32000R1347



Official Journal L 160 , 30/06/2000 P. 0019 - 0036


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000

tad-29 ta' Mejju 2000

dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji matrimonjali u f'materji ta' responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) L-Istati Membri stabbilixxew għalihom l-objettiv taż-żamma u l-iżvilupp ta' l-Unjoni bħala żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu ta' persuni huwa assigurat. Li jistabbilixxu żona bħal dik, il-Komunità għandha tadotta, fost oħrajn, il-miżuri fil-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili meħtieġa għal funzjonament xieraq tas-suq intern.

(2) Il-funzjonament xieraq fis-suq intern jitlob il-ħtieġa li jittejjeb u jkun mħaffef il-moviment liberu ta' sentenzi f'kwistjonijiet ċivili.

(3) Dan huwa suġġett li issa jidħol fl-ambitu ta' l-Artikolu 65 tat-Trattat.

(4) Differenzi bejn ċerti regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u l-infurzar jfixklu l-moviment liberu ta' persuni u l-operazzjoni tajba tas-suq intern. Għalhekk hemm raġunijiet ħalli jkunu preskritti dispożizzjonijiet li jgħaqqdu r-regoli tal-konflitt ta' ġurisdizzjoni f'materji matrimonjali u f'materji ta' responsabbilità tal-ġenituri sabiex jissimplifikaw il-formalitajiet għal riknoxximent ta' malajr u awtomatiku u l-infurzar ta' sentenzi.

(5) Bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif preskritti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux ikunu milħuqa biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu ikunu milħuqa aħjar mill-Komunità. Dan ir-Regolament ma jmux aktar lil hinn milli minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(6) Il-Kunsill bl-Att [4] bid-data tat-28 ta' Mejju 1998, ħejja Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji matrimonjali u irrakkomandha għal adozzjoni minn l-Istati Membri bi qbil mar-regoli kostituzzjonali tagħhom. Kontinwità fir-riżultati tan-negozjati għal konklużjoni tal-Konvenzjoni għandhom ikunu assigurati. Il-kontenut ta' dan ir-Regolament huwa sostanzjalment meħud mill-Konvenzjoni, imma dan ir-Regolament fiħ numru ta' dispożizzjonijiet ġodda li ma humiex fil-Konvenzjoni sabiex jassiguraw konsistenza b'ċerti dispożizzjonijiet tar-regolament propost dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

(7) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' moviment liberu ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri fil-Komunità, huwa meħtieġ u xieraq li r-rikonoxximent minn fuq il-fruntieri ta' ġurisdizzjoni u sentenzi f'dak li għandu x'jaqsam mad-dissoluzzjoni tar-rabtiet matrimonjali u tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjuġi għandu jkun regolat bi strument legali tal-Komunità li jkunu mandatorji u direttament applikabbli.

(8) Il-miżuri preskritti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti u uniformi biex jgħinu lin-nies li jiċċaqalqu il-bogħod kemm jista' jkun. Għalhekk, għandu wkoll japplika għal ċittadini ta' Stati li ma humiex membri li r-rabtiet tagħhom fit-terrirorju ta' Stat Membru jkunu biż-żejjed mill-qrib, skond il-bażi tal-ġurisdizzjoni preskritta f'dan ir-Regolament.

(9) L-iskop ta' dan ir-Regolament għandu jkopri proċeduri ċivili u proċeduri mhux ġudizzjarji fi kwistjonijiet matrimonjali f'ċerti Stati, u jeskludi proċeduri purament reliġjużi. Għandu għalhekk ikun ipprovdut li r-referenza għal "qrati" għandha tinkludi l-awtoritajiet kollha, ġudizzjarji jew mod ieħor, b'ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet matrimonjali.

(10) Dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ. Ir-rikonoxximent ta' digrieti ta' divorzju u annullament jaffetwa biss id-dissoluzzjoni tar-tabtiet taż-żwieġ; minkejja l-fatt li dawn jistgħu jkunu interrelatati, dan ir-Regolament ma jaffetwax il-problemi bħal ma huma il-ħtijiet tal-konjuġi, il-konsegwenzi tal-propjetà fiż-żwieġ, l-obbligi ta' manteniment jew xi miżuri anċillari oħra.

(11) Dan ir-Regolament ikopri r-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal kemm taż-żewġ konjuġi dwar suġġetti li huma marbuta mill-qrib ma' proċeduri għad-divorzju, s-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ.

(12) Il-bażijiet ta' ġurisdizzjoni aċċettati f'dan ir-Regolament huma msejsa fuq ir-regola li għandu jkun hemm rabta vera bejn il-parti konċernata u l-Istat Membru li jeżerċita l-ġurisdizzjoni; id-deċiżjoni li tinkludi ċerti raġunijiet tikkorrespondi mal-fatt li dawn jeżistu f'sistemi legali nazzjonali differenti u li huma aċċettati mill-Istati Membri l-oħra.

(13) Wieħed mir-riskji li għandu jkun ikkunsidrat fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal tal-konjuġi fi kriżi matrimonjali hi li wiehed mill-ġenituri jieħu t-tfal f'pajjiż ieħor. L-interessi fundamentali tat-tfal għandhom għalhekk ikunu protetti, bi qbil ma', partikolarment, il-Konvenzjoni ta' Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tas-Sekwestru Internazzjonali ta' Tfal. Ir-residenza abitwali legali għahekk tinżamm bħala l-bażi ta' ġurisdizzjoni f'każi fejn, minħabba li l-ulied ikunu ttieħdu jew ma jkunu ttieħdu lura mingħajr raġuni legali, ikun hemm de facto tibdil fir-residenza abitwali.

(14) Dan ir-Regolament ma jfixkilx lill-qrati ta' Stat Membru milli jieħu miżuri proviżorji, inklużi protettivi, f'każijiet urġenti, fir-rigward ta' persuni jew propjeta li tinstab f'dak l-Istat.

(15) Il-kelma "sentenza" tirreferi biss għal deċiżjoni li twassal għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ. Dawk id-dokumenti li kienu formalment imħejjija jew reġistrati bħala strumenti awtentiċi u li huma esekwibbli f'wieħed mill-Istati Membri huwa ittrattati bħal ekwivalenti għal dawn is-"sentenzi".

(16) Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi mogħtija fi Stat Membru huma ibbażati fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka. Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' riknoxximent għandhom jinżammu għall-minimu possibbli. Dawn il-proċeduri għandhom jinkorporaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw l-osservanza ta' strateġija pubblika fl-Istat indirizzat u li jissalvagwaraw id-drittijiet tad-difiża u dawk tal-partijiet, inklużi drittijiet individwali ta' xi wild involut, u sabiex jinżamm ir-rikonoxximent ta' sentenzi li jkunu irrikonċiljabbli.

(17) L-Istat indirizzat m'għandux jirrevedi la l-ġurisdizzjoni ta' l-Istat oriġinali u l-anqas is-sejbiet tal-fatt.

(18) L-ebda proċedura m'għandha tkun meħtieġa għall-aġġornament ta' dokumenti ta' status-ċivili f'wieħed mill-Istati Membri fuq il-bażi tas-sentenza finali mogħtija fi Stat Membru ieħor.

(19) Il-Konvenzjoni konkluża mill-Istati Nordiċi fl-1931 għandha tkun tista' tiġi applikata fil-limiti preskritti b'dan ir-Regolament.

(20) Spanja, l-Italja u l-Portugall ikkonkludew Konkordati qabel mal-materji koperti b'dan ir-Regolament nġabu fl-ambitu tat-Trattat. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun assigurat li dawk l-Istati ma jiksrux l-impenji internazzjonali tagħhom fir-relazzjoni mas-Santa Sede.

(21) L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jaqblu bejniethom fuq miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament sa kemm l-ebda miżura tal-Komunità ma tkun ittieħdet għal dak il-għan.

(22) L-Annessi I sa III li għandhom x'jaqsmu mal-qrati u l-proċedura ta' ridress, għandhom ikunu emendati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' emendi trasmessi mill-Istati Membri kkonċernati. Emendi għall-Annessi IV u V għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jipprovdi l-proċeduri għal eżerċizju ta' poteri ta' l-implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(23) Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tiegħu u tipproponi dawk l-emendi li jistgħu jidhru meħtieġa.

(24) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, bi qbil ma' l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(25) Id-Danimarka, bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal:

(a) proċeduri ċivili li għandhom x'jaqsmu ma' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ;

(b) proċeduri ċivili li għandhom x'jaqsmu ma responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjuġi fl-okkazzjoni tal-proċeduri matrimonjali li hemm referenza għalihom f'(a).

2. Proċeduri oħra magħrufa uffiċjalment fi Stat Membru għandhom ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għal proċeduri ġudizzjarji. Il-kelma "qorti" għandha tkopri l-awtoritajiet kollha b'ġurisdizzjoni f'dawn il-materji fl-Istati Membri.

3. F'dan ir-Regolament, il-kliem "Stati Membri" għandhom ifissru l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

KAPITOLU II

ĠURISDIZZJONI

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 2

Divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ

1. Fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni għandha tkun f'idejn il-qrati ta' l-Istat Membru:

(a) li fit-territorju tiegħu:

- il-konjuġi ikunu abitwalment residenti, jew

- il-konjuġi kienu abitwalment residenti l-aħħar, sa kemm wieħed minnhom għadu xorta jabita hemm, jew

- il-konvenut ikun abitwalment residenti, jew

- fil-każ ta' applikazzjoni konġunta, wieħed mill-konjuġi jkun abitwalment residenti, jew

- l-applikant ikun abitwalment residenti jekk hu jew hi kienu residenti hemm mill-anqas għal sena minnufih qabel ma kienet saret l-applikazzjoni, jew

- l-applikant ikun abitwalment residenti jekk hu jew hi kienu residenti hemm mill-anqas għal sitt xhur minnufih qabel ma kienet saret l-applikazzjoni u li wieħed minnhom ikun ċittadin ta' l-Istat Membru f'dak il-każ jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu "d-domiċilju" tiegħu hemm;

(b) tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, tad-"domiċilji" taż-żewġ konjuġi.

2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "domiċilju" għandu jkollu l-istess tifsira li għandu taħt is-sistemi legali fir-Renju Unit u fl-Irlanda.

Artikolu 3

Responsabbilità tal-ġenituri

1. Il-qrati ta' Stat Membru li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 fuq applikazzjoni għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ għandhom ikollhom ġurisdizzjoni f'materja marbuta mar-responsabbilità matrimonjali fuq wild tal-konjuġi meta l-wild ikunu abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru.

2. Meta wild ma jkunx abitwalment residenti fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1, il-qrati ta' dak l-Istat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq dik il-materja jekk il-wild ikun abitwalmenet residenti f'wieħed mill-Istati Membru u:

(a) mill-anqas wieħed mill-konjuġi jkollu responsabbilità tal-ġenituri rigward il-wild;

u

(b) il-ġurisdizzjoni tal-qrati tkun ġiet aċċettata mill-kopja konġunti u tkun fl-aħjar interessi tal-wild.

3. Il-ġurisdizzjoni mogħtija bil-paragrafi 1 u 2 għandha tieqaf malli:

(a) is-sentenza li tħalli jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju. Separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ saret finali;

jew

(b) f'dawk il-każi fejn il-proċedimenti rigward ir-reponsabbilità tal-ġenituri jkunu għadhom pendenti fid-data msemmija f'(ċ), sentenza f'dan il-każ tkun saret finali;

jew

(ċ) il-proċedimenti msemmija f'(a) u (b) ikunu waslu fit-tmiem għal raġuni oħra.

Artikolu 4

Sekwestru tat-tfal

Il-qrati bil-ġurisdizzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3 għandhom jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 t'Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tas-Sekwestru Internazzjonali tat-Tfal, u partikolarment l-Artikoli 3 u 16 tieghu.

Artikolu 5

Kontro-talba

Il-qorti li fiha l-proċedimenti jkunu pendenti fuq il-bażi ta' l-Artikoli 2 sa 4 għandhom ikollhom ukoll ġurisdizzjoni li jeżaminaw kontro-talbiet, sa kemm dawn ta' l-aħħar jidħlu fl-iskop ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Konverżjoni ta' separazzjoni legali f'divorzju

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, qorti ta' Stat Membru li jkun ta sentenza fuq is-separazzjoni legali għandu wkoll ikollu ġurisdizzjoni biex jikkonverti dak il-ġudizju f'divorzju, jekk il-liġi ta' dak l-Istat Membru hekk tippermetti.

Artikolu 7

Natura esklużiva ta' ġurisdizzjoni permezz ta' l-Artikolu 2 sa 6

Wieħed mill-konjugi li:

(a) ikun abitwalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru;

jew

(b) ikun ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, ikollu id-"domiċilju" tiegħu fit-territorju ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri msemmija l-aħħar,

jista' jkun imfittex legalment fi Stat Membru ieħor biss bi qbil ma' l-Artikoli 2 sa 6.

Artikolu 8

Ġurisdizzjoni residwa

1. Meta l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikoli 2 sa 6, il-ġurisdizzjoni għandha tkun ddeterminata, f'kull Stat Membru, bil-liġijiet ta' dak l-Istat.

2. Kontra konvenut li ma jkunx abitwalment residenti u li ma jkunx l-anqas ċittadin ta' Stat Membru jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, ma jkollux id-"domiċilju" tiegħu fit-territorju ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri ta' l-aħħar, kull ċittadin ta' Stat Membru li huwa abitwalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jista', bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat, jagħmel użu mir-regoli ta' ġurisdizzjoni applikabbli f'dak l-Istat.

Sezzjoni 2

Eżami rigward il-ġurisdizzjoni u l-ammissibbilità

Artikolu 9

Eżami rigward il-ġurisdizzjoni

Meta qorti ta' Stat Membru tkun fil-pussess ta' każ li fuqu ma jkollhiex ġurisdizzjoni permezz ta' dan ir-Regolament u li fuqu qorti ta' Stat Membru ieħor ikollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, dan għandu jiddikjara b'mozzjoni tiegħu stess li ma jkollu l-ebda ġurisdizzjoni.

Artikolu 10

Eżami rigward l-ammissibbilità

1. Meta konvenut li jkun abitwalment residenti fi Stat li ma jkunx dak l-Istat Membru fejn l-azzjoni tkun inġiebet ma jidhirx, il-qorti bil-ġurisdizzjoni għandha twaqqaf il-proċedimenti sakemm ma jintwerix li l-konvenut seta' jirċievi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien xieraq biex dan ikun jista' jirranġa għad-difiża tiegħu, jew li l-passi meħtieġa kollha jkunu ittieħdu għal dan il-għan.

2. L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fi Stati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [6], għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk id-dokument li jinstitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti ried jiġi trasmess minn Stat Membru wieħed lejn ieħor bis-saħħa ta' dak ir-Regolament.

3. Meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 ma jkunux applikabbli, l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' il-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-notifika estera ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għandu japplika jekk id-dokument li jinstitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jkun trasmess esternament bis-saħħa ta' dik il-Konvenzjoni.

Sezzjoni 3

Lis pendens u azzjonijiet dipendenti

Artikolu 11

1. Meta l-proċedmenti jinvolvu l-istess kawża ta' azzjoni u bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li tkun li tkun qed tisma' l-każ t-tieni għandha fuq mozzjoni tagħha stess twaqqaf il-proċedimenti sat-tali żmien li l-ġurisdizzjoni tal-qorti l-ewwel li tkun qed tisma' l-każ li jkun ingħata l-pussess tkun ġiet stabbilita.

2. Meta proċeduri għad-divorzju, sperazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ li ma jinvolvux l-istess kawża ta' azzjoni u bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li jkun li tkun qed tisma' l-każ t-tieni għandha fuq mozzjoni tagħha stess iwaqqaf il-proċedimenti sat-tali żmien li l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti li jkun ingħata l-pussess ikun ġiet stabbilita.

3. Meta l-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti li tkun qed tisma' l-każ tkun ġiet stabbilita, il-qorti li tkun qed tisma' l-każ t-tieni għandha tiddeklina l-ġurisdizzjoni favur il-qorti l-oħra.

F'dak il-każ, il-parti li tkun ressqet l-azzjoni relevanti quddiem it-tieni qorti li tkun qed tisma' l-każ tista' tressaq dik l-azzjoni quddiem il-qorti li tkun qed tisma' l-każ l-ewwel.

4. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, qorti għandha titqies li qed tisma' l-każ:

(a) fil-waqt meta d-dokument li jinstitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jkun ippreżentat fil-qorti, iżda l-applikant ma jkunx sussegwentement naqas milli jieħu l-passi li hu kien meħtieġ li jieħu ħalli n-notifika ssir fuq il-konvenut;

jew

(b) jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jkun ippreżentat fil-qorti, fil-waqt meta tirċievih l-awtorità responsabbli għan-notifika, iżda l-applikant ma jkun sussegwentement naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ li jieħu biex id-dokument ikun ippreżentat quddiem il-qorti.

Sezzjoni 4

Miżuri proviżorji, inkluż dawk protettivi

Artikolu 12

F'każi urġenti, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx iżommu l-qrati ta' Stat Membru milli jieħdu miżuri proviżorji, inklużi protettivi, rigward persuni jew beni f'dak l-Istat skond kif jistgħu jkunu disponibbli skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru, ukoll jekk, permezz ta' dan ir-Regolament, il-qorti ta' l-Istat Membru ieħor ikollu ġurisdizzjoni rigward is-sostanza tal-materja.

KAPITOLU III

RIKNOXXIMENT U INFURZAR

Artikolu 13

Tifsira ta' "sentenza"

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "sentenza" tfisser divorzju, separazzjoni legali jew annullament ta' żwieġ kif ippronunzjat minn qorti ta' Stat Membru, kif ukoll sentenza li għandha x'jaqsam ma' responsabbilità tal-ġenituri tal-konjuġi mogħtija fl-okkażjoni ta' proċedimenti matrimonjali, independentement tissejjaħ kif tissejjaħ dik is-sentenza, inkluż dikjarazzjoni, ordni jew deċiżjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-kapitolu għandhom ukoll japplikaw għad-determinazzjoni ta' l-ammont tal-kost u l-ispejjeż tal-proċeduri permezz ta' dan ir-Regolament u dwar l-infurzar ta' xi ordni li tirrigwarda dak il-kost u l-ispejjeż.

3. Għall-iskopijiet ta' l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, dokumenti li kienu ġew formalment imħejjija jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi u li huma infurzabbli fi Stat Membru wieħed u wkoll mantenimenti li kienu ġew approvati minn qorti ma tul il-proċeduri u li jkunu enforzabbli fl-Istat Membru li fiħ ikunu ġew konklużi għandhom ikunu magħrufa u iddikjarati enforzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal sentenzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

Sezzjoni 1

Riknoxximent

Artikolu 14

Riknoxximent ta' sentenza

1. Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tkun magħrufa fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali.

2. Partikolarment, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-ebda proċedura speċjali m'għandha tkun meħtieġa għall-aġġornament tar-reġistrazzjoni ta' l-istat ċivili fi Stat Membru fuq il-bażi ta' sentenza li għandha x'taqsam mad-divorzju, separazzjoni legali jew annullament ta' żwieġ moghti fi Stat Membru ieħor, u li kontra tiegħu l-ebda appell ieħor ma jkun possibbli skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3. Kull parti interessata tista', bi qbil mal-proċeduri li hemm dispożizzjoni dwarhom fis-Sezzjonijiet 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu, tapplika għal deċiżjoni li dak il-ġudizju ikun jew ma jkun rikonoxxut.

4. Meta r-rikonoxximent ta' sentenza jitqajjem bħala kwistjoni inċidentali f'qorti ta' Stat Membru, dik il-qorti tista' tiddetermina dik il-kwistjoni.

Artikolu 15

Bażi għal nuqqas ta' rikonoxximent

1. Sentenza li għandha x'jaqsam ma' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ m'għandhiex tkun rikonoxxuta:

(a) jekk dak ir-rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent;

(b) meta ngħatat fin-nuqqas ta' dehra, jekk il-konvenut ma kienx notifikat bid-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'dak il-mod li jippermetti li l-konvenut jirranġa għad-difiża tiegħu jew tagħha sakemm ma jkunx iddeterminat li l-konvenut ikun aċċetta s-sentenza mingħajr ekwivoku;

(ċ) jekk tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija fi proċeduri bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent;

jew

(d) jekk tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza ta' qabel mogħtija minn Stat Membru ieħor jew fi Stat li mhux membru bejn l-istess partijiet, iżda s-sentenza ta' qabel twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent.

2. Sentenza li għandha x'taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri tal-konjuġi mogħtija fl-okkażjoni ta' proċedimenti matrimonjali kif msemmija fl-Artikolu 13 m'għandux ikun rikonoxxut:

(a) jekk dan ir-rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent għandu jitqies l-aħjar interess tal-wild;

(b) jekk dan kien ingħata, ħlief f'każi ta' emerġenza, mingħajr ma' l-wild ikunu ngħataw l-opportunità li jkunu mismugħa, bi vjolazzjoni tal-prinċipji fundamentali ta' proċedura fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent;

(ċ) meta jkun ingħata fin-nuqqas ta' deħra jekk il-persuna li ma tkunx attendiet ma tkunx ġiet servuta bid-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'tali maniera li tiffaċilita lil dik il-persuna li tirranġa għad-difiża tagħha sa kemm ma jkunx iddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat il-sentenza mingħajr ekwivoku;

(d) fuq it-talba ta' xi persuna li tallega li s-sentenza tikser ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu jew tagħha, jekk tkun ingħatat mingħajr ma dik il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tkun mismuha;

(e) jekk tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija aktar tard li għandha x'taqsam ma' responsabbilità tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent:

jew

(f) jekk tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza aktar tard li għandha x'jaqsam ma' responsabbilità tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li mhux membru tar-residenza abitwali tal-wild basta li dak il-sentenza aktar tard twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tiegħu fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent.

Artikolu 16

Ftehim ma' Stati terzi

Qorti ta' Stat Membru tista', fuq il-bażi ta' ftehim dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi, ma tirrikonoxxix sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor meta, fil-każijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 8, is-sentenza tkun tista' tiġi bbażata biss fuq raġunijiet ta' ġurisdizzjoni li ma jkunx dawk speċifikati fl-Artikoli 2 sa 7.

Artikolu 17

Projbizzjoni ta' reviżjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti ta' l-oriġini

Il-ġurisdizzjoni tal-qorti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini ma tistax tkun riveduta. L-eżami ta' politika pubblika msemmija fl-Artikolu 15(1)(a) u (2) (a) ma jistax ikun applikat għar-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-ġurisdizzjoni preskritta fl-Artikoli 2 sa 8.

Artikolu 18

Differenzi fil-liġi applikabbli

Ir-rikonoxximent ta' sentenza li għandha x'taqsam mad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament ta' żwieġ ma jistax ikun irrifjutat minħabba li l-liġi ta' Stat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent ma jkunx jippermetti id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament ta' żwieġ fuq l-istess fatti.

Artikolu 19

Nuqqas ta' reviżjoni fis-sustanza

Taħt l-ebda ċirkostanzi ma tista' sentenza tkun riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha.

Artikolu 20

Waqfien ta' proċeduri

1. Qorti ta' Stat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent għal sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' twaqqaf il-proċeduri jekk appell ordinarju kontra s-sentenza jkun ġie ippreżentat.

2. Qorti ta' Stat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent għal sentenza mogħtija fl-Irlanda jew fir-Renju Unit tista' twaqqaf il-proċeduri jekk l-infurzar tkun sospiża fl-Istat Membru ta' oriġini minħabba appell.

Sezzjoni 2

Infurzar

Artikolu 21

Sentenzi infurzabbli

1. Sentenza dwar l-eżerċizzju ta' responsabbilità tal-ġenituri rigward wild taż-żewġ partijiet mogħtija fi Stat Membru li tkun infurzabbli f'dak l-Istat Membru u li jkun ġie servut għandha tkun infurzabbli fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni minn xi parti interessata, ikun ġie iddikjarat bħala infurzabbli hemmhekk.

2. B'danakollu, fir-Renju Unit, sentenza bħal din għandha tkun infurzabbli fl-Ingiliterra u f'Wales, fl-Iskozja jew fl-Irlanda ta' Fuq meta, fuq applikazzjoni minn xi parti interessata, tkun ġiet irreġistrata għall-infurzar f'dik il-parti tar-Renju Unit.

Artikolu 22

Ġurisdizzjoni tal-qrati lokali

1. Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' infurzar għandha tkun ippreżentata lill-qorti li tidher fil-lista ta' l-Anness I.

2. Il-ġurisdizzjoni lokali għandha tkun iddetereminata b'referenza għal post tar-residenza abitwali tal-persuna li kontra tagħha l-infurzar tkun imfittxa jew b'referenza għar-residenza abitwali ta' xi wild li dwaru l-applikazzjoni tkun tirrelata.

Meta l-ebda wieħed miż-żewġ postijiet msemmija fl-ewwel sub-paragrafu ma jkunu jinstabu fl-Istat Membru fejn tintalab l-infurzar, il-ġurisdizzjoni lokali għandha tkun iddeterminata b'referenza għal post ta' l-infurzar.

3. Fir-rigward tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14(3), il-ġurisdizzjoni lokali għandha tkun iddeterminata bil-liġi interna ta' l-Istat Membru li fih il-proċedimenti għal rikonoxximent jew nuqqas ta' rikonoxximent jkunu miġjuba.

Artikolu 23

Proċedura għal infurzar

1. Il-proċedura biex issir l-applikazzjoni għandha tkun regolata bil-liġi ta' l-Istat Membru fejn tintalab l-infurzar.

2. L-applikant għandu jipprovdi indirizz għan-notifika f'dik iż-żona tal-ġurisdizzjoni tal-qorti ta' fejn tkun saret l-applikazzjoni. B'dana kollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-infurzar tkun imfittxa ma tipprovdix għall-għoti ta' indirizz bħal dak, l-applikant għandu jaħtar rapreżentant ad litem.

3. Id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 32 u 33 għandhom ikunu mehmuża ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 24

Deċiżjoni tal-qorti

1. Il-qorti ta' fejn tkun saret l-applikazzjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. Il-persuna li kontra tagħha l-infurzar tkun imfittxa m'għandiex f'dan l-istadju tal-proċeduri tkun intitolata li tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

2. L-applikazzjoni tista' tkun miċħuda biss għal waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikoli 15, 16 u 17.

3. Taħt l-ebda ċirkostanzi ma tista' sentenza tkun riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha.

Artikolu 25

Avviż tad-deċiżjoni

L-uffiċjal xieraq tal-qorti għandu mingħajr dewmien iwassal l-avviż ta' l-applikant id-deċiżjoni mogħtija dwar l-applikazzjoni bi qbil mal-proċedura preskritta bil-liġi ta' l-Istat Membru fejn l-infurzar ikun imfittex.

Artikolu 26

Appell kontra l-infurzar tad-deċiżjoni

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' infurzar tista' tkun appellata minn kull parti.

2. L-appell għandu jkun ippreżentat fil-qorti li tidher fil-lista ta' l-Anness II.

3. L-appell għandu jkun ittrattat bi qbil mar-regoli li jirregolaw il-proċeduri fi kwistjonijiet kontradittorji.

4. Jekk l-appell isir minn applikant għal dikjarazzjoni ta' infurzar, il-parti li kontra tagħha ssir l-infurzar għandha tissejjaħ biex tidher quddiem il-qorti ta' l-appell. Jekk din il-persuna tonqos li tidher, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 għandhom ikunu applikabbli.

5. Appell kontra dikjarazzjoni ta' infurzar għandu jkun ippreżentat fi żmien xahar min-notifika tagħha. Jekk il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-esegwibilità tkun abitwalment residenti fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih id-dikjarazzjoni ta' esegwibilità tkun ingħatat, iż-żmien ta' l-appell għandu jkun ta' xahrejn u għandu jibda jgħodd mid-data tas-servizz, jew fuqu jew inkella fir-residenza tiegħu. L-ebda estenzjoni taż-żmien ma tista' tingħata minħabba d-distanza.

Artikolu 27

Qrati ta' l-appell u mezz ta' kontestazzjoni

Il-sentenza mogħtija fl-appell tista' tkun ikkontestata biss bil-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Anness III.

Artikolu 28

Waqfien ta' proċeduri

1. Il-qorti li fiha jsir l-appell skond l-Artikoli 26 jew 27 tista', fuq l-applikazzjoni tal-parti li kontra tagħha ssir l-infurzar, twaqqaf il-proċedimenti jekk appell ordinarju jkun ġie ippreżentat fl-Istat Membru ta' l-oriġini jew jekk iż-żmien għal dan l-appell ma jkunx għadu skada. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-qorti tista' tispeċifika ż-żmien li fih l-appell għandu jkun ippreżentat.

2. Meta sentenza tkun ingħatat fl-Irlanda jew fir-Renju Unit, kull forma ta' appell disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jkun ittrattat bħala appell ordinarju għall-iskopijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 29

Infurzar parzjali

1. Meta sentenza tingħata rigward diversi materji u l-infurzar ma tkunx tista' tiġi awtorizzata għalihom kollha, il-qorti għandha tawtorizza l-infurzar għal waħda jew aktar minnhom.

2. Applikant jista' jitlob l-infurzar parzjali ta' sentenza.

Artikolu 30

Għajnuna legali

Applikant li, fl-Istat Membru ta' l-oriġini, ikun ibbenefika minn għajnuna legali sħiħa jew parzjali jew mill-eżenzjoni tan-nefqa u l-ispejjeż għandu jkun intitolat, fil-proċeduri li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikoli 22 sa 25, għall-benefiċju ta' għajnuna legali l-aktar favorevoli jew l-aktar eżenzjoni favorevoli minn infiq jew spejjeż li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 31

Garanzija, bond u depożitu

L-ebda garanzija, bond jew depositu, indipendentament minn kif ikun deskritt, m'għandu jkun meħtieġ minn parti li fi Stat Membru wieħed japplika għal infurzar ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għal dawn ir-raġunijiet:

(a) li hu jew hi ma kienux abitwalment residenti fl-Istat Membru fejn issir l-infurzar;

jew

(b) li hu jew hi tkun jew ċittadin barranija jew, meta ssir l-infurzar fir-Renju Unit jew fl-Irlanda, ma jkollux/jkollhiex id- "domiċilju" tiegħu jew tagħha fl-ebda minn dawn l-Istati Membri.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 32

Dokumenti

1. Il-parti li titlob jew tikkontesta r-rikonoxximent jew tapplika għal dikjarazzjoni ta' infurzar għandha tipproduċi:

(a) kopja tal-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa ħalli tkun stabbilita l-awtentiċità tagħha;

u

(b) ċertifikat msemmi fl-Artikolu 33.

2. Barra dan, fil-każ ta' sentenza mogħtija fil-kontumaċja, il-parti li titlob ir-rikonoxximent jew li tapplika għal dikjarazzjoni ta' esegwibilità għandha tipproduċi:

(a) l-oriġinal jew il-kopja ċċertifikata vera tad-dokument li jistabbilixxi li l-parti kontumaċi kienet ġiet notifikata bid-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti;

jew

(b) kull dokument li jindika li l-konvenut ikun aċċetta s-sentenza mingħajr ekwivoku.

Artikolu 33

Dokumenti oħra

Il-qorti jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn il-sentenza tkun ingħata għandha toħroġ, fuq talba ta' kull parti interessata, ċertifikat li juża l-formola normali fl-Anness IV (sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali) jew l-Anness V (sentenzi fuq ir-responsabbiltà matrimonjali).

Artikolu 34

Nuqqas ta' dokumenti

1. Jekk id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 32(1)(b) jew (2) ma jkunux prodotti, il-qorti tista' tispeċifika iż-żmien għal produzzjoni tagħhom, taċċetta dokumenti ekwivalenti jew, jekk jikkonsidra li jkollha informazzjoni suffiċjenti quddiema, twarrab il-ħtieġa tal-produzzjoni tagħhom.

2. Jekk il-qorti hekk tenħtieġ, għandha tigħata traduzzjoni ta' dawk id-dokumenti. It-traduzzjoni għandha tkun iċċertifikata minn persuna kwalifikata biex tagħmel hekk fl-Istati Membri.

Artikolu 35

Legalizzazzjoni jew formalitajiet oħra

L-ebda legalizzazzjoni jew formalità oħra simili m'għandha tkun meħtieġa rigward id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 32, 33 u 34 (2) jew rigward dokument li jaħtar rappreżentant ad litem.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 36

Relazzjoni ma' strumenti oħra

1. Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 38, 42 u il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan ir-Regolament għandu, għall-Istati Membri, jieħu post il-konvenzjonijiet eżistenti fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jkunu ġew konklużi bejn tnejn jew aktar Stati Membri u li huma marbuta ma materji regolati b'dan ir-Regolament.

2. (a) Il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikollhom l-għażla li jiddikjaraw li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Isvezja li tikkomprendi dispożizzjonijiet dwar liġi privata fuq iż-żwieġ, l-adozzjoni u l-kura tat-tfal, flimkien mal-Protokoll Finali dwarhom, għandu japplika, kollu jew parti minnu, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, minflok ir-regoli ta' dan ir-Regolament. Dikjarazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu annessi ma' dan ir-Regolament u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jistgħu jkun irtirati, kollha jew parti minnhom, f'kull żmien mill-imsemmija Stati Membri [7].

(b) Il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità bejn ċittadini ta' l-Unjoni għandu jkun rispettat.

(ċ) Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni f'xi ftehim futur li jkun konklużi bejn l-Istati Membri li hemm referenza għalihom fis-sub-paragrafu (a) li għandhom x'jaqsmu ma' materji regolati b'dan ir-Regolament għandhom ikunu skond dawk preskritti f'dan ir-Regolament.

(d) Sentenzi mogħtija f'kull Stat Nordiku li għamel id-dikjarazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fis-sub-paragrafu (a) permezz ta' forum ta' ġurisdizzjoni korrespondenti għal waħda minn dawk preskritti fil-Kapitolu II, għandhom ikunu rikonoxxuti u nfurzati fl-Istati Membri l-oħra skond ir-regoli preskritti fil-Kapitolu III.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tal-ftehim u l-liġijiet uniformi li jimplementaw dawn il-ftehim msemmija fil-paragrafi 2 (a) u (ċ);

(b) kull denunzja ta', jew emendi għal, dawk il-ftehim jew liġijiet uniformi.

Artikolu 37

Relazzjonijiet ma' ċerti konvenzjonijiet multi-laterali

Fir-relazzjonijiet bejn Stati Membri, dan ir-Relogament għandu jieħu preċedenza fuq dawn il-Konvenzjonijiet li ġejjin sa kemm dawn jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament:

- Il-Konvenzi tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 ti tikkonċerna l-Poteri ta' l-Awtoritajiet u l-Liġi Appilikabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-Protezzjoni ta' Minuri.

- Il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu tat-8 ta' Settembru 1967 dwar ir-Rikonoxximent ta' Deċiżjonijiet li Għandhom x'Jaqsmu mal-Validità taż-Żwiġijiet,

- Il-Konvenzjoni tal-Aja ta' l-1 ta' Ġunju 1970 dwar ir-Rikonoxximent ta' Divorzji u Separazzjonijiet Legali,

- il-Komvenzjoni Ewropea ta' l-20 ta' Mejju 1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-Kustodju tat-Tfal u dwar l-Għoti Lura tal-Kustodja tat-Tfal,

- il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Reponsabbiltà tal-ġenituri u Miżuri għall- Protezzjoni tat-Tfal, sakemm il-wild ikkonċernat ikun abitwalment residenti fi Stat Membru.

Artikolu 38

Firxa ta' l-effetti

1. Il-ftehim u konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36(1) u 37 għandhom jibqgħu jkunu effettivi fir-rigward ta' materji li dwarhom dan ir-Regolament ma japplikax.

2. Għandhom jibqgħu jkunu effettivi fir-rigward ta' sentenzi mogħtija u dokumenti formalment imħejjija jew irreġistrati bħala awtentiċi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Ftehim bejn Stati Membri

1. Tnejn jew aktar Stati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim jew arranġamenti biex jamplifikaw dan ir-Regolament jew biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

(a) kopja ta' l-abbozzi tal-ftehim;

u

(b) kull denunzja ta', jew emendi għal, dawn il-ftehim.

2. Fl-ebda ċirkostanzi ma jistgħu l-ftehim jew l-arranġamenti jidderogaw mill-Kapitoli II jew III.

Artikolu 40

Trattati mas-Santa Sede

1. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-Trattat Internazzjonali (Konkordat) bejn is-Santa Sede u l-Portugall, iffirmat fil-Vatikan fis-7 ta' Mejju 1940.

2. Kull deċiżjoni dwar l-invalidità ta' żwieġ meħudha permezz tat-Trattat msemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun irrikonoxxuta fl-Istati Membri bil-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu III.

3. Id-dispożizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal dawn it-trattati internazzjonali (Konkordati) mas-Santa Sede:

(a) Concordati lateranense tal-11 ta' Frar 1929 bejn l-Italja u s-Santa Sede, immodifikat bi ftehim, bi Protokoll addizzjonali iffirmat f'Ruma fit-18 ta' Frar 1984;

(b) Ftehim bejn is-Santa Sede u Spanja dwar aspetti legali tat-3 ta' Jannar 1979.

4. Rikonoxximent tad-deċiżjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-paragrafu 2 jista', fl-Italja jew fi Spanja, jkun suġġett għall-istess proċeduri u l-istess verifiki kif inhuma applikabbli għad-deċiżjonijiet tal-qrati ekkleżjastiċi mogħtija bi qbil mat-trattati internazzjonali konklużi mas-Santa Sede li hemm referenza għalihom filparagrafu 3.

5. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tat-Trattati msemmija fil-paragrafi 1 u 3;

(b) xi denunzji ta', jew emendi għal, dawn it-Trattati.

Artikolu 41

Stati Membri b'żewġ sistemi legali jew aktar

F'dak li għandu x'jaqsam ma' Stat Membru li fih tnejn jew aktar sistemi ta' liġijiet jew settijiet ta' regoli li jikkonċernaw materji regolati b'dan ir-Regolament japplikaw fl-unitajiet territorjali differenti:

(a) kull referenza għal residenza abitwali f'dak l-Istat Membru għandha tirreferi għal residenza abitwali fl-unità territorjali;

(b) kull referenza għan-nazzjonalità, jew fil-każ tar-Renju Unit "domiċilju", għandha tirreferi għall-unità territorjali msemmija bil-liġi ta' dak l-Istat;

(ċ) kull referenza għall-awtorità ta' Stat Membru li jkun ircieva applikazzjoni għal divorzju jew separazzjoni legali jew ta' annullament taż-żwieġ għandu jirreferi għall-awtorita ta' unità territorjali li tkun irċeviet dik l-applikazzjoni;

(d) kull referenza għar-regoli ta' l-Istat Membru mitlub għandha tirreferi għar-regoli ta' l-unità territorjali li fiha l-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent jew l-infurzar huma invokati.

IL-KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 42

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċedimenti legali institwiti, għad-dokumenti formalment imħejjija jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi jew għal mantenimenti li kienu ġew approvati minn qorti matul il-proċedimenti wara d-dħul fis-seħħ.

2. Sentenzi mogħtija wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fi proċeduri mibdija qabel dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III jekk il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata fuq regoli li kienu jaqblu ma' dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament jew f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' oriġini u l-Istat Membru indirizzat li kienu jeżistu meta l-proċedimenti kienu istitwiti.

IL-KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 43

Reviżjoni

Mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2006, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku w Soċjali rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u partikolarment l-Artikoli 36, 39 u 40 (2) tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk jenħtieġ bi proposti għal adattamenti.

Artikolu 44

Emendi għal-listi tal-qrtai u l-proċeduri ta' rimedju

1. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-testi li jemendaw il-listi ta' qrati u l-proċeduri ta' rimedji preskritti f'L-Annessi I sa III. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Annessi kkonċernati kif jenħtieġ.

2. L-aġġornament jew l-għemil ta' emendi tekniċi għal formola normali preskritti fl-Annessi IV u V għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura konsultattiva preskritta fl-Artikolu 45(2).

Artikolu 45

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun applikabbli.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2001

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Costa

[1] ĠU C 247, tal-31.8.1999, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Novembru 1999 (li għandha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 368, ta' l-20.12.1999, p. 23.

[4] ĠU C 221, tas- 16.7.1998; p. 1. Fl-istess jum li fih il-Konvenzjoni kienet imħejjija, il-Kunsill ħa nota tar-rapport spjegattiv tal-Konvenzjoni, kif ippreparat mill-Prof. Alegría Borrás. Dan ir-rapport spjegattiv jidher fil-paġna 27 tal-Ġurnal Uffiċjali msemmi hawn fuq.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] Ara l-paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] L-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri ma għamel din l-istqarrija meta dan ir-Regolament kien adottat.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-applikazzjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 22 għandhom ikunu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:

- fil-Belġju, il-

/

/

,

- fil-Ġermanja:

- fid-distrett ta' "Kammergericht" (Berlin), il-"Familiengericht Pankow/Weissensee",

- fid-distretti tal-kumplament "Oberlandesgerichte" fil- "Familiengericht"- li jinstab fis-sede rispettiva ta' "Oberlandesgericht"

- fil-Greċja, il- "Μονομελές Πρωτοδικείο,"

- fi Spanja, il-"Juzgado de Primera Instancia",

- fi Franza, l-Imħallef li qed jippresiedi tal-,"tribunal de grande instance"

- fl-Irlanda, il-High Court,

- fl-Italja, il-"Corte d'appello",

- Fil-Lussemburgu, l-Imħallef li qed jippresiedi tal-"- Tribunal d'arrondissement",

- fl-Olanda, l-Imħallef li qed jippresiedi tal-,"arrondissementsrechtbank"

- fl-Awstrija, il-"Bezirksgericht",

- fil-Portugall, il-"Tribunal de Comarca" jew "Tribunal de Familia",

- fil-Finlandja, il-

/

,

- fl-Isvezja, il-"Svea hovrätt",

- fir-Renju Unit:

(a) fl-Ingliterra u Wales, il-High Court of Justice;

(b) fl-Iskozja, il-Court of Session;

(c) fl-Irlanda ta' Fuq, il-High Court of Justice;

(d) f'Ġibiltà, is-Supreme Court.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

L-appell provdut fl-Artikolu 26 għandu jkun ippreżentata fil-qrati mniżżla hawn taħt:

- fil-Belġju:

(a) il-persuna li tapplika għad-dikjarazzjoni ta' esegwibilità tista' tippreżenta appell mal-"cour d'appel" jew il-"hof van beroep";

(b) il-persuna li kontra tagħha tintalab l-infurzar tista' tippreżenta l-opposizzjoni tagħha mat-

"tribunal de première instance"

/

"rechtbank van eerste aanleg"

/

"erstinstanzliches Gericht"

,

- fil-Ġermanja, il-"Oberlandesgericht"

- fil-Greċja, il-"Εφετείο",

- fi Spanja, il-"Audiencia Provincial",

- fi Franza, il-"Cour d'appel",

- fl-Irlanda, il-High Court,

- fl-Italja, il-"Corte d'appello",

- fil-Lussemburgu, il-"Cour d'appel",

- fl-Olanda:

(a) jekk l-appellant jew il-konvenut li jkun deher jippreżenta l-appell: mal-"gerechtshof";

(b) jekk il-konvenut ikunu ingħata l-permess biex ma jidhirx jippreżenta l-appell: ma' l-"arrondissementsrechtbank",

- fl-Awstrija, it-"Bezirksgericht",

- fil-Portugall, it-"Tribunal da Relação",

- fil-Finlandja, it-

/

,

- fl-Isvezja, is-"Svea hovrätt",

- fir-Renju Unit:

(a) fl-Ingliterra u Wales, il-High Court of Justice;

(b) fl-Iskozja, il-Court of Session;

(ċ) fl-Irlanda ta' Fuq, il-High Court of Justice;

(d) f'Ġibiltà, il-Court of Appeal.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

L-appelli li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 27 jistgħu jitressqu biss:

- fil-Belġju, l-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda, b'appell fil-kassazzjoni,

- fil-Ġermanja, minn "Rechtsbeschwerde",

- fl-Irlanda, b'appell fuq punt tal-liġi lill-Qorti Suprema,

- fl-Awstrija, minn "Revisionsrekurs",

- fil-Portugall, minn "recurso restrito à matéria de direito",

- fil-Finlandja, b'appell lil

/

,

- fl-Isvezja, b'appell lil "Högsta domstolen",

- fir-Renju Unit, b'appell wieħed ieħor fuq punt tal-liġi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Ċertifikat msemmi fl-Artikolu 33 dwar sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali

1. Pajjiż ta' l-oriġini …

2. Qorti jew awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat

2.1. Isem …

2.2. Indirizz …

2.3. Tel./fax/E-mail …

3. Żwieġ

3.1. Il-Mara

3.1.1. Isem sħiħ …

3.1.2. Pajjiż u post tat-twelid …

3.1.3. Data tat-twelid …

3.2. Ir-Raġel

3.2.1. Isem sħiħ …

3.2.2. Pajjiż u post tat-twelid …

3.2.3. Data tat-twelid …

3.3. Pajjiż, post (meta disponibbli) u data taż-żwieġ

3.3.1. Pajjiż taż-żwieġ …

3.3.2 Post taż-żwieġ (meta disponibbli) …

3.3.2. Data taż-żwieġ …

4. Qorti li tagħti s-sentenza

4.1. Isem il-qorti …

4.2. Il-lokalità tal-qorti …

5. Sentenza

5.1. Data …

5.2. Numru ta' referenza …

5.3. Tip ta' sentenza

+++++ TIFF +++++

5.3.1. | Divorzju | |

+++++ TIFF +++++

5.3.2. | Annullament ta' żwieġ | |

+++++ TIFF +++++

5.3.3. | Separazzjoni legali | |

5.4. Il-sentenza ngħatat meta l-persuna kienet kontumaċja?

+++++ TIFF +++++

5.4.1. | le | |

+++++ TIFF +++++

5.4.2. | iva | |

6. Ismijiet tal-partijiet li lilhom tkun ingħatat l-għajnuna legali …

7. Din il-sentenza hija suġġetta għal appell ieħor skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini?

+++++ TIFF +++++

7.1. | Le | |

+++++ TIFF +++++

7.2. | Iva | |

8. Data u effett legali fl-Istat Membru fejn il-sentenza tkun ingħatat

8.1. Divorzju …

8.2. Separazzjoni legali …

Magħmul fi …, data … | Firma u/jew timbru |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Ċertifikat msemmi fl-Artikolu 33 dwar sentenzi rigward ir-responsabbilità tal-ġenituri

1. Pajjiż ta' l-oriġini …

2. Qorti jew awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat

2.1 Isem …

2.2. Indirizz …

2.3. Tel./Fax/E-mail …

3. Ġenituri

3.1. Omm

3.1.1. Isem sħiħ …

3.1.2. Data u post tat-twelid …

3.2. Missier

3.2.1 Isem sħiħ …

3.2.2 Data u post tat-twelid …

4. Qorti li tat il-gudizzju

4.1. Isem tal-Qorti …

4.2. Post tal-Qorti …

5. Sentenza

5.1. Data …

5.2. Numru tar-referenza …

5.3 Il-sentenza ngħatat meta l-persuna kienet kontumaċja?

+++++ TIFF +++++

5.3.1. | Le | |

+++++ TIFF +++++

5.3.2. | Iva | |

6. Ulied li huma koperti b'din is-sentenza [2]

6.1. Isem sħiħ u data tat-twelid …

6.2. Isem sħiħ u data tat-twelid …

6.3. Isem shih u data tat-twelid …

6.4. Isem sħiħ u data tat-twelid …

7. Ismijiet tal-partijiet li lihom ingħatat l-għajnuna legali…

8. Attestazzjoni ta' l-infurzar u s-servizz

8.1. Din il-sentenza hija infurzabbli skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-origini?

+++++ TIFF +++++

8.1.1. | Iva | |

+++++ TIFF +++++

8.1.2. | Le | |

8.2. Din il-sentenza kienet notifikata lill-parti li kontra tiegħu/tagħha ntalbet l-infurzar?

+++++ TIFF +++++

8.2.1. | Iva | |

8.2.1.1. Isem sħiħ tal-parti …

8.2.1.2. Data tan-notifika …

+++++ TIFF +++++

8.2.2. | Le | |

Magħmul fil- … …data… | Firma u/jew timbru |

[2] jekk huma koperti aktar minn erba' ulied, uża t-tieni formula

--------------------------------------------------