32000R1534



Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0078 - 0078


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1534/2000

tat-13 ta’ Lulju 2000

li jistabilixxi ż-żoni ta’ produzzjoni sensittiva u/jew gruppi ta’ varjetajiet ta’ kwalità għolja eżenti mill-applikazzjoni tal-kwota ta’ programm ta’ xiri lura ta’ tabakk mhux maħdum

Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1336/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru1998 li jipprovdi regoli dattaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ primjum, kwoti ta’ produzzjonijiet u l-għajnuna speċifika ligħandha tingħata lil gruppi ta’ produtturi fif-settur tat-tabakk mhux maħdum [3], kif l-aħħaremendat bir-Regolament (KE) Nru 1249/2000 [4], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi ta’ proposti mill-Istati Membri, liema żoni ta’ prodotti sensittivi u/jew gruppi ta’ varjetajietta’ kwalità għolja, sa massimu ta’ 25 % tal-limitu ta’ garanzija ta’ kull Stat Membru, għandhomikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-programm ta’ kwota ta’ xiri lura.

(2) Fuq talba ta’ ċerti Stati Membri, dawn il-gruppi ta’ varjetajiet ta’ kwalità għolja għandhom jiġustabbiliti.

(3) L-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 jistipula li l-Istat Membru għandu jagħmelpubbliku l-ħsieb tiegħu li jbiegħ mill-1 1 ta’ Settembru biex il-produtturi jkunu jistgħu jixtru l-kwota qabel ma attwalment tinxtara lura. Għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-31ta’ Awissu 2000.

(4) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantijiet ta’ gruppi ta’ varjetajiet ta’ kwalità għolja eżenti mill-kwota ta’ xiri lura għall-2000 ħsad huma kif ġej:

fil-Portugall:

Grupp I | 1321 tunnellata. |

Grupp II | 291 tunnellata. |

fi Franza:

Grupp I | 1438 tunnellata, |

Grupp II | 2237,219 tunnellata, |

Grupp III | 1302,793 tunnellata |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-31 ta’ Awissu 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

[2] ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 2.

[3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17.

[4] ĠU L 142, tas-16.6.2000, p. 3.

--------------------------------------------------