;

(j) oġġetti wżati bħala ġarrara ta' tagħrif bħalma huma diskijiet floppy, żigarelli tal-kompjuter, pjanti (disinji), żagarelli ta' l-awdjo jew tal-video, CD-ROM-ijiet li huma negozjati għalbiex jipprovdu tagħrif, fejn maħduma fuq ordni għal klijient partikolari jew fejn ma humiex soġġetti għal transazzjoni kummerċjali, kif ukoll oġġetti li jikkumplimentaw kunsinja ta' qabel, p.e. aġġornament, u li għalihom min jirċievi ma jingħatax fattura;

(k) tfigħ fl-ispazju ta' satelliti:

- fil-waqt ta' l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tal-merkanzija sakemm jintefgħu fl-ispazju,

- fil-ħin tat-tfigħ fl-ispazju.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista tat-transazzjonijiet referuti fl-Artikolu 13(2)

A | B |

1.Transazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment attwali jew intiż tal-padronanza kontra l-kumpens (finanzjarju jew mod ieħor) (apparti milli t-transazzjonijiet elenkati taħt 2, 7, 8) | 1.Xiri/bejgħ/kompletament2.Forniment għall-bejgħ bil-konsenja jew wara prova, għal forniment bl-intermedju ta' aġent bis-senserija3.Kummerċ tat-tpartit (kumpens bl-għelejjel)4.Xiri personali mill-vjaġġaturi5.Kiri finanzjarju (xiri bin-nifs) |

2.Oġġetti mibgħuta lura wara r-reġistrazzjoni tat-transazzjoni oriġinali permezz tal-kodiċi 1; tibdil ta' l-oġġetti mingħajr pagamenti | 1.Oġġetti mibgħuta lura2.Kambjament ta' l-oġġetti mibgħuta lura3.Kambjament (e.g. permezz tat-termini tal-garanzija) għall-oġġetti mhux mibgħuta lura |

3.Transazzjonijiet (mhux temporanji) li jinvolvu t-trasferiment tal-padronanza imma mingħajr kumpens (finanzjarju jew mod ieħor) | 1.Oġġetti fornuti permezz tal-programmi ta' għajnuna operati jew iffinanzjati, parzjalment jew totalment, mill-Komunità Ewropea2.Fornimenti ġenerali oħrajn b'għajnuna governattiva3.Fornimenti oħrajn ta' għajnuna (individwi u organizzazzjonijiet mhux governattivi)4.Oħrajn |

4.Operazzjonijiet bil-għan tal-ipproċessar permezz ta' kuntratt jew tiswija (apparti minn dawk irreġistrati taħt 7) | 1.Proċessar permezz ta' kuntratt2.Tiswija u manutenzjoni bil-ħlas3.Tiswija u manutenzjoni mingħajr ħlas |

5.Operazzjonijiet wara l-ipproċessar permezz ta' kuntratt jew tiswija (apparti minn dawk irreġistrati taħt 7) | 1.Proċessar permezz ta' kuntratt2.Tiswija u manutenzjoni bil-ħlas3.Tiswija u manutenzjoni mingħajr ħlas |

6.Transazzjonijiet li ma jinvolvux trasferiment ta' padronanza, e.g. kiri, self, kiri operattiv u użu temporanju ieħor, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar permezz ta' kuntratt jew ta' tiswija (forniment jew ritorn) | 1.Kiri, self, kiri operattiv2.Oġġetti oħrajn għal użu temporanju |

7.Operazzjonijiet permezz tal-proġetti konġunti tad-difiżi jew programmi tal-produzzjoni konġunti oħrajn inter-governattivi (e.g. Airbus) | |

8.Forniment ta' materjali u apparat tal-kostruzzjoni għal xogħlijiet li huma parti minn kuntratt ta' kostruzzjoni ġenerali jew tal-inġinerija | |

9.Transazzjonijiet oħrajn | |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Lista ta' termini ta' kunsinja riferiti fl-Artikolu 14(2)

1 : Il-post lokalizzat fit-territorji ta' l-Istat Membru ikkonċernat;

2 : Il-post lokalizzat fi Stat Membru ieħor;

3 : Oħrajn (postijiet lokalizzati il-barra mill-Komunità).

L-ewwel sub-kaxxa | Tifsira | It-tieni sub-kaxxa |

Kodiċi incoterm | Incoterm ICC/ECE Ġinevra | Il-post li għandu jkun indikat |

EXW | ex-works (mill-bieb tal-fabbrika) | il-lokalità tax-xogħlijiet |

FCA | free carrier (karreġġjata mingħajr pagamenti) | il-post miftihem |

FAS | free alongside ship (liberu mal-ġemb tal-vapur) | il-port miftihem tat-tagħbija |

FOB | free on board (liberu abbord) | il-port miftihem tat-tagħbija |

CFR | cost and freight (C & F) (l-ispiża u n-nol) | il-port miftihem tad-destinazzjoni |

CIF | cost, insurance and freight (il-valur, l-assigurazzjoni u n-nol) | il-port miftihem tad-destinazzjoni |

CPT | carriage paid to (karreġġjata mħallsa lil) | il-port miftihem tad-destinazzjoni |

CIP | carriage and insurance paid to (karreġġjata u l-assigurazzjoni mil-ħallsa lil) | il-port miftihem tad-destinazzjoni |

DAF | delivered at frontier (imwassal fil-fruntiera) | il-Post miftiehem kif imwassal fil-fruntiera |

DES | delivered ex-ship (imwassall mill-vapur) | il-port miftihem tad-destinazzjoni |

DEQ | delivered ex-quay (imwassall mill-moll) | wara r-rilaxx doganali, il-port miftihem |

DDU | delivered duty unpaid (imwassal bid-dazju mhux imħallas) | il-post miftiehem tad-destinazzjoni fil-pajjiż ta' l-importazzjoni |

DDP | delivered duty paid (imwasal bid-dazju imħallas) | il-post miftiehem tal-kunnsenja fil-pajjiż ta' l-importazzjoni |

XXX | Termini oħrajn tat-twassil apparti minn dawk elenkati hawn fuq | stqarrija preċiża tat-termini speċifikati fil-kuntratt |

--------------------------------------------------